EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R1658

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1658/82 ta' l-10 ta' Ġunju 1982 li jissupplimenta b'dispożizzjonijiet dwar trasport kombinat ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għal trasport bil-ferrovija, bit-triq jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

OJ L 184, 29.6.1982, p. 1–2 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 002 P. 103 - 103
Portuguese special edition: Chapter 08 Volume 002 P. 103 - 103
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 002 P. 194 - 195
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 002 P. 194 - 195
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 001 P. 121 - 122
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 001 P. 137 - 138
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 001 P. 137 - 138

No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32007R1370

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/1658/oj

31982R1658



Official Journal L 184 , 29/06/1982 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0194
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 2 P. 0103
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0194
Portuguese special edition Chapter 08 Volume 2 P. 0103


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1658/82

ta' l-10 ta' Ġunju 1982

li jissupplimenta b'dispożizzjonijiet dwar trasport kombinat ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għal trasport bil-ferrovija, bit-triq jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuna għal trasport bil-ferrovija, bit-triq jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi d-diversi sistemi u teknoloġiji għat-trasport kombinat iġibu benefiċċji għall-Komunità b'mod ġenerali, inter alia billi jnaqqsu il-konġestjoni fuq ċerti toroq, jikkonservaw l-enerġija u jippermettu li jsir użu aħjar tal-kapaċità tal-ferroviji;

Billi l-investiment meħtieġ għall-iżvilupp ta' trasport kombinat għandu għalhekk jiġi mħeġġeġ; billi huwa għalhekk essenzjali illi l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' risorsi ta' l-Istat jistgħu jinġiebu għad-dispożizzjoni ta' l-intrapriżi konċernati;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna sabiex jgħinu l-iżvilupp ta' sistemi u teknoloġiji tat-trasport li huma aktar ekonomiċi għall-Komunità iżda jirrestrinġi din l-għajnuna għall-fażi sperimentali; billi, għall-iżvilupp ta' trasport kombinat, għandu jkun hemm fażi ta' operazzjoni inizzjali li hija twila biżżejjed biex tippermetti li dan it-trasport jikkwalifika għal kondizzjonijiet aħjar fis-suq tat-trasport;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li d-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar l-għajnuna jiġu aġġustati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

"(e) meta l-għajnuna tingħata bħala miżura temporanja u tkun iddisinjata biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' trasport kombinat, u din l-għajnuna jrid ikollha x'taqsam ma' investiment fl-oqsma li ġejjin:

- infrastruttura,

- il-faċilitajiet fissi u mobbli neċessarji għat-trasbord.

Qabel il-31 ta' Diċembru 1986 il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar il-progress lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni. Fid-dawl ta' dan ir-rapport u minħabba l-karattru temporanju tas-sistema li tinsab f'dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kumissjoni, dwar is-sistema li għandha tiġi applikata wara u, jekk ikun meħtieġ, dwar il-proċeduri li għandhom jiġu adottati sabiex tintemm dik is-sistema."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta' Ġunju 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

H. de Croo

[1] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 1.

[2] ĠU C 351, tal-31.12.1980, p. 40.

[3] ĠU C 260, tat-12.10.1981, p. 123.

[4] ĠU C 310, tat-30.11.1981, p. 18.

--------------------------------------------------

Top