EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R3513

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/80 tat-23 ta' Diċembru 1980 li jidderoga dwar il-pajjiżi li ffirmaw il-Ftehim ta' Kartaġena (il-grupp Andean) minn Artikoli 1, 6 u 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 tat-23 ta' Diċembru 1980 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-preferenzi tat-tariffa mogħtija mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar ċerti prodotti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw

OJ L 368, 31.12.1980, p. 63–65 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 02 Volume 012 P. 229 - 231
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 001 P. 375 - 378
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 002 P. 82 - 85
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 002 P. 82 - 85
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 005 P. 92 - 94

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/3513/oj

31980R3513



Official Journal L 368 , 31/12/1980 P. 0063 - 0065
Greek special edition: Chapter 02 Volume 12 P. 0229


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/80

tat-23 ta' Diċembru 1980

li jidderoga dwar il-pajjiżi li ffirmaw il-Ftehim ta' Kartaġena (il-grupp Andean) minn Artikoli 1, 6 u 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 tat-23 ta' Diċembru 1980 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-preferenzi tat-tariffa mogħtija mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar ċerti prodotti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Billi, għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-preferenzi tat-tariffa mogħtija mill-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, ir-regoli ta' oriġini huma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 [1], minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-"Regolament Bażiku", stipulati dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-prodotti jakkwistaw l-istat ta' prodotti ta' oriġini u l-mezz ta' evidenza u l-verifika ta' l-istat tagħhom;

Billi skond il-Ftehim ta' Kartaġena (il-Grupp Andrean) ko-operazzjoni ekonomika mill-viċin kienet stabbilita bejn il-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Peru u l-Venezwela (minn issa 'l quddiem imsejħa l-pajjiżi tal-Grupp Andean); billi d-dispożizzjoni relattivi għall-akkwist ta' l-istat tal-prodotti ta' oriġini stipulati f'Artikolu 1 tar-Regolament Bażiku jistgħu, bl-adattamenti li hemm bżonn, jgħinu jiffaċilitaw din il-ko-operazzjoni u jinkoraġġixxu l-użu f'pajjiż wieħed tal-Grupp Andean tal-prodotti li joriġinaw f'pajjiż ieħor tal-istess Grupp; billi l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom b'hekk ikunu emendati u regoli speċjali dwar il-mezz ta' evidenza u verifika ta' l-istat tal-prodotti ta' oriġini għandhom jiġu stipulati; billi għal dan l-għan hemm bżonn ikun provdut għat-talbiet għal verifika li jkunu ċentraliżżati ma' korp amministrattiv magħqud tal-grupp imsemmi qabel;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 1 tar-Regolament Bażiku, għandhom ukoll ikunu kunsidrati bħala prodotti li joriġinaw fil-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Peru jew il-Venezwela (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-pajjiżi tal-Grupp Andean) dawk il-prodotti li skond dawk id-dispożizzjonijiet akkwistaw f'wieħed minn dawk il-pajjiżi l-istat ta' prodotti ta' oriġini u li wara li kienu esportati minn dak il-pajjiż m'għaddewx minn xi ħidma jew proċessar f'xi pajjiż ieħor tal-Grupp Andean jew m'għaddewx minn ħidma jew proċessar biżżejjed f'xi tali pajjiż ieħor li jingħatalhom bis-saħħa tat-tali dispożizzjonijiet l-istat tal-prodotti li joriġinaw f'dak il-pajjiż l-ieħor, sakemm:

(a) il-prodotti biss li joriġinaw f'pajjiż tal-Grupp Andean intużaw matul it-tali ħidma jew proċessar;

(b) fejn regola ta' perċentwali tillimita, fil-listi A u B riferuti f'Artikolu 3 tar-Regolament riferut hawn fuq, il-proporzjon fil-valur tal-prodotti mhux ta' oriġini li jistgħu jkunu nkorporati f'ċerti ċirkostanzi, il-valur miżjud kien akkwistat f'kull wieħed mill-pajjiżi skond it-tali regola tal-perċentwali u bir-regoli l-oħra li hemm fl-imsemmija listi mingħajr possibilta' ta' ġbir minn pajjiż wieħed għall-ieħor.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 (a), il-fatt li prodotti għajr dawk riferuti fih intużaw fil-proporzjoni li ma jaqbiżx il-valur totali 5 % tal-valur tal-prodotti miksuba u importati fil-Komunità m'għandhomx jaffettwaw id-determinazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti ta' l-aħħar, sakemm il-prodotti li ntużaw hekk ma jikkawżawx li t-tali prodotti ta' l-aħħar m jitilfux l-istat tal-prodotti li joriġinaw f'pajjiż tal-Grupp Andean li minnu kienu esportati l-ewwel darba, kieku l-prodotti li ntużaw kienu nkorporati f'dak l-ewwel pajjiż.

3. Fil-każijiet riferuti fil-paragrafu 1 (b) l-ebda prodott mhux ta' oriġini ma jista' jkun inkorporat jekk jgħaddi biss minn ħidma jew ipproċessar kif speċifikat f'Artikolu 3(2) tar-Regolament Bażiku.

4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u sakemm il-kondizzjonijiet kollha mniżżla f'dak il-paragrafu huma xorta waħda mħarsa, il-prodotti miksub ma jkomplux ikunu meqjusa bħala prodotti li joriġinaw fl-ewwel pajjiż tal-Grupp Andean ta' l-esportazzjoni jekk il-valur tal-prodotti maħduma jew proċessati f'dak il-pajjiż ma jirrappreżentax l-ogħla perċentwali tal-valur tal-prodotti miksuba. Jekk dan ma jkunx hekk, il-prodotti ta' l-aħħar jitqiesu bħala li oriġinaw fil-pajjiż tal-Grupp Andean fejn il-valur miżjud miksub jirrapreżenta l-ogħla perċentwali tal-valur tagħhom.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 1, id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 4 tar-Regolament Bażiku għandhom jgħoddu.

2. F'Artikolu 1(1)(b) u (4), "il-valur miżjud" ifisser id-differenza bejn il-prezz tax-xogħlijiet ta' qabel ta' l-oġġetti miksuba, imnaqqas bit-taxxi interni li ngħataw lura jew huma dovuti lura ma' l-esportazzjoni mill-pajjiż konċernat, u l-valur tad-dwana tal-prodotti kollha importati u maħduma jew proċessati f'dak il-pajjiż.

Artikolu 3

1. Għall-iskopijiet ta' Artikolu 1, evidenza ta' l-istat bħala prodotti ta' oriġini fis-sens ta' Artikolu 1 tar-Regolament Bażiku, fil-każ tal-prodotti miksuba f'pajjiż wieħed tal-Grupp Andean u esportat lejn pajjiż ieħor tal-Grupp Andean, tkun stabbilità bil-produzzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini forma A, li kampjun tiegħu jingħata fl-Anness tar-Regolament Bażiku. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-gvern tal-pajjiż ta' l-esportazzjoni biex joħorġu ċertifikati ta' oriġini għall-iskopijiet tar-Regolament Bażiku.

2. Għall-iskopijiet ta' Artikolu 1, evidenza ta' l-istat bħala prodotti ta' oriġini fis-sens ta' dak l-Artikolu, fil-każ tal-prodotti li kemm baqgħu f'wieħed mill-pajjiżi tal-Grupp Andean jew għaddew mill-ebda ipproċessar barra dak speċifikat f'dak l-Artikolu jew kienu esportati minn dak il-pajjiż lejn pajjiż ieħor tal-Grupp Andean, tkun stabbilità bil-produzzjoni ta' ċertifikat kif riferut fil-paragrafu 1 maħruġ kif provdut f'dak il-paragrafu fuq il-bażi taċ-ċertifikati ta' oriġini forma A li nħareġ qabel.

Artikolu 4

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 6 tar-Regolament Bażiku, il-prodotti msemmija f'Artikolu 1 ma' l-importazzjoni fil-Komunità għandhom jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-preferenzi tat-tariffa riferuti f'dak l-Artikolu mal-produzzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini forma A maħruġ, fuq il-bażi taċ-ċertifikati ta' oriġini forma A maħruġ qabel, mill-awtorità tal-pajjiż tal-Grupp Andean minn fejn il-prodotti huma esportati lejn il-Komunità.

Artikolu 5

Iċ-ċertifikati riferuti f'Artikoli 3 u 4 irid ikun fihom:

- fil-kaxxa 4

"għall-użu uffiċjali"

l-isem tal-pajjiż tal-Grupp Andean minfejn joriġinaw l-oġġetti flimkien ma’ waħda minn dawn il-frażi li ġejjin:

"CUMUL GROUPE ANDIN"

"CUMULATION ANDEAN GROUP"

- fil-kaxxa 12 "dikjarazzjoni mill-esportatur" dikjarazzjoni dwar il-fatt li l-prodotti jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' oriġini meħtieġ mis-sistema ġeneraliżżata tal-preferenzi sabiex ikunu esportati lejn il-Komunità Ekonomika Ewropea.

Artikolu 6

1. Id-diposizzjonijiet ta' Artikolu 1 sa 5 hawn fuq jgħoddu biss sakemm ir-regoli li jirregolaw il-kummerċ fil-kuntest ta' dan ir-Regolament bejn kull wieħed mill-pajjiżi speċifikati hawnhekk qabel huma identiċi għad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Bażiku u f'dan ir-Regolament.

2. Barra minn hekk, kull pajjiż tal-Grupp Andean jintrabat mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li, permezz tal-"Junta del Acuerdo de Cartagena" (minn issa ’l quddiem riferut bħala Junta), li jħares jew jiżgura l-konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-preparazzjoni u l-ħruġ taċ-ċertifikati ta' oriġini forma A u ma' dawk relattivi għall-ko-operazzjoni amministrattiva li jinsabu f'Artikoli 7 u 8 t'hawn taħt.

Artikolu 7

1. Verifiki retrospettivi taċ-ċertifikati forma A msemmija f'Artikolu 3 isiru għall-għarrieda jew kull meta l-awtoritajiet kif riferuti f'dak l-Artikolu ta' kull pajjiż tal-Grupp Andean fejn il-prodotti jew baqgħu hemm qabel kienu esportati mill-ġdid fl-istess stat jew għaddew minn ħidma jew proċessar kif speċifikat f'Artikolu 1 għandhom dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar kemm hija preċiża l-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-prodotti in kwestjoni.

2. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet imsemmija f'dak il-paragrafu għandhom jibagħtu ċ-ċertifikat ta' l-oriġini forma A lill-Junta, u jindikaw meta jkun il-każ ir-raġunijiet tal-forma jew s-sostanza għal inkjesta. Għandhom jgħaddu kull informazzjoni disponibbli li għandha x-xejra li turi li l-partikolari ta' l-imsemmi ċertifikat mhumiex preċiżi.

Artikolu 8

1. Verifika retrospettiva taċ-ċertifkati forma A msemmija fl-Artikolu 4 għandha titwettaq fiċ-ċirkostanzi speċifikati f'Artikolu 12 tar-Regolament Bażiku. Madankollu, b'mod ta' deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu, l-awtoritajiet rilevanti tad-dwana fil-Komunità għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta' l-oriġini forma A lill-Junta.

2. Il-pajjiżi tal-Grupp Andean għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-indirizz tal-Junta. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri.

Artikolu 9

In-nota ta' spjegazzjoni annessa ma' dan ir-Regolament tifforma parti integrali minnu.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 1981.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1980.

Għall-Kummissjoni

Étienne Davignon

Membru tal-Kummissjoni

[1] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

Nota ta' spjegazzjoni ta' Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' Artikolu 1(1) (B), ir-regola tal-perċentwali trid titħares billi ssir riferenza rigward il-valur miżjud miksub għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Listi A u B riferuti f'Artikolu 3 tar-Regolament Bażiku. Meta l-prodotti miksuba jidhru fil-Lista A, ir-regola tal-perċentwali għalhekk tikkostitwixxi kriterju addizzjonali ma’ dak tal-bidla ta' l-intestatura tat-tariffa għal kull prodott użat mhux ta' oriġini.

--------------------------------------------------

Top