EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0507

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 1978 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu

OJ L 155, 13.6.1978, p. 31–33 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 13 Volume 007 P. 120 - 123
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 008 P. 186 - 188
Portuguese special edition: Chapter 13 Volume 008 P. 186 - 188
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 008 P. 136 - 138
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 008 P. 136 - 138
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 005 P. 89 - 91
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 004 P. 107 - 109
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 004 P. 107 - 109
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 026 P. 68 - 70

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/507/oj

31978L0507



Official Journal L 155 , 13/06/1978 P. 0031 - 0033
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0136
Greek special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0120
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0136
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0186
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0186


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Mejju 1978

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu

(78/507/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni, u partikolarment l-Artikoli 11, 12 u 13 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu [2],

Billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) issa adottat żewġ Standards Internazzjonali rrelatati ma’ sistema ta’ klassifikazzjoni mondjali li tippermetti li manifattur ta’ vettura [3], u anke vettura [4] jkunu identifikati; billi huwa għalhekk rakkomandat li din is-sistema ta’ identifikazzjoni tiġi inkorporata fid-Direttiva 76/114/KEE u, fl-istess ħin, li jiġu allineati il-ħtiġiet ta’ l-imsemmija Direttiva ma’ l-istandard ta’ l-ISO rrelatat ma’ l-identifikazzjoni ta’ vettura;

Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi Mmirati biex jitneħħew l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ fis-settur tal-vetturi bil-mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 76/114/KEE huwa emendat kif muri fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1978 l-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet relatatai mal-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom,,

- jirrifjuta fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li jagħti l-approvazzzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l- l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi id-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

jekk il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi jkunu konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 t’Ottubru 1981 l-Istati Membri:

- ma jistgħux iktar joħorġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil, ma jikkonformawx mad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata minn din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 t’Ottubru 1981 l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li l- pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/114/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ dawk id-disposizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1978 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussels, fid-19 ta’ Mejju 1978.

Għall-Kummissjoni

Etienne Davignon

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 1.

[3] Standard Internazzjonali ISO 3780, ta’ l- 1.2.1976.

[4] Standard Internazzjonali ISO 3779, tal- 15.6.1977.

--------------------------------------------------

ANNESS

Emendi għall-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975

Punt 2.1.2, il-ħames linja:Il-frażi "DK għal Danimarka", għandha tiġi sostitwita bi "18 għad-Danimarka,".

In-nota (

1

) għandha tiġi sostitwita b’li ġej:

"(1) Jekk vettura ma tkunx ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u għalhekk ma jkollhiex in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, Stat Membru jista’ jitlob li n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jkun indikat. Jekk in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jkun mitlub li jkun indikat, il-manifattur jista’ jpoġġih jew fuq pjanċa separata mill-pjanċa tal-manifattur jew fuq il-pjanċa tal-manifattur stess."

Fil-punti 2.1.4, 2.1.5, 2.1.6, 2.1.7 u 2.1.8:"piż" għandha taqra "massa".

Il-punt 3.1 għandu jkun emendat biex jaqra kif ġej:

3.1. Għandu jkun immarkat fuq il-pjanċa tal-manifattur, kif ukoll fuq ix-chassis, qafas jew struttura oħra simili.

3.1.1. Għandu jkun jikkonsisti fi tliet sezzjonijiet.

3.1.1.1. L-ewwel sezzjoni għandha tkun tikkonsisti f’kodiċi assenjata lill-manifattur tal-vettura biex tippermettilu li jkun identifikat. Il-kodiċi għandu jkun fih tliet karattri, ittri jew figuri li għandhom ikunu assenjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-manifattur għandu l-post ewlieni tan-negozju tiegħu, bi ftehim ma’ l-aġenzija internazzjonali li taġixxi taħt l-awtorità ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Istandardizzazzjoni (ISO). L-ewwel karattru għandu jistabblixxi żona ġeografika, it-tieni pajjiż f’dik iż-żona ġeografika, u t-tielet manifattur speċifiku.

Fejn il-manifattur jipproduċi inqas minn 500 vettura fis-sena, it-tielet karattru għandu jkun dejjem ‘9’. Sabiex tidentifika tali manifatturi, l-awtorità kompetenti msemmija hawn fuq għandha tassenja wkoll it-tielet, ir-raba’ u l-ħames karattri tat-tielet sezzjoni.

3.1.1.2. It-tieni sezzjoni għandha tkun komposta minn sitt karattri (ittri jew figuri) li għandhom iservu biex jindikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura. Jekk il-manifattur ma jużax wieħed jew iktar minn dawn il-karattri, l-ispazji mhux użati għandhom ikunu mimlija minn karattri alfabetiċi jew numeriċi, ta’ l-għażla tal-manifattur.

3.1.1.3. It-tielet sezzjoni, komposta minn tmien karattri, li minnhom l-aħħar erbgħa għandhom ikunu numeriċi, għandhom in konġunzjoni maż-żewġ sezzjonijiet l-oħra jipprovdu indikazzjoni ċara ta’ vettura partikolari. Kull spazju mhux użat għandu jintela b’żero sabiex in-numru totali ta’ karattri meħtieġ ikun jista’ jintlaħaq.

3.1.2. Fejn ikun possibbli dan għandu jkun immarkat f’linja waħda.

Bħala eċċezzjoni, għal raġunijiet tekniċi, jista’ jkun ukoll immarkat f’żewġ linji. Madankollu, fil-każ ta’ l-aħħar ebda sezzjoni ma tista’ tkun diviża bejn żewġ linji. Il-bidu u t-tmiem ta’ kull linja għandu jkun indikat b’simbolu li la hu numru Għarbi u l-anqas ittra kapitali Rumana, u li ma jkunx jista’ jkun konfuż ma’ xi wieħed minnhom. Din il-kondizzjoni tista’ titwarrab fil-każ li l-pjanċi tal-manifattur fejn in-numru huwa mmarkat fuq naħa waħda biss. Huwa wkoll permissibbli li tqiegħed tali simbolu bejn it-tliet sezzjonijiet fuq linja waħda (3.1.1).

M’għandu jkun hemm ebda spazju bejn il-karattri.

--------------------------------------------------

Top