EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971L0162

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 Marzu 1971 li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttiva tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix

OJ L 87, 17.4.1971, p. 24–28 (DE, FR, IT, NL)
Danish special edition: Series I Volume 1971(I) P. 209 - 212
English special edition: Series I Volume 1971(I) P. 232 - 236
Greek special edition: Chapter 03 Volume 006 P. 176 - 180
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 004 P. 171 - 175
Portuguese special edition: Chapter 03 Volume 004 P. 171 - 175
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 003 P. 182 - 186
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 003 P. 182 - 186
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 001 P. 229 - 233
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 001 P. 168 - 172
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 001 P. 168 - 172
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 056 P. 25 - 29

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1971/162/oj

31971L0162



Official Journal L 087 , 17/04/1971 P. 0024 - 0028
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0209
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0232
Greek special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0176
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0171
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 4 P. 0171
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0182
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0182


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-30 Marzu 1971

li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttiva tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix

(71/162/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi huwa xieraq, għar-raġunijiet elenkati fis-segwenti reċitazzjonijiet, li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pitravi [2], kif emendati bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [3], dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [4], kif emendata bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [5], dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taċ-ċereali [6], kif emendata bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [7], u dwar il-bejgħ tal-patata taż-żrigħ [8], kif emendata bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [9], tad-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 [10] dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u tad-Direttiva tad-29 Settembru 1970 [11] dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix;

Billi katalogu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli kien hemm provvediment dwaru fid-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970;

Billi bażikament l-emendi tekniċi għall-Annessi għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' proċedura espedjenti;

Billi huwa meħtieġ li jiġi awtorizzat fil-futur l-użu tat-tikketti li jeħlu;

Billi d-disposizzjonijiet dwar testijiet komparattivi għandhom jiġu mwessa';

Billi huwa xieraq li ċerti ġeneri ta' pjanti ta' l-għalf jiġu suddiviżi f'diversi speċi ta' l-akbar importanza għall-agrikoltura, u li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tekniċi;

Billi fil-każ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, l-ispeċi tar-riġnuwa (fażola tal-kastru) u tal-ġulġlien m'hemmx għalfejn jinżammu fi ħdan l-iskop tad-Direttiva; billi, minn-naħa l-oħra, huwa xieraq li jiġu stipulati disposizzjonijiet partikolari fir-rigward ta' monoecious;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pitravi għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6:

"l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa tiġi, jekk min irabbi hekk jitlob, trattata bħala kunfidenzjali.";

2. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 11 (1) (a) wara l-kliem

"għaż-żerriegħa ċċertifikata"

;

"l-użu tat-tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat; dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;"

3. Id-data ta' l-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok id-data mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 16 (2).

4. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 20 (1):

"1. It-testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa tal-pitravi ċċertifikata miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi vverifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21.";

5. L-Artikolu segwenti għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 21:

"Artikolu 21a

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li għandhom isiru fl-Annessi."

Artikolu 2

Id-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf għandha tiġi emendata kif ġej:

1) Fl-Artikolu 2(1) (A) (a), għall-kliem:

"Agrostis spec | Ħaxix iebes ta' l-ispeċi Agrostis" |

għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti:

"Agrostis canina L. ssp. canina Hwd. | Agrostis canina L. |

Agrostis gigantea | Agrostis gigantea |

Agrostis stolonifera L. | Agrostis stolonifera L. |

Agrostis tenius Sibth. | Agrostis tenius Sibth."; |

2) Fl-Artikolu 2(1) (A) (a), għall-kliem:

"Lolium spec. | Sikrana" |

għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti:

"Lolium multiflorum Lam. | Sikrana Taljana (inkluża sikrana Westerwold) |

Lolium perenne L | Sikrana perenni |

Lolium x hybridum Hausskn. | Sikrana ibrida."; |

3) Fl-Artikolu 2(1) (A) (a), għall-kliem:

"Poa spec. | Mellieġ" |

għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti:

"Poa annua L. | Mellieġ annwali |

Poa nemoralis L. | Mellieġ ta' l-injam |

Poa palustris L. | Mellieġ ta' l-għadajjar |

Poa pratensis L. | Mellieġ taz-zokk lixx |

Poa trivialis L. | Mellieġ taz-zokk aħrax."; |

4) Fl-Artikolu 2(1) (A) (b), għall-kliem:

"Lupinus spec. Lupinus perennis L. | apparti milli Lupini apparti milli perenni" |

Għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti:

"Lupinus albus L. | Lupina bajdanija |

Lupins angustifolius L. | Lupina kaħlanija |

Lupinus luteus L. | Lupina safranija."; |

5) Fl-Artikolu 2(1) (A) (b), għall-kliem:

"Vicia spec Vicia faba major L. | apparti milli Ġulbiena u fażola minbarra ful aħdar" |

Għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti:

"Vicia faba L.ssp.faba var. equina Pers. | Favetta |

Vicia faba L var. minor (Peterm) bull. | Favetta |

Vicia pannonica Crantz | Ġulbiena Ungeriża |

Vicia sativa L. | Ġulbiena komuni |

Vicia villosa Roth | Ġulbiena mxewka."; |

6. Fl-Artikolu 3 (1), għall-kliem:

"Lolium spec." |

għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti:

"Lolium multiflorum Lam. |

Lolium perenne L. |

Lolium x hybridum Hausskn."; |

7. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6:

"l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa għandha, jekk min ikabbar hekk jitlob, li tkun ittrattata bħala kunfidenzjali.";

8. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10 (1) (a) wara l-kliem

"għal żerriegħa kummerċjali"

;

"l-użu tat-tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat, dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;."

9. Id-data ta' l-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 16 (2).

10. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 20 (1):

"1. It-testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi jew sintetiċi, u taż-żerriegħa ċċertifikata tal-pjanti ta' l-għalf, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jkun ivverifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21.";

11. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 21:

"Artikolu 21a

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi.";

12. Fl-Anness II (I) (3) (A) (a), il-kliem "Agrostis gigantea Roth" għandu jidħol minflok il-kliem "Agrostis alba" u l-kliem "Lolium multiflorum Lam". minflok il-kliem "Lolium multiflorum spec".

13. Fl-Anness II (I) (3) (A) (b), iċ-ċifra "1.5" għandha tidħol minflok "0.1" biex tindika l-kontenut massimu taż-żerriegħa tal-ħaxix ħażin għal Hedysarum coronarium L.

14. Is-segwenti għandu jiġi miżjud ma' l-Anness II (I) (3) (B):

"(f) In-numru taż-żerriegħa ta' Rumex obstusifolius u Rumex crispus m'għandux jeċċedi 2 f'kampjun ta' 5 grammi";

15. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta' l-Anness II (I) (3) (C) (a):

"(a) Il-perċentwali bin-numru taż-żerriegħa ta' kulur ieħor m'għandux jeċċedi 2 fil-każ ta' lupini morri u 1 fil-każ ta' lupini oħrajn.";

16. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta' l-Anness II (III) (4) (a):

"Il-perċentwali bin-numru taż-żerriegħa ta' kulur ieħor m'għandux jeċċedi 4 fil-każ ta' lupini morri u 1 fil-każ ta' lupini oħrajn.";

17. Is-segwenti għandu jiġi miżjud ma' l-Anness IV (A) (a):

"10. Għall-varjetajiet taż-żerriegħa tal-ħaxix li għalihom ebda eżami dwar il-valur għaż-żera' u użu ma jkun sar permezz ta' l-Artikolu 4 (2) (a) tad-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970 [12] dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli: "mhux intiż għall-produzzjoni ta' l-għalf"."

Artikolu 3

Id-direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taċ-ċereali għandha tiġi emendata kif ġej:

1) Fl-Artikolu 2(1) (A), għall-kliem:

"Zea mays L. | Qamħirrum" |

għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti:

"'Zea mays L.except Zea mays convar. microsperma (Koern) u Zea mays convar saccharata (Koern) | Qamħirrum minbarra popcorn u qamħirrum ħelu."; |

2. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6:

"l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa tkun, jekk min ikabbar hekk jitlob, ittrattata bħala kunfidenzjali.";

3. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10 (1) (a) wara l-kliem

"tat-tieni ġenerazzjoni;"

:

"l-użu tat-tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat; dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;";

4. Id-data tal-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 16 (2).

5. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 20 (1):

"Testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi jew sintetiċi, u taż-żerriegħa ċċertifikata tal-kwalitajiet kollha taċ-ċereali, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjunar. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi verifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21.";

6. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 21:

"Artikolu 21a

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi."

Artikolu 4

Id-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ tal-patata taż-żrigħ għandha tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 21 għandu jiġi mħassar;

2. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 14(1):

"Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet minimi l-oħra stipulati fl-Anness I jista' wkoll jiġi vverifikat matul il-verifiki komparattivi.";

3. Id-data ta' l-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 15 (2).

4. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 19:

"Artikolu 19a

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi."

Artikolu 5

Id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 il-kliem "Ricinus communis L - Żerriegħa tar-riġnuwa" u "Sesamum orientale L - Ġulġlien (orjentali)" u r-referenzi kollha għaż-żerriegħa tar-riġnuwa u l-ġulġlien għandhom jiġu mħassra.

2. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2 (1):

(a) fit-tmiem tas-Sezzjoni B (b), il-kliem:

"jew, fejn ikun xieraq, "iż-żerriegħa ċċertifikata, tat-tielet ġenerazzjoni";;";

(b) fis-Sezzjoni C, qabel il-kelma "qanneb", il-kelma "dioċenea"

(c) fis-Sezzjoni D, wara l-kliem "ful salvaġġ", il-kliem "qanneb monoċeneu"

(d) fis-Sezzjoni D (b), wara l-kliem

"iż-żerriegħa ċċertifikata, tat-tieni ġenerazzjoni"

, il-kliem:

"jew, fejn ikun xieraq, tal-kategorija "taż-żerriegħa ċċertifikata, tat-tielet ġenerazzjoni";;";

(e) fl-aħħar tas-Sezzjoni E (b), il-kliem:

"jew, fejn ikun xieraq, li hija ntiża għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata, tat-tielet ġenerazzjoni";;";

(f) wara s-Sezzjoni E is-segwenti:

"E Żerriegħa ċertifikata, tat-tieni ġenerazzjoni (qanneb monoċeu): żerriegħa

(a) li hija ta' dixxendenza diretta minn żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni li ġiet stabbilita u kkontrollata uffiċjalment bl-għan speċjali li tiġi prodotta żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni

(b) li hija intiża għall-produzzjoni tal-qanneb li għandu jiġi maħsud meta joħroġ il-fjur;

(c) li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċċertifikata; u

(d) li jkun instab permezz ta' eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet hawn fuq imsemmija.";

3. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6:

"l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa tiġi, jekk min ikabbar hekk jitlob, ittrattata bħala kunfidenzjali.";

4. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10 (1) wara l-kliem

"għaż-żerriegħa kummerċjali"

:

"l-użu ta' tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat; dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;";

5. Id-data ta' l-1 Lulju 1973 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 15 (2).

6. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 19 (1):

"1. Testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara-l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi jew sintetiċi, u taż-żerriegħa ċċertifikata tal-kwalitajiet kollha tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi verifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21.";

7. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 20:

"Artikolu 20a

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi.";

8. Fl-Anness I (5) u fl-Anness II (1) (2) (A), il-kliem "iż-żerriegħa tar-riġnuwa" u "Ricinus communis","Sesamum orientale L", u l-ispeċifikazzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-istess, għandhom jiġu mħassra.

9. Fl-Anness II (1) (2) (B) (e), il-kliem "Cannabis sativa" għandhom jidħlu minflok il-kliem "Linum usitatissimum".

Artikolu 6

Id-Direttiva tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 39 (1):

"1. It-testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi u sintetiċi, u taż-żerriegħa tal-ħaxix iċċertifikata jew normali, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi vverifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 40.";

2. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 40:

"Artikolu 40a

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi."

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi:

(a) b'effett mill-1 Lulju 1970, mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 (3), ta' l-Artikolu 2 (9), ta' l-Artikolu 3 (4), ta' l-Artikolu 4 (3) u ta' l-Artikolu 5 (1), (2) u (7),

(b) mhux aktar tard mill-1 Lulju 1972, mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 (1), ta' l-Artikolu 2 (7) u (17), ta' l-Artikolu 3 (2), ta' l-Artikolu 4 (1), ta' l-Artikolu 5 (3) u ta' l-Artikolu 6;

(c) mhux aktar tard mill-1 Lulju 1971, mad-disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 30 Marzu 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Schumann

[1] ĠU Nru C 101, 4.8.1970, p. 44.

[2] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2290/66.

[3] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 4.

[4] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

[5] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 8.

[6] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

[7] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 1.

[8] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2320/66.

[9] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 7.

[10] ĠU Nru L 169, 10.7.1969, p. 3.

[11] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 7.

[12] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

Top