Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971L0127

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Marzu 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur

OJ L 68, 22.3.1971, p. 1–17 (DE, FR, IT, NL)
Danish special edition: Series I Volume 1971(I) P. 122 - 135
English special edition: Series I Volume 1971(I) P. 136 - 151
Greek special edition: Chapter 13 Volume 001 P. 110 - 125
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 001 P. 247 - 263
Portuguese special edition: Chapter 13 Volume 001 P. 247 - 263
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 001 P. 165 - 179
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 001 P. 165 - 179
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 001 P. 109 - 125
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 001 P. 93 - 109
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 001 P. 93 - 109

No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010; Imħassar b' 32003L0097 . Latest consolidated version: 01/01/1995

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1971/127/oj

31971L0127



Official Journal L 068 , 22/03/1971 P. 0001 - 0017
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0165
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0122
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0165
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0136 - 0151
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0110
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0247
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0247


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-1 ta’ Marzu 1971

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur

(71/127/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, mal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa meħtieġ għalhekk li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b’żieda ma’ jew minflok il-ħtiġiet eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom tiġi applikata għal kull tip ta’ vettura;

Billi r-regoli dwar il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għandhom jistipulaw ħtiġiet li mhux biss jikkonċernaw kif dawn il-mirja għandhom ikunu mwaħħlin fuq il-vetturi iżda wkoll il-kostruzzjoni tagħhom;

Billi proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip armonizzata għall-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni ta’ kostruzzjoni u ttestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar is-sejbiet tiegħu billi tintbagħat kopja taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip li jkun sar għal kull tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara; billi tpoġġija ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fuq il-mirja kollha li jkunu ġew fabbrikati b’konformità mat-tip approvat tneħħi kull bżonn ta’ investigazzjonijiet tekniċi fuq dawn il-mirja fl-Istati Membri l-oħra;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu japprova kull tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar li hemm fil-punt 2 ta’ l-Anness I.

2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, safejn hu meħtieġ u jekk hemm bżonn f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli fil-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Din il-verifika għandha tkun limitata għal kontroll saltwarji.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-manifattur, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li għandha tikkonforma mal-mudell muri fil-punt 2.6 ta’ l-Anness I, għal kull tip ta’ mera li minnha tista’ tarea fuq wara li japprovaw skond l-Artikolu 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jafu joħolqu konfużjoni bejn mirja li minnhom tista’ tara fuq wara li jkunu ġew mogħtija approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1 u mirja oħra.

Artikolu 3

1. L-ebda Stat Membru m’għandu jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni tagħhom jew metodu ta’ funzjoni jekk għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

2. Madankollu, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tipprevjeni Stat Membru milli jieħu dawk il-miżuri fir-rigward ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li, mid-disinn tagħhom, ma jikkonformawx mal-prototip approvat.

Dak l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu, u għandu jispeċifika r-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tiegħu. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 għandhom japplikaw ukoll.

fit-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, meta l-ħtiġiet tal-punti 2.1, 2.2 jew 2.4 ta’ l-Anness I ma jkunux osservati..

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, fi żmien xahar, kopja taċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip mimlijin, għal kull tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara li japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 5

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE isib li numru ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara li jkollhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip ma jikkonformax mat-tip li approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu, li jistgħu, fejn meħtieġ, jestendu għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. L-awtoritajiet imsemmijin għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar dan in-nuqqas ta’ konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, fi żmien xahar, dwar kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, u dwar ir-raġunijiet għal din il-miżura.

3. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jikkontesta n-nuqqas ta’ konformità notifikata lilu, l-Istati Membri konċernati għandhom jippruvaw isolvu l-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u għandha, fejn meħtieġ, tagħmel konsultazzjonijiet xierqa bil-għan li jintlaħaq ftehim.

Artikolu 6

Id-deċiżjonijiet kollha meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li jirrifjutaw jew jirtiraw approvazzjoni tat-tip ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara jew li jipprojbixxu l-użu tagħha, għandhom jagħtu fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tkun infurmata dwar ir-rimedji disponibbli lilha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar it-termini taż-żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara jekk dawn għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE u jekk ikunu mwaħħlin b’mod konformi mal-ħtiġijiet stipulati fil-punt 3 ta’ l-Anness I.

Artikolu 8

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fuq it-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar minn 25km/siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi jew makkinarju għall-agrikoltura, u vetturi tax-xogħolijiet pubbliċi.

Artikolu 9

L-emendi meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi I, II u III sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jkollhom il-ħtiġiet, meħtieġa sabiex jikkonformaw ma din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkun kkommunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-1 ta’ Marzu, 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Schumann

[1] ĠU Ċ 160, 18.12.1969, p. 7

[2] ĠU Ċ 48, 16.4.1969, p.16

[3] ĠU L 42, 6.4.1970, p. 1

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. "Mera li minnha tista’ tara fuq wara" tfisser kull mezz maħsub li jagħti, fi ħdan il-kamp viżiv ġeometrikament definit fil-punt 3.5 hawn taħt, vista ċara fuq in-naħa ta’ wara li, f’limiti raġjonevoli, ma jiġix ibblukkat minn partijiet komponenti tal-vettura jew mill-okkupanti tal-vettura innifisha.

1.2. "Mera li minnha tista’ tara fuq wara interna" tfisser mezz, kif definit fil-punt 1.1, li huwa mwaħħal fil-kompartiment tal-passiġġieri ġo vettura.

1.3. "Mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna" tfisser mezz, kif definit fil-punt 1.1, li huwa mwaħħal fuq in-naħa ta’ barra ta’ vettura.

1.4. "Klassi ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara" tfisser il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara kollha li għandhom karatteristika jew funzjoni jew aktar komuni. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara nterni huma raggruppati fi klassi I, il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterjni huma fi klassijiet II u III.

1.5. "Vetturi tal-kategorija A" tfisser il-vetturi kollha li għandhom piż massimu permessibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati metriċi.

1.6. "Vetturi tal-kategorija" tfisser il-vetturi kollha li għandhom piż massimu permessibbli ta’ mhux aktar minn 3.5 tunnellati metriċi.

1.7. "Il-punti okulari tax-sewwieq" tfisser żewġ punti 65 mm il-bogħod minn xulxin u 635 mm il-fuq mill-punt H tas-sedil tax-sewwieq kif definit fl-Anness III. Il-linja dritta li tgħaqqad lil dawn il-punti timxi perpendikolari mal-medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura. Iċ-ċentru tas-segment li jgħaqqad iż-żewġ punti okulari huwa l-impjant lonġitudinali vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-kontroll ta’ l-istering. Jekk dan l-impjant ma jgħaddix miċ-ċentru apparenti tas-sedil tax-sewwieq, għandha ssir modifika xierqa tal-pożizzjoni laterali ta’ dan l-impjant.

1.8. "R" ifisser il-medja tar-radji ta’ kurvatura prinċipali mkejjla miċ-ċentru tal-mera u espress f’millimetri.

2. DISPOSIZZJONIJIET RELATATI MA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TAL-MIRJA LI MINNHOM TISTA’ TARA FUQ WARA

2.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali

2.1.1. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara kollha għandhom ikunu aġġustabbli.

2.1.2. It-tarf tal-wiċċ li jirrifletti għandu jkun magħluq f’holder b’xifer ittundjat ta’ mill-inqas 3.5 mm.

2.1.3. L-ebda komponent ta’ mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna ma jista jinkludi xi parti li tisporġi b’radju ta’ kurvatura ta’ anqas minn 3.5 mm.

2.2. Dimensjonijiet

2.2.1. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni (klassi 1)

15 cm ×

1 +

2.2.2. Mirja li minhom tista’ tara fuq wara esteni (klassijiet II u III)

2.2.2.1. Id-dimensjonijiet tal-wiċċ riflessiv għandhom ikunu tant li jkun possibbli li fuqu jiġi ddisinjat:

- rettangolu b’għoli ta’ 4 ċm, il-bażi ta’ liema, imkejjel f’ċentimetri, għandu l-valur ‘a’,

- segment li huwa paralleli għall-għoli tar-rettangolu, u t-tul ta’ liema, espress f’ċentimetri, għandu l-valur ‘b’.

2.2.2.2. Il-valuri minimi ta’ ‘a’ u ‘b’ huma mogħtija fil-werrej ta’ hawn taħt.

Klassi tal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara | Kategoriji ta’ vetturi li għalihom huma ddisinjati l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara | a | b |

II | A | 171 + 1000R | 20 |

III | B | 131 + 1000R | 7 |

2.3. Il-wiċċ riflessiv u l-koeffiċjenti ta’ riflessjoni

2.3.1. Il-wiċċ riflessiv għandu jkun limitat b’kurva ta’ forma ordinarja jew konvess.

2.3.2. Il-wiċċ riflessiv għandu jmantni l-karatteristiċi mqiegħda fil-punt 2.3.5 f’kondizzjonijiet normali ta’ użu anke meta l-kondizzjonijiet tat-temp ikunu żvantaġġużi.

2.3.3. Il-wiċċ riflessiv għandu jikkonsisti minn mirja konvessi ċatti jew sferiċi. Id-differenza bejn ir-radji prinċipali tal-kurva f’xi punt fuq il-parti ċentrali tal-mera m’għandhiex tkun akbar minn 0.25 R.

2.3.4. Il-medja R tal-kurvatura tar-radji definit fil-punt 1.8 hawn fuq m’għandux ikun anqas mill-valuri li ġejjin:

- 1800 mm għal mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tal-klassi II,

- 1200 mm għal mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tal-klassijiet I u III.

2.3.5. Il-koeffiċjent normali tar-riflessjoni tal-wiċċ riflessiv m’għandux ikun inqas minn 35 %. Jekk il-mera għandha żewġ pożizzjonijiet ("lejl" u "nhar"), il-koeffiċjent tar-riflessjoni fil-pożizzjoni "lejl" m’għandhiex tkun anqas minn 4 %. Il-mera li minnha tista’ tara fuq wara m’għandhiex tfixkel l-għarfien tal-kuluri tas-sinjali wżati fil-kontroll tat-traffiku tat-triq.

2.4. Testijiet

2.4.1. Ir-reazzjoni tal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għall-impatt u tgħawwiġ fuq il-holder imwaħħal mal-fergħa jew is-sostenn għandu jiġi ttestjat fil-manjiera deskritta fil-punti 2.4.2. u 2.4.3.

2.4.2. Test ta’ impatt

2.4.2.1. Deskrizzjoni tat-mezz tat-test

2.4.2.1.1. Il-mezz tat-test għandu jikkonsisti minn pendlu li huwa magħmul minn travu li t-tarf tiegħu għandu jkun ras ta’ martell. Jintuża appoġġ imwaħħal b’mod riġidu mal-qafas tal-pendlu sabiex jikklampja l-kampjun tat-test (Figura 1).

Id-dimensjonijiet prinċipali tal-mezz tat-test ta’ l-impatt

+++++ TIFF +++++

2.4.2.1.2. Il-wiċċ tal-martell użat sabiex jagħti d-daqqa għandu jkun fil-forma ta’ kikkra sferikali b’dijametru ta’ 165 mm ± 5 mm. Għandu jkun riġidu u jkollu għatu tal-gomma bi ħxuna ta’ 5 mm b’għebusija ta’ Shore A 50.

2.4.2.1.3. Iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tikkoinċidi maċ-ċentru tal-porzjon ta’ sfera fit-tarf tal-martell. Għandu jkun f’distanza ta’ 1 m ± 10 mm mill-assi ta’ rotazzjoni tal-pendlu. Il-massa totali tal-pendlu li tkun qegħda fiċ-ċentru ta’ perkussjoni tagħha hija mo = 6.8kg ± 50 g (ir-relazzjoni bejn mo mal-massa totali ‘m’ tal-pendlu u d-distanza ‘1’ bejn iċ-ċentru ta’ gravità tal-pendlu u l-assi ta’ rotazzjoni tiegħu għandha tkun espressa bħala:

m

= m

).

2.4.2.2. Deskrizzjoni tat-test.

2.4.2.2.1. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għandhom ikunu kklampjati ma’ l-appoġġ b’tali mod li dan ta’ l-aħħar ma jkunx qiegħed ifixkel il-moviment tal-partijiet li jiċċaqalqu tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara. Il-proċedura wżata sabiex il-mera li minnha tista’ tara fuq wara tiġi kklampjata ma’ l-appoġġ u sabiex l-id tiġi ppożizzjonata għandha tkun dik rakommandata mill-persuna li tkun issottomettiet il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għall-ittestjar.

2.4.2.2.2. Meta l-mera li minnhatista’ tara fuq wara jkollha mezz sabiex tiġi aġġustata d-distanza b’relazzjoni mal-bażi, it-mezz għandu jkun issettjat fil-valur minimu.

2.4.2.2.3. It-test għandu jsir billi l-martell jitħalla jaqa’ minn għoli korrispondenti għal angolu tal-pendlu ta’ 60º mill-vertikali sabiex il-martell jolqot il-mera li minnha tista’ tara fuq wara fil-mument meta l-pendlu jilħaq il-pożizzjoni vertikali, il-punt ta’ l-impatt tal-martell ikun fuq linja li tgħaddi orizzontalment maċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu.

2.4.2.2.4. Il-mirja li minhom tista’ tara fuq wara huma bla ħsara għall-impatt fil-kondizzjonijiet differenti li ġejjin:

2.4.2.2.4.1. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara interni

Test 1 – Perpendikolarment mal-wiċċ tal-mera, il-punt ta’ l-impatt għandu jkun tant li l-impatt prodott fuq il-mera jgħaddi minn punt li fih il-holder huwa mqabbad mal-fergħa jew ma’ l-immuntar. L-impatt għandu jkun iddiriġut fuq il-wiċċ riflessiv.

Test 2 – Fuq it-tarf tal-holder b’tali mod li l-impatt prodott jagħmel angolu ta’ 45° ma’ l-pjan tal-mera u li tinsab fil-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt li fih il-holder huwa mqabbad mal-fergħa jew l-immuntar. L-impatt huwa ddiriġut fuq il-wiċċ riflessiv.

2.4.2.2.4.2. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni

Test 1 – Perpendikolarment mal-wiċċ tal-mera, il-punt ta’ l-impatt ikun tant li l-impatt prodott fuq il-mera jgħaddi minn punt li fih il-holder huwa mqabbad mal-fergħa jew ma’ l-immuntar.

Test 1’ – Fuq wara tal-mera, fuq il-fergħa jew l-immuntar tagħha (il-martell ikun fl-istess distanza mill-pjan ta’ kklampjar bħal ma hu fit-Test 1 u l-mera tkun perpendikolari mat-trajettorja taċ-ċentru ta’ perkussjoni).

Test 2 – Fuq it-tarf tal-holder b’tali mod li l-impatt prodott jagħmel angolu ta’ 45 mal-pjan tal-mera u li tinsab fil-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt li fih il-holder huwa mqabbad mal-fergħa jew l-immuntar. L-impatt huwa ddiriġut fuq il-wiċċ riflessiv.

2.4.2.2.4.3. Osservazzjonijiet ġenerali

2.4.2.2.4.3.1. Iċ-ċentru tal-mera jittieħed bħala l-punt ta’ referenza meta l-mezzi ittestjati m’għandhom l-ebda mmuntar jew fergħa definita b’mod ċar, jew meta l-punt ta’ tqabbid huwa fuq il-periferija tal-mera.

2.4.2.2.4.3.2. Jekk m’huwiex possibbli li jsir it-test deskritt fil-punt 2.4.2.2, il-punt ta’ impatt jersaq, fil-pjan ta’ simmetrija tal-pendlu, b’tali mod li l-aktar punt baxx tal-martell huwa 40 mm mill-pjan ta’ kklampjar.

2.4.3. Test ta’ tgħawwiġ fuq il-holder imwaħħal mal-fergħa

2.4.3.1. Deskrizzjoni tat-test

Il-holder jitqiegħed orizzonatalment f’mezz b’tali mod li l-fergħa jew il-l-immuntar tkun tista tiġi kklampjata b’mod sikur. Fid-direzzjoni ta’ l-akbar dimensjoni tal-holder, l-aktar tarf qrib għall-punt ta’ twaħħil fuq il-fergħa tiġi mmobilizzata permezz ta’ stop fiss b’wisa’ ta’ 15 mm, li jgħatti l-wisa’ kollha tal-holder.

Fit-tarf l-ieħor jitqiegħed stop, identiku għal dak deskritt hawn fuq, fuq il-holder sabiex it-tagħbija tat-test speċifikat tkun tista tiġi applikata lilha (Figura 2).

Eżempju ta’ apparat tat-test ta’ tgħawwiġ għall-holders ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara:

+++++ TIFF +++++

2.4.3.2. It-tagħbija tat-test hija 25 kg. Tiġi applikata għal minuta.

2.5 Interpretazzjoni tar-riżultati

2.5.1. Fit-testijiet kollha deskritti fil-punt 2.4.2 il-pendlu għandu jibqa’ jixxengel wara l-impatt sa punt li jifforma angolu ta’ mill-inqas 20º mal-vertikali.

2.5.2. Jekk ikun hemm tkissir tal-friegħi jew l-immuntar tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara waqt it-testijiet deskritti fil-punt 2.4.2, il-parti li tibqa’ m’għandhiex tisporġi mill-bażi b’aktar minn 1 ċm. Jekk il-fergħa jew l-immuntar jinqasmu, il-parti li jifdal tal-bażi m’għandhiex tifforma sporġenza perikoluża.

2.5.3. Il-mera m’għandhiex tinkiser waqt it-testijiet deskritti fil-punti 2.4.2 u 2.4.3. Iżda, jiġi permess tkissir tal-mera jekk jaderixxi wieħed mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.5.3.1. Il-frak tal-ħġieġ jibqgħu imwaħħlin ma’ wara tal-holder jew ma’ wiċċ imwaħħal sod mal-holder, iżda tinqala erja ta’ mhux aktar minn 5 mm fil-wisgħa.

2.5.3.2. Il-mera hija magħmula minn ħġieġ tas-sigurtà.

2.6. Marka ta’ approvazzjoni tat-tip

2.6.1. Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip għandha tkun magħmula minn rettangolu, li fi ħdanu titqiegħed l-ittra "e" segwita min-numru jew ittra li tiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip (1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 6 għall-Belġju u L għall-Lussemburgu). F’kull punt fil-viċinanza ta’ dan ir-rettangolu għandu jitqiegħed numru ta’ approvazzjoni tat-tip li jikkorrispondi man-numru ta’ l-attestat approvat komplut għall-prototip.

2.6.2. Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip (simbolu u numru) għandu jitqiegħed fuq parti prinċipali tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara b’tali mod li ma titħassarx u tibqa’ tidher b’mod ċar anke wara li l-mera li minnha tista’ tara fuq wara tkun twaħħlet fuq vettura.

Eżempju ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE [1]

+++++ TIFF +++++

Tifsira:

Il-mera li għandha l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE murija hawn fuq hija mera tal-klassi I (mera li minnha tista’ tara fuq wara interna) li ġiet approvata fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru 1471.

3. ĦTIĠIET GĦAT-TWAĦĦIL MAL-VETTURI

3.1. Ġenerali

3.1.1. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għandhom jitwaħħlu b’tali mod li jibqgħu sodi f’kondizzjonijiet ta’ sewqan normali.

3.1.2. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni mwaħħlin fuq vetturi tal-kategorija A għandhom ikunu mirja tal-klassi II, dawk li jitwaħħlu fuq vetturi tal-kategorija B għandhom ikunu mirja tal-klassi III.

3.2. Numru

3.2.1. Il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra b’mera li tidher fuq wara sew interna u sew esterna, din ta’ l-aħħar titwaħħal fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura.

3.2.2. Jekk il-kondizzjonijiet imqiegħda fil-punt 3.5 b’rispett għall-kamp viżiv tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara interna ma jintlaħqux, għandha titwaħħal mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura. F’dan il-każ, m’hemmx għalfejn titwaħħal mera li minnha tista’ tara fuq wara interna jekk ma tipprovdi l-ebda viżibilità lejn in-naħa ta’ wara.

3.3. Pożizzjoni

3.3.1. Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara għandhom jitqiegħdu b’mod li s-sewwieq, meta jkun bil-qiegħda fuq is-sedil tas-sewqan f’pożizzjoni normali tas-sewqan, ikollu viżjoni ċara tat-triq fuq wara tal-vettura.

3.3.2. Il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni għandhom ikunu viżibbli mit-twieqi tal-ġenb jew minn porzjon tal-windscreen li jitnaddaf mill-windscreen wiper. Din id-diposizzjoni m’għandhiex tapplika għall-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni mwaħħlin fuq in-naħa tal-lemin ta’ vetturi tal-kategoriji internazzjonali M2 u M3 kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

3.3.3. Fil-każ ta’ vetturi li jiġu misjuqa fuq in-naħa tax-xellug, il-mera li minnhatista’ tara fuq wara esterna għandha tkun imwaħħla man-naħa tax-xellug tal-vettura b’tali mod li jkun hemm angolu ta’ mhux aktar minn 55° bejn il-medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura u l-pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara u miċ-ċentru tas-segment bejn il-punti okulari tas-sewwieq.

3.3.4. Il-mera li minha tista’ tara fuq wara m’għandhiex tisporġi sostanzjalment mill-parti esterna tal-vettura aktar milli meħtieġ sabiex tikseb il-kampijiet viżivi imsemmija fil-punt 3.5.

3.3.5. Billi t-tarf ta’ isfel ta’ mera li minnhatista’ tara fuq wara esterna hija anqas minn 0.20 m ‘il fuq mill-art meta l-vettura tkun mgħobbija, din il-mera li minnha tista’ tara fuq wara m’għandhiex tisporġi aktar minn 0.20 m ‘il barra mill-wisa’ totali tal-vettura mkejjla mingħajr il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara.

3.3.6. Bla ħsara għall-ħtiġiet tal-punti 3.3.4 u 3.3.5, il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara jistgħu jisporġu aktar mill-wisgħat massimi permessibbli tal-vetturi.

3.4. Aġġustament

3.4.1. Is-sewwieq għandu jkun jista’ jaġġusta l-mera li minnha tista’ tara fuq wara interna mill-pożizzjoni tas-sewqan tiegħu.

3.4.2. L-aġġustament tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna li tinsab fuq in-naħa tax-sewwieq waqt li l-bieba tkun magħluqa għandu jkun possibbli. Il-mera tista’, iżda, tkun imwaħħla fil-pożizzjoni minn barra. [2]

3.4.3. Il-ħtiġiet tal-punt 3.4.2 ma japplikawx għall-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara esterni li jistgħu jkunu imċaqalqa għall-pożizzjoni li kellhom qabel mingħajr ma jkun meħtieġ ebda aġġustament, wara li jkunu ħarġu mill-aġġustament minħabba xi daqqa.

3.5. Kamp viżiv

3.5.1. Ġenerali

Il-kampijiet viżivi definiti hawn taħt għandhom jiġu stabbiliti bl-użu tal- viżjoni ta’ binoklu, filwaqt għajnejn l-osservatur ikunu fil-"punti okulari tax-sewwieq" kif definit fil-punt 1.7 ta’ hawn fuq. Il-kampijiet viżivi għandhom jiġu determinati meta l-vettura tkun vojta ħlief għal osservatur wieħed u għandhom ikunu b’tali mod illi jiġu determinati mit-twieqi li għandhom fattur totali ta’ trasmissjoni tad-dawl ta’ aktar minn 70 %.

3.5.2. Mera li minnha tista’ tara fuq wara interna

Il-kamp viżiv għandu jkun tant li s-sewwieq ikun jista’ jara mill-inqas pjan b’wisa’ ta’ 20 m u porzjon orizzontali tat-triq ċentrata fuq il-medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura, l-imsemmi porzjon jiġġebbed mill-orizzont sa 60 m wara n-naħa ta’ wara tal-vettura (Figura 3).

3.5.3. Mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna fuq ix-xellug

Il-kamp viżiv għandu jkun tant li s-sewwieq jista’ jara mill-inqas pjan b’wisa’ ta’ 2.50 m u porzjon orizzontali tat-triq, l-imsemmija porzjon tkun fuq ix-xellug mill-pjan li huwa parallel mal-medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura u jgħaddi mill-aktar punt xellugi tal-wisa’ totali tal-vettura, l-imsemmi porzjon jiġġebbed mill-orizzont sa 10 m wara l-punti okulari tas-sewwieq (Figura 4).

3.5.4. Mera li minnha tista’ tara fuq wara esterna fuq il-lemin

Il-kamp viżiv għandu jkun tant li s-sewwieq jista’ jara mill-inqas pjan b’wisa’ ta’ 3.50 m u porzjon orizzontali tat-triq, l-imsemmija porzjon tkun imdawwra fuq il-lemin mill-pjan li huwa parallel mal-medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura u jgħaddi mill-aktar punt lemini tal-wisa’ totali tal-vettura, l-imsemmi porzjon jiġġebbed mill-orizzont sa 30 m wara l-punti okulari tas-sewwieq.

B’żieda għal dan, it-triq għandha tkun viżibbli lis-sewwieq fuq wisa’ ta’ 0.75m, minn punt 4 m wara l-pjan vertikali li jgħaddi mill-punti okulari tas-sewwieq (Figura 4).

Mera retroviżuri interna

+++++ TIFF +++++

Mirja retroviżuri esterni

+++++ TIFF +++++

[1] In-numri fid-dijagramma għandhom iservu biss ta’ gwida.

[2] Tkun ħaġa xierqa jekk, fil-futur, il-mirja retroviżuri esterjni li m’għandhomx sistema li jissakkru jkunu jistgħu jiġu aġġustati mis-sewwieq mill-pożizzjoni tas-sewqan ġewwa l-vettura waqt li l-bieba tkun magħluqa. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9 tiġi applikata bil-ħsieb illi dan it-titjib jiddaħħal fid-Direttiva, hekk kif metodi sempliċi u ekonomiċi tal-manifattura u t-twaħħil fuq il-vettura isiru possibbli bħala riżultat tal-progress tekniku.

--------------------------------------------------

ANNESS II

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III [1]

PROĊEDURA TAT-TEST GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT H

1. Definizzjoni

Il-punt "H" li jindika l-pożizzjoni ta’ okkupant bil-qiegħda fil-kompartiment tal-passiġġieri, hija t-traċċa, fi pjan lonġitudinali vertikali, ta’ l-assi ta’ rotazzjoni teoretika bejn is-sieq u t-torso ta’ ġisem uman, rappreżentat minn manikin.

2. Determinazzjoni tal-punti H

2.1. Għandu jiġi determinat il-punt H għas-sedil tas-sewwieq.

(2.1.1.) (2.1.2.) 2.2. Għal kull determinazzjoni ta’ punt H is-sedil konċernat għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni normali tas-sewqan provvdut mill-manifattur, id-dahar, jekk jista’ jinżel, jitqiegħed f’pożizzjoni viċin għall-vertikali.

3. Deskrizzjoni tal-manikin

3.1. Għandu jintuża manikin tri-dimensjonali bil-piż u forma ta’ raġel adult ta’ tul medju. Dan il-manikin jidher fil-Figuri 1 u 2.

3.2. Dan il-manikin għandu jikkonsisti minn:

3.2.1. żewġ komponenti, wieħed li jissimula d-dahar u l-ieħor l-warrani tal-ġisem, b’ċappetta tul l-assi li jirrappreżenta l-assi ta’ rotazzjoni bejn it-torso u l-koxox. It-traċċa ta’ dan l-assi fuq il-ġenb tal-manikin huwa l-punt H tiegħu;

3.2.2. żewġ komponenti li jissimulaw is-saqajn u b’ċappetta b’relazzjoni mal-komponent li jissimula l-warrani;

3.2.3. żewġ komponenti li jissimulaw il-pali tas-saqajn u mqabbdin mas-saqajn b’ċappetti li jissimulaw l-għekiesi;

3.2.4. barra minn hekk, il-komponent li jissimula l-warrani għandu jkun provvdut b’lieva li tagħti s-setgħa li tiġi verifikata l-orjentazzjoni trasversa.

3.3. Għandhom jitqiegħdu piżijiet li kull wieħed jirrapreżenta l-komponenti tal-ġisem f’punti xierqa li jikkostitwixxu ċ-ċentri ta’ gravità relevanti, sabiex iġibu l-piż totali tal-manikin sa bejn wieħed u ieħor 75.8 kgf (74.4 daN). Dettalji tal-piżijiet varji jingħataw fil-werrej tal-Figura 2.

4. Armar tal-manikin

ll-manikin tri-dimensjonali għandu jintrama skond il-manjiera li ġejja:

4.1. Il-vettura tiġi livellata u s-sedil jiġi aġġustat kif preskritt fil-punt 2.2.

4.2. Is-sedil li ser jiġi ttestjat għandu jitgħatta b’biċċa drapp sabiex jiffaċilita l-armar korrett tal-manikin.

4.3. Il-manikin jitqiegħed fuq is-sedil.

4.4. Is-saqajn tal-manikin jitqiegħdu kif ġej:

4.4.1. Is-sieq il-leminija titqiegħed fuq il-pedala ta’ l-aċċelleratur fil-pożizzjoni wieqfa u s-sieq ix-xellugija titqiegħed b’mod li l-lieva li tivverifika l-orjentazzjoni trasversa tal-warrani tal-manikin terġa tiġi lura għall-orizzontali;

(4.4.2.) (4.4.3.) 4.5. Il-piżijiet jitqiegħdu fuq il-koxox, il-lieva tat-traversa tal-warrani tal-manikin terġa titqiegħed fil-pożizzjoni orizzontali, u l-piżijiet jitqiegħdu fuq il-komponent li jissimula l-warrani.

4.6. Il-manikin jitneħħa mid-dahar tas-sedil bl-użu tal-virga b’ċappetta ta’ l-irkoppa u d-dahar tal-manikin jinqaleb il-quddiem. Il-manikin jerġa jitqiegħed fuq is-sedil tal-vettura billi l-warrani tal-manikin jiġġebbed lura sakemm tintlaqa’ reżistenza, u d-dahar tal-manikin imbagħad jitqiegħed kontra d-dahar tas-sedil.

4.7. Jiġi applikat piż ta’ bejn wieħed u ieħor 10.2 kgf (10 daN) orizzontalment fuq il-manikin darbtejn. Id-direzzjoni u punt ta’ applikazzjoni tal-piż huma murija bi vleġġa sewda fil-Figura 2.

4.8. Il-piżijiet fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin imbagħad il-piżijiet tat-torso jitqiegħdu f’pożizzjoni, il-lieva trasversa tal-manikin tinżamm orizzontali.

4.9. Il-lieva trasversa tal-manikin tinżamm orizzontali, id-dahar tal-manikin jinqaleb il-quddiem sakemm il-piżijiet tat-torso huma aktar fil-għoli mill-punt H, sabiex tiġi eliminata xi frizzjoni mad-dahar tas-sedil.

4.10. Id-dahar tal-manikin jitressaq bil-mod lura għal darb’oħra sabiex jitlesta l-armar. Il-lieva trasversa tal-manikin għandha tkun orizzontali. Jekk m’hijiex, irrepeti l-proċess deskritt hawn fuq.

5. Riżultati

5.1. Meta l-manikin ikun intrama kif definit fil-punt 4, il-punt H tas-sedil huwa l-punt H fuq il-manikin.

5.2. Il-koordinati Cartesian tal-punt H għandhom jitkejjlu wieħed wieħed b’mod preċiż sa 1 mm, kif għandhom jitkejjlu wkoll il-koordinati ta’ karatteristika u punti definiti sew tal-kompartiment tal-passiġġieri. L-isporġenza ta’ dawn il-punti tul il-pjan lonġitudinali vertikali għandha imbagħad tiġi ddisinjata fuq dijagramma.

Komponenti ta’ manikin tri-dimensjonali

+++++ TIFF +++++

Dimensjonijiet u piż tal-manikin

+++++ TIFF +++++

Piż tal-manikin | kg |

Komponenti li jissimulaw id-dahar u l-warrani tal-ġisem | 16.6 |

Piżijiet tat-torso | 31.2 |

Piżijiet tal-warrani | 7.8 |

Piżijiet tal-koxox | 6.8 |

Piżijiet tas-saqajn | 13.2 |

Totali | 75.6 |

[1] It-test ta’ l-Anness III huwa simili għal dak tar-Regolament Nru 14; b’mod partikolari l-breakdown tal-punti huwa l-istess. Għal din ir-raġuni, billi punt tar-Regolament Nru 14 m’għandu l-ebda kontroparti f’din id-Direttiva, in-numru tiegħu huwa mogħti fl-Anness III f’parentesi bħala token entry.

--------------------------------------------------

Top