Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0167

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1235]

OJ L 202, 30.7.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/1235/oj

30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 167/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1235]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE tal-11 ta' Ottubru 2013 li tirrikonoxxi partijiet tal-Unjoni bħala ħielsa mill-varroażi fin-naħal u li tistabbilixxi garanziji addizzjonali mitluba fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-importazzjonijiet biex titħares il-qagħda ħielsa mill-varroażi tagħhom (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 58 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 233/2012) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE:

“59.

32013 D 0503: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE tal-11 ta' Ottubru 2013 li tirrikonoxxi partijiet tal-Unjoni bħala ħielsa mill-varroażi fin-naħal u li tistabbilixxi garanziji addizzjonali mitluba fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-importazzjonijiet biex titħares il-qagħda ħielsa mill-varroażi tagħhom (ĠU L 273, 15.10.2013, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/503/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 273, 15.10.2013, p. 38.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top