EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009A0520(01)

Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

OJ L 124, 20.5.2009, p. 53–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 108 P. 128 - 137

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2009/392/oj

Related Council decision

22009A0520(01)

Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

Official Journal L 124 , 20/05/2009 P. 0053 - 0062


Protokoll

mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

Il-KOMUNITÀ EWROPEA,

irrappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAl-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

minn hawn ‘il quddiem "l-Istati Membri", irrappreżentati wkoll mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ‘il quddiem "l-Iżvizzera",

min-naħa l-oħra,

minn hawn il quddiem "il-Partijiet Kontraenti",

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim tal- 21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni (minn hawn il-quddiem "il-Ftehim"), li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Ġunju 2002;

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll tas- 26 ta’ Ottubru 2004 mal-Ftehim tal- 21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja. ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem "il-Protokoll tal-2004"), li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ April 2006;

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (minn issa il quddiem "l-Istati Membri l-ġodda") mal-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Jannar 2007;

BILLI l-Istati Membri l-ġodda ser isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim;

WARA LI KKUNSIDRAW li l-Att tal-Adeżjoni jagħti lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea il-poter li jikkonkludi f’isem l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea protokoll dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għall-Ftehim;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri l-ġodda b’dan isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

2. Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom jorbtu lill-Istati Membri l-ġodda bħalma jorbtu lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Fit-test prinċipali tal-Ftehim u fl-Anness I tiegħu għandhom isiru l-adattamenti li ġejjin:

(1) Il-lista tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim għandha tinbidel b’dan li ġej:

"IL-KOMUNITà EWROPEA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

min-naħa l-waħda,u

L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,

min-naħa l-oħra,"

(2) L-Artikolu 10 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-paragrafu 1a:

"1b. L-Iżvizzera tista’ żżomm, sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, limiti kwantitattivi fir-rigward ta’ aċċess minn ħaddiema impjegati fl-Iżvizzera u għal persuni li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għaż-żewġ kategoriji ta’ residenza li ġejjin: residenza għal perijodu ta’ aktar minn erba’ xhur u inqas minn sena u residenza għal perijodu ugwali għal, jew aktar minn, sena. M’għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni kwantitattiva fuq residenza għal inqas minn erba’ xhur.

Qabel it-tmiem tal-perijodu tranżitorju imsemmi hawn fuq, il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-funzjonament tal-perijodu tranżitorju applikat lil ċittadini tal-Istati Membri l-ġodda fuq il-bażi ta’ rapport mill-Iżvizzera. Hekk kif ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard mit-tmiem tal-perijodu imsemmi hawn fuq, l-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt jekk hijiex se tkompli tapplika l-limiti kwantitattivi lil ħaddiema impjegati fl-Iżvizzera. L-Iżvizzera tista’ tkompli tapplika dawn il-miżuri sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. Fin-nuqqas ta’ din in-notifika, il-perijodu tranżitorju għandu jiskadi fl-aħħar tal-perijodu ta’ sentejn speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

Fl-aħħar tal-perijodu tranżitorju definit f’dan il-paragrafu, il-limiti kwantitattivi kollha applikabbli għaċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandhom jiġu aboliti. Dawn l-Istati Membri għandhom id-dritt li jintroduċu l-istess limitazzjonijiet kwantitattivi għal ċittadini Żvizzeri għall-istess perijodi."

(b) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu 2a:

"2b. L-Iżvizzera u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jżommu, sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għal ħaddiema ta’ waħda minn dawn il-Partijiet Kontraenti impjegati fit-territorju tagħhom il-kontrolli fuq il-prijorità ta’ ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari u s-salarju u l-kondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għal ċittadini tal-Parti Kontraenti l-oħra ikkonċernata. L-istess kontrolli jistgħu jinżammu għal persuni li jipprovdu servizzi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan il-Ftehim, fl-erba’ setturi li ġejjin: Attivitajiet ta’ servizzi ortikulturali; Kostruzzjoni, inklużi fergħat relatati; Attivitajiet ta’ sigurtà; Tindif industrijali (Kodiċi NACE [*] 01.41; 45.1 sa 4; 74.60; 74.70 rispettivament). L-Iżvizzera għandha, matul il-perijodi tranżitorju imsemmija f’paragrafi 1b, 2b, 3b u 4c, tagħti preferenza lil ħaddiema li huma ċittadini tal-Istati Membri l-ġodda fuq ħaddiema ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE u pajjiżi li mhumiex fl-EFTA rigward aċċess għas-suq tax-xogħol tagħha. Il-kontrolli fuq il-prijorità ta’ ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari m’għandhomx japplikaw għall-provvedituri tas-servizzi liberalizzati minn ftehim speċifiku bejn il-Partijiet Kontraenti dwar il-provvista ta’ servizzi (inkluż il-Ftehim dwar ċerti aspetti ta’ akkwist tal-gvern safejn ikopri l-provvista ta’ servizzi). Għall-istess perijodu, ir-rekwiżiti tal-kwalifiki jistgħu jinżammu għal permessi tar-residenza ta’ inqas minn erba’ xhur [**] u għal persuni li jipprovdu servizzi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan il-Ftehim, fl-erba’ setturi imsemmija hawn fuq.

Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-funzjonament tal-miżuri tranżitorji li jinsabu f’dan il-paragrafu fuq il-bażi ta’ rapport imħejji minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti li qed timplimentahom. Hekk kif ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel, il-Parti Kontraenti li tkun implimentat il-miżuri tranżitorji li jinsabu f’dan il-paragrafu, u li tkun innotifikat lill-Kumitat Konġunt bl-intenzjoni tagħha li tkompli tapplika dawn il-miżuri tranżitorji, tista’ tkompli tagħmel dan sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. Fin-nuqqas ta’ din in-notifika, il-perijodu tranżitorju se jiskadi fl-aħħar tal-perijodu ta’ sentejn speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

Fl-aħħar tal-perijodu tranżitorju definit f’dan il-paragrafu, ir-restrizzjonijiet kollha imsemmija hawn fuq f’dan il-paragrafu għandhom jiġu aboliti.

(ċ) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu 3a:

"3b. Mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u sa tmiem il-perijodu deskritt fil-paragrafu 1b, l-Iżvizzera għandha tirriserva fuq bażi annwali (pro rata temporis), fil-kwota ġenerali tagħha għall-pajjiżi terzi, għal ħaddiema impjegati fl-Iżvizzera u għal persuni li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri l-ġodda numru minimu ta’ permessi tar-residenzi ġodda [***] skont l-iskeda li ġejja:

Perijodu ta’ żmien | Numru ta’ permessi għal perijodu ugwali għal jew aktar minn sena | Numru ta’ permessi għal perijodu ta’ aktar minn erba’ xhur u inqas minn sena |

Sal-aħħar tal-ewwel sena | 362 | 3620 |

Sal-aħħar tat-tieni sena | 523 | 4987 |

Sal-aħħar tat-tielet sena | 684 | 6355 |

Sal-aħħar tar-raba’ sena | 885 | 7722 |

Sal-aħħar tal-ħames sena | 1046 | 9090 |

(d) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu 4b:

"4c. Fl-aħħar tal-perijodu deskritt fil-paragrafu 1b u f’dan il-paragrafu u sa għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(4) ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw għal ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri l-ġodda.

F’każ ta’ disturbi serji tas-suq tax-xogħol tagħha jew ta’ theddida tagħhom, l-Iżvizzera u kull wieħed mill-Istati Membri l-ġodda li jkun implimenta l-miżuri tranżitorji għandhom jinnotifikaw dawn iċ-ċirkostanzi lill-Kumitat Konġunt qabel it-tmiem tal-perijodu tranżitorju ta’ ħames snin speċifikat fil-paragrafu 2b(2). F’dan il-każ, il-pajjiż li qed jinnotifika jista’ jkompli japplika għall-ħaddiema impjegati fit-territorju tiegħu stess il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1b, 2b u 3b sa seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. F’dan il-każ, in-numru annwali ta’ permessi tar-residenza imsemmija fil-paragrafu 1b għandu jkun:

Perijodu ta’ żmien | Numru ta’ permessi għal perijodu ugwali għal jew aktar minn sena | Numru ta’ permessi għal perijodu ta’ aktar minn erba’ xhur u inqas minn sena |

Sal-aħħar tas-sitt sena | 1126 | 10457 |

Sal-aħħar tas-seba’ sena | 1207 | 11664" |

(e) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu 5a:

"5b. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-paragrafi 1b, 2b, 3b u 4c, u b’mod partikolari dawk tal-paragrafu 2b dwar il-prijorità ta’ ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari u l-kontrolli fuq is-salarju u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, m’għandhomx japplikaw għal persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom li, fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, huma awtorizzati li jsegwu attività ekonomika fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti. Dawn il-persuni, b’mod partikolari, għandhom igawdu mobilità okkupazzjonali u ġeografika.

Id-detenturi ta’ permessi tar-residenza validi għal inqas minn sena għandu jkollhom id-dritt li jġeddu l-permessi tagħhom; l-eżawriment ta’ limiti kwantitattivi ma jistax ikun invokat kontrihom. Id-detenturi ta’ permessi tar-residenza validi għal perijodu ugwali għal, jew iktar minn, sena għandu awtomatikament ikollhom id-dritt li l-permessi tagħhom jiġu estiżi. Dawn il-persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom għandhom għalhekk igawdu d-drittijiet għal moviment ħieles mogħtija lil persuni stabbiliti fid-dispożizzjonijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu, mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel."

(3) Fl-Artikolu 27(2) tal-Anness I għall-Ftehim, ir-referenza għall-"Artikolu 10(2, 2a, 4a u 4b)" għandha tinbidel bir-referenza għall-"Artikolu 10(2, 2a, 2b, 4a, 4b u 4c)".

Artikolu 3

B’deroga mill-Artikolu 25 tal-Anness I għall-Ftehim, il-perijodi tranżitorji fl-Anness I ma’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw.

Artikolu 4

1. L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat konformement mal-Anness 2 ma’ dan il-Protokoll.

2. L-Anness III għall-Ftehim għandu jiġi adattat mid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilita mill-Artikolu 14 tal-Ftehim.

Artikolu 5

1. L-Annessi 1 u 2 għal dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu.

2. Dan il-Protokoll, flimkien mal-Protokoll tal-2004, għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

Artikolu 6

1. Dan il-Protokoll għandu jkun ratifikat jew approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f’isem l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, u mill-Iżvizzera skont il-proċeduri tagħhom.

2. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq ta’ dawn il-proċeduri.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-aħħar notifika ta’ ratifika jew approvazzjoni.

Artikolu 8

Dan il-Protokoll għandu jibqa’ fis-seħħ għall-istess tul ta’ żmien u konfermement mal-istess arranġamenti bħall-Ftehim.

Artikolu 9

1. Dan il-Protokoll, kif ukoll id-Dikjarrazzjonijiet mehmuża miegħu, għandu jiġi mfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

2. Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru u bir-Rumen tal-Ftehim, inkluż l-Annessi u l-Protokolli kollha tiegħu u l-Att Finali għandhom ikunu ugwalment awtentiċi. Il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 14 tal-Ftehim għandu japprova t-testi awtentiċi tal-Ftehim fil-lingwi l-ġodda.

Съставено в Брюксел, на двадесет и седми май две хиляди и осма година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de mayo de dos mil ocho.

V Bruselu dne dvacátého sedmého května dva tisíce osm.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende maj to tusind og otte.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Mai zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta maikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Μαΐου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Brussels on the twenty-seventh day of May in the year two thousand and eight.

Fait à Bruxelles, le vingt-sept mai deux mille huit.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette maggio duemilaotto.

Briselē, divtūkstoš astotā gada divdesmit septītajā maijā.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų gegužės dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év május havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis- sebgħa u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste mei tweeduizend acht.

Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego siódmego maja roku dwa tysiące ósmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Maio de dois mil e oito.

Întocmit la Bruxelles, douăzeci și șapte mai două mii opt.

V Bruseli dňa dvadsiateho siedmeho mája dvetisícosem.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega maja leta dva tisoč osem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde maj tjugohundraåtta.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

+++++ TIFF +++++

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

+++++ TIFF +++++

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

+++++ TIFF +++++

[*] NACE: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad- 9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1), Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta’ Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[**] Ħaddiema jistgħu japplikaw għal permessi tar-residenza fit-terminu qasir skont il-kwoti msemmija fis-subparagrafu 3b anke għal perijodu ta’ inqas minn erba’ xhur."

[***] Dawn il-permessi se jingħataw flimkien mal-kwoti imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim li huma riservati għal persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini tal-Istati Membri fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim ( 21 ta’ Ġunju 1999) u tal-Istati Membri li saru Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll tal-2004. Dawn il-permessi huma addizzjonali ma’ permessi mogħtija permezz ta’ ftehimiet bilaterali għall-iskambju ta’ apprentisti bejn l-Iżvizzera u l-Istati Membri l-ġodda."

--------------------------------------------------

ANNESS 1

Miżuri tranżitorji dwar ix-xiri ta’ art u residenzi sekondarji

1. Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Ir-Repubblika tal-Bulgarija tista’ żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art għal residenzi sekondarji minn ċittadini Żvizzeri li mhumiex residenti fil-Bulgarija u minn persuni ġuridiċi kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera.

Ċittadini Żvizzeri li huma legalment residenti fil-Bulgarija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tal-Bulgarija.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija tista’ żżomm fis-seħħ għal seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini Żvizzeri u minn persuni ġuridiċi kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera. Fl-ebda każ ma jista’ ċittadin Żvizzeru jiġi trattat b’mod inqas favorevoli fir-rigward tal-akkwist ta’ art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll jew jiġi trattat b’mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta’ pajjiż terz.

Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini Żvizzeri u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Bulgarija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija.

Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta’ dawn il-miżuri tranżitorji fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perijodu tranżitorju indikat fl-ewwel subparagrafu.

2. Ir-Rumanija

Ir-Rumanija tista’ żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art għal residenzi sekondarji minn ċittadini Żviżżeri li mhumiex residenti fir-Rumanija u minn kumpaniji kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera u li la huma stabbiliti u lanqas għandhom fergħa jew aġenzija rappreżentattiva fit-territorju tar-Rumanija.

Ċittadini Żvizzeri li huma legalment residenti fir-Rumanija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tar-Rumanija.

Ir-Rumanija tista’ żżomm fis-seħħ għal seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini Żvizzeri u minn kumpaniji kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera li la huma stabbiliti u lanqas huma reġistrati fir-Rumanija. Fl-ebda każ ma jista’ ċittadin Żvizzeru jiġi trattat b’mod inqas favorevoli fir-rigward tal-akkwist ta’ art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll jew jiġi trattat b’mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta’ pajjiż terz.

Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini Żvizzeri u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu legalment fir-Rumanija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tar-Rumanija.

Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta’ dawn il-miżuri tranżitorji fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perijodu tranżitorju indikat fl-ewwel subparagrafu.

--------------------------------------------------

ANNESS 2

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni huwa b’dan emendat kif ġej:

1. Taħt l-intestatura "Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament għandu jiġi adattat kif ġej:", punt 1 ta’ Taqsima A tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) taħt (i), dwar l-Anness III, Parti A, għandu jiżdied dan li ġej wara l-aħħar frażi "Is-Slovakkja — l-Iżvizzera":

"Il-Bulgarija — l-Iżvizzera

Xejn.

Ir-Rumanija — l-Iżvizzera

L-ebda konvenzjoni."

(b) taħt (j), dwar l-Anness III, Parti B, għandu jiżdied dan li ġej wara l-aħħar frażi "Is-Slovakkja — l-Iżvizzera":

"Il-Bulgarija — l-Iżvizzera

Xejn.

Ir-Rumanija — l-Iżvizzera

L-ebda konvenzjoni."

2. Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu "Taqsima A: Atti li għalihom hemm referenza" taħt punt 1. "Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71" wara "304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 …":

"Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni— Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal- 20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles tal-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim."

3. Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu "Taqsima A: Atti li għalihom hemm referenza" taħt punt 2. "Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72" wara "304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 …":

"Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni — Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal- 20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles tal-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim."

4. Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu "Taqsima B: Atti li l-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu każ tajjeb tagħhom" taħt il-punti "4.18. 383 D 0117: Id-Deċiżjoni Nru 117 …", "4.27. 388 D 64: Id-Deċiżjoni Nru 136 …", "4.37. 393 D 825: Id-Deċiżjoni Nru 150 …", wara "12003 TN 02/02 A: L-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, …", u taħt il-punt "4.77: Id-Deċiżjoni Nru 192 …":

"Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni — Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal- 20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles tal-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim."

5. Għal ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-arranġamenti li jinsabu fil-paragrafu 1 tat-taqsima Assigurazzjoni għall-Qgħad tal-Protokoll għall-Anness II għandhom japplikaw sal-aħħar tas-seba’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

--------------------------------------------------

Top