EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0110

Deċiżjoni Nru 34/2005 tal-Kumitat konġunt stabbilit skond il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika tat- 2 ta' Frar 2006 dwar ir-reġistrazzjoni ta' Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità skond l-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika (EMC)

OJ L 47, 17.2.2006, p. 62–63 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 228–229 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/110(1)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

228


DEĊIŻJONI Nru 34/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKOND IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

tat-2 ta' Frar 2006

dwar ir-reġistrazzjoni ta' Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità skond l-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika (EMC)

(2006/110/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness A jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fit-Taqsima V ta' l-Anness Settorjali dwar Il-Kompatibilità Elettromanjetika.

2.

Il-firxa speċifika ta' l-inklużjoni fil-lista, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Anness A, ġiet miftehma mill-Partijiet u se tinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.

Iffirmata f'Washington, is-17 ta' Jannar 2006.

F'isem l-Istati Uniti ta' l-Amerika

James C. SANFORD

Iffirmata fi Brussell, it-2 ta' Frar 2006.

F'isem il-Komunità Ewropea

Andra KOKE


ANNESS A

Il-Korp tal-KE għal Valutazzjoni tal-Konformità miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fit-Taqsima V ta' l-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika

MITSUBISHI ELECTRIC EUROPE B.V.

EMC Comptetence Center

Mündelheimer Weg 35

40472 Düsseldorf

GERMANY

Tel : +49211171497 12

Fax: +49211171497 27


Top