EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0166

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 166/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 38, 13.2.2003, p. 26–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 008 P. 28 - 29
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 062 P. 124 - 125
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 062 P. 124 - 125
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 096 P. 191 - 192

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/166(2)/oj

22002D0166



Official Journal L 038 , 13/02/2003 P. 0026 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 166/2002

tas-6 ta' Diċembru 2002

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITATA KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif kienet emenda mill-Protokol li aġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa l-quddiem msemmi bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat minn Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2002 tat-12 ta'Lulju 2002 [1].

(2) Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta'Marzu 2001 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid u l-għeluq ta'impriżi ta'l-assigurazzjoni [2] ħandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara punt 13 (Direttiva tal-Kunsill 77/92/KEE) ta'L-Anness IX tal-Ftehim:

"13a. 32001 L 0017: Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta'Marzu 2001 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid u l-għeluq ta'impriżi ta'l-assigurazzjoni (ĠU L 110, ta' l-20.4.2001, p. 28)."

Artikolu 2

It-testi ta' Direttiva 2001/17/KE bil-linġwa Islandika u dik Norvegiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjal ta'l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta'Diċembru 2002, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta'Diċembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kjartan Jóhannsson

[1] ĠU L 298, tal-31.10.2002, p. 19.

[2] ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 11.

[3] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali huma indikati.

--------------------------------------------------

Top