EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0118(18)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 15, 18.1.2001, p. 36–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 005 P. 237 - 238
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 059 P. 77 - 78
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 059 P. 77 - 78
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 094 P. 19 - 20

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/143(2)/oj

22001D0118(18)



Official Journal L 015 , 18/01/2001 P. 0036 - 0037


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 143/1999

tal-5 ta' Novembru 1999

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/1999 ta' l-24 ta' Settembru 1999 [1].

(2) D-Direttiva tal-Kummissjoni 98/90/KE tat-30 ta' Novembru 1998 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE dwar il-bibien ta' vetturi b'makna u t-trejlers tagħhom [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) D-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1998 dwar il-vetturi b'makna u t-trejlers tagħhom maħsubin għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'makna u t-trejlers tagħhom [3], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 398 L 0090: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/90/KE tat-30 ta' Novembru 1998 (ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 29)."

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 398 L 0091: Id-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1998 (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25)."

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/90/KE u d-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 325, tal-21.12.2000, p. 29.

[2] ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 29.

[3] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25.

--------------------------------------------------

Top