EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0068

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 238, 6.9.2001, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 006 P. 224 - 224
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 060 P. 130 - 130
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 060 P. 130 - 130
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 094 P. 152 - 152

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/68(2)/oj

22001D0068



Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0014 - 0014


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 68/2001

tad-19 ta' Ġunju 2001

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 [1].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar prodotti mediċinali għall-orfni [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15l (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2141/96) fil-Kapitolu XXIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"15m. 32000 R 0141: Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 18, tat-22.1.2000, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 141/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 66, tat-8.3.2001, p. 44.

[2] ĠU L 18, tat-22.1.2000, p. 1.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top