EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0722(10)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/98 tal-25 ta' Settembru 1998 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 189, 22.7.1999, p. 64–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 004 P. 27 - 28
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 057 P. 147 - 148
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 057 P. 147 - 148
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 031 P. 117 - 118

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/91(2)/oj

21999D0722(10)



Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0064 - 0065


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 91/98

tal-25 ta' Settembru 1998

li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/98 tas-17 ta' Lulju 1998 [1];

Billi d-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-subintestatura li ġejja għandha tiġi mdaħħla wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE) fl-Anness XI għall-Ftehim wara l-intestatura "ATTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM":"".

Artikolu 2

Li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 5ċ (Direttiva 95/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim:

"Servizzi Postali

5d. 397 L 0067: Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postal tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 14). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a) fl-Artikolu 5(2) "Trattat, b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 56 tiegħu" għandhom jinqraw "Ftehim taż-ŻEE, b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 33 tiegħu";

(b) fl-Artikolu 26 "Trattat" għandu jinqara "Ftehim taż-ŻEE"."

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ottubru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Settembru 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 54.

[2] ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 14.

--------------------------------------------------

Top