This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21999A0917(01)
Partnership and Cooperation Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Azerbaijan, of the other part - Protocol on mutual assistance between authorities in customs matters - Final Act - Joint Declarations - Exchange of Letters in relation to the establishment of companies - Declaration of the French Government
Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mill-parti l-oħra
Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mill-parti l-oħra
ĠU L 246, 17.9.1999, p. 3–51
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/11/2009
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/614/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21990A0315(01) | Sostituzzjoni parzjali | 01/07/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 22007A0124(01) | Tħassir | artikolu 17 | 01/11/2007 | |
Modified by | 22007A0124(01) | Tħassir | artikolu 12 Test | 01/11/2007 |
Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mill-parti l-oħra
Official Journal L 246 , 17/09/1999 P. 0001 - 0051
Official Journal L 246 , 17/09/1999 P. 0003 - 0051
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bil-Letton Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bil-Letton Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bil-Malti Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bil-Malti Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven Chapter 11 Volume 32 P. 130 - 131
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven Chapter 11 Volume 55 P. 110 - 166
Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mill-parti l-oħra [1] IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA GRIEGA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, Il-Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "L-Istati Membri", u IL-KOMUNITÀ EWROPEA, L-KOMUNITA' EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjħa "l-Komunità", mill-parti ‘l waħda, u IR-REPUBBLIKA TA' L-AŻERBAJĠAN, mill-parti ‘l oħra, JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet bejn il-Komunità, l-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u l-valuri komuni li jaqsmu, JGĦARRFU li l-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jixtiequ li jsaħħu dawn ir-rabtiet u li jwaqqfu sħubija u koperazzjoni li għandha ssaħħaħ u twessa' r-relazzjonijiet stabbiliti fil-passat b'mod partikolari l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti (USSR) dwar negozju u koperazzjoni kummerjali u ekonomika, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989, li, mid-dissoluzzjoni tal-USSR, japplika mutatis mutandis għar-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Komunitajiet Ewropej u kull wieħed mill-Istati Indipendenti, JIKKUNSIDRAW ir-rabta li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li jsaħħu l-ħelsien politiku u ekonomiku li jikkostitwixxu l-bażi nnifsu tas-sħubija, JIRRIKONOXXU f'dan il-kuntest li l-appoġġ għall-indipendenza, sovranità u integrità territorjali tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tikkontribwixxi lejn il-ħarsien tal-paċi u l-istabilita fl-Ewropa, JIKKUNSIDRAW ir-rabta tal-Partijiet li jippromwovu l-paċi internazzjonali u s-sigurtà, kif ukoll is-soluzzjoni paċifika ta' kwistjonijiet u li jikkoperaw għal dan il-għan fil-qafas tal-Ġnus Maqgħuda u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), XEWQANA li jinkoraġġixxu l-proċess ta' koperazzjoni reġjonali fl-arji koperti f'dan il-Ftehom mal-pajjiżi ġirien biex jippromwovu l-propjetà u l-istabilita tar-reġjun u b'mod partikolari inizjattivi mmirati lejn it-trawwim ta' koperazzjoni u kunfidenza komuni ma' l-Istati Indipendenti tar-reġjun Transcaucasus u Stati oħra ġirien, JIKKUNSIDRAW ir-rabta soda bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għall-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipji kollha u d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), d-Dokumenti li Jikkonkludu tal-Laqgħat Sussegwenti f'Madrid u Vjenna, d-Dokument dwar il-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE dwar Koperazzjoni Ekonomika, l-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida u d-Dokument CSCE tal-1992 ta' Helsinki "L-Isfidi għall-Bidla", u dokumenti oħra fundamentali ta' l-OSCE, KONVINTI mill-importanza kbira tar-regola tal-liġi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk li jagħmlu sehem minn minoritajiet, it-twaqqif ta' sistema multi-partiti b'elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u liberalizzazzjoni ekonomika immirata lejn it-twaqqif ta' ekonomija tas-suq, JEMMNU li l-implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni għandhom it-tnejn jiddependu fuq u jikkontribwixxu għall-kontinwazzjoni u l-ksib ta' riformi politiċi, ekonomiċi u legali fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, kif ukoll l-introduzzjoni tal-fatturi meħtieġa għall-koperazzjoni, notevolement fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE, XEWQANA li jwaqqfu u jiżviluppaw djalogu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali, reġjonali u internazzjonali ta' interess komuni, JIRRIKONOXXU U JAPPOĠĠJAW ix-xewqa tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li tistabbilixxi koperazzjoni eqreb ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej, JIKKUNSIDRAW il-ħtieġa li jippromwovu investiment fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, inkluż fis-settur ta' l-enerġija, u f'dan il-kuntest l-importanza marbuta mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha għall-kondizzjonijiet ekwi ta' passaġġ għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' enerġija; jikkonfermaw ir-rabta tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mal-Karta Ewropea ta' l-Enerġija, u għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Karta tat-Trattat ta' l-Enerġija u l-Karta tal-Protokoll ta' l-Enerġija dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija u aspetti ambjentali relatati, JIEĦDU KONT li l-Komunità hija lesta li tipprovdi koperazzjoni ekonomika u għajnuna teknika kif jixraq, IŻOMMU F'MOĦĦOM l-utilità tal-Ftehim favur tisħiħ ta' ħbiberija gradwali bejn ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u arja aktar wiesa' ta' koperazzjoni fl-Ewropa u r-reġjuni ġirien u l-integrazzjoni progressiva f'sistema internazzjonali miftuħa, JIKKUNSIDRAW ir-rabta tal-Partijiet li jilliberalizzaw il-kummerċ, b'konformità mar-regoli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), KONXJI mill-ħtieġa li jittejbu l-kondizzjonijiet li jaffettwaw il-kummerċ u l-investiment, u kondizzjonijiet f'arji bħat-twaqqif ta' kumpanniji, xogħol, provvista ta' servizzi u ċaqliq ta' kapital, KONVINTI li dan il-Ftehim għandu joħloq klima ġdida għar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet u b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' kummerċ u investiment, li huma essenzali għall-istrutturar ta' l-ekonomija u l-modernizzazzjoni teknoloġika, XEWQANA li titwaqqaf koperazzjoni eqreb fl-arja tal-protezzjoni ta' l-ambjent waqt li jingħata kont ta' l-interdipendenza li teżisti bejn il-partijiet f'dan il-qasam, JIRRIKONOXXU li l-koperazzjoni għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' l-immigrazzjoni illegali tikkostitwixxu wieħed mill-oġġettivi primarji ta' dan il-Ftehim, XEWQANA li jwaqqfu koperazzjoni kulturali u li jtejbu l-kurrent ta' tagħrif, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Sħubija hija b'dan imwaqqfa bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mill-parti l-oħra. L-għanijiet ta' din is-sħubija huma: - li jipprovdu qafas addattat għal djalogu politiku bejn il-Partijiet li jkun jippermetti l-iżvilupp ta' relazzjonijiet politiċi, - li jappoġġaw l-isforzi tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan biex jikkonsolidaw id-demokrazija tagħha u jiżviluppaw l-ekonomija tagħha u titlesta t-transizzjoni f'ekonomija tas-suq, - li jippromwovu kummerċ u investiment u relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi bejn il-Partijiet biex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom, - biex jipprovdu għall-bażi għall-koperazzjoni leġiżlattiva, ekonomiku, soċjali, finanzjarja ċivili, xjentifika, teknoloġika u kulturali. TITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI Artikolu 2 Rispett għad-demokrazija, prinċipji ta' liġi internazzjonali u drittijiet tal-bniedem kif imfissra b'mod partikolari fil-Karta tal-Ġnus Maqgħuda, l-Att Finali ta' Helsinki u l-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, inklużi dawk enunzjati fid-dokumenti tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE, jsostnu l-politika interna u esterna tal-Partijiet u jikkostitwixxu elementi essenzali tas-sħubija u ta' dan il-Ftehim. Artikolu 3 Il-Partijiet jikkonsidraw li huwa essenzali għall-prosperità futura tagħhom u l-istabilita li l-Istati Indipendenti Ġodda li ħarġu mix-xoljiment ta' l-Unjoni tar-Reppubliki Sovjetiċi Soċjali, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "l-Istati Indipendenti", għandhom iżommu u jiżviluppaw koperazzjoni bejnithom stess b'konformità ma' l-Att Finali ta' Helsinki u mal-liġi internazzjonali u fl-ispirtu ta' relazzjonijiet tajba ta' ġirien u jagħmlu kull sforz biex iħajru dan il-proċess. Artikolu 4 Il-Partijiet għandhom kif jixraq jirrevedu ċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet ekonomiċi hemmhekk u l-implimentazzjoni tar-riformi ta' ekonomija orjentata lejn is-suq. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet dwar l-iżvilupp ta' xi parti ta' dan il-Ftehim fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi. TITOLU II DJALOGU POLITIKU Artikolu 5 Djalogu regolari politiku għandu jiġi stabbilit bejn il-Partijiet li għandhom il-ħsieb li jiżviluppaw u jintensifikaw. Għandu jakkumpanja u jikkonsolida r-relazzjoni ta' ħbiberija bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, jappoġġa l-bidliet politiċi u ekonomiċi li qed isiru f'dak il-pajjiż u jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' forom ġodda ta' koperazzjoni. Id-djalogu politiku - għandu jsaħħaħ ir-rabtiet tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u b'hekk mal-komunità ta' nazzjonijiet demokratiċi kollha kemm huma. Il-konverġenza ekonomika miksuba permezz ta' dan il-Ftehim għandha twassal għal relazzjonijiet poltiċi aktar intensi, - għandu jġib konverġenza dejjem tikber ta' pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali ta' interess komuni u b'hekk ikabbar l-istabilita u s-sigurtà fir-reġjun u jippromwovi l-iżvilupp futur ta' l-Istati Indipendenti tat-Transcaucasus, - għandu jipprevedi li l-Partijiet jagħmlu minn kollox biex jikkoperaw dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tisħiħ ta' l-istabilità u s-sigurtà fl-Ewropa, l-osservanza tal-prinċipji tad-demokrazija, u r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk ta' persuni li jagħmlu sehem minn minoritajiet u għandhom iżommu konsultazzjonijiet, jekk meħtieġ, dwar kwistjonijiet relevanti. Dak id-djalogu jista' jseħħ fuq bażi reġjonali, bil-ħsieb li jikkontribwixxi lejn ir-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet reġjonali u tensjonijiet. Artikolu 6 F'livell ministerjali, d-djalogu politiku għandu jseħħ fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni mwaqqaf bl-Artikolu 81 u f'okkazzjonijiet oħra bi ftehim komuni. Artikolu 7 Proċeduri oħra u mekkaniżmi għal djalogu politiku għandhom jitwaqqfu mill-Partijiet, u b'mod partikolari fil-forom li ġejjin: - laqgħat regolari f'livell għoli uffiċjali bejn rappreżentanti tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha min-naħa ‘l waħda, u r-rappreżentanti tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan mill-parti ‘l oħra, - jittieħed vantaġġ sħiħ tal-mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet inklużi kuntatti addattati fil-qasam bilaterali kif ukoll dak multilaterali, bħall-Ġnus Magħquda, laqgħat ta' l-OSCE u bnadi oħra, - kull mezz ieħor, inkluża l-possibiltà ta' laqgħat ta' esperti li jistgħu jikkontribwixxu biex jikkonsolidaw u jiżviluppaw dan id-djalogu. Artikolu 8 Djalogu politiku f'livell parlamentari għandu jseħħ fil-qafas tal-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni mwaqqaf bl-Artikolu 86. TITOLU III KUMMERĊ F'MERKANZIJA Artikolu 9 1. Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin it-trattament ta' l-aktar nazzjon favorit fl-arji kollha dwar: - dazji tad-dwana u ħlasijiet applikabbli għall-importazzjonijiet u esportazzjonijiet, inkluż il-metodu ta' ġbir ta' dawk id-dazji u ħlasijiet, - dispożizzjonijiet li jirrelataw ma' l-ikklirjar tad-dwana, passaġġ, magazzinaġġ u trasbord, - taxxi u ħlasijiet oħra interni ta' xorta applikati direttament jew indirettament għall-merkanzija importata, - metodi ta' ħlas u t-trasferiment ta' dak il-ħlas, - regolamenti li jirrelataw mall-bejgħ, xiri, trasport tqassim u użu ta' merkanzija fis-suq domestiku. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal: (a) vantaġġi mogħtija bil-għan li tinħoloq unjoni tad-dwana jew arja ħielsa ta' kummerċ jew bis-saħħa tal-ħolqien ta' dik l-unjoni jew arja; (b) vantaġġi mogħtija lill-pajjiżi partikolari skond ir-regoli tad-WTO jew ma' arranġamenti oħra internazzjonali favur pajjiżi li qed jiżviluppaw; (c) vantaġġi mogħtija lill-pajjiżi biżwit biex jiġi faċilitat it-traffiku fil-fruntiera. 3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw, matul il-perjodu transitorju li jintemm fid-data li r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan taċċedi għad-WTO jew fil-31 ta' Diċembru 1998, skond liema jiġi l-aktar kmieni, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I mogħtija mir-Repubblika ta' l-Armenja lill-stati oħra li ħarġu mix-xoljiment tal-USSR. Artikolu 10 1. Il-Partijiet jiftiehmu l-prinċipju ta' passaġġ ħieles huwa kondizzjoni essenzali fil-ksib ta' l-oġġettivi ta' dan il-Ftehim. F'din il-konnessjoni kull Parti għandu jiżgura passaġġ mhux ristrett permezz ta' jew mit-territorju tiegħu ta' merkanzija li toriġina fit-territorju tad-dwana jew maħsuba għat-territorju tad-dwana tal-Parti l-oħra. 2. Ir-regoli deskritti fl-Artikolu V, il-paragrafi 2, 3, 4 u 5, tal-GATT huma applikabbli bejn iż-żewġ Partijiet. 3. Ir-regoli li jinsabu f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal xi regoli speċjali li jirrelataw ma' setturi speċjali, b'mod partikolari bħat-trasport, jew prodotti miftiehma bejn il-Partijiet, jew tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 90. Artikolu 11 Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-dħul temporanju ta' merkanzija li jorbtu liż-żewġ Partijiet, kull Parti għandu b'żieda jagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni mill-ħlasijiet ta' importazzjoni u dazji fuq merkanzija mdaħħla temporanjament, fil-każi u skond il-proċeduri stipulati minn xi konvenzjoni oħra internazzjonali dwar din il-kwistjoni li torbot fuqu, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tiegħu. Kont għandu jittieħed tal-kondizzjonijiet li taħthom l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn xi konvenzjoni bħal dik ikunu ġew aċċettati mill-Parti ikkonċernata. Artikolu 12 1. Merkanzija li toriġina fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandhom jiġu importati fil-Komunità ħielsa minn restrizzjonijiet kwantitajiet mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 14, 17 u 18 ta' dan il-Ftehim. 2. Merkanzija li toriġina fil-Komunità għandha tkun importata fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ħielsa minn restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri ta' effett ekwivalenti mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 14, 17 u 18 ta' dan il-Ftehim. Artikolu 13 Il-merkanzija għandha tiġi negozjata bejn il-Partijiet bil-prezzijiet relatati mas-suq. Artikolu 14 1. Fejn xi prodott ikun qed jiġi importat fit-territorju ta' xi wieħed mill-Partijiet fi kwantitajiet hekk miżjuda jew taħt kondizzjonijiet li joħolqu jew jheddu li joħolqu ħsara lill-produtturi domestiċi ta' l-istess prodott jew dawk direttament kompetittivi, l-Komunità jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, skond min ikun konċernat, jista' jieħu l-miżuri addattati skond il-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin. 2. Qabel jittieħdu xi miżuri, jew fil-każi li għalihom japplika l-paragrafu 4 kemm jista' jkun malajr wara, l-Komunità jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, skond il-każ, għandhom jipprovdu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu relevanti bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet kif provdut fit-Titolu XI. 3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-referenza lill-Kunsill ta' Koperazzjoni dwar azzjonijiet biex tiġi evitata din is-sitwazzjoni, l-Parti li titlob il-konsultazzjonijiet għandha tkun ħielsa li tirrestrinġi l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati sal-limitu u għal dak iż-żmien kif huwa meħtieġ biex jiġi evitat jew rimedjat id-dannu jew li jaddotta xi miżuri oħra xierqa. 4. F'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien jista' jikkawza ħsara li tkun diffiċili li tissewwa, l-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni li l-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti minnufih wara li ttieħed dik l-azzjoni. 5. Fl-għażla ta' miżuri taħt dan l-Artikolu, l-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil dawk li joħolqu l-anqas disturb fil-ksib ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. 6. Ebda ħaġa f'dan l-Artikolu m'għandha tippreġudika jew tefettwa b'xi mod it-teħid, minn kull Parti ta' miżuri anti-dumping jew countervailing skond l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim jew l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT jew leġiżlazzjoni interna relatata. Artikolu 15 Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsidraw l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Ftehim dwar in-negozju ta' merkanzija bejniethom, skond kif jippermettu ċ-ċirkostanzi, inkluża s-sitwazzjoni li tinħoloq mis-sħubija tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għall-WTO. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dawk l-iżviluppi lill-Partijiet li jistgħu jiġu effettwati, meta jiġu aċċettati, bis-saħħa ta' Ftehim bejn il-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. Artikolu 16 Dan il-Ftehim m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew merkanzija fil-passaġġ ġustifikati fuq il-bażi ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; l-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, annimali jew pjanti; l-protezzjoni tar-riżorsi naturali; l-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali jew regoli li jirrelataw mad-deheb u l-fidda. Dawk il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m'għandhomx, iżda, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq kummerċ bejn il-Partijiet. Artikolu 17 Dan it-Titolu m'għandux japplika għall-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenkaltura Kombinata. In-negozju f'dawn il-prodotti għandu jkun regolat bi ftehim separat, iniżjalat fit-18 ta' Jannar 1996 u applikati provviżorjament mill-1 ta' Jannar 1996. Artikolu 18 1. Negozji fi prodotti koperti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jkun regolat bid-dispożizzjonijiet ta' din it-Titolu, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 12. 2. Grupp ta' kuntatt dwar il-kwistjonijiet tal-faħam u l-azzar għandu jitwaqqaf, magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità min-naħa ‘l waħda, u r-rappreżentanti tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa ‘l oħra. Il-grupp ta' kuntatt għandu jibdel, fuq bażi regolari, tagħrif dwar il-kwistjonijiet kollha ta' faħam u azzar ta' interess lill-Partijiet. Artikolu 19 Negozju f'materjali nukleari għandhom jiġu mħejjija skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jwaqqfu l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Jekk meħtieġ, kummerċ f'materjali nukleari għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' Ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u r-Repubblika ta' Ażerbajġan. TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW IL-KUMMERĊ U L-INVESTIMENT KAPITOLU I KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL Artikolu 20 1. Bla ħsara għall-liġijiet, kondizzjonijiet u proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru, l-Komunità u l-Istati Membri għandhom jippruvaw li jiżguraw li t-trattament mogħti lil ċittadini ta' l-Ażerbajġan legalment impjegati fit-territorju ta' l-Istat Membru għandhom ikunu ħielsa minn kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità, fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħlasijiet jew tkeċċija, kif komparati maċ-ċittadini tiegħu. 2. Bla ħsara għall-liġijiet, kondizzjonijiet u proċeduri applikabbli fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tiżgura li t-trattament mogħti lil ċittadini ta' Stat Membru legalment impjegati fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandhom ikunu ħielsa minn kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità, fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħlasijiet jew tkeċċija, kif komparati maċ-ċittadini tagħha. Artikolu 21 Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema titjib jista' jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-persuni fil-kummerċ konsistenti mar-rabtiet internazzjonali tal-Partijiet, inklużi dawk imniżżla fid-dokument tal-Konferenza CSCE ta' Bonn. Artikolu 22 Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 20 u 21. KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET LI JEFFETTWAW IT-TWAQQIF U T-TĦADDIM TA' KUMPANNIJI Artikolu 23 1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jagħtu trattament mhux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lil xi pajjiż terz għat-twaqqif ta' kumpanniji ta' l-Ażerbajġan kif definit fl-Artikolu 25(d). 2. Mingħajr preġudizzju għar-riżervi elenkati fl-Anness IV, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu lis-sussidjarji ta' kumpanniji ta' l-Ażerbajġan stabbiliti fit-territorju tagħhom trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti lil xi kumpanniji tal-Komunità, dwar it-tħaddim tagħhom. 3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-fergħat ta' kumpannija f'Ażerbajġan stabbiliti fit-territorju tagħhom trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji ta' xi pajjiż terz, dwar l-operazzjonijiet tagħhom. 4. Mingħajr preġudizzju għar-riżervi elenkati fl-Anness V, ir-Repubbilka ta' l-Ażerbajġan għandha tagħti għat-twaqqif ta' kumpanniji tal-Komunità kif definit fl-Artikolu 25(d) trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji ta' l-Ażerbaujan jew lill-kumpanjiji ta' xi pajjiż terz, skond liema jkun l-aħjar, u għandha tagħti lis-sussidjarji u fergħat tal-kumpanniji tal-Komunità stabbiliti fit-territorju tagħha trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji tagħha stess jew fergħat jew lil xi kumpannija jew fergħa ta' pajjiż terz, skond liema jkun l-aħjar, dwar l-operazzjonijiet tagħhom. Artikolu 24 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 100, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 m'għandhomx japplikaw għat-trasport bl-ajru, trasport intern bil-baħar u trasport marittimu. 2. Iżda, dwar l-attivitajiet indikati hawn taħt, imwettqa minn aġenziji tal-bastimenti għall-provvista ta' servizzi lit-trasport internazzjonali marittimi, inklużi operazzjonijiet ta' trasport intermodali li jinvolvu parti bil-baħar, kull Parti għandha tippermetti lill-kumpanniji tal-Parti l-oħra li jkollha preżenza kummerċjali fuq it-territorji tagħha fil-forma ta' sussidjarji jew fergħat, taħt kondizzjonijiet ta' twaqqif u tħaddim mhux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-kumpanniji tagħha stess jew lis-sussidjarji jew fergħat tal-kumpanniji ta' xi pajjiz terz, skond liema jkun l-aħjar, u dan b'konformità mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti applikabbli f'kull Parti. 3. Dawk l-attivitajiet jinkludu iżda mhux limitati għal: (a) it-tqegħid fis-suq u l-bejgħ tat-trasport marittimu u servizzi relatati permezz tal-kuntatt dirett mal-klijenti, mill-kwotazzjoi sal-ħruġ tal-fatturi, sew jekk dan is-servizzi huma mħaddma jew offruti mill-provditur tas-servizzi nnifsu jew minn provdituri tas-servizzi li magħhom il-bejjiegħ tas-servizzi jkun waqqaf arranġamenti permanenti tan-negozju; (b) jixtru u jużaw, għall-kont tagħhom stess jew għan-nom tal-klijenti tagħhom (u l-bejgħ mill-ġdid lill-klijenti tagħhom) ta' kull trasport u servizzi relatati, inklużi s-servizzi tat-trasport ‘il ġewwa b'kull mod, partikolarment kanali ta' ilma interni, triq jew ferrovija, meħtieġa għall-provizzta ta' servizz integrat; (c) tħejjija ta' dokumentazzjoni li tikkonċerna d-dokumenti tat-trasport, dokumenti tad-dwana, jew dokumenti oħra relatati ma' l-oriġini u l-karattru tal-merkanzija trasportata; (d) il-provvista ta' tagħrif dwar in-negozju b'kull mezz, inklużi sistemi ta' tagħrif komputerizzat u l-bdil ta' tagħrif elettroniku (bla ħsara għal restrizzjonijiet diskriminatorji li jikkonċernaw it-telekomunikazzjonijiet); (e) it-twaqqif ta' kull arranġament tan-negozju, inkluża l-parteċipazzjoni fil-ħażniet ta' kumpannija u l-ħatra ta' impjegati rekrutati lokalment (jew, fil-każ ta' impjegati barranin, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan il-Ftehim), ma' kull aġenzija ta'bastimenti stabbilita lokalment; (f) jaġixxi għan-nom tal-kumpanniji, inter alia fl-organizzazzjoni tas-sejħa tal-bastiment jew jieħu l-merkanziji fejn meħtieġ. Artikolu 25 Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim: (a) "Kumpannija tal-Komunità" jew "Kumpannija ta' l-Ażerbajġan" rispettivament għandha tfisser kumpannijia mwaqqfa skond il-liġi ta' Stat Membru jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament u li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew l-amministrazzjoni ċentrali, jew il-fond prinċipali tan-negozju fit-territorju tal-Komunità jew tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament. Iżda, jekk il-kumpannija, imwaqqfa skond il-liġijiet ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament, ikollha biss l-uffiċju reġistrat fit-territorju tal-Komunità jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament, il-kumpannija għandha titqies kumpannija tal-Komunità jew ta' l-Ażerbajġan rispettivament, jekk it-tħaddim tagħha jkollu rabta reali u kontinwa ma' l-ekonomija ta' wieħed mill-Istati Membri jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament; (b) "sussidjarja" ta' kumpannija għandha tfisser kumpannija li tkun effettivament kontrollata mill-ewwel kumpannija; (c) "fergħa" ta' kumpannija għandha tfisser post tan-negozju li ma jkollux personalità legali li jkollha d-dehra ta' permanenza, bħall-estensjoni tal-korp prinċipali, għandha min jimmaniġġha u hija materjalment armata biex twettaq negozju ma' partijiet terzi biex dawn ta' l-aħħar, għalkemm jafu li għanda jkun hemm rabta legali mal-korp prinċipali, li l-uffiċċju prinċipali tagħha huwa barra l-pajjiż, m'għandhix il-ħtieġa li tittratta direttament ma' dak il-korp prinċipali iżda tista' twettaq negozju fil-fond tan-negozju li jikkostitwixxi l-estensjoni; (d) "imwaqqfa" għandha tfissser id-dritt ta' kumpannija tal-Komunità jew ta' l-Ażerbajġan kif riferita fil-punt (a), li jwettqu attivitajiet ekonomiċi billi jwaqqfu sussidjarji u fergħat fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jew fil-Komunità rispettivament; (e) "tħaddim" għandha tfisser l-għan ta' attivitajiet ekonomiċi; (f) "attivitajiet ekonomiċi" għandha tfisser attivitajiet ta' karattru industrijali, kummerċjali u professjonali. Fir-rigward ta' trasport marittimu internazzjonali, inklużi operazzjonijiet intermodal li jinvolvu parti minn vjaġġ, ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan stabbiliti barra l-Komunità jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament, u kumpanniji tal-bastimenti stabbiliti barra l-Komunità jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u kontrollati minn ċittadini ta' Stat Membru jew ċittadini ta' l-Ażerbajġan rispettivament, għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu III jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f'dak l-Istat Membru jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament skond il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom. Artikolu 26 1. Minkejja xi dispożizzjonijiet oħra f'dan il-Ftehim, ebda Parti m'għandha tkun miżmuma milli tieħu miżuri għal raġunijiet ta' prudenza, inkluża l-protezzjoni ta' investituri, depożitaturi, detenturi ta' poloz jew persuni li lilhom dmir fiduċjarju huwa dovut minn xi provditur ta' servizz finanzjarju, jew biex tiġi żgurata l-integrità u l-istabilità tas-sistema finanzjarja. Fejn dawk il-miżuri ma' jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, m'għandhomx jintużaw bħala mezzi biex jiġu evitati l-obbligazzjonijiet ta' xi Parti taħt dan il-Ftehim. 2. Ebda ħaġa f'dan il-Ftehim m'għandha tiftiehem bħala li teħtieġ lil xi Parti li tikxef tagħrif li jirrelata ma' l-affarijiet u l-konteġġi ta' klijenti individwali jew xi tagħrif kunfidenzali dwar proprjetà fil-pussess ta' entitajiet pubbliċi. 3. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, "servizzi finanzjarji" għandha tfisser dawk l-attivitajiet deskritti fl-Anness III. Artikolu 27 Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim m'għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kull Parti ta' xi miżura meħtieġa biex tipprevjeni ċ-ċirkumvenzjoni tal-miżuri tiegħu li jikkonċernaw l-aċċess ta' pajjiżi terzi għas-suq tiegħu, permezz tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Artikolu 28 1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu, kumpannija tal-Komunità jew kumpannija ta' l-Ażerbajġan imwaqqfa fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jew tal-Komunità rispettivament għandu jkollha d-dritt li timpjega, jew li jkun hemm impjegat minn waħda mis-sussidjarji tagħha jew fergħat, skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-pajjiż li jospita ta' twaqqif, fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jew tal-Komunità rispettivament, impjegati li huma ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità jew tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament, b'kondizzjoni illi dawk l-impjegati jkun impjegati prinċipali kif definiti fil-paragrafu 2, u li jkunu impjegati esklussivament mill-kumpanniji, jew fergħat. Il-permessi tar-residenza u xogħol ta' dawk l-impjegati għandhom ikunu jkopru biss il-perjodu ta' dak l-impjieg. 2. L-impjegati prinċipali tal-kumpanniji msemmija hawn fuq hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "organizzazzjonijiet" huma "trasferiti intra-korporati" kif definiti fiċ-(c) fil-kategoriji li ġejjin, b'dan illi l-organizzazzjoni tkun persuna legali u li l-persuni konċernati jkunu ġew impjegati minnha jew ikunu sħab fiha (ħlief għal dawk li jkolhom maġġoranza ta' l-ishma), għal ta' l-anqas is-sena li tiġi minnufih qabel dak iċ-ċaqliq: (a) persuni li jaħdmu f'pożizzjoni għolja ma' organizzazzjoni, li primarjament jidderiġu l-immaniġġjar ta' l-istabbiliment li jirċievu superviżjoni ġenerali jew direzzjoni prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew l-istockholders tan-negozju jew l-ekwivalenti tagħhom, inklużi: - jidderiġu l-istabbiliment jew dipartiment jew subdiviżjoni ta' l-istabbiliment, - jissorveljaw u jikkontrollaw ix-xogħol ta' impjegati oħra superviżorji, professjonali jew maniġerjali, - li jkollhom l-awtorità personalment li jimpjegaw u jkeċċu jew jirrakkomandaw l-impjieg, it-tkeċċija jew azzjonijiet oħra ta' l-impjegati; (b) persuni ji jaħdmu f'din l-organizzazzjoni li jkollhom għerf mhux komuni essenzali għas-servizz ta' l-istabbiliment tagħmir ta' riċerka, teknika jew immaniġġjar. L-istima ta' dak l-għerf tista' tirrifletti, minbarra għerf speċifiku lill-istabbiliment, f'livell għoli ta' kwalifikazzjoni li jirreferi għat-tip ta' xogħol jew negozju li jeħtieġ għerf speċifiku tekniku, inkluża s-sħubija fi professjoni akkreditata; (c) "trasferit intra-korporat" hija definita bħala persuna naturali li taħdem f'organizzazzjoni fit-territorju ta' Parti, u li tkun trasferita temporanjament fil-kuntest tat-twettiq ta' attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizzazzjoni konċernata għandu jkollha l-fond prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju ta' Parti u t-trasferiment ikun għal stabbiliment (fergħa, sussidjarja) ta' dik l-organizzazzjoni, li effetivament twettaq attivitajiet ekonomiċi simili fil-territorju tal-Parti l-oħra. Artikolu 29 1. Il-Partijiet għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jevitaw li jieħdu xi miżuri jew azzjonijiet li jagħmlu l-kondizzjonijiet għat-twaqqif u t-tħaddim tal-kumpanniji ta' xulxin aktar restrittivi mis-sitwazzjoni eżistenti fil-jum li jiġi qabel id-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk ta' l-Artikolu 37: is-sitwazzjonijiet koperti b'dak l-Artikolu 37 għandhom ikunu unikament regolati bid-dispożizzjonijiet tiegħu bl-esklużżjoni ta' l-oħrajn kollha. 3. Waqt li jaġixxu fi spirtu ta' sħubija u koperazzjoni u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 43 il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandu javża lill-Komunità bil-ħsieb tiegħu li jibgħat leġiżlazzjoni ġdida jew jaddotta regolamenti ġodda li jistgħu jagħmlu l-kondizzjonijiet għat-twaqqif jew tħaddim fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ta' sussidjarji u fergħat ta' kumpanniji tal-Komunità aktar restrittivi mis-sitwazzjoni eżistenti fil-jum li jiġi qabel id-data tal-firma ta' dan il-Ftehim. Il-Komunità tista' titlob lir-Repubblika ta' Ażerbajġan li tikkomunika l-abbozzi ta' dik il-leġiżlazzjoni jew regolamenti u li tidħol f'konsultazzjonijiet dwar dawk l-abbozzi. 4. Fejn leġiżlazzjoni ġdida jew regolamenti introdotti fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jirriżultaw fit-tagħmil ta' kondizzjonijiet għat-tħaddim ta' sussidjarji u fergħat ta' kumpanniji tal-Komunità mwaqqfa fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan aktar restrittivi mis-sitwazzjoni eżistenti fil-jum tal-firma ta' dan il-Ftehim, il-leġiżlazzjoni rispettiva jew regolamenti m'għandhomx japplikaw matul it-tlett snin li jiġi wara d-dħul fis-seħħ ta' l-att relevanti għal dawk is-sussidjarji u fergħat diġa stabbiliti fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' l-att relevanti. KAPITOLU III PROVVISTA MAL-FRUNTIERI TA' SERVIZZI BEJN IL-KOMUNITÀ U R-REPUBBLIKA TA' L-AŻERBAJĠAN Artikolu 30 1. Il-partijiet jintrabtu li skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jippermettu progressivament il-provvista ta' servizzi minn kumpanniji tal-Komunità jew ta' l-Ażerbajġan li huma mwaqqfa f'Parti ħlief dik ta' persuna li għaliha s-servizzi huma maħsuba waqt li jingħata kont ta' l-iżvilupp fis-setturi tas-servizzi fil-Partijiet. 2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. Artikolu 31 Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiġi żviluppat settur ta' servizz orjentat għas-suq fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Artikolu 32 1. Il-Partijiet jintrabtu li japplikaw effettivament il-prinċipju ta' aċċess mhux ristrett għas-suq internazzjonali marittimu u traffiku fuq bażi kummerċjali: (a) id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq ma jippreġudikawx id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-Konferenzi Liner, kif applikabbli għal Parti jew oħra f'dan il-Ftehim. Linji mhux għall-konferenza għandhom ikunu ħielsa li jaħdmu f'kompetizzjoni ma' konferenza sakemm jaderixxu mal-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta fuq bażi kummerċjali; (b) il-Partijiet jaffermaw ir-rabta tagħhom li ambjent kompettitiv ħieles għandu jkun fattur essenzali tal-kummerċ fi kwantitajiet kbar niexef u likwidu. 2. Fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom: (a) ma japplikawx, sa mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, xi dispożizzjonijiet dwar qsim ta' merkanzija ta' xi ftehim bilaterali bejn xi Stati Membri tal-Komunità u l-ex Unjoni Sovjetika; (b) ma jintroduċux klawżoli dwar qsim ta' merkanzija f'xi ftehim bilaterali futur ma' pajjiżi terzi ħlief għal dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fejn kumpanniji tal-bastimenti tal-passiġġieri minn xi Parti jew ieħor għal dan il-Ftehim ma jkollhomx xort'oħra l-opportunità effettiva li jbaħħru għan-negozju minn u lejn il-pajjiż terz konċernat; (c) jipprojbixxu arranġamenti dwar qsim ta' merkanzija f'xi ftehim bilaterali futur li jikkonċerna n-negozju fi kwantitajiet kbar niexef u likwidu; (d) jabolixxu mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-miżuri kollha unilaterali, amministrattivi, tekniċi jew xi ostakli oħra li jista' jkollhom effetti restrittivi jew diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa ta' servizzi ta' trasport internazzjonali marittimu. 3. Kull Parti għandha tagħti, inter alia, trattament mhux anqas favorevoli, għall-bastimenti mħaddma minn ċittadini jew kumpanniji tal-Parti l-oħra, minn dak mogħti lill-bastimenti tal-Parti nnifisha, fir-rigward ta' aċċess għall-portijiet miftuħa għall-kummerċ internazzjonali, l-użu ta' l-infrastruttura u servizzi awżiljari marittimi tal-portijiet, kif ukoll miżati u ħlasijiet relatati, faċilitajiet tad-dwana u l-għoti ta' irmiġġi u faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt. 4. Iċ-ċittadini u l-kumpanniji tal-Komunità li jipprovdu servizzi ta' trasport internazzjonali marittimu għandhom ikunu ħielsa li jipprovdu servizzi internazzjonali ta' baħar-xmara fil-kanali interni tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u vice-versa. Artikolu 33 Bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp koordinat ta' trasport bejn il-Partijiet, addattat għall-ħtiġiet kummerċjali tagħhom, il-kondizzjonijiet ta' aċċess komuni għas-suq u l-provvista ta' servizzi għat-trasport bl-art, ferrovija u kanali interni, u, jekk japplika, fit-trasport bl-ajru jistgħu jiġu trattati b'xi ftehim speċifiku fejn japplika negozjat bejn il-Partijiet wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 34 1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jiġu applikati bla ħsara għal xi limitazzjonijiet ġustifikati fuq il-bażi ta' politika pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika. 2. M'għandhomx japplikaw għal attivitajiet li fit-territorju ta' kull Parti għandhom x'jaqsmu, ta' kull tant, ma' l-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali. Artikolu 35 Għall-għan ta' dan it-Titolu, ebda ħaġa f'dan il-Ftehim m'għandha tipprevjeni lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom dwar id-dħul u r-residenza, xogħol, kondizzjonijiet tax-xogħol u l-istabbilizzar ta' persuni naturali u provvista ta' servizzi, b'kondizzjoni illi, meta jsir dan, ma japplikawhomx b'mod li jannullaw jew ifixklu l-benefiċċji li joktru għal xi Parti taħt it-termini ta' xi dispożizzjoni speċifika ta' dan il-Ftehim. Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq m'għandhix tippreġudika l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 34. Artikolu 36 Kumpanniji li huma kontrollati u ta' proprjetà esklużżiva ta' kumpanniji ta' l-Ażerbajġan u ta' kumpanniji tal-Komunità flimkien għandhom ukoll ikunu l-benefiċċjarji tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II, III u IV. Artikolu 37 It-trattament mogħti minn kull Parti lill-oħra għandu, sa mill-jum ta' xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligazzjonijiet relevanti tal-Ftehim Ġenerali dwar Servizzi fil-Kummerċ (GATS), dwar is-setturi jew miżuri koperti mill-GATS, fl-ebda każ m'għandhom ikunu aktar favorevoli minn dawk mogħtija minn dak l-ewwel Parti taħt id-dispożizzjonijiet tal-GATS u dan dwar kull wieħed mis-settur tas-servizzi, sub-settur u mod ta' provvista. Artikolu 38 Għall-għanijiet tal-Kapitoli II, III and IV, ebda kont m'għandu jittieħed tat-trattament mogħti mill-Komunità, l-Istati Membri tagħha jew ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan skond ir-rabtiet magħmula fid-diversi ftehim ta' integrazzjoni ekonomika skond il-prinċipji ta' l-Artikolu V tal-GATS. Artikolu 39 1. It-trattament ta' l-aktar nazzjon favorit mogħti skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu m'għandhomx japplikaw għall-vantaġġi ta' taxxa li l-Partijiet qed jipprovdu jew għandhom jipprovdu fil-futur fuq il-bazi ta' xi ftehim biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, jew ta' xi arranġamenti oħra ta' taxxa. 2. Ebda ħaġa f'dan it-Titolu m'għandha tiftiehem li tipprevjeni l-addozzjoni jew l-infurzar mill-Partijiet ta' xi miżura immirata lejn il-prevenzjoni ta' l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi skond id-dispożizzjonijiet tat-taxxa tal-ftehim biex tiġi evitata tassazzjoni doppja jew xi arranġamenti oħra ta' taxxa, jew leġiżlazzjoni fiskali domestika. 3. Ebda ħaġa f'dan it-Titolu m'għandha tiftiehem li tipprevjeni lil-Istati Membri jew lir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan milli tiddistingwi, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxa li ma jkunux f'sitwazzjonijiet identiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-post tagħhom ta' residenza. Artikolu 40 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, ebda dispożizzjoni tal-Kapitoli II, III u IV m'għandha tiġi interpretata li tagħti d-dritt għal: - ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Repubbilka ta' l-Ażerbajġan rispettivament li jidħlu, jew joqgħodu fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jew il-Komunità rispettivament f'xi kapaċità tkun xi tkun, u b'mod partikolari bħala azzjonisti jew sħab f'kumpannija jew maniġer jew impjegat tagħha jew provditur jew riċevitur ta' servizzi, - sussidjarji tal-Komunità jew fergħat ta' kumpanniji ta' l-Ażerbajġan li jimpjegaw jew ikollhom impjegati fit-territorju tal-Komunità ċittadini tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, - sussidjarji ta' l-Ażerbajġan jew fergħat ta' kunpaniji tal-Komunità li jimpjegaw jew ikollhom impjegati fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ċittadini ta' l-Istati Membri, - kumpanniji ta' l-Ażerbajġan jew sussidjarji tal-Komunità jew fergħat ta' kumpanniji ta' l-Ażerbajġan li jipprovdu persuni ta' l-Ażerbajġan biex jaġixxu għal u taħt il-kontroll ta' persuni oħra b'kuntratti ta' impjiegi temporanji, - kumpanniji tal-Komunità jew sussidjarji ta' l-Ażerbajġan jew fergħat ta' kumpanniji tal-Komunità li jipprovdu ħaddiema li huma ċittadini ta' l-Istati Membri b'kuntratti ta' impjieg temporanju. KAPITOLU V ĦLASIJIET KURRENTI U KAPITAL Artikolu 41 1. Il-Partijiet jintrabtu li jawtorizzaw, f'munita faċilment konvertibbli, kull ħlas kurrenti bejn residenti tal-Komunità u tar-Repubblika ta' l-Azarbajġan konnessi maċ-ċaqliq ta' merkanzija, servizzi jew persuni magħmula skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. 2. Fir-rigward ta' transazzjonijiet dwar il-kont kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-moviment ħieles ta' kapital li jirrelata ma' investimenti diretti magħmula f'kumpanniji kostitwiti skond il-liġijiet tal-pajjiż li jospita u investimenti magħmula skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, u l-likwidazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta' dawn l-investimenti u ta' xi profitt li joħroġ minnhom għandu jiġi żgurat. 3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 m'għandhomx jipprevjenu li-Repubblika ta' l-Ażerbajġan milli tapplika restrizzjonijiet għal investiment dirett ‘l barra minn residenti ta' l-Ażerbajġan. Dawk ir-restrizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għas-sussidjarji u fergħat ta' kumpanniji tal-Komunità. Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw dwar iż-żamma ta' dawn ir-restrizzjonijiet, waqt li jingħata kont tal-konsiderazzjonijiet relevanti, monetarji, fiskali u finanzjarji. 4. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2 jew għall-paragrafu 6, sa mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ebda restrizzjonijiet ġodda dwar kambju barrani fuq il-moviment ta' kapital jew ħlasijiet kurrenti konnessi miegħu bejn residenti tal-Komunità u r-Repubblika ta' l-Azarbajġan m'għandhom jiġu mdaħħla u l-arranġamenti eżistenti m'għandhomx isiru aktar restrittivi. 5. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-moviment ta' forom ta' kapital barra minn dawk msemmija fil-paragrafu 2 hawn fuq bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan biex jippromwovu l-oġġettivi ta' dan il-Ftehim. 6. B'refernza għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm konvertibilità sħiħa tal-munita Arena skond it-tifsira ta' l-Artikolu VIII ta' l-Artikoli ta' Ftehim tal-Fond Internazzjonali Monetarju (IMF) tiġi introdotta, ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan tista f'każijiet eċċezzjonali tapplika restrizzjonijiet ta' bdil konnessi ma l-għoti u t-teħid ta' krediti finanzjarji fi żmien qasir jew żmien medju sal-limitu li dawk ir-restrizzjonijiet huma imposti fuq ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għall-għoti ta' dawk il-krediti u huma permessi skond l-istatus tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan taħt l-IMF. Ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tapplika dawn ir-restrizzjonijiet b'mod mhux diskriminatorju. Għandhom ikunu applikati b'dak il-mod li joħolqu l-anqas tfixkil possibbli għal dan il-Ftehim. Ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tavża lill-Kunsill ta' Koperazzjoni minnufih bl-introduzzjoni ta' dawk il-miżuri u b'kull tibdil fihom. 7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, fejn, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-movimenti ta' kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan joħolqu, jew jheddu li joħolqu, diffikultajiet serji fit-tħaddim tal-politika tar-rati tal-kambju jew tal-politika monetarja fil-Komunità jew fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, rispettivament, jistgħu jieħdu miżuri ta' salvagward fir-rigward ta' movimenti ta' kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għall-perjodu li ma jeċċedix is-sitt xhur jekk dawk il-miżuri jkunu strettament meħtieġa. KAPITOLU VI PROTEZZJONI INTELLETWALI, INDUSTRIJALI U TA' PROPRJETÀ KUMMERĊJALI Artikolu 42 1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness II, ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tkompli ttejjeb il-protezzjoni ta' drittijiet intelletwali, industrijali u ta' proprjetà kummerċjali biex tipprovdi, sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għall-livel ta' protezzjoni simili għal dak li jezisti fil-Komunita', inkluża l-effettività ta' l-infurzar ta' dawk id-drittijiet. 2. Sat-tmien tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha taċċedi għall-Konvenzjoni multilaterali dwar drittijiet intelletwali, industrijali u proprjetà kummerċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Anness II li għalih l-Istati Membri huma partijiet jew li huma de facto applikati fl-Istati Membri, skond id-dispożizzjonijiet relevanti li jinsabu f'dawn il-konvenzjonijiet. TITOLU V KOPERAZZJONI LEĠIŻLATTIVA Artikolu 43 1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li kondizzjoni importanti għat-tisħiħ tar-rabtiet ekonomiċi bejn ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u l-Komunità hija l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni ezistenti u futura ta' l-Ażerbajġan ma' dik tal-Komunità. Ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tisforza li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tagħha tkun gradwalment magħmula kompatibbli ma' dik tal-Komunità. 2. L-approssimazzjoni tal-liġijiet għandha testendi għall-arji li ġejjin b'mod partikolari: liġi tad-dwana, liġi tal-kumpanniji, liġi tal-banek, konteġġi ta' kumpanniji u taxxi, proprjetà intellettwali, protezzjoni ta' ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, servizzi finanzjarji, regoli tal-kompetizzjoni, ksib pubbliku, protezzjoni tas-saħħa u ħajja tal-bniedem, annimali u pjanti, l-ambjent, protezzjoni tal-konsumatur, tassazzjoni indiretta, regoli tekniċi u standards, liġijiet u regolamenti nukleari u trasport. 3. Il-Komunità għandha tipprovdi lir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan bl-għajnuna teknika għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, li tsta' tinkludi inetr alia: - il-bdil ta' esperti, - il-provvista ta' tagħrif kmieni speċjalment dwar il-leġiżlazzjoni relevanti, - organizzazzjoni ta' seminars, - attivitajiet ta' taħriġ, - għajnuna għat-traduzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fis-setturi relevanti. 4. Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw il-mezzi ta' kif japplikaw il-liġijiet rispettivi tal-kompetizzjonifuq bażi konċertat f'dawk il-każi fejn kummerċ bejniethom huwa affettwat. TITOLU VI KOPERAZZJONI EKONOMIKA Artikolu 44 1. Il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandhom iwaqqfu koperazzjoni ekonomika immirata lejn il-kontribuzzjoni għall-proċess ta' riformi ekonomiċi u żvilupp sostenibbli tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Dik il-koperazzjoni għandha ssaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi eżistenti, għall-benefiċċju taż-żewġ partijiet. 2. Politika u miżuri oħra għandhom jiġi maħsuba biex iġibu fis-seħħ riformi ekonomiċi u soċjali u l-istrutturar ta' sistemi ekonomiċi u ta' kummerċ fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u għandhom ikunu gwidati mill-ħtiġiet ta' sostenibilità u żvilupp soċjali armonjuż; għandhom ukoll jinkorporaw bis-sħiħ konsiderazzjonijiet ambjentali. 3. Għal dan il-għan, il-koperazzjoni għandha tikkonċentra, b'mod partikolari, fuq żvilupp ekonimiku u soċjali, żvilupp ta' riżorsi umani, appoġġ għall-intrapriżi, (inkluż l-privatizzazzjoni, investiment u żvilupp tas-servizzi finanzjarji), agrikoltura u ikel, enerġija, trasport, turiżmu, protezzjoni ambjentali, koperazzjoni reġjonali u politika monetarja. 4. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għall-miżuri, kif mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li kapaċi jrawwmu koperazzjoni bejn l-Istati Indipendenti tar-reġjun Transcaucasus, u ma' stati oħra ġirien bil-ħsieb li jiġi stimolat żvilupp armonjuż tar-reġjun. 5. Fejn japplika, koperazzjoni ekonomika u forom oħra ta' koperazzjoni provduti f'dan il-Ftehim jistgħu jiġu sostnuti b'għajnuna teknika mill-Komunità, waqt li jingħata kont tar-regolament relevanti tal-Kunsill tal-Komunità applikabbli għall-għajnuna teknika fl-Istati Indipendenti, il-prijoritajiet miftiehma dwarhom fil-programm indikattiv li jirrelata ma' l-għajnuna teknika tal-Komunità lir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u l-koordinazzjoni stabbilita tagħha u l-proċeduri ta' implimentazzjoni. Artikolu 45 Koperazzjoni fil-qasam ta' kummerċ f'merkanzija u servizzi Il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jiżguraw li l-kummerċ internazzjonali tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jitmexxa b'konformità mar-regoli tad-WTO. Dik il-koperazzjoni għandha tinkludi kwistjonijiet speċifiċi direttament relevanti għall-faċilitazzjoni ta' kummerċ, inkluż: - il-formolazzjoni ta' politika dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati ta' kummerċ, inklużi ħlasijiet u mekkaniżmi ta' rilaxx, - taħżiż tal-leġiżlazzjoni relevanti, - għajnuna li tkompli għat-tħejjija tas-sħubija eventwali tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għall WTO. Artikolu 46 Koperazzjoni industrijali 1. Il-koperazzjoni għandha timmira li tippromwovi b'mod partikolari dan li ġej: - l-iżvilupp ta' rabtiet ta' kummerċ bejn operaturi ekonimiċi taż-żewġ naħat, - parteċipazzjoni tal-Komunità fl-isforzi tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li tirristruttura l-industrija tagħha, - it-titjib fl-immaniġġjar, - l-iżvilupp ta' regoli u prattiċi addattati kummerċjali bbażati fuq is-suq, kif ukoll fit-trasferiment tat-teknika, - protezzjoni ta' l-ambjent. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhom jaffettwaw l-infurzar tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Komunità applikabbli għall-intrapriżi tagħha. Artikolu 47 Kostruzzjoni Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fil-qasam ta' l-industrija tal-kostruzzjoni. Din il-koperazzjoni għandha, inter alia, timmira lejn l-immodernizzar u r-ristrutturar tas-settur tal-kostruzzjoni fir Repubblika ta' l-Ażerbajġan f'linja mal-prinċipji ta' ekonomija tas-suq waqt li jingħata kont debitu ta' l-aspetti ta' saħħa, sigurtà u ambjent. Artikolu 48 Promozzjoni ta' investiment u protezzjoni 1. Waqt li wieħed iżomm f'moħħu s-setgħat rispettivi u kompetenzi tal-Komunità u l-Istati Membri, il-koperazzjoni għandha tkun immirata lejn it-twaqqif ta' klima favorevoli għall-investiment privat, kemm domestiku u barrani, speċjalment permezz ta' kondizzjonijiet aħjar għall-protezzjoni ta' investiment, it-trasferiment ta' kapital u l-bdil ta' tagħrif dwar opportunitajiet ta' investiment. 2. L-għanijiet ta' koperazzjoni għandhom ikunu b'mod partikolari: - il-konkluzzjoni, fejn japplika, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ta' xi ftehim dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investiment, - il-konkluzzjoni, fejn japplika, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ta' xi ftehim biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, - il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli biex jiġu attirati investimenti barranin fl-ekonomija ta' l-Ażerbajġan, - li jitwaqqfu liġijiet u kondizzjonijiet tan-negozju stabbli u adegwati, u biex jinbidel tagħrif dwar liġijiet, regolamenti u prattiċi amministrattivi fil-qasam ta' l-investiment, - li jinbidel tagħrif dwar opportunitajiet ta' investiment fil-forma ta' inter alia, fieri tal-kummerċ, esibizzjonijiet, ġimgħat tal-kummerċ, u ġrajjiet oħra. Artikolu 49 Ksib pubbliku Il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jiżviluppaw kondizzjonijiet għall-għoti kompetittiv u miftuħ ta' kuntratti għall-merkanzija u servizzi b'mod partikolari permezz ta' sejħiet għall-offerta. Artikolu 50 Koperazzjoni fil-qasam ta' standards u stima ta' konformità 1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tippromwovi allineament ma' kriterji miftehma internazzjonalment, prinċipji u linji ta' gwida segwiti fil-qasam tal-kwalità. L-azzjonijiet meħtieġa għandhom jiffaċilitaw il-progress lejn għarfien komuni fil-qasam ta' l-istima ta' konformità, kif ukoll it-titjib fil-kwalità ta' prodotti ta' l-Ażerbajġan. 2. Għal dan il-għan il-partijiet għandhom ifittxu li jikkoperaw fi proġetti ta' għajnuna teknika li għandha: - tippromwovi l-koperazzjoni addattata ma' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet speċjalizzati f'dawn l-oqsma, - tippromwovi l-użu ta' regolamenti tekniċi tal-Komunità u l-applikazzjoni ta' l-istandards Ewropej u l-proċeduri ta' stima ta' konformità, - tippermetti l-qsim ta' esperjenzi u tagħrif tekniku fil-qasam ta' l-immaniġġjar tal-kwalità. Artikolu 51 Xogħol fil-minjieri u materja prima 1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw lejn żieda fl-investiment u kummerċ fl-imminar u l-materja prima. 2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-arji li ġejjin: - bdil ta' tagħrif dwar il-prospetti ta' l-imminar u setturi ta' metalli li ma fihomx ħadid, - it-twaqqif ta' qafas legali għall-koperazzjoni, - kwistjonijiet ta' kummerċ, - l-addozzjoni u l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni ambjentali, - taħriġ, - sigurtà fl-industrija tal-minjieri. Artikolu 52 Koperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija 1. Il-Partijiet għandhom jippromwovu koperazzjoni f'riċerka ċivili xjentifika u żvilupp teknoloġiku (RTD) fuq il-bażi ta' benefiċċju komuni u, waqt li jingħata kont tad-disponibilità tar-riżorsi, aċċess adegwat għall-programmi rispettivi tagħhom u suġġetti għall-livelli addattati tal-protezzjoni effettiva tad-drittijiet intelletwali, industrijali u proprjetà kummerċjali (IPR). 2. Il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika għandha tkopri: - il-bdil ta' tagħrif xjentifiku u tekniku, - attivitajiet konġunti RTD, - attivitajiet ta' taħriġ u programmi ta' mobilità għal xjenzati, riċerkaturi u tekniċi ingaġġati fl-RTD miż-żewġ naħat. Meta dik il-koperazzjoni tieħu l-forma ta' attivitajiet li jinvolvu edukazzjoni u/jew taħriġ, għandha titwettaq skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 53. Il-Partijiet, fuq il-bażi ta' ftehim komuni, jistgħu jingaġġaw f'xi forom oħra ta' koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija. 3. Il-koperazzjoni koperta b'dan l-Artikolu għandha tiġi implementata skond l-arranġamenti speċifiċi li għandhom jiġu neġozjati u konklużi skond il-proċeduri addottati minn kull Parti, u li għandhom iniżżlu, inter alia, id-dispożizzjonijiet IRP addattati. Artikolu 53 Edukazzjoni u taħriġ 1. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jtellgħu l-livell ta' edukazzjoni u l-kwalifiki professjonali fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, kemm is-setturi pubbliċi u dawk privati. 2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-arji li ġejjin: - l-aġġornar ta' l-edukazzjoni ogħla u sistemi ta' taħriġ fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan inkluża s-sitema ta' ċertifikazzjoni ta' stabbilimenti ta' edukazzjoni ogħla u diplomi għall-edukazzjoni ogħla, - it-taħriġ ta' eżekuttivi tas-settur pubbliku u privat impjegati ċivili f'arji ta prijorità li għandhom jiġu stabbiliti, - koperazzjoni bejn stabbilimenti ta' l-edukazzjoni u bejn stabbilimenti ta' l-edukazzjoni u ditta, - mobilità għall-għalliema, gradwati amministraturi, xjenzati żagħżagħ u riċerkaturi u żagħżagħ, - promozzjoni ta' tagħlim fil-kamp ta' studji Ewropej f'istituzzjonijiet addattati, - it-tagħlim ta' l-ilsna tal-Komunità, - taħrig post gradwat ta' interpreti għall-konferenzi, - taħriġ ta' ġurnalisti, - taħriġ ta' dawk li jħarrġu, - bdil ta' metodi ta' tagħlim, li jinkoraġġixxu l-utilizzazzjoni ta' programmi moderni edukattivi u mezzi tekniċi ta' edukazzjoni. 3. Il-possibilità ta' parteċipazzjoni ta' Parti waħda fil-programmi rispettivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Parti l-oħra għanda tiġi konsidrata skond il-proċeduri rispettivi tagħhom u, fejn xieraq, qafas istituzzjonali u pjani ta' koperazzjoni għandhom imbagħat jiġu stabbiliti mibnija fuq il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan fil-programm tal-Komunità Tempus. Artikolu 54 Agrikoltura u s-settur agro-industrijali L-għan tal-koperazzjoni f'din l-arja għandu jkun it-twettiq tar-riforma agrarja, l-immodernizzazzjoni, il-privatizzazzjoni u l-istrutturar fl-agrikoltura, l-agro-industrija u s-settur tas-servizzi fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, l-iżvilupp tas-swieq domestiċi u barranin għall-prodotti ta' l-Ażerbajġan, f'kondizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni ta' l-ambjent, waqt li jingħata kont tal-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista ta' l-ikel kif ukoll l-iżvilupp tal-kummerċ agrikolu, l-ipproċessar u t-tqassim ta' prodotti agrikoli. Il-Partijiet għandhom ukoll jimmiraw lejn l-approssimazzjoni gradwali ta' istandards ta' l-Ażerbajġan għar-regoli tekniċi tal-Komunità li jikkonċernaw il-prodotti ta' l-ikel industrijali u agrikolu inklużi standards sanitarji u fitosanitarji. Artikolu 55 Enerġija 1. Il-koperazzjoni għandha sseħħ fil-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u l-Karta Ewropea ta' l-Enerġija u waqt li jingħata kont tat-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija u l-Protokoll dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija u Aspetti Ambjentali Relatati, kontra l-isfond ta' l-integrazzjoni progressiva tas-swieq ta' l-enerġija fl-Ewropa. 2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi fost affarijiet oħra l-arji li ġejjin: - formulazzjoni u żvilupp tal-politika ta' l-energija, - titjib fl-immaniġġjar u regolar tas-settur ta' l-enerġija b'linja ma' l-ekonomoja tas-suq, - titjib fil-provvista ta' l-enerġija, inkluża s-sigurtà tal-provvista, b'mod ekonomiku u ambjentalment sod, - promozzjoni ta' ekonomija ta' enerġija u effiċjenza ta' enerġija u l-implimentazzjoni tal-Karta tal-Protokoll ta' l-Enerġija dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija u aspetti ambjentali relatati, - modernizzazzjoni ta' l-infrastrutturi ta' l-enerġija, - titjib tat-teknoloġiji ta' l-enerġija fil-provvista u l-użu finali mal-firxa ta' tipi ta' energija, - immaniġġjar u taħriġ tekniku fis-settur ta' l-enerġija, - trasportazzjoni u passaġġ ta' materjali u prodotti ta' l-enerġija, - l-introduzzjoni ta' firxa ta' kondizzjonijiet istituzzjonali, legali, fiskali u kondizzjonijiet oħra meħtieġa biex iħajjru żieda fil-kummerċ ta' l-enerġija u imvestiment, - l-iżvilupp ta' riżorsi idro-elettriċi u riżorsi oħra ta' enerġija li jiġġeddu. 3. Il-Partijiet għandhom jibdlu t-tagħrif relevanti li għandu x'jaqsam ma' proġetti ta' investiment fis-settur ta' l-enerġija, b'mod partikolari dwar il-kostruzzjoni u l-irranġar tal-pajpijiet taż-żejt u l-gass jew mezzi oħra ta' trasportazzjoni ta' prodotti għall-enerġija. Għandhom jikkoperaw bil-ħsieb li jimplimentaw b'mod effikaċi kemm jista' jkun id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV u ta' l-Artikolu 48, dwar investimenti fis-settur ta' l-enerġija. Artikolu 56 Ambjent 1. Waqt li jingħata kont tal-Karta Ewropea ta' l-Enerġija u d-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Lucerne tal-1993, u waqt li jingħata kont tal-Karta tat-Trattat ta' l-Enerġija, u speċjalment l-Artikolu 19 tagħha, u l-Karta tal-Protokoll ta' l-Enerġija dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija u aspetti ambjentali relatati, l-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa umana. 2. Il-koperazzjoni għandha timmira li tikkumbatti t-tħassir ta' l-ambjent u b'mod partikolari: - immonitorjar effettiv ta' livelli ta' tniġġiż u stima ta' l-ambjent; sistema ta' tagħrif dwar l-istat ta' l-ambjent, - tiġġieled kontra tniġġiż lokali, reġjonali u mal-fruntieri ta' l-arja u l-ilma, - restawrazzjoni ekoloġika, - produzzjoni sostenibbli, effiċjenti u ambjentalment effettiva u użu ta' l-enerġija, - sigurtà ta' l-impjanti industrijali, - klassifikazzjoni u mmaniġġjar b'sigurtà ta' kimiċi, - kwalità ta' l-ilma, - tnaqqis tal-ħala, riċiklar, u disponiment b'sigurtà, implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Basle, - l-impatt ambjentali fuq l-agrikoltura, erożjoni tal-ħamrija u tniġġiż kimiku, - il-protezzjoni tal-foresti, - il-konservazzjoni ta' biodiversità, arji protetti u użu sostenibbli u l-immaniġġjar tar-riżorsi bioloġiċi, - ippjanar ta' l-użu ta' art, inkluża l-kostruzzjoni u ppjanar urban, - użu ta' strumenti ekonomiċi u fiskali, - bidla globali tal-klima, - edukazzjoni ambjentali u għarfien, - għajnuna teknika li tikkonċerna r-rijabilitazzjoni ta' zoni affettwati bir-radjuattività u l-indirizzar ta' problemi relatati mas-saħħa u soċjali, - implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Espoo dwar Stima fuq l-Impatt Ambjentali fil-kuntest mal-fruntiera. 3. Il-koperazzjoni għandha sseħħ partikolarment permezz ta': - ippjanar għal diżastri u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza, - bdil ta' tagħrif u esperti, inkluż tagħrif u esperti li jittrattaw mat-trasferiment ta' teknoloġiji nodfa u l-użu b'sigurtà u ambjentalment sod ta' bioteknoloġiji, - attivitajiet konġunti ta' riċerka, - titjieb tal-liġijiet lejn standards tal-Komunità, - taħriġ ambjentali u tisħiħ istituzzjonali, - koperazzjoni f'livell reġjonali, inkluża koperazzjoni fil-qafas ta' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent, u f'livell internazzjonali, - żvilupp ta' strateġiji, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet globali u klimatiċi u wkoll bil-ħsieb li jinkiseb żvilupp sostenibbli, - studji dwar l-impatt ambjentali. - immonitorjar ekoloġiku, Artikolu 57 Trasport Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport. Din il-koperazzjoni għandha, inter alia, timmira lejn l-istrutturazzjoni u l-immodernizzar tas-sistemi tat-trasport u netwerks fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, u tiżviluppa u tiżgura, fejn japplika, kompatibilità fis-sistemi ta' trasport fil-kuntest tal-ksib ta' sistema ta' trasport aktar globali. Konsiderazzjoni partikolari għandha tingħata għall-iffunzjonar tal-ħoloq ta'komunikazzjonijiet tradizzjonali kollha bejn l-Istati Indipendenti fir-reġjun Transcaucasus u ma' stati oħra ġirien. Il-koperazzjoni għandha tinkludi, inter alia: - il-moderizzazzjoni ta' l-immaniġġjar u t-tħaddim tat-trasport bl-art, ferroviji, posta u ajruporti, - l-immodernizzar u l-iżvilupp tal-ferroviji, kanali, portijiet, ajruporti u l-infrastruttura tan-navigazzjoni ta' l-ajru inkluża l-modernizzazzjoni tar-rotot prinċipali ta' interess komuni u rabtiet trans-Ewropej għall-modi ta' hawn fuq, partikolarment dawk relatati mal-proġett Traceca; u taħriġ fl-arji msemmija hawn fuq, - promozzjoni u żvilupp ta' trasport multimodali, - il-promozzjoni ta' riċerka konġunta u programmi ta' żvilupp, - tħejjija tal-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali għall-iżvilupp ta' politika u implimentazzjoni inkluża l-privatizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Artikolu 58 Servizzi postali u telekomunikazzjonijiet Fis-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Partijiet għandhom jespandu u jsaħħu l-koperazzjoni fl-arji li ġejjin: - it-twaqqif ta' politika u linji ta' gwida għall-iżvilupp tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali, - l-iżvilupp tal-prinċipji ta' politika ta' tariffa u tqegħid fis-suq fit-telekomunikazzjonijiet u servizzi postali, - twettiq tat-trasferiment ta' teknoloġija u għarfien, inklużi l-istandards tekniċi Ewropej u sistemi ta' ċertifikazzjoni, - jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' proġetti għat-telekomunikazzjonijiet u servizzi postali u l-attirar ta' investiment, - itejbu l-effiċjenza u l-kwalità tal-provvista ta' telekomunikazzjonijiet u servizzi postali, bejnithom permezz tal-liberalizzazzjoni ta' l-attivitajiet tas-sub-setturi, - applikazzjoni avvanzata ta' telekomunikazzjonijiet, notevolment fl-arja tat-trasferiment elettroniku ta' fondi, - immaniġġjar tan-netwerks ta' telekomunikazzjonijiet u l-"ottimizzazzjoni" tagħhom, - bażi regolatorju addattat għall-provvista ta' telekomunikazzjonijiet u servizzi postali u għall-użu ta' spektrum ta' frekwenza tar-radju, - taħriġ fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u servizzi postali għat-tħaddim f'kondizzjonijiet tas-suq. Artikolu 59 Servizzi finanzjarji Il-koperazzjoni għandha b'mod partikolari timmira lejn l-iffaċilitar ta' l-involviment tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan f'sistemi universalment aċċettabli ta' soluzzjonijiet komuni. L-għajnuna teknika għandha tiffoka fuq: - l-iżvilupp ta' servizzi tal-banek u finanzjarji, l-iżvilupp ta' suq komuni għar-riżorsi tal-kreditu, l-involviment tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan f'sistema universalment aċċettabbli għas-soluzzjonijiet komuni, - l-iżvilupp tas-sistema fiskali u l-iżvilupp tagħha fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, bdil ta' esperjenzi u taħriġ ta' l-impjegati, - l-iżvilupp ta' servizzi ta' l-assigurazzjoni, li għandhom, inter alia, joħolqu qafas favorevoli gaħall-parteċipazzjoni ta' kumpanniji tal-Komunità fit-twaqqif ta' attivitajiet bi sħaħ fis-settur ta' l-assigurazzjoni fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, kif ukoll l-iżvilupp ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni. Din il-koperazzjoni għandha b'mod partikolari tikkontribwixxi biex trawwem l-iżvilupp ta' relazzjonijiet bejn ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u l-Istati Membri fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Artikolu 60 Restrutturar ta' intraprizi u privatizzazzjoni Waqt li jgħarrfu li l-privatizzazzjoni hija ta' importanza fundamentali għall-irkupru sostenibbli ta' l-ekonomija, l-Partijiet jaqblu li jikkoperaw fl-iżvilupp tal-qafas meħtieġ istituzzjonali, legali u metodoloġiku. Għal dan il-għan. Għajnuna teknika għandha tingħata għall-implimentazzjoni tal-programm ta' privatizzazzjoni addottat mill-Parlament ta' l-Ażerbajġan. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għan-natura ordnata u trasparenti tal-proċess ta' privatizzazzjoni. L-għajnuna teknika għandha tiffoka fuq, inter alia: - l-iżvilupp ta' bażi istituzzjonali fi ħdan il-gvern ta' l-Ażerbajġan kapaċi li jiddefinixxi u jimmaniġġja l-proċess ta' privatizzazzjoni, - it-twaqqif ta' database għall-intrapriżi, - il-korporatizzazzjoni ta' intrapriżi, - l-iżvilupp ta' sistema ta' privatizzazzjoni f'daqqa, li għandha timmira li titrasferixxi l-proprjetà lill-poplu, ibbażata fuq sistema ta' vouchers, - l-iżvilupp ta' sistema għar-reġistrazzjoni ta' azzjonisti, - l-iżvilupp ta' sistema għall-bejgħ bl-offerti ta' intrapriżi partikolari meqjusa mhux addattati għall-parteċipazzjoni fil-programm ta' privatizzazzjoni f'daqqa, - l-istrutturar ta' dawk l-intrapriżi li għadhom mhux lesti għall-privatizzazzjoni, - l-iżvilupp ta' intrapriża privata, partikolarment fis-settur ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-għan ta' din il-koperazzjoni huwa li jikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni ta' l-ekonomija ta' l-Ażerbajġan, il-promozzjoni ta' investiment barrani u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-Ażerbajġan u l-Istati Membri. Artikolu 61 Żvilupp reġjonali 1. Il-Partijiet għandhom isaħħu l-koperazzjoni dwar żvilupp reġjonali u l-ippjanar ta' użu ta' art. 2. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-bdil ta' tagħrif minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fil-Komunità u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar politika ta' ippjanar reġjonali u użu ta' art u fuq il-metodi ta' formulazzjoni tal-politika reġjonali b'emfasi speċjali dwar l-iżvilupp ta' arji żvantaġġjati. Għandhom ukoll jinjoraġġixxu kuntatti diretti bejn ir-reġjuni rispettivi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-iżvilupp reġjonali bil-mira, inter alia, li jibdlu l-metodi u l-mezzi biex jitrawwem żvilupp reġjonali. Artikolu 62 Koperazzjoni soċjali 1. Fir-rigward tas-saħħa u sigurtà, l-Partijiet għandhom jiżviluppaw koperazzjoni bejnithom bil-għan li jittejjeb il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Il-koperazzjoni għandha tinkludi, notevolment: - edukazzjoni u taħriġ dwar kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà b'attenzjoni speċifika għal setturi ta' riskju għoli ta' attività, - żvilupp u promozzjoni ta' miżuri preventivi biex jikkumbattu l-mard li għandu x'jaqsam max-xogħol u mard ieħor li għandu x'jaqsam max-xogħol, - prevenzjoni ta' perikli ta' aċċidenti prinċipali u l-maniġġjar ta' kimiċi tossiċi, - riċerka biex jiġi żviluppat il-bażi ta' l-għerf b'relazzjoni ma' l-ambjent tax-xogħol u s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. 2. Fir-rigward ta' l-impjiegi, il-koperazzjoni għandha tinkludi notevolment għajnuna teknika għal: - optimizzazzjoni fis-suq tax-xogħol, - modernizzazzjoni fis-servizzi tat-tfixxija tax-xogħol u ta' konsultazzjoni, - ippjanar u mmaniġġar tal-programmi ta' ristrutturazzjoni, - inkoraġġiment għall-iżvilup ta' impjiegi lokali, - bdil ta' tagħrif dwar il-programmi ta' impjiegi flessibbli, inklużi dawk li jistimulaw impjiegi għal rashom u l-promozzjoni ta' intraprendituri. 3. Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni speċjali fl-isfera ta' protezzjoni soċjali li, inter alia, għandha tinkludi koperazzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' riformi ta' protezzjoni soċjali fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw li jiżviluppaw fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan metodi ta' protezzjoni intrisiċi għall-ekonomiji tas-suq u għandhom jikkomprendu kull forma ta' protezzjoni soċjali. Artikolu 63 Turiżmu Il-Partijiet għandhom iżidu u jiżviluppaw il-koperazzjoni bejnithom, li għandha tinkludi: - l-ifaċilitar tal-kummerċ tat-turiżmu, - żieda fil-kurrent ta' tagħrif, - transferiment tal-għerf, - studju għall-opportunitajiet ta' operazzjonijiet konġunti, - koperazzjoni bejn korpi uffiċċjali tat-turiżmu, - taħriġ għall-iżvilupp tat-turiżmu. Artikolu 64 Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju 1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiżviluppaw u jsaħħu l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-koperazzjoni bejn l-SMEs fil-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. 2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi għajnuna teknika, b'mod partikolari fl-arji li ġejjin: - l-iżvilupp ta' qafas leġiżlattiv għall-SMEs, - l-iżvilupp ta' infrastruttura xierqa (aġanzija li tappoġġa l-SMEs, komunikazzjonijiet, għajnuna għall-kriterju ta' fond għall-SMEs), - l-iżvilupp ta' parks teknoloġiċi. - taħriġ fl-arji tat-tqegħid fis-suq, konteġġi u kontroll tal-kwalità tal-prodott. Artikolu 65 Tagħrif u komunikazzjoni Il-Partijiet għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' metodi moderni ta' maniġġar ta' tagħrif, inkluża l-media, u jistimulaw il-bdil effettiv komuni ta' tagħrif. Għandha tingħata prijorità għall-programmi mmirati li jipprovdu lill-pubbliku ġenerali b'tagħrif bażiku dwar il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, inkluż, fejn possibbli, aċċess għad-databases, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Artikolu 66 Protezzjoni tal-konsumatur Il-partijiet għandhom jidħlu f'koperazzjoni mill-qrib immirata lejn il-ksib ta' kompatibilità bejn is-sistemi tagħhom ta' protezzjoni tal-konsumatur. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi l-bdil ta' tagħrif dwar xogħol leġiżlattiv u riforma istituzzjonali, twaqqif ta' sistemi permanenti ta' tagħrif komuni dwar prodotti perikolużi, t-titjib ta' tagħrif provdut lill-konsumaturi speċjalment dwar prezzijiet, karatteristiċi tal-prodotti u servizzi offruti, l-iżvilupp ta' bdil bejn rappreżentanti ta' interessi tal-konsumatur, u t-tkabbir tal-kompatibilità tal-politika tal-protezzjoni tal-konsumatur, u l-organizzazzjoni ta' seminars u perjodi ta' taħriġ. Artikolu 67 Dwana 1. Il-mira tal-koperazzjoni għandha tkun li tiġi garantita l-konformità mad-dispożizzjonijiet skedati għall-addozzjoni b'konnessjoni mal-kummerċ u l-kummerċ ġust u biex tinkiseb l-approssimazzjoni tas-sistema tad-dwana tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ma' dik tal-Komunità. 2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi b'mod partikolari dan li ġej: - il-bdil ta' tagħrif, - it-titjib tal-metodi tax-xogħol, - l-introduzzjoni ta' Nomenkaltura kombinata u d-dokument wieħed amministrattiv, - l-interkonnessjoni bejn is-sistemi ta' passaġġ tal-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, - simplifikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet u formalitajiet dwar il-ġarr ta' merkanzija, - l-appoġġ għall-introduzzjoni ta' sistemi ta' tagħrif moderni tad-dwana, - l-organizzazzjoni ta' seminars u perjodi ta' taħriġ. Għajnuna teknika għandha tiġi provduta fejn meħtieġ. 3. Mingħajr preġudizzju għal aktar koperazzjoni prevvista b'dan il-Ftehim u b'mod partikolari l-Artikolu 72 u 74, għajnuna komuni fi kwistjonijiet tad-dwana bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet għandha sseħħ skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll mehmus ma' dan il-Ftehim. Artikolu 68 Koperazzjoni statistika Il-koperazzjoni f'din l-arja għandu jkollha bħala l-għan tagħha l-iżvilupp ta' sistema effiċjenti ta' statistika li tipprovdi l-istatistika ta' min jorbot fuqha biex issostni u timmonitorja l-proċess ta' riforma ekonomika u rikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' intrapriża privata fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Għandha tindirizza wkoll il-protezzjoni tal-konfidenzalità. Il-Partijiet, b'mod partikolari, għandhom jikoperaw fl-oqsma li ġejjin: - l-addattazzjoni ta' sistema ta' statistika ta' l-Ażerbajġan għall-metodi internazzjonali, standards u klassifikazzjoni, - Bdil ta' tagħrif statistiku, - provvista tat-tagħrif ta' statistika meħtieġ macro u microekonomiku biex jiġu implimentati u mmaniġġati r-riformi ekonomiċi. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal dan il-għan billi tagħti għajnuna teknika lir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Artikolu 69 Ekonomija Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-proċess għar-riforma ekonomika u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika billi jikkoperaw biex itejbu l-ftehim tal-fundamentali ta' l-ekonomiji rispettivi tagħhom u d-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika ekonomika fl-ekonomiji tas-suq. Għal dan il-għan il-partijiet għandhom jibdlu t-tagħrif dwar it-twettiq makroekonomiku u l-prospetti. Il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna teknika biex: - tgħin lir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan fil-proċess ta' riforma ekonomika billi tipprovdi għajnuna esperta ta' pariri u teknika, - tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-ekonomisti biex tħaffef it-trasferiment ta' l-għerf għat-taħżiż tal-politika ekonomika, u tipprovdi għal disseminazzjoni wiesa' ta' riċerka relevanti mal-politika. Artikolu 70 Politika monetarja Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet ta' l-Ażerbajġan, il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna teknika maħsuba li tappoġġa l-isforzi tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan lejn it-tisħiħ tal-politika monetarja tagħha u l-introduzzjoni ta' konvertibilità sħiħa tal-munita. Din għandha tinkludi għajnuna teknika għad-disinn u l-applikazzjoni tal-politika monetarja u kreditu tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, b'koordinazzjoni sħiħa ma' l-istituzzjonijiet internazzjonali finanzjarji, għat-taħriġ ta' l-impjegati, u għall-iżvilupp tas-swieq finanzjarji, inkluża l-borża. Għandha wkoll tinkludi bdil informali ta' ideat li jikkonċernaw il-prinċipji u l-iffunzjonar tas-Sistema Monetarja Ewropea u r-regolamenti tal-Komunità dwar swieq finanzjarji u ċaqliq ta' kapital. TITOLU VII KOPERAZZJONI DWAR KWISTJONIJIET LI JIRRELATAW MAD-DEMOKRAZIJA U D-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM Artikolu 71 Il-Partijiet għandhom jikkoperaw dwar il-kwistjonijiet kollha relevanti għat-twaqqif jew ir-riinfurzar ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi, iklużi dawk meħtieġa biex tissaħħaħ ir-regola tal-liġi, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħelsien fundamentali skond il-liġi internazzjonali u l-prinċipji OSCE. Din il-koperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' programmi ta' għajnuna teknika maħsuba biex jgħinu, inter alia, fit-taħżiż tal-leġiżlazzjoni relevanti u r-regolamenti; l-implimentazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni; l-iffunzjonar tal-ġudukatura; r-rwol ta' l-istat fi kwistjonijiet ta' ġustizzja; u t-tħaddim tas-sistema elettorali. Jistgħu jinkludu taħriġ fejn japplika. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu kuntatti u bdil bejn l-awtoritajiet tagħhom nazzjonali, reġjonali u ġudizzjarji, parlamentari, u organizzazzjonijiet mhux governattivi. TITOLU VIII KOPERAZZJONI DWAR PREVENZJONI TA' ATTIVITAJIET ILLEGALI U L-PREVENZJONI U KONTROLL TA' IMMIGRAZZJONI ILLEGALI Artikolu 72 Il-Partijiet għandhom iwaqqfu koperazzjoni immirata lejn il-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali bħal: - attivitajiet illegali fl-isfera ta' l-ekonomija, inkluża l-korruzzjoni, - transazzjonijiet illegali ta' merkanzija varja, inkluż skart industrijali, - falsifikar. Il-koperazzjoni fl-arji msemmija hawn fuq għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni komuni u interazzjoni mill-qrib. Għajnuna teknika u amministrattiva tista' tiġi provduta, inkluża fl-arji li ġejjin: - taħżiż tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-isfera tal-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali, - ħolqien ta' ċentri ta' tagħrif, - titkabbar l-effiċjenza ta' istituzzjonijiet impjegati fil-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali, - taħriġ ta' impjegati u żvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka, - elaborazzjoni ta' miżuri komunement aċċettabli li jimpedixxu attivitajiet illegali. Artikolu 73 Ħasil ta' flus 1. Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jsiru sforzi u koperazzjoni għall-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom għall-ħasil ta' qliegħ minn attivitajiet kriminali b'mod ġenerali u offiżi tad-droga b'mod partikolari. 2. Il-koperazzjoni f'din l-arja għandha tinkludi għajnuna amministrattiva u teknika bil-għan li jitwaqqfu standards addattati kontra ħasil ta' flus ekwivalenti għal dawk addottati mill-Komunità u forums internazzjonali f'dan il-qasam, inkluża t-Task Force ta' azzjoni Finanzjarja (FATF). Artikolu 74 Droga Fil-qafas tas-setgħat u kompetenzi rispettivi tagħhom il-Partijiet għandhom jikoperaw biex iżidu l-effettivià u l-effiċjenza ta' politika u miżuri biex jilqgħu għall-produzzjoni illegali, provvista u traffiku ta' droga narkotika u sustanzi psikotropiċi, inkluża l-prevenzjoni tad-diverżjoni ta' kemikali prekursuri, kif ukoll fil-promozzjoni ta' prevenzjoni għad-domanda tad-droga u tnaqqis. Il-koperazzjoni f'din l-arja għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni komuni u koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet fuq l-oġġettivi u l-miżuri dwar l-oqsma varji relatati mad-droga. Artikolu 75 Immigrazzjoni illegali 1. l-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jaqblu li jikkoperaw biex jipprevjenu u jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali. Għal dan il-għan: - ir-Repubblika ta' l-Ażerbijan taqbel li ddaħħal lura xi ċittadini tagħha illegali preżenti fuq it-territorju ta' xi Stat Membru, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar u mingħajr aktar formalitajiet, - u kull Stat Membru jaqbel li jdaħħal lura xi ċittadini tiegħu, kif definit għall-għanijiet tal-komunità, illegalment preżenti fuq it-territorju tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar u mingħajr aktar formalitajiet, l-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandhom ukoll jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom bid-dokumenti ta' l-identita addattati għal dak il-għan. 2. Ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan taqbel li tikkonkludi ftehim bilaterali ma' l-Istati Membri meta hekk mitluba, li jirrtegolaw obbligazzjonijiet speċifiċi għad-dħul lura inkluża obbilgazzjoni għad-dħul lura ta' ċittadini ta' pajjiżi oħra u persuni bla stat li jkunu waslu fuq it-territorju ta' xi Stat Membru bħal dak mir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jew li jkunu waslu fuq it-territorju tar-repubblika ta' l-Ażerbajġan minn xi Stat Membru bħal dak. 3. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina xi sforzi oħra konġunti jistgħu jsiru għall-prevenzjoni u kontroll ta' immigrazzjoni illegali. TITOLU IX KOPERAZZJONI KULTURALI Artikolu 76 Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu, jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw koperazzjoni kulturali. Fejn japplika, il-programmi ta' koperazzjoni kulturali tal-Komunità jew dawk ta' xi Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jkunu s-suġġett ta' koperazzjoni u aktar attivitajiet ta' interess komuni jistgħu jiġu żviluppati. Il-koperazzjoni tista tinkludi: - bdil ta' tagħrif u esperjenza fl-isfera tal-protezzjoni u l-manutenzjoni ta' monumenti u postijiet storiċi (wirt arkitettoniku), - bdil kulturali bejn istituzzjoni, artisti u nies oħra li jaħdmu fl-arja ta' l-arti. TITOLU X KOPERAZZJONI FINANZJARJA FIL-QASAM TA' L-GĦAJNUNA TEKNIKA Artikolu 77 Biex jinkisbu l-oġġettivi ta' dan il-Ftehim u skond l-Artikoli 78, 79 u 80, ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tibbenefika minn għajnuna finanzjarja temporanja mill-Komunità permezz ta' għajnuna teknika fil-forma ta' għotjiet. L-għan ta' din l-għajnuna għandu jkun li jaċċellera t-trasformazzjoni ekonomika tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Artikolu 78 Din l-għajnuna finanzjarja tista' tiġi koperta fil-qafas tat-Tacis kif previst fir-regolament relevanti tal-Kunsill tal-Komunità. Artikolu 79 L-għanijiet u l-arji ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandhom jitniżżlu fi programm indikattiv li jirrifletti l-projoritajiet stabbiliti li għandhom jiġu miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet waqt li jingħata kont tal-ħtiġiet tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, il-kapaċitajiet settorali ta' assorbiment u l-progress bir-riforma. Il-Partijiet għandhom javżaw bihom lill-Kunsill ta' Koperazzjoni. Artikolu 80 Biex jiġi permess l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli, l-Partijiet għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet ta' għajnuna teknika tal-Komunità isiru b'koordinazzjoni mill-qrib ma' dawk minn sorsi oħra bħal ta' l-Istati Membri, pajjiżi oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp. TITOLU XI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI Artikolu 81 Kunsill ta' Koperazzjoni qiegħed b'dan jitwaqqaf li għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jiltaqa' f'livell ministerjal darba fis-sena. Għandu jeżamina xi kwistjonijiet prinċipali li joħorġu mill-qafas ta' dan il-Ftehim u xi kwistjonijiet oħra bilaterali jew internazzjonali ta' interess komuni għall-għan li jinkisbu l-oġġettivi ta' dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet addattati, bi qbil bejn iż-żewġ Partijiet. Artikolu 82 1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti mill-membri tal-Kunsill ta' Unjoni Ewropea u l-membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa ‘l waħda, u mill-membri tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa ‘l oħra. 2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jwaqqaf ir-regoli tiegħu ta' proċedura. 3. L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jinżamm alternattivament minn rappreżentant tal-Komunità u minn membru tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Artikolu 83 1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-doveri tiegħu minn Kumitat ta' Koperazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej min-naħa ‘l waħda u minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa ‘l oħra, normalment f'livell ta' impjegat ċivili anzjan. L-uffiċju tal-President tal-Kumitat ta' Koperazzjoni għandu jinżamm alternattivament mill-Komunità u mir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. Fir-regoli tiegħu ta' proċedura il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabilixxi d-dmirijiet tal-Kumitat ta' koperazzjoni, li għandhom jinkludu t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni, u kif il-Kumitat għandu jiffunzjona. 2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddelega kull setgħa tiegħu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni, li għandu jiżgura kontinwita bejn il-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni. Artikolu 84 Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kull kumitat speċjali ieħor jew korp li jista' jgħinu fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u għandu jistabblixxi l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta' dawk il-kumitati jew korpi u kif għandhom jiffunzjonaw. Artikolu 85 Meta jeżamina kwistjonijiet li joħorġu mill-qafas ta' dan il-Ftehim b'relazzjoni mad-dispożizzjonijiet li tireferi għall-Artikolu tal-GATT/WTO, il-Kunsill ta' koperazzjoni għandu jagħti kont ta' l-akbar firxa possibbli ta' l-interpretazzjoni li hija ġeneralment mogħtija lill-Artikolu tal-GATT/WTO ikkonċernat mill-membri tad-WTO. Artikolu 86 Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni qiegħed b'dan jitwaqaf. Għandu jkun forum għall-Membri ta' l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u l-Parlament Ewropew li jiltaqa' biex jibdel l-ideat. Għandu jiltaqa' f-intervalli li għandu jistabbilixxi hu stess. Artikolu 87 1. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti fil-Membri tal-Parlament Ewropew, min-naħa ‘l waħda, u l-Membri ta' Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa ‘l oħra. 2. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jwaqqaf ir-regoli tiegħu ta' proċedura. 3. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jkun presedut skond min imissu mill-Parlament Ewropew u mill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan rispettivament, skond id-dispożizzjonijiet li għandhom jitniżżlu fir-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 88 Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jitlob it-tagħrif relevanti rigward l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Kunsill ta' Koperazzjoni, li għandu mbagħad jipprovdi lill-Kumitat bit-tagħrif mitlub. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jiġi avżat bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Koperazzjoni. Artikolu 89 1. Fl-iskop ta' dan il-Ftehim, kull Parti tintrabat li tiżgura li persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess ħieles mid-diskriminazzjoni b'relazzjoni maċ-ċittadini tiegħu stess għall-qrati kompetenti u organi amministrattivi tal-Partijiet biex jiddefendi d-drittijiet individwali tagħhom, inklużi dawk li jikkonċernaw proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali. 2. Fil-limiti tas-setgħat u kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet: - għandhom jinkoraġġixxu l-addozzjoni ta' arbitraġġ biex isolvu d-disputi li jinqalgħu minn transazzjonijiet kummerċjali u ta' koperazzjoni konklużi minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, - jaqblu li meta disputa tintbagħat għall-arbitraġġ, kull parti fid-disputa tista', ħlief fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ magħżul mill-Partijiet jipprovdi xort'oħra, jagħżel l-arbitru tiegħu, irrispettivament minn-nazzjonalità tiegħu, u li t-tielet arbitru li jipprisjedi jew l-uniku arbitru jista' jkun ċittadin ta' Stat terz, - għandu jirrakkomanda lill-operaturi ekonomiċi li jagħżlu bi qbil komuni l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom, - għandu jinkoraġġixxi rikors għar-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni ta' Ġnus Maqgħuda dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (Uncitral) u għal arbitraġġ minn xi ċentru firmatarju għall-Konvenzjoni dwar l-Għarfien u l-Infurzar ta' Għotjiet Arbitraji Barranin magħmula fi New York fl-10 ta' Ġunju 1958. Artikolu 90 Ebda ħaġa f'dan il-Ftehim m'għandha tipprevjeni lil xi Parti milli tieħu kull miżura: (a) li tikkonsidra meħtieġa biex tipprevjeni l-kxif ta' tagħrif kuntrarju għall-interessi essenzali ta' sigurtà; (b) li jirrelataw mal-produzzjoni ta', jew kummerċ fl-armi, munizzjon jew materjali tal-gwerra jew riċerka, żvilupp jew produzzjoni indispensabbli għall-għanijiet ta' difiża, b'kondizzjoni illi dawk il-miżuri m'għandhomx ifixklu l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni dwar prodotti mhux maħsuba għal għanijiet speċifiċi militari; (c) li jikkonsidra essenzali għas-sigurtà tiegħu fil-każ ta' disturbi serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u l-ordni, fiż-żmien ta' gwerra jew tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra jew biex iwettaq obbligazzjonijiet li jkun aċċetta għall-għan li tinżamm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali; (d) li jikkonsidra meħtieġa biex jirrispetta l-obbligi internazzjonali tiegħu u rbit fil-kontroll ta' użu doppji ta' merkanzija industrijali u tekonoloġija. Artikolu 91 1. Fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet li jinsabu fih: - l-arranġamenti applikati mir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar il-Komunità m'għandhomx jagħtu lok għal xi diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, ċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji jew ditti tagħhom, - l-arranġamenti applikati mir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar il-Komunità m'għandhomx jagħtu lok għal xi diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, ċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji jew ditti tagħhom, 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom lil dawk li jħallsu t-taxxa li m'humiex f'sitwazzjonijiet identiċi fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom. Artikolu 92 1. Kull waħda miż-żewġ partijiet tista tirreferi lill-Koperazzjoni tal-Kunsill kull disputa li għandha x' taqsam ma' l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-ftehim. 2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi d-disputa permezz ta' rakkomandazzjoni. 3. Fil-każ li ma jkunx possibbli li d-disputa tiġi deċiża skond il-paragrafu 2, kull Parti jista' jinnotifika lill-ieħor bil-ħatra ta' konċiljatur; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni arbitru fi żmien xahrejn. Għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura, l-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jkunu Parti wieħed fid-disputa. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jaħtar it-tielet konċiljatur. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' voti. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet m'għandhomx ikunu jorbtu fuq il-Partijiet. 4. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jwaqqaf ir-regoli ta' proċedura għas-soluzzjoni ta' disputi. Artikolu 93 Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw malajr permezz ta' mezzi addattati fuq it-talba ta' xi wieħed mill-Partijiet biex jiddiskutu dwar xi kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u aspetti oħra relevanti għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhom bl-ebda mod jeffettwaw u huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14, 92 u 98. Artikolu 94 It-trattament mogħti lir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan taħthom m'għandu fl-ebda każ ikun aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lill-xulxin. Artikolu 95 Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, l-espressjoni "Partijiet" għandha tfisser ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, mill-parti ‘l waħda, u l-Komunita', jew l-Istati Membri, jew il-Komunità u l-Istati Membri, skond is-setgħat rispettivi tagħhom, mill-parti l-oħra. Artikolu 96 Safejn il-kwistjonijiet koperti b'dan il-Ftehim huma koperti bil-Karta tat-Trattat ta' l-Enerġija u bil-Protokoll li jinsabu miegħu, dak it-Trattat u l-Protokoll għandhom mad-dħul fis-seħħ japplikaw għal dawk il-kwistjonijiet iżda biss sal-limitu li dik l-applikazzjoni hija provduta fihom. Artikolu 97 Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' 10 snin. Dan il-Ftehim għandu jkun awtomatikament imġedded sena b'sena sakemm ebda Parti ma jagħti lill-Parti l-oħra notifika ta' denunzja bil-miktub ta' dan il-Ftehim sitt xhur qabel ma' jiskadi. Artikolu 98 1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt dan il-Ftehim. Għandhom jaraw li l-oġġettivi mniżżla f'dan il-Ftehim jintlaħqu. 2. Jekk xi wieħed mill-Partijiet jikkonsidra li l-Parti l-ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligazzjoni taħt dan il-Ftehim, jista' jieħu l-miżuri addattati. Qabel jagħmel dan, ħlief f'każi ta' urġenza speċjali, għandu jipprovdi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu relevanti meħtieġ għall-eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, prijorita' għandha tingħata lil dawk li l-anqas jiddisturbaw il-funzjonar ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati minnufih mill-Kunsill ta' Koperazzjoni jekk il-Parti l-ieħor hekk jitlob. Artikolu 99 L-annessi I, II, III u IV flimkien mal-Protokoll għandhom jagħmlu parti integrali ta' dan il-Ftehim. Artikolu 100 Dan il-Ftehim m'għandux, sakemm drittijiet ekwivalenti għal individwi u operaturi ekonomiċi jkunu nkisbu taħtu, jaffettwa d-drittijiet assigurati lilhom permezz tad-diversi Ftehim eżistenti li jorbtu lil xi Stat Membru jew aktar, min-naħa ‘l waħda, u lir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa l-oħra, ħlief fil-każi li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jirriżultaw minn dan il-Ftehim f'arji li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom. Artikolu 101 Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa ‘l waħda, għat-territorji li għalihom it-Trattati li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, l-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika huma applikati u taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dawk it-Trattati u, min-naħa ‘l oħra, għat-territorju tar-Reppublika ta' l-Ażerbajġan. Artikolu 102 Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim. Artikolu 103 L-oriġininal ta' dan il-Ftehim li tiegħu l-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, Svediż u Armen huwa ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat mas-Segretarju tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 104 Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li l-proċeduri li għalihom jirreferi l-ewwel paragrafu ikunu ġew kompluti. Sad-dħul fis-seħħ, u sa fejn huma konċernati r-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u l-Komunità, dan il-Ftehim għandu jibdel il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar kummerċ u koperazzjoni ekonomika u kummerċjali iffirmat fi Brussel fit-18 ta' Diċembru 1989. Artikolu 105 Fil-każ li, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' dan il-Ftehim jidħlu fis-seħħ permezz ta' Ftehim Interim bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, il-Partijiet jiftiehmu li, f'dawk iċ-ċirkostanzi, l-espressjoni "id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Ftehim" għandha tfisser id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim. +++++ TIFF +++++ Hecho en Luxemburgo, el veintidós de abril de mil novecientos noventa y seis.Udfærdiget i Luxembourg, den toogtyvende april nitten hundrede og seksoghalvfems.Geschehen zu Luxemburg am zweiundzwanzigsten April neunzehnhundertsechsundneunzig.Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι δύο Απριλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.Done at Luxembourg on the twenty-second day of April in the year one thousand nine hundred and ninety-six.Fait à Luxembourg, le vingt-deux avril mil neuf cent quatre-vingt-seize.Fatto a Lussemburgo, addì ventidue aprile millenovecentonovantasei.Gedaan te Luxemburg, de tweeëntwintigste april negentienhonderd zesennegentig.Feito no Luxemburgo, em vinte e dois de Abril de mil novecentos e noventa e seis.Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenätoisena päivänä huhtikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.Som skedde i Luxemburg den tjugoandra april nittonhundranittiosex. Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien +++++ TIFF +++++ Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale. Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest. Diese Unterschrift verbindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt. For Kongeriget Danmark +++++ TIFF +++++ Für die Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Για την Ελληνική Δημοκρατία +++++ TIFF +++++ Por el Reino de España +++++ TIFF +++++ Pour la République française +++++ TIFF +++++ Thar ceann na hÉireannFor Ireland +++++ TIFF +++++ Per la Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Pour le Grand-Duché de Luxembourg +++++ TIFF +++++ Voor het Koninkrijk der Nederlanden +++++ TIFF +++++ Für die Republik Österreich +++++ TIFF +++++ Pela República Portuguesa +++++ TIFF +++++ Suomen tasavallan puolestaFör Republiken Finland +++++ TIFF +++++ För Konungariket Sverige +++++ TIFF +++++ For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τις Ευρωπαϊκές ΚοινότητεςFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunità europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades EuropeiasEuroopan yhteisöjen puolestaFör Europeiska gemenskaperna +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ [1] Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 246 ta' 17.09.1999, p. 3 .Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004. -------------------------------------------------- LISTA TA' DOKUMENTI MEHMUŻA ANNESS I | VANTAĠĠI MOGĦTIJA MIR-REPUBBLIKA TA' L-ARMENJA LILL-ISTATI INDIPENDENTI SKOND L-ARTIKOLU 9(3) | ANNESS II | KONVENZJONIJIET DWAR PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KEMMERĊJALI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 42 | ANNESS III | SERVIZZI FINANZJARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26 (3) | ANNESS VI | RIŻERVI TAL-KOMUNITÀ SKOND L-ARTIKOLU 23(2) | ANNESS V | REŻERVI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AŻERBAJĠAN SKOND L-ARTIKOLU 23(4) | Protokoll fuq assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'affarjiet relatati mal-konsumaturi -------------------------------------------------- ANNESS I VANTAĠĠI MOGĦTIJA MIR-REPUBBLIKA TA' L-ARMENJA LILL-ISTATI INDIPENDENTI SKOND L-ARTIKOLU 9(3) 1. Ebda dazji ta' importazzjoni m'huma applikati. 2. Ebda dazji ta' esportazzjoni m'huma applikati għal merkanzija mwassla skond arranġamenti ta' kummerċ annwali, bilaterali interstat u koperazzjoni, skond in-nomenkaltura stipulata fih. 3. Ebda VAT m'hija applikata fuq importazzjonijiet. 4. Ebda dazji tas-sisa m'huma applikati fuq importazzjonijiet. -------------------------------------------------- ANNESS II KONVENZJONIJIET DWAR PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KEMMERĊJALI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 42 1. L-Artikolu 2(42) jikkonċerna l-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin: - Il-Konvenzjoni ta' Berne dwar il-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (Att ta' Pariġi, 1971), - Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Performers, Produtturi u Phonograms u Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Ruma, 1961), - Protokoll li jirrelata mal-Ftehim ta' Madrid li jikkonċerna r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (Madrid, 1989), - Il-Ftehim ta' Nizza li jikkonċerna l-Klassifikazzjoni Internazzjonali dwar Merkanzija u Servizzi għall-għanijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki (Ġinevra 1977, u emendat fl-1979), - it-Trattat ta' Budapest dwar l-Għarfien Internazzjonali tad-Depożitu ta' Mikro-organiżmi għall-għanijiet tal-Proċeduri tal-Patenti (1977, modifikat fl-1980), - Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) (Att ta' Ġinevra, 1991). 2. Il-Kunsill ta' koperazzjoni jista' jirrakkomanda li l-Artikolu 2(42) għandu jgħodd għall-konvenzjonijiet oħra multilaterali. Jekk problemi fl-arja ta' proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali li jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kummerċ kellhom jiġru, konsultazzjonijiet urġenti għandhom isiru, fuq it-talba ta' xi wieħed mill-partijiet, bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet komuni sodisfaċjenti. 3. Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li jagħtu lill-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin: - il-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (Att ta' Stokkolma, 1967, u emendat fl-1979), - il-Ftehim ta' Madrid li jikkonċerna r-Reġistrazzjoni Internazzjoni ta' Marki (Att ta' Stokkolma, 1967, u emendat fl-1979), - Trattat ta' Koperazzjoni tal-Patenti (Washington, 1970, emendat fl-1979 u modifikat fl-1984). 4. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan għandha tagħti lill-kumpanniji tal-Komunità u liċ-ċittadini, dwar l-għarfien u l-protezzjoni ta' proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti minnha minn xi pajjiż terz taħt xi ftehim bilaterali. 5. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 m'għandhomx japplikaw għall-vantaġġi mogħtija mir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan lil xi pajjiż terz fuq bażi reċiproku effettiv u għall-vantaġġi mogħtija mir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan lil xi pajjiż ieħor ta' l-ex USSR. -------------------------------------------------- ANNESS III SERVIZZI FINANZJARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26 (3) Servizz finanzjarju huwa kull servizz ta' natura finanzjarja offrut minn provditur ta' servizzi finanzjarji lil xi Parti. Servizzi finanzjarji jinkludu l-attivitajiet li ġejjin: A. Is-servizzi kollha ta' assigurazzjoni u dawk relatati ma' l-assigurazzjoni 1. Assigurazzjoni diretta (inkluża co-assigurazzjoni): (i) ħajja, (ii) mhux ħajja. 2. Reassigurazzjoni u retroċessjoni. 3. Intermedjazzjoni ta' assigurazzjoni, bħal-senserija u aġenżija. 4. Servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni, bħal konsulenza, actuarial, stima ta' riskju u servizzi ta' issetiljar tat-talbiet. B. Servizzi bankarji u servizzi oħra finanzjarji (eskluża l-assigurazzjoni) 1. Aċċettazzjoni ta' depożiti u fondi oħra li jitħalsu lura lill-pubbliku. 2. Self ta' kull xorta, inkluż, inter alia, kreditu tal-konsumatur, kreditu ta' ipoteka, factoring u l-iffinanzjar ta' transazzjonijiet kummerċjali. 3. Kiri finanzjarju. 4. Is-servizzi kollha ta' ħlas u trasmissjoni ta' flejjes, inklużi ħlasijiet għall-kreditu u karti ta' debitu, travellers cheques u kambjali. 5. Garanziji u rabtiet. 6. Negozjar għall-kont proprju jew għall-kont ta' klijenti, sew jekk fuq bdil, f'suq over the counter jew xort'oħra, dan li ġej: (a) strumenti tas-suq tal-flus (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta' depożiti, eċċ.); (b) kambju barrani; (c) prodotti li joħorġu inklużi, iżda mhux limitati għal, futures u għażliet; (d) rati tal-kambju u strumenti ta' rati ta' imgħax, inklużi prodotti bħal swaps, ftehim ta' rata bil-quddiem, eċċ.; (e) sigurtajiet trasferibbli; (f) strumenti oħra negozjabbli u attiv finanzjarju inklużi ingotti. 7. Parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' sigurtajiet, inkluż ċertifikar u tqegħid bħala aġent (sew pubblikament jew privatament) u l-provvista ta' servizzi relatata ma' dak il-ħruġ. 8. Serserija tal-flus. 9. Immaniġġar ta' kapital, bħall-flus jew maniġġar ta' portfolio, kull xorta ta' immaniġġar ta' investiment kollettiv, immaniġġar ta' fondi ta' penzjoni, servizzi ta' depożitorji ta' kustodja u fiduċja. 10. Servizzi ta' ssetiljar u klirjar għall-kapital finanzjarju, inklużi sigurtajiet, prodotti derivati, u strumenti oħra negozjabbli. 11. Intermedjazzjoni ta' pariri u servizzi finanzjarji awżiljari oħra dwar l-attivitajiet kollha elenkati fil-punti 1 sa 10 hawn fuq, inkluża r-referenza għall-kreditu u analiżi, investiment u riċerka u parir tal-portfolio pariri dwar xiri u dwar ristrutturar u strateġiji ta' kumpanniji. 12. Provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, proċessar ta' tagħrif finanzjarju u software relatat minn provdituri ta' servizzi finanzjarji oħra. L-attivitajiet li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni ta' servizzi finanzjarji: (a) attivitajiet imwettqa minn banek ċentrali jew minn xi istituzzjoni oħra pubblika fit-twettiq ta' politika monetarja jew tar-rati tal-kambju; (b) attivitajiet imwettqa minn banek ċentrali, aġenziji jew dipartimenti tal-gvern, jew istituzzjonijiet pubbliċi, għan-nom jew bil-garanzija tal-gvern, ħlief meta dawk l-attivitajiet jistgħu jitwettqu minn provdituri ta' servizzi finanzjarji f'kompetizzjoni ma' dawk ta' entitajiet pubbliċi; (c) attivitajiet li jagħmlu sehem minn sistema statutorja ta' sigurtà pubblika jew pjani pubbliċi ta' irtirar, ħlief meta dawk l-attivitajiet jistgħu jitwettqu minn provdituri ta' servizzi finanzjarji f'kompetizzjoni ma' entitajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet privati. -------------------------------------------------- ANNESS IV RIŻERVI TAL-KOMUNITÀ SKOND L-ARTIKOLU 23(2) Imminar F'xi Stati Membri, konċessjoni tista' tkun meħtieġa għall-imminar u drittijiet għall-imminar għall-kumpanniji kontrollati mhux mill-Komunità. Sajd L-aċċess għal u l-użu ta' riżorsi bioloġiċi u arji tas-sajd li jinsabu fl-ibra marittimi li jaqgħu taħt is-sovranitα jew fil-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri tal-Komunità huwa ristrett għall-bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u reġistrat fit-territorju tal-Komunità kemm il darba mhux provdut mod ieħor. Xiri ta' proprjetà F'xi Stati Membri, x-xiri ta' proprjetà minn kumpanniji mhux tal-Komunità huwa suġġett għal restrizzjonijiet. Servizzi awdjoviżiv inkluż ir-radju Trattament nazzjonali li jikkonċerna l-riduzzjoni u d-distribuzzjoni, inkluż ix-xandir u forom oħra ta' trasmissjoni għall-pubbliku, jista' jiġi riżervat għal xogħolijiet awdjoviżivi li jilħqu ċerti kriterji ta' oriġini. Servizzi ta' telekomunikazzjonijiet inklużi servizzi mobbli u tas-satellita Servizzi riżervati. F'xi Stati Membri aċċess għas-suq li jikkonċerna servizzi komplementari u infrastruttura huwa ristrett. Servizzi professjonali Servizzi riżervati għall-persuni naturali li huma ċittadini ta' l-Istati Membri. Taħt ċerti kondizzjonijiet dawk il-persuni jistgħu joħolqu kumpanniji. Agrikoltura F'xi Stati Membri trattament nazzjonali mhux applikabbli għall-kumpanniji mhux kontrollati mill-Komunità li jixtiequ jwettqu xi intrapriża agrikola. L-akkwist ta' dwieli minn kumpanniji mhux kontrollati mill-Komunità huwa suġġett għan-notifikazzjoni, jew, fejn meħtieġ, għall-awtorizzazzjoni. Aġenziji ta' servizzi ta' l-aħbarijiet F'xi Stati Membri limitazzjonijiet ta' parteċipanti barranija f'kumpanniji li jippublikaw u kumpanniji tax-xandir. -------------------------------------------------- ANNESS V REŻERVI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AŻERBAJĠAN SKOND L-ARTIKOLU 23(4) Utilizzazzjoni tas-saff taħt il-ħamrija u riżorsi naturali, inkluża l-esplorazzjoni u l-produzzjoni, u l-imminar Konċessjoni tista' tkun meħtieġa għall-kumpanniji barranin għall-esplorazzjoni u produzzjoni ta' riżorsi kif ukoll għall-imminar ta' xi minerali u metalli. Sajd Awtorizzazzjoni mill-korp kompetenti tal-Gvern hija meħtieġa għas-sajd. Kaċċa Awtorizzazzjoni mill-korp kompetenti tal-Gvern hija meħtieġa għall-kaċċa. Xiri ta' proprjetà (proprjetà immobbli) Kumpanniji barranin m'humiex permessi li jakkwistaw bċejjeċ ta' l-art. Dawk il-kumpanniji jistgħu, iżda, jikru bċejjeċ ta' l-art fuq bażi ta' kiri fit-tul. Servizzi bankarji It-total tal-kapital ta' bank proprjetà tal-barranin ma jistgħax jeċċedi persentaġġ partikolari tal-kapital totali fis-sistema domestika bankarja. L-Ażerbajġan jintrabat li ma jnaqqasx għall-sussidjarji ta' l-Ażerbajġan u fergħat ta' kumpanniji tal-Komunità, il-limitu li jillimita s-sehem sħiħ ta' kapital barrani fis-sistema bankarja ta' l-Ażerbajġan li tkun tapplika fid-data ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim sakemm mhux hekk meħtieġ taħt il-qafas ta' programmi fl-Ażerbajġan. Sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, l-Ażerbajġan għandha tikkonsidra l-possibilità li żżid il-limitu, waqt li tagħti kont tal-konsiderazzjonijiet kollha relevanti monetarji, fiskali, finanzjarji u l-bilanċ tal-pagamenti u l-istat tas-sistema bankarja ta' l-Ażerbajġan. Telekomunikazzjonijiet u servizzi ta' medja għall-massa Xi limitazzjonijiet jistgħu jiġu applikati għall-parteċipazzjoni barranija. Attivitajiet professjonali Xi attivitajiet huma magħluqa, limitati, jew suġġetti għall-ħtiġiet speċjali għall-persuni naturali li ma jkunux ċittadini ta' l-Ażerbajġan. Bini storiku u monumenti Attivitajiet f'din l-arja huma suġġetti għar-restrizzjonijiet. L-applikazzjoni tar-riżervi f'dan l-Anness ma jistgħu bl-ebda mod jirriżultaw fi trattament anqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji ta' xi pajjiż terz. -------------------------------------------------- PROTOKOLL għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi fi kwistjonijiet tad-dwana Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, (a) "leġiżlazzjoni tad-dwana" għandha tfisser kull dispożizzjonijiet legali jew regolatorji applikabbli fit-territorju tal-Partijiet li jirregolaw l-importazzjoni, esportazzjoni, passaġġ ta' merkanzija u t-tqegħid tagħhom taħt proċedura tad-dwana, inklużi miżuri għar-restrizzjoni, projbizzjoni jew kontroll; (b) "awtorità applikanti", għandha tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet maħtura minn Parti għal dan il-għan u li tagħmel talba għall-għajnuna fi kwistjonijiet tad-dwana; (c) "awtorità li tintalab", għandha tfisser awtorità kompetenti amministrattiva li tkun inħatret minn Parti għal dan il-għan u li tirċievi talba għall-għajnuna dwar kwistjonijiet tad-dwana; (d) "tagħrif personali", għandha tfisser kull tagħrif li jirrelata ma' individwu identifikat jew identifikabbli. Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni 1. Il-Partijiet għandhom jgħinu lill-xulxin, fl-arji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, bil-mod u taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan il-Protokoll, fil-prevenzjoni, kxif u operazzjonijiet ta' investigazzjoni ta' ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana. 2. Għajnuna, fi kwistjonijiet tad-dwana, kif provdut f'dan il-Protokoll, għandha tapplika għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. M'għandhix tippreġudika r-regoli li jirregolaw l-għajnuna komuni fi kwistjonijiet kriminali. L-anqas għandha tkopri t-tagħrif miksub taħt setgħat eżerċitati fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jifthemux hekk. Artikolu 3 Għajnuna fuq talba 1. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha tipprovdilha t-tagħrif kollu relevanti biex jippermettilha li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tad-dwana hija applikata korrettement, inkluż tagħrif li jirrigwarda operazzjonijiet miktuba jew ippjanati li huma jew jistgħu jkunu fi ksur ta' dik il-leġiżlazzjoni. 2. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha tavżaha jekk merkanzija esportata mit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet ikunux ġew importati kif jixraq fit-territorju tal-parti l-oħra, waqt li tispeċifika, fej xieraq, il-proċedura tad-dwana applikabbli għal dik il-merkanzija. 3. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha, fil-qafas tal-liġijiet tagħha, tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tinżamm sorveljanza fuq: (a) persuni naturali jew legali li għalihom ikun hemm bażi raġonevoli ta' suspett li jkunu qed jiksru jew li jkunu kisru l-leġiżlazzjoni tad-dwana; (b) postijiet fejn merkanzija huma maħżuna b'dak il-mod li jagħtu bażi għal suspett li huma maħsuba biex jipprovdu operazzjonijiet fi ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana; (c) moviment ta' merkanzija notifikati bħala li possibilment jagħtu lok għall-ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana; (d) mezzi tat-trasport li dwarhom hemm bażi raġonevoli ta' suspett li jkun ġew, huma jew jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet bi ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana. Artikolu 4 Għajnuna spontanja Il-Partijiet għandhom jipprovdu lill-xulxin, skond il-liġi tagħhom, regoli u strumenti oħra legali, b'għajnuna mingħajr talba minn qabel jekk jiġi konsidrat li dan ikun meħtieġ għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tad-dwana, partikolarment fejn dawk jiksbu tagħrif li għandu x'jaqsam ma': - operazzjonijiet li huma jew li jidhru li huma fi ksur ta' dik il-leġiżlazzjoni u li jistgħu jkunu ta' interess għall-Parti l-oħra; - mezzi ġodda jew metodi impjegati fit-twettiq ta' dawk l-operazzjonijiet; - merkanzija magħrufa li tkun soġġetta għall-ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana; - (a) persuni naturali jew legali li għalihom ikun hemm bażi raġonevoli ta' suspett li jkunu qed jiksru jew li jkunu kisru l-leġiżlazzjoni tad-dwana; - mezzi tat-trasport li dwarhom hemm bażi raġonevoli ta' suspett li jkun ġew, huma jew jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet bi ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana. Artikolu 5 Twassil/notifikazzjoni Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha skond il-leġiżlazzjoni tagħha, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex: - twassal id-dokuemnti kollha, - tinnotifika d-deċiżjonijiet kollha, li jaqgħu fl-iskop ta' dan il-Protokoll lill-indirizzat li joqgħod jew huwa stabbilit fit-teritorju tagħha. F'dawk il-każi l-Artikolu 6(3) għandu japplika safejn it-talba nnifisha hija konċernata. Artikolu 6 Forma u sustanza ta' talbiet għall-għajnuna 1. Talbiet skond dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub. Għandhom ikunu akkumpanjati bid-dokumenti meħtieġa biex jippermettu konformità mat-talba. Fejn meħtieġ minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, talbiet bil-fomm jistgħu jiġu aċċettati, iżda għandhom ikunu konfermati bil-miktub minnufih. 2. Talbiet skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludi t-tagħrif li ġej: (a) l-awtorità applikant li tagħmel it-talba; (b) il-miżura meħtieġa; (c) l-għan ta' u r-raġuni għat-talba; (d) il-liġijiet, regoli u elementi oħra legali involuti; (e) indikazzjonijiet kemm jista' jkun eżatti u komprensivi dwar il-persuni naturali jew legali li huma l-mira ta' l-investigazzjonijiet; (f) sommarju tal-fatti relevanti ta' l-inkjesti ġia mwettqa, ħlief fil-każi li għalihom jipprovdi l-Artikolu 5. 3. It-talbiet għandhom jintbagħtu fl-ilsien uffiċċjali ta' l-awtorità li tirċievi t-talba jew fl-ilsien aċċettabbli għal dik l-awtorità. 4. Jekk it-talba ma tilħaqx il-ħtiġiet formali, il-korrettezza tagħha jew tlestija tista' tiġi mitluba; miżuri ta' prekawzjoni jistgħu, iżda, jiġi ordnati. Artikolu 7 Eżekuzzjoni tat-talbiet 1. Biex tikkonforma ma' talba għall-għajnuna, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha tipproċedi, fil-limiti ta' żmien tal-kompetenza tagħha u r-riżorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qed taġixxi għall-kont tagħha stess jew fuq it-talba ta' awtoritajiet oħra ta' l-istess Parti, billi tipprovdi t-tagħrif diġa fil-pussess tagħha billi twettaq investigazzjonijiet addattati jew billi tirranġa għalihom li jitwettqu. Din id-dispożizzjoni għandha wkoll tapplika għad-dipartiment amministrattiv li lilu t-talba tkun ġiet indirizzata mill-awtorità li tagħmel it-talba meta din ta' l-aħħar ma tistax taġixxi weħidha. 2. Talbiet għall-għajnuna għandhom jiġu esegwiti skond il-liġijiet, regoli u strumenti legali oħra tal-Parti li jirċievi t-talba. 3. Uffiċċjali debitament awtorizzati ta' Parti jistgħu, bi qbil mal-Parti l-oħra involuta u fil-limitu tal-kondizzjonijiet imniżżla minn dan ta' l-aħħar, jikseb mill-uffiċċju ta' l-awtorità li tirċievi t-talba jew awtorità oħra li għaliha l-awtorità li tirċievi t-talba hija responsabbli, tagħrif li jirrelata ma' l-operazzjonijiet li huma jew li jistgħu jkun bi ksur tal-leġiżlazzjoni tad-dwana li l-awtorità applikanti teħtieġ għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll. 4. Uffiċjali ta' Parti jistgħu, bi qbil mal-Parti l-ieħor involut u bla ħsara għall-kondizzjonijiet imniżżla minn dan ta' l-aħħar, ikunu preżenti waqt investigazzjonijiet imwettqa fuq it-territorju ta' dan ta' l-aħħar. Artikolu 8 Forma li fiha t-tagħrif għandu jiġi komunikat 1. L-awtorità li tirċievi t-talba għandha tikkomunika r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet lill-awtorità applikanti fil-forma ta' dokumenti, kopji ċertifikati tad-dokumenti, rapporti u simili. 2. Id-dokumenti li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1 jista' jiġi mibdul b'tagħrif komputerizzat prodott f'kull forma għall-istess għan. Artikolu 9 Eċċezzjonijiet għall-obbligazzjonijiet li tiġi provduta għajnuna 1. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu għajnuna kif provdut f'dan il-Protokoll, fejn meta jsir dan: (a) x'aktarx li jippreġudika s-sovranità tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan jew dik ta' Stat Membru li jkun ġie mitlub l-għajnuna taħt dan il-Protokoll; jew (b) x'aktarx jippreġudika l-politika pubblika, s-sigurtà jew interessi oħra essenzali, b'mod partikolari fil-każi msemmija taħt l-Artikolu 10(2); jew (c) jinvolvi regolamenti dwar il-muniti jew it-taxxa barra minn leġiżlazzjoni tad-dazji tad-dwana; jew (d) tikser sigrieti industrijali, kummerċjali jew professjonali. 2. Fejn l-awtorità applikanti titlob għal għajnuna li hi stess ma tkunx kapaċi tipprovdi jekk hekk mitluba, għandha tiġbed l-attenzjoni ta' dan il-fatt fit-talba tagħha. Għandu jitħalla għall-awtorità li tirċievi t-talba li tiddeċiedi kif għandha tirrispondi għal dik it-talba. 3. Jekk l-għajnuna tiġi rifjutata, d-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu notifikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien. Artikolu 10 Bdil ta' tagħrif u konfidenzalità 1. Kull tagħrif komunikat tkun xi tkun il-forma skond dan il-Protokoll għandu jkun ta' natura kunfidenzali jew ristretta, jiddependi skond ir-regoli applikabbli f'kull wieħed mill-Partijiet. Għandu jkun kopert bl-obbligazzjoni ta' segretezza uffiċjali u għandu jgawdi il-protezzjoni mogħtija għal tagħrif simili taħt il-liġijiet relevanti tal-Parti li jkun irċieviha u d-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. 2. Tagħrif personali jista' jiġi mibdul biss fejn il-Parti li jirċievi jintrabat li jipproteġi dak it-tagħrif ta' l-anqas b'mod ekwivalenti għal dak applikabbli għal dak il-każ partikolari fil-Parti li jipprovdi. 3. It-tagħrif miksub għandu jintuża unikament għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll. Fejn wieħed mill-Partijiet jitlob l-użu ta' dak it-tagħrif għal għanijiet oħra, għandu jitlob il-kunsens minn qabel ta' l-awtorità li tkun tagħat it-tagħrif. B'żieda, għandu jkun suġġett għal xi retrizzjoni mniżżla minn dik l-awtorità. 4. Il-paragrafu 3 m'għandux ifixkel l-użu ta' tagħrif f'xi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi sussegwentement mibdija għal nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tad-dwana. L-awtorità li tkun ipprovdiet dak it-tagħrif għandha tiġi notifikata b'dak l-użu. 5. Il-Partijiet jistgħu, fir-rekords tax-xhieda, rapporti u testimonjanzi u fi proċeduri u akkużi miġjuba quddiem il-qrati, jużaw bħala xhieda tagħrif miksub u dokumenti konsultati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Artikolu 11 Experti u xhieda 1. Uffiċjal ta' l-awtorità li tirċievi t-talba jista jiġi awtorizzat li jidher, fil-limitazzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala espert jew xhud fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti b'dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, u jipproduċi dik il-merkanzija, dokumenti u kopji awtentikati tagħhom, skond kif jista' jkun meħtieġ għall-proċeduri. It-talba għal dehra għandha tindika speċifikament dwar liema kwistjonijiet u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal għandhom isirulu d-domandi. 2. L-uffiċjal awtorizzat għandu jgawdi l-protezzjoni garantita mill-leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-uffiċjali ta' l-awtorità applikanti fuq it-territorju tiegħu. Artikolu 12 Spejjeż ta' l-għajnuna Il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw għat-talbiet kollha lill-xulxin għall-ħlas lura ta' spejjeż magħmula bis-saħħa ta' dan il-Protokoll, ħlief, kif xieraq, għal spejjeż ta' esperti u xhieda u ta' l-interpreti u t-tradutturi li m'humiex impjegati tas-servizz pubbliku. Artikolu 13 Applikazzjoni 1. L-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tiġi fdata lill-awtoritajiet ċentrali tad-dwana u tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa ‘l waħda, u s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn xieraq, l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, min-naħa ‘l oħra. Għandhom jiddeċiedu dwar il-mużuri prattiċi u l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu, waqt li tingħata konsiderazzjoni għar-regoli fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni tat-tagħrif. Jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti emendi li jikkonsidraw li għandhom isiru għal dan il-Protokoll. 2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-xulxin u sussegwentement iżommu lill-xulxin infurmati bir-regoli dettaljati ta' implimentazzjoni li huma addottati bid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Artikolu 14 Komplementari Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, kull ftehim dwar għajnuna komuni li jkun ġie konkluż bejn Stat Membru wieħed jew aktar u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan m'għandux jipprġudika d-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej u l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri ta' kull tagħrif miksub dwar kwistjonijiet tad-dwana li jistgħu jkunu ta' interess għall-Komunità. -------------------------------------------------- ATT FINALI Il-plenipotenzarji ta': IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA GRIEGA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TA L-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, Il-Partijiet kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "L-Istati Membri", u ta' IL-KOMUNITÀ EWROPEA, L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, hawkhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "il-Komunità", mill-parti ‘l waħda, u il-plenipotenzarji tar-REPUBBLIKA TA' L-AŻERBAJĠAN mill-parti ‘l oħra, iltaqgħu fLuxembourg fit-tnejn u għoxrin jum ta' April fis-sena elf disa' mija u sitta u disgħin għall-firma tal-Ftehim tas-Sħubija u Koperazzjonili jwaqqaf sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-part ‘l waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, mill-parti ‘l oħra, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", addottaw it-testi li ġejjin: il-Ftehim inklużi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej: Protokoll dwar għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi fi kwistjonijiet tad-dwana Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan addottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti elenkati hawn taħt u annessi ma' dan l-Att Finali: Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna t-12-il premessa fil-preambolu tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta b'relazzjoni na' l-Artikolu 6 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 15 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-idea ta' "kontroll" fl-Artikolu 25(b) u l-Artikolu 36 Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 35 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 42 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 55 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 98 tal-Ftehim Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan b'żieda ħadu nota tad-Dikjarazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar it-territorji barranin tiegħu u t-territorji annessi ma' l-Att Finali: Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ħadu wkoll nota tal-Iskambju ta' ittri li ġejjin annessi ma' dan l-Att Finali: Skambju ta' ittri bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' r-Rupubblika ta' Ażerbajġan b'relazzjoni mat-twaqqif ta' kumpanniji +++++ TIFF +++++ Hecho en Luxemburgo, el veintidós de abril de mil novecientos noventa y seis.Udfærdiget i Luxembourg, den toogtyvende april nitten hundrede og seksoghalvfems.Geschehen zu Luxemburg am zweiundzwanzigsten April neunzehnhundertsechsundneunzig.Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι δύο Απριλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.Done at Luxembourg on the twenty-second day of April in the year one thousand nine hundred and ninety-six.Fait à Luxembourg, le vingt-deux avril mil neuf cent quatre-vingt-seize.Fatto a Lussemburgo, addì ventidue aprile millenovecentonovantasei.Gedaan te Luxemburg, de tweeëntwintigste april negentienhonderd zesennegentig.Feito no Luxemburgo, em vinte e dois de Abril de mil novecentos e noventa e seis.Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenätoisena päivänä huhtikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.Som skedde i Luxemburg den tjugoandra april nittonhundranittiosex. Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien +++++ TIFF +++++ Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale. Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest. Diese Unterschrift verbindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt. For Kongeriget Danmark +++++ TIFF +++++ Für die Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Για την Ελληνιχή Δημοχρατία +++++ TIFF +++++ Por el Reino de España +++++ TIFF +++++ Pour la République française +++++ TIFF +++++ Thar ceann na hÉireannFor Ireland +++++ TIFF +++++ Per la Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Pour le Grand-Duché de Luxembourg +++++ TIFF +++++ Voor het Koninkrijk der Nederlanden +++++ TIFF +++++ Für die Republik Österreich +++++ TIFF +++++ Pela República Portuguesa +++++ TIFF +++++ Suomen tasavallan puolestaFör Republiken Finland +++++ TIFF +++++ För Konungariket Sverige +++++ TIFF +++++ For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τις Ευρωπαϊκές ΚοινότητεςFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunità europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades EuropeiasEuroopan yhteisöjen puolestaFör Europeiska gemenskaperna +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna t-12-il recital fil-preambolu Il-Partijiet jikkonfermaw li 12-il recital li jinsab ma' dan il-Ftehim ma jimplikax xi ġudizzju dwar liema pajjiżi, barra mill-Ażerbajġan, għandhom jittrasmettu prodotti ta' enerġija. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 4 Fir-reviżjoni taċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, kif maħsub fl-Artikolu 4, il-Partijiet għandhom jiddiskutu bidliet importanti li jista' jkollhom riżultat sinjifikanti fuq l-iżvilupp futur ta' l-Ażerbajġan. Dan jista' jinkludi s-sħubija ta' l-Ażerbajġan għad-WTO, il-Kunsill ta' l-Ewropa jew korpi oħra internazzjonali jew sħubija għal xi unjoni reġjonali tad-dwana jew xi forma oħra ta' ftehim reġjonali ta' integrazzjoni. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta b'relazzjoni ma' l-Artikolu 6 Jekk il-Partijiet jaqblu li ċ-ċirkostanzi jeħtieġu laqgħat fl-għola livell, dawk il-laqgħat jistgħu jiġu rranġati fuq bażi ad hoc. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 15 Sakemm ir-Reppublika ta' l-Ażerbajġan taċċedi għad-WTO, il-Partijiet għandhom iżommu konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta' Koperazzjoni dwar il-politika ta' tariffa ta' importazzjoni, inklużi bidliet fit-tariffi ta' protezzjoni. B'mod partikolari, dawk il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti qabel iż-żieda fit-tariffa ta' protezzjoni. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-ideja ta' "kontroll" fl-Artikolu 25(b) u l-Artikolu 36 1. Il-Partijiet jikkonfermaw il-qbil komuni tagħhom li l-kwistjoni ta' kontroll għandha tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ partikolari. 2. Kumpannija għandha, per eżempju, tkun meqjusa bħala li tkun "kontrollata" minn kumpannija oħra, u b'hekk sussidjarja ta' dik il-kumpannija l-oħra jekk: - jekk il-kumpannija l-oħra żżomm direttament jew indirettament maġġoranza tad-drittijiet tal-votazzjoni, jew - il-kumpannija l-oħra jkollha d-dritt li taħtar jew tkeċċi maġġoranza ta' organu amministrattiv jew organu ta' l-immaniġġar jew ta' l-organu tas-superviżjoni u hija fl-istess waqt azzjonista jew membru tas-sussidjarja. 3. Iż-żewġ Partijiet jikkonsidraw il-kriterji tal-paragrafu 2 ma jispiċċawx il-possibiltajiet kollha. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 35 Il-fatt uniku għall-ħtieġa ta' viża għall-persuni naturali ta' ċerti partijiet u mhux għal dik ta' oħrajn m'għandhix titqies bħala li tannulla jew tfixkel benefiċċji taħt xi rabta speċifika. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 42 Il-Partijiet jaqblu li għall-għan ta' dan il-Ftehim, proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, inkluża b'mod partikolari l-copyright fi programmi tal-kompjuter, u drittijiet tal-ġirien, drittijiet li jirrelataw ma' patenti, disinji industrijali, indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi appellazzjonijiet tal-oriġini, trade marks, u marki tas-servizz, topografiji ta' ċirkwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta kif riferita fl-Artikolu 10bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u l-Protezzjoni ta' Tagħrif mhux Mikxuf dwar Teknika. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 55 Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 55(3) ma jeħtiġux lil xi wieħed mill-Partijiet li jipprovdu xi tagħrif ta' natura konfidenzali. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 98 1. Il-partijiet jaqblu, għall-għan ta' l-interpretazzjoni korretta tiegħu u l-applikazzjoni prattika tiegħu, l-espressjoni "każi ta' urġenza speċjali" inkluża fl-Artikolu 98 ta' dan il-Ftehim tfisser każi ta' ksur materjali ta' dan il-Ftehim minn wieħed mill-Partijiet. Ksura materjali ta' dan il-Ftehim jikkonsisti fi: (a) tiċħad dan il-Ftehim mhux sanzjonati bir-regoli ġenerali ta' liġi internazzjonali; jew (b) vjolazzjoni ta' l-elemanti essenzali ta' dan il-Ftehim imniżżla fl-Artikolu 2. 2. Il-Partijiet jiftiehmu li "miżuri xierqa" riferita fl-Artikolu 98 huma miżuri meħuda skond il-liġi internazzjonali. Jekk parti jieħu miżura fil-każ ta' urġenza speċjali li għaliha jipprovdi l-Artikolu 98, il-parti l-ieħor jista' jutilizza l-proċedura li tirrelata ma' l-issetiljar ta' disputi. -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar il-pajjiżi u t-territorji barranin tiegħu Il-Gvern Franċiż jinnota li l-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni mar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan ma japplikax għall-pajjiżi barranin u territorji assoċjati mal-Komunità Ewropea skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. -------------------------------------------------- SKAMBJU TA' ITTRI bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan b'relazzjoni mat-twaqqif ta' kumpanniji A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan Sinjur, Nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni inizjalat fid-19 ta' Diċembru 1995. Kif enfasizzjat matul in-negozjati, ir-Repubbilka ta' l-Ażerbajġan tagħti lill-kumpanniji tal-Komunità stabbiliti u li joperaw fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan f'ċerti aspetti trattament prvileġġat. Spjegajt li dan jirrifletti l-politika ta' l-Ażerbajġan li tippromwovi b'kull mezz it-twaqqif ta' kumpanniji tal-Komunità fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. F'konsiderazzjoni ta' dan, hija l-fehma tiegħi li matul il-perjodu bejn id-data ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ ta' l-artikoli relevanti dwar it-twaqqif ta' kumpanniji, r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan m'għandhix taddotta miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew jagħmlu aktar għar id-diskriminazzjoni ta' kumpanniji tal-Komunità vis-a-vis kumpanniji ta' l-Ażerbajġan jew kumpanniji minn xi pajjiż terz kif imqabbel mas-sitwazzjoni li kienet teżisti fid-data ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim. Inkun obbligat jekk tikkonferma li rċevejt din l-ittra. Aċċetta jekk jogħġbok, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjonijiet tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan A. Ittra mill-Komunità Ewropea Sinjur, Grazzi ta' l-ittra tiegħek li ġġib id-data ta' llum li taqra kif ġej: "Nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni inizjalat fid-19 ta' Diċembru 1995. Kif enfasizzjat matul in-negozjati, ir-Repubbilka ta' l-Ażerbajġan tagħti lill-kumpanniji tal-Komunità stabbiliti u li joperaw fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan f'ċerti aspetti trattament prvileġġat. Spjegajt li dan jirrifletti l-politika ta' l-Ażerbajġan li tippromwovi b'kull mezz it-twaqqif ta' kumpanniji tal-Komunità fir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan. B'konsiderazzjoni ta' dan, hija l-fehma tiegħi li matul il-perjodu bejn id-data ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ ta' l-artikoli relevanti dwar it-twaqqif ta' kumpanniji, ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan m'għandhix taddotta miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew jagħmlu aktar għar id-diskriminazzjoni ta' kumpanniji tal-Komunità vis-a-vis kumpanniji ta' l-Ażerbajġan jew kumpanniji minn xi pajjiż terz kif imqabbel mas-sitwazzjoni li kienet teżisti fid-data ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim. Inkun obbligat jekk tikkonferma li rċevejt din l-ittra." Nikkonferma li rċevejt l-ittra. Aċċetta jekk jogħġbok, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjonijiet tiegħi. F' isem il-Komunità Ewropea --------------------------------------------------