Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999A0710(02)

Ftehim milħuq bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen

OJ L 176, 10.7.1999, p. 36–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
OJ L 176, 10.7.1999, p. 2–26 (GA)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 032 P. 4 - 20
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 019 P. 147 - 163
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 019 P. 147 - 163
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 037 P. 148 - 164

In force

21999A0710(02)



Official Journal L 176 , 10/07/1999 P. 0036 - 0062


Ftehim

milħuq bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

u

IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLANDA, U

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

BILLI mill-iffirmar tal-Ftehim tal-Lussemburgu tad-19 ta' Diċembru 1996 fost it-tlettax-il Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, firmatarji tal-ftehimiet ta' Schengen u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, iż-żewġ Stati ta' l-aħħar kienu qegħdin jipparteċipaw fid-diskussjonijiet dwar l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u żvilupp addizzjonali tal-ftehimiet ta' Schengen u disposizzjonijiet relatati;

BILLI bħala riżultat tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea permezz tat-Trattat ta' Amsterdam li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti Atti relatati (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "il-Protokoll ta' Schengen"), il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea firmatarji tal-ftehimiet ta' Schengen għall-finijiet ta' dawk il-ftehimiet u disposizzjonijiet għandhom jitmexxew skond il-qafas istituzzjonali u legali ta' l-Unjoni Ewropea u rigward id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Billi skond l-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, tal-Protokoll ta' Schengen, l-Unjoni Ewropea, inkluża l-Komunità Ewropea, tixtieq tirrispetta u taqdi l-għan tal-Ftehim tal-Lussemburgu permezz ta' Ftehim li jassoċja r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, fuq id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, bl-implimentazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen u l-iżvilupp aktar tiegħu fuq il-bażi tal-Ftehim tal-Lussemburgu, hekk jassigura l-impenn kontinwu ta' dawn iż-żewġ Stati f'dawn l-attivitajiet;

Konvinti mill-bżonn li jinvolvu l-partijiet kollha b'mod xieraq li qegħdin japplikaw id-disposizzjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen u li għalih dawn id-disposizzjonijiet u l-iżvilupp addizzjonali tagħhom jistgħu eventwalment ikollhom japplikaw, inklużi r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, f'diskussjonijiet, fil-livelli kollha, rigward l-applikazzjoni prattika tagħhom, l-implimentazzjoni tagħhom u l-preparazzjoni ta' l-iżvilupp addizzjonali tagħhom;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li għal dan il-għan huwa meħtieġ li jistabbilixxu struttura organizzattiva, barra mill-qafas istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, li tiżgura l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja mal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet f'dawn l-oqsma u biex jippermettu l-parteċipazzjoni tagħhom f'dawn l-attivitajiet permezz ta' Kumitat Mist,

WAQT li jiftakru fl-iskop u l-fini tal-Ftehim tal-Lusemburgu biex jippriservaw is-sistema eżistenti bejn il-ħames Stati Nordiċi skond il-Konvenzjoni fuq it-Tneħħija tal-Kontrolli tal-Passaport fuq il-fruntieri ta' bejn l-Istati Nordiċi ffirmat f'Kopenhagen fit-12 ta' Lulju 1957, li jistabbilixxi l-Unjoni Nordika tal-Passaporti, la darba dawk ta' l-Istati Nordiċi li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea jieħdu sehem fl-amministrazzjoni tat-tneħħija tal-konferma fuq persuni fuq il-fruntieri interni stipulati fil-ftehimiet ta' Schengen;

WAQT LI JIKKONSIDRAW id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim tal-Lussemburgu;

WAQT li jirrikonoxxu, b'danakollu, li l-integrazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jimplika li t-teħid ta' deċiżjonijiet li jimplikaw li jiżvilupp aktar id-disposizzjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen saret kwistjoni għall-Unjoni Ewropea, inkluża l-Komunità Ewropea;

BILLI mill-iffirmar tal-Ftehim tal-Lussemburgu tad-19 ta' Diċembru 1996 fost it-tlettax-il Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, firmatarji tal-ftehimiet ta' Schengen u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, iż-żewġ Stati ta' l-aħħar kienu qegħdin jipparteċipaw fid-diskussjonijiet dwar l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u żvilupp addizzjonali tal-ftehimiet ta' Schengen u disposizzjonijiet relatati;

BILLI bħala riżultat tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea permezz tat-Trattat ta' Amsterdam li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti Atti relatati (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "il-Protokoll ta' Schengen"), il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea firmatarji tal-ftehimiet ta' Schengen għall-finijiet ta' dawk il-ftehimiet u disposizzjonijiet għandhom jitmexxew skond il-qafas istituzzjonali u legali ta' l-Unjoni Ewropea u rigward id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Billi skond l-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, tal-Protokoll ta' Schengen, l-Unjoni Ewropea, inkluża l-Komunità Ewropea, tixtieq tirrispetta u taqdi l-għan tal-Ftehim tal-Lussemburgu permezz ta' Ftehim li jassoċja r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, fuq id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, bl-implimentazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen u l-iżvilupp aktar tiegħu fuq il-bażi tal-Ftehim tal-Lussemburgu, hekk jassigura l-impenn kontinwu ta' dawn iż-żewġ Stati f'dawn l-attivitajiet;

Konvinti mill-bżonn li jinvolvu l-partijiet kollha b'mod xieraq li qegħdin japplikaw id-disposizzjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen u li għalih dawn id-disposizzjonijiet u l-iżvilupp addizzjonali tagħhom jistgħu eventwalment ikollhom japplikaw, inklużi r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, f'diskussjonijiet, fil-livelli kollha, rigward l-applikazzjoni prattika tagħhom, l-implimentazzjoni tagħhom u l-preparazzjoni ta' l-iżvilupp addizzjonali tagħhom;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li għal dan il-għan huwa meħtieġ li jistabbilixxu struttura organizzattiva, barra mill-qafas istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, li tiżgura l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja mal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet f'dawn l-oqsma u biex jippermettu l-parteċipazzjoni tagħhom f'dawn l-attivitajiet permezz ta' Kumitat Mist,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "l-Islanda" u "in-Norveġja" rispettivament għandhom ikunu assoċjati ma' l-attivitajiet tal-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti mid-disposizzjonijiet imsemmija fl-Annessi A u B ta' dan il-Ftehim u l-iżvilupp addizzjonali tagħhom.

Dan il-Ftehim joħloq drittijiet u obbligi reċiproċi skond il-proċeduri stipulati fih.

Artikolu 2

1. Id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif elenkati fl-Anness A ta' dan il-Ftehim kif japplikaw għall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa bħala "l-Istati Membri" li jieħdu sehem fil-koperazzjoni aktar mill-qrib awtorizzata bil-Protokoll ta' Schengen, għandhom ikunu implimentati u applikati mill-Islanda u n-Norveġja.

2. Id-disposizzjonijiet ta' l-atti tal-Komunità Ewropea elenkati fl-Anness B ta' dan il-Ftehim, sakemm ikunu bidlu d-disposizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom ta', jew ikunu adottati skond, il-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 li jimplimentaw il-Ftehim fuq it-tneħħija gradwali tal-konfermi fuq fruntieri komuni, għandhom ikunu implimentati u applikati fl-Islanda u n-Norveġja.

3. L-atti u l-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea li jemendaw jew li jżidu fuq id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Annessi A u B, li magħhom ikunu applikati l-proċeduri stipulati f'dan il-Ftehim, għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, ikunu aċċettati, implimentati u applikati mill-Islanda u n-Norveġja.

Artikolu 3

1. Kumitat Mist qiegħed hawnhekk jiġi stabbilit, kostitwit minn rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Islanda u n-Norveġja, il-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa l-"Kunsill", u tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa il-"Kummissjoni".

2. Il-Kumitat Mist għandu jadotta r-Regoli proprji tiegħu ta' Proċedura bil-konsensus.

3. Il-Kumitat Mist għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba ta' kull wieħed mill-membri tiegħu.

4. Bla ħsara għall-Artikolu 4(2), il-Kumitat Mist għandu jiltaqa' fil-livell ta' Ministri, uffiċjali anzjani jew esperti, skond kif jirrikjedu ċ-ċirkustanzi.

5. L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat Mist għandu jiltaqa':

- fil-livell ta' esperti: mir-rappreżentant ta' l-Unjoni Ewropea;

- fil-livell ta' uffiċjali anzjani u Ministri: alternattivament, għal perjodu ta' sitt xhur mir-rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea u mir-rappreżentant tal-gvern ta' l-Islanda jew tan-Norveġja.

Artikolu 4

1. Il-Kumitat Mist għandu jindirizza, skond dan il-Ftehim, il-kwistjonijiet kollha koperti mill-Artikolu 2 u għandu jiżgura li kull suġġett ikkonsidrat mill-Islanda u n-Norveġja jkun ikkunsidrat kif jixraq.

2. Fil-Kumitat Mist fil-livell ministerjali, ir-rappreżentanti ta' l-Islanda u n-Norveġja għandu jkollhom l-opportunità:

- li jispjegaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom rigward att jew miżura partikolari jew li jirreaġixxu għal problemi li jiltaqgħu magħhom delegazzjonijiet oħra;

- biex jesprimu rwieħhom fuq kull kwistjonijiet li jirrigwardaw l-iżvilupp ta' disposizzjonijiet li jikkonċernawhom jew l-implimentazzjoni tagħhom.

3. Laqgħat tal-Kumitat Mist f'livell ministerjali għandhom ikunu ppreparati mill-Kumitat Mist fil-livell ta' uffiċjali anzjani.

4. Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Islanda u n-Norveġja għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu suġġerimenti fil-Kumitat Mist li jirrigwardaw il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Wara diskussjoni, il-Kummissjoni jew kull Stat Membru jista' jikkunsidra dawn is-suġġerimenti bil-għan li jagħmlu proposta jew jieħdu inizjattiva, skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, biex jiġi adottat att jew miżura tal-Komunità Ewropea jew ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, il-Kumitat Mist għandu jkun informat dwar il-preparazzjoni fil-Kunsill b'kull att jew miżura li jistgħu jkunu relevanti ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Meta tifformula abbozz ta' leġislazzjoni ġdida li tkun koperta b'dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha informalment tfittex parir mingħand esperti mill-Islanda u n-Norveġja bl-istess mod li tfittex parir mingħand esperti mill-Istati Membri biex tistipula l-proposti tagħha.

Artikolu 7

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li għandu jiġi ffirmat ftehim xieraq bil-kriterji u mekkaniżmi biex jistabbilixxu l-Istat responsabbli biex jeżamina t-talba għall-ażil ippreżentata f'kull wieħed mill-Istati Membri jew fl-Islanda jew fin-Norveġja. Dan l-arranġament għandu jkun lest fil-ħin meta d-disposizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Anness A u fl-Anness B, kif ukoll dawk diġà adottati skond l-Artikolu 2(3), jidħlu fis-seħħ għall-Islanda u għan-Norveġja skond l-Artikolu 15(4).

Artikolu 8

1. L-adozzjoni ta' atti jew miżuri ġodda relatati mas-suġġetti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 għandhom ikunu riservati għall-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-Unjoni Ewropea. Bla ħsara għall-paragrafu 2, dawn l-atti jew miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha konċernati u għall-Islanda u n-Norveġja, kemm-il darba dawk l-atti jew miżuri ma jiddikjarawx espliċitament mod ieħor. F'dan il-kuntest, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa għaż-żmien indikat mill-Islanda jew min-Norveġja fil-Kumitat Mist bħala żmien meħtieġ biex jippermetti lill-Islanda jew lin-Norveġja biex jaderixxu mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.

2. (a) L-adozzjoni ta' l-atti jew miżuri li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 li jkun ġew applikati għalihom i l-proċeduri stipulati f'dan il-Ftehim, għandhom jiġu notifikati minnufih mill-Kunsill lill-Islanda u lin-Norveġja. L-Islanda u n-Norveġja għandhom jiddeċiedu indipendentement jekk jaċċettawx il-kontenut tagħhom u jimplimentawhx fl-ordni legali intern tagħhom. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fi żmien tletin jum mill-adozzjoni ta' l-atti jew miżuri konċernati.

(b) Jekk il-kontenut ta' l-att jew miżura bħal dawn jista' jsir obbligatorju fl-Islanda biss wara li taderixxi mar-rekwiżiti kostituzzjonali, l-Islanda għandha tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan fil-ħin tan-notifika. L-Islanda għandha minnufih tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub meta taderixxi mar-rekwiżiti kostituzzjonali kollha, u għandha tforni din l-informazzjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data stipulata għad-dħul fis-seħħ ta' l-att jew miżura għall-Islanda, kif deċiż fil-paragrafu 1.

(ċ) Jekk il-kontenut ta' att jew miżura bħal dawn jista' jobbliga lin-Norveġja biss wara li taderixxi mar-rekwiżiti kostituzzjonali, in-Norveġja għandha tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan fil-ħin tan-notifika. In-Norveġja għandha minnufih, u mhux aktar tard minn sitt xhur minn notifika mill-Kunsill, tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub malli taderixxi mar-rekwiżiti kostituzzjonali kollha. Mid-data stipulata biex jidħlu fis-seħħ l-att jew miżura għan-Norveġja u sa meta l-informazzjoni dwar meta taderixxi mar-rekwiżiti kostituzzjonali, in-Norveġja għandha tapplika proviżorjament, fejn ikun possibbli, il-kontenut ta' dan l-att jew miżura.

3. L-aċċettazzjoni mill-Islanda u min-Norveġja tal-kontenut ta' l-atti jew miżuri li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 għandha toħloq drittijiet u obbligi bejn l-Islanda u n-Norveġja, u bejn l-Island u n-Norveġja minn banda, u l-Komunità Ewropea u dawk l-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta b'dawn l-atti u l-miżuri, mill-banda l-oħra.

4. Fil-każ:

(a) jew l-Islanda jew in-Norveġja jgħarrfu bid-deċiżjoni tagħha li ma taċċettawx il-kontenut ta' att jew miżura li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 u li jkunu applikati għaliha l-proċeduri stipulati f'dan il-Ftehim; jew

(b) jew l-Islanda jew in-Norveġja ma jagħmlux notifika fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum stipulat fil-paragrafu 2(a); jew

(ċ) l-Islanda ma tagħtix notifika qabel il-limitu ta' żmien ta' l-erba' ġimgħat stipulat fil-paragrafu 2(b) qabel id-data stipulata biex jidħlu fis-seħħ l-att jew miżura konċernata għaliha; jew

(d) in-Norveġja ma tagħtix in-notifika fil-limitu ta' żmien ta' sitt xhur stipulata fil-paragrafu 2(ċ) jew ma tipprovdix għall-applikazzjoni proviżorja kif prevista fl-istess sottoparagrafu mid-data stipulata biex jidħlu fis-seħħ l-att jew miżura konċernati għalih;

dan il-Ftehim għandu jiġi kkunsidrat terminat rigward l-Islanda jew in-Norveġja, skond x'jista' jkun il-każ, kemm-il darba l-Kumitat Mist, wara eżami bir-reqqa tal-modi biex ikomplu l-ftehim, ma jiddeċidix mod ieħor fi żmien disgħin jum. It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li jiskadi l-perjodu ta' disgħin jum.

Artikolu 9

1. Sabiex jilħaq l-għanijiet tal-Partijiet Kontraenti li jaslu għal applikazzjoni u interpretazzjoni konsistenti kemm jista' jkun fid-disposizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2, il-Kumitat Mist għandu jevalwa kontinwament l-iżvilupp tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa l-"Qorti tal-Ġustizzja", kif ukoll l-iżvilupp tal-każistika tal-qrati kompetenti ta' l-Islanda u n-Norveġja relatati ma' dawn id-disposizzjonijiet. Għal dan il-għan għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu biex jiżgura trasmissjoni regolari reċiproka ta' din il-każistika.

2. Bla ħsara għall-adozzjoni tal-modifiki meħtieġa għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Islanda u n-Norveġja għandhom ikunu intitolati li jissottomettu dikjarazzjonijiet tal-każ jew osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja f'każi fejn kwistjoni tkun ġiet riferita lilha minn qorti jew tribunal ta' Stat Membru għal deċiżjoni preliminari rigward l-interpretazzjoni ta' kull disposizzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2.

Artikolu 10

1. L-Islanda u n-Norveġja għandhom jibagħtu rapporti ta' kull sena lill-Kumitat Mist fuq il-mod li bih l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom u l-qrati tagħhom ikunu applikaw u interpretaw id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, skond kif ikun il-każ.

2. Jekk il-Kumitat Mist, fi żmien xahrejn wara differenza sostanzjali fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati ta' l-Islanda jew in-Norveġja jew differenza sostanzjali fl-applikazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri konċeranti u dawk ta' l-Islanda u n-Norveġja rigward id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tkun inġabet quddiemha, ma tkunx tista' tiżgura l-preservazzjoni ta' applikazzjoni u interpretazzjoni konsistenti, għandha tapplika l-proċedura fl-Artikolu 11.

Artikolu 11

1. Fil-każ ta' disputa dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim jew fil-każ fejn isseħħ is-sitwazzjoni li hemm provdut dwarha fl-Artikolu 10(2), il-kwistjoni għandha tiġi ppreżentata bħala suġġett ta' disputa fl-aġenda tal-Kumitat Mist f'livell ministerjali.

2. Il-Kumitat Mist għandu jkollu disgħin jum mid-data ta' l-adozzjoni ta' l-aġenda li fiha tkun iddaħħlet id-disputa li matulu jkun jista' jsolvi d-disputa.

3. Fil-każ fejn id-disputa ma tistax tiġi solvuta mill-Kumitat Mist fil-perjodu ta' disgħin jum previst fil-paragrafu 2, għandu jiġi osservat perjodu ieħor ta' tletin jum biex jintlaħaq ftehim finali.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, dan il-Ftehim għandu jkun ikkunsidrat bħala magħluq rigward l-Islanda u n-Norveġja, jiddependi lil liema Stat tirrigwarda d-disputa. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li jiskadi l-perjodu ta' tletin jum.

Artikolu 12

1. Rigward l-ispejjeż amministrattivi involuti fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, l-Islanda u n-Norveġja għandhom jikkontribwixxu ammont ta' kull sena għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ta':

- għall-Islanda 0,1 %

- għan-Norveġja 4,995 %

ammont ta' 300000000 BEF (jew ammont ekwivalent f'euro) bla ħsara għall-aġġustament ta' kull sena fl-isfond tar-rata ta' l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

F'każijiet fejn l-ispejjeż operazzjonali involuti fl-applikazzjoni ta' dan l-Argument mhumiex attribwiti għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, iżda jkunu r-responsabbiltà diretta ta' l-Istati Membri parteċipanti, l-Islanda u n-Norveġja għandhom jikkontribwixxu għal dawn l-ispejjeż skond il-perċentwal tal-prodott gross nazzjonali tal-pajjiżi tagħhom relatat mal-prodott gross nazzjonali ta' l-Istati pateċipanti kollha.

F'każijiet fejn l-ispejjeż operazzjonali jkunu attribwiti għall-budget ġenerali tal-Komunità Ewropea, l-Islanda u n-Norveġja għandhom jikkondividu f'dawn l-ispejjeż billi jikkontribwixxu għall-budget imsemmi ammont kull sena skond il-perċentwal tal-prodott gross nazzjonali tal-pajjizi tagħhom relatat mal-prodott gross nazzjonali ta' l-Istati parteċipanti kollha.

2. L-Islanda u n-Norveġja għandu jkollhom id-dritt li jirċievu dokumenti stipulati mill-Kummissjoni jew ġewwa l-Kunsill li jappartjenu għal dan il-Ftehim u, f'laqgħat tal-Kumitat Mist, li jitolbu interpretazzjoni f'lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-għażla tagħhom. Madankollu, kull spejjeż ta' traduzzjoni jew interpretazzjoni fil-jew mill-Islandiż jew Norveġiż għandhom jitħallsu mill-Islanda jew min-Norveġja, skond il-każ li jkun.

Artikolu 13

1. Dan il-tehim m'għandux jafettwa bl-ebda mod il-Ftehim dwar l-Area Ekonomika Ewropea jew kull ftehim ieħor milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Islanda u/jew in-Norveġja.

2. Dan il-Ftehim mgħandux jaffettwa bl-ebda mod kull ftehim futur li jintlaħaq ma' l-Islanda u/jew in-Norveġja mill-Komunità Ewropea, jew fuq il-bażi ta' l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Dan il-Ftehim mgħandux jaffettwa l-koperazzjoni fil-qafas ta' l-Unjoni Nordika tal-passaporti, sakemm din il-koperazzjoni ma tkunx kuntrarja għal u ma tfixkilx dan il-Ftehim u l-atti u l-miżuri bbażati fuq dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Dan il-Ftehim ma japplikax għal Svalbard (Spitzbergen).

Artikolu 15

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ xahar wara l-jum li fih is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li għandu jaġixxi ta' depożitarju tiegħu, ikun stabbilixxa li r-rekwiżiti formali kollha rigwardanti l-manifestazzjoni tal-kunsens minn jew f'isem il-Partijiet ta' dan il-Ftehim li jkunu marbuta permezz tiegħu jkunu mwettqa.

2. L-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 8(2)(a), l-ewwel disposizzjoni għandha tapplika proviżorjament mill-ħin tal-firma ta' dan il-Ftehim.

3. Rigward l-att jew il-miżuri adottati wara l-firma ta' dan il-Ftehim iżda qabel ma jidħol fis-seħħ, il-perjodu ta' tletin jum li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 8(2)(a), l-aħħar disposizzjoni għandha tibda tiddekorri mill-jum li jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim.

4. Id-disposizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Anness A u l-Anness B, kif ukoll dawk diġà adottati skond l-Artikolu 2(3), għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Islanda u n-Norveġja f'data li tkun stabbilita mill-Kunsill permezz tal-Membri kollha tagħha li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jipparteċipaw f'koperazzjoni aktar mill-qrib awtorizzata mill-Protokoll ta' Schengen, wara konsultazzjonijiet fil-Kumitat Mist skond l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim, wara li tkun sodisfatta li l-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti jkun mwettqa mill-Islanda u n-Norveġja u li l-kontrolli tal-fruntieri esterni jkunu effettivi.

5. Id-dħul fis-seħħ tad-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 għandu joħloq drittijiet u obbligi bejn l-Islanda u n-Norveġja, u bejn l-Islanda u n-Norveġja minn banda, u l-Komunità Ewropea mill-oħra u dawk ta' l-Istati Membri tagħha li minħabba fihom dawk id-disposizzjonijiet ikunu diġà bdew iseħħu, mill-banda l-oħra.

Artikolu 16

Dan il-Ftehim jista' jiġi denunzjat mill-Islanda jew min-Norveġja jew b'deċiżjoni tal-Kunsill, waqt li jaġixxi permezz tal-membri kollha li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni aktar mill-qrib awtorizzata mill-Protokoll ta' Schengen. Din id-denunzja għandha tkun notifikata lid-depożitarju. Għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara n-notifika.

Artikolu 17

Il-konsegwenzi tad-denunzja ta' dan il-Ftehim minn, jew it-terminazzjoni tiegħu rigward, l-Isanda u n-Norveġja għandhom ikunu bla ħsara għal ftehim bejn il-bqija tal-Partijiet u l-Parti li tkun iddenunzjat dan il-Ftehim jew rigwardanti lilu t-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ. Jekk ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim, il-Kunsill għandu jiddeċiedi wara konsultazzjoni tal-Parti Kontraenti assoċjat li jkun fadal fuq il-miżuri meħtieġa. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom ikunu obbligatorji għal dik il-Parti biss jekk ikunu aċċettati minnha.

Artikolu 18

Dan il-Ftehim jieħu post il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ta' Schengen u l-Konvenzjoni ta' Schengen, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fuq it-tneħħija ta' kontrolli fuq persuni fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996.

Magħmul fi Brussel fit-18-il jum ta' Mejju fis-sena elf disa' mija u disgħa u disgħin f'oriġinal uniku, bil-lingwa Daniża, Olandiża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża, Spanjola, Svediża, Islandiża u Norveġiża, kull test ikun ugwalment awtentiku, dan l-oriġinali jibqa' depożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

Por el Consejo de la Unión EuropeaFor Rådet for Den Europæiske UnionFür den Rat der Europäischen UnionΓια το Συμβούλιο της Ευρωπαϊκής ΈνωσηςFor the Council of the European UnionPour le Conseil de l'Union européennePer il Consiglio dell'Unione europeaVoor de Raad van de Europese UniePelo Conselho da União EuropeiaEuroopan unionin neuvoston puolestaFör Europeiska unionens rådFyrir hönd ráðs EvrópusambandsinsFor Rådet for Den europeiske union

+++++ TIFF +++++

Por la República de IslandiaFor Republikken IslandFür die Republik IslandΓια τη Δημοκρατία της ΙσλανδίαςFor the Republic of IcelandPour la République d'IslandePer la Repubblica d'IslandaVoor de Republiek IJslandPela República da IslândiaIslannin tasavallan puolestaPå Republiken Islands vägnarFyrir hönd Lyðveldisins ÍslandsFor Republikken Island

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de NoruegaFor Kongeriget NorgeFür das Königreich NorwegenΓια το Βασίλειο της ΝορβηγίαςFor the Kingdom of NorwayPour le Royaume de NorvègePer il Regno di NorvegiaVoor het Koninkrijk NoorwegenPelo Reino da NoruegaNorjan kuningaskunnan puolestaPå Konungariket Norges vägnarFyrir hönd Konungsríkisins NoregsFor Kongeriket Norge

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS A

(L-Artikolu 2 paragrafu 1)

L-ewwel Parti ta' dan l-Anness tirreferi għall-Ftehim ta' l-1985 ta' Schengen u tal-Konvenzjoni ta' l-1990 ta' Schengen li timplimenta l-Ftehim ta' l-1985 ta' Schengen. Il-Parti 2 tirreferi għall-istrumenti ta' Adeżjoni u Parti 3 għall-atti sekondarji relevanti ta' Schengen.

PARTI 1

Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża fuq it-tneħħija gradwali tal-konfermi fuq il-fruntieri komuni tagħhom.

Id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, iffirmata fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen tal-15 ta' Ġunju 1985, bl-eċċezzjoni ta':

Artikolu 2(4)

Artikolu 4, sa fejn jikkonċerna l-bagalji

Artikolu 10(2)

Artikolu 19(2)

Artikoli 28 sa 38 u tifsiriet relatati

Artikolu 60

Artikolu 70

Artikolu 74

Artikoli 77 sa 91 sa fejn huwa kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE fuq il-kontroll ta' l-akkwist u pussess ta' armi

Artikoli 120 sa 125

Artikoli 131 sa 133

Artikolu 134

Artikoli 139 sa 142

Att Finali: dikjarazzjoni 2

Att Finali: dikjarazzjonijiet 4, 5 u 6

Protokoll

Dikjarazzjoni komuni

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

PARTI 2

Id-disposizzjonijiet tal-Ftehimiet ta' Adeżjoni u Protokolli tal-Ftehim ta' Schengen u l-Konvenzjoni ta' Schengen mar-Repubblika Taljana (iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990), ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża (iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991), ir-Repubblika Ellenika (iffirmat f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992), ir-Repubblika ta' l-Awstrija (iffirmat fi Brussel fit-28 ta' April 1995) u r-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996), bl-eċċezzjoni ta':

1. Il-Protokoll, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Taljana mal-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża fuq l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985.

2. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Taljana mal-Konvenzjoni, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li jimplimentaw l-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, l-Att Finali tiegħu u dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikoli 5 u 6

Att Finali: Part I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

3. Il-Protokoll, iffirmat f'Bonn fil-25 Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju ta' Spanja mal-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat bil-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru u d-dikjarazzjonijiet ta' miegħu.

4. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat f'Pariġi fil-25 ta' Ġunju 199i, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju ta' Spanja mal-Konvenzjoni, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li jimplimentaw l-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu qablet ir-Repubblika Taljana skond il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tiegħu u dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikolu 5 u 6

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3

Parti III, dikjarazzjonijiet 3 u 4

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

5. Il-Protokoll, iffirmat f'Bonn fil-25 Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Portugiża mal-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat bil-Protokoll dwar l-Adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru u d-dikjarazzjonijiet ta' miegħu.

6. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Portugiża mal-Konvenzjoni, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li jimplimentaw l-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu qablet ir-Repubblika Taljana skond il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tiegħu u dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikoli 7 u 8

Att Finali: Part I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3

Part III, declarations 2, 3, 4 and 5

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

7. Il-Protokoll, iffirmat f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Ellenika mal-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat bil-Protokolli dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990 u mill-Gvernijiet tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, u u d-dikjarazzjoni ta' miegħu.

8. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Ellenika mal-Konvenzjoni, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li jimplimentaw l-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu qablet ir-Repubblika Taljana skond il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża skond il-Ftehimiet iffirmati f'Bonne fil-25 ta' Ġunju 1991, l-Att Finali tiegħu u dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikolu 6 u 7

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2, 3 u 4

Parti III, dikjarazzjonijiet 1 u 3

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

9. Il-Protokoll, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' April 1995, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija mal-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat bil-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika, iffirmat fis-27 ta' Novembru 1990, fil-25 ta' Ġunju 1991 u s-6 ta' Novembru 1992 rispettivament.

10. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' April 1995, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija mal-Konvenzjoni, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu qablet ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika skond il-Ftehimiet iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, fil-25 ta' Ġunju 1991 u s-6 ta' Novembru 1992 rispettivament u l-Att Finali tiegħu:

Artikolu 1

Artikoli 5 u 6

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjoni 2

Parti III

11. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju tad- Danimarka mal-Ftehim fuq it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 u d-dikjarazzjonijiet relatati miegħu.

12. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka mal-Konvenzjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tiegħu u dikjarazzjoni relatata:

Artikolu 1

Artikoli 7 u 8

Att Finali: Parti I

Part II, dikjarazzjoni 2

Parti III

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

13. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja mal-Ftehim fuq it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 u d-dikjarazzjoni relatata miegħu.

14. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja li jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjoni relatata:

Artikolu 1

Artikoli 6 u 7

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjoni 2

Parti III, bl-eċċezzjoni tad-dikjarazzjoni dwar il-Gżejjer land

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

15. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja mal-Ftehim fuq it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 u d-dikjarazzjoni relatata miegħu.

16. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-tar-Renju ta' l-Isvezja mal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tiegħu u dikjarazzjoni relatata:

Artikolu 1

Artikoli 6 u 7

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjoni 2

Parti III

Dikjarazzjoni mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

PARTI 3

A. Id-Deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv:

SCH/Kumm-ex (93) 10 ta' l- 14.12.1993 | Konkerma tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat tad-19 ta' Ġunju 1992 u t-30 ta' Ġunju 1993 meta daħlu fis-seħħ |

SCH/Kumm-ex (93) 14 ta' l- 14.12.1993 | Itejbu l-koperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji biex jikkumbattu l-ittraffikar tad-drogi |

SCH/Kumm-ex (93) 16 ta' l- 14.12.1993 | Regolamenti finanzjarji dwar l-ispejjeż ta' stallazzjoni u l-operat għall-Schengen C.SIS |

SCH/Kumm-ex (93) 21 ta' l- 14.12.1993 | Jestendu l-viża konsistenti |

SCH/Kumm-ex (93) 22 Rev ta' l- 14.12.1993 | Natura kunfidenzali ta' ċerti dokumenti |

SCH/Kumm-ex (93) 24 ta' l- 14.12.1993 | Proċeduri komuni għat-tħassir, irtirar jew tnaqqis fit-tul tal-validità ta' viża konsistenti |

SCH/Kumm-ex (94) 1 Rev 2 tas- 26.4.1994 | Miżuri ta' aġġustament bl-iskop li jneħħu l-ostakli u restrizzjonijiet fuq il-mixi tat-traffiku f'punti tat-toroq li jaqsmu l-fruntieri fi fruntieri interni |

SCH/Kumm-ex (94) 2 tas- 26.4.1994 | Jinħarġu viżi konformi fuq il-fruntieri |

SCH/Kumm-ex (94) 15 Rev tal- 21.11.1994 | Li jdaħħlu proċedura kompjuterizzata biex jagħtu parir lill-awtoritajiet ċentrali previsti fl-Artikolu 17(2) tal-konvenzjoni dwr l-implimentazzjoni |

SCH/Kumm-ex (94) 16 Rev tal- 21.11.1994 | Jinkiabu t-timbri komuni għal dħul u ħruġ |

SCH/Kumm-ex (94) 17 Rev 4 tal- 21.12.1994 | Tiġi introdotta u applikata s-sistema ta' Schengen f'ajruporti u ajrudromi |

SCH/Kumm-ex (94) 25 tat- 22.12.1994 | Skambji ta' informazzjoni dwar statistika fuq il-ħruġ ta' viżi |

SCH/Kumm-ex (94) 28 Rev tat- 22.12.1994 | Ċertifikat previst fl-Artikolu 75 għall-ġarr ta' drogi u/jew sustanzi psikotropiċi. |

SCH/Kumm-ex (94) 29 Rev 2 tat- 22.12.1994 | Tiddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni dwar l-Implimentar tal-Ftehim ta' Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 |

SCH/Kumm-ex (95) PV 1 Rev (Point 8) tat- 22.12.1994 | Politika komuni dwar il-viża |

SCH/Kumm-ex (95) 20 Rev 2 ta' l- 20.12.1995 | Approvazzjoni tad-dokument SCH/1 (95) 40 Rev 6 dwar il-proċedura biex jiġI applikat l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen |

SCH/Kumm-ex (95) 21 ta' l- 20.12.1995 | Skambju fil-pront bejn l-Istati ta' Schengen ta' data ta' statistika u tanġibbli dwar ħsara li tista' tinqala' fuq fruntieri esterni |

SCH/Kumm-ex (96) 13 Rev tas- 27.6.1996 | Prinċipji biex jinħarġu viżi ta' Schengen skond l-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen |

SCH/Kumm-ex (96) 27 tad- 19.12.1996 | Jinħarġu viżi fuq il-fruntieri li baħħara li jkunu jaqsmu |

SCH/Kumm-ex (97) 2 Rev 2 tal- 25.4.1997 | Jagħtu l-offerta għall-istudju preliminary tas-SIS II |

SCH/Kumm-ex (97) 6 Rev 2 ta' l- 24.6.1997 | Manwal ta' Schengen dwar il-koperazzjoni tal-pulizija fil-qasam ta' l-ordni u sigurtà pubblika |

SCH/Kumm-ex (97) 18 tas- 7.10.1997 | Kontribuzzjonijiet min-Norveġja u l-Islanda għall-ispejjeż a' l-operat ta C.SIS |

SCH/Kumm-ex (97) 24 tas- 7.10.1997 | Il-futur tas-SIS |

SCH/Kumm-ex (97) 29 Rev 2 tas- 7.10.1997 | Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni liu timplimenta l-Ftehim ta' Schengen fil-Greċja |

SCH/Kumm-ex (97) 32 tal- 15.12.1997 | Magħmula konformi l-politika dwar il-viża |

SCH/Kumm-ex (97) 34 Rev tal- 15.12.1997 | L-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta fuq format kostanti għal permessi ta' residenza |

SCH/Kumm-ex (97) 35 tal- 15.12.1997 | Emenda għar-Regolamenti Finanzjarji tas-C.SIS |

SCH/Kumm-ex (97) 39 Rev tal- 15.12.1997 | Prinċipji gwida għal mezzi ta' prova u xhieda indikattiva fil-qafas ta' ftehimijiet dwar dħul lura bejn l-Istati ta' Schengen |

SCH/Kumm-ex (98) 1. 2 Rev tal- 21.4.1998 | Rapport dwar l-attivitajiet tat-task force |

SCH/Kumm-ex (98) 10 tal- 21.4.1998 | Koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti biex jibagħtu lura frustieri bl-ajru |

SCH/Kumm-ex (98) 11 tal- 21.6.1996 | C.SIS b'konnessjoni mal-15/18 |

SCH/Kumm-ex (98) 12 tal- 21.4.1998 | Skambju f'livell lokali ta' statistika fuq viżi |

SCH/Kumm-ex (98) 17 tat- 23.6.1998 | Natura kundifenzali ta' ċerti dokumenti |

SCH/Kumm-ex (98) 18 Rev tat- 23.6.1998 | Miżuri li għandhom jittieħdu rigward pajjiżi li jġibu problemi rigward il-ħruġ tad-dokumenti meħtieġa biex joħorġu ċ-ċittadini tagħhom mit-territorju ta' Schengen DĦUL LURA - VIŻI |

SCH/Kumm-ex (98) 19 tat- 23.6.1998 | Monaco VIŻI - FRUNTIERI ESTERNI - SIS |

SCH/Kumm-ex (98) 21 tat- 23.6.1998 | Jittimbrar ta' passaporti ta' applikanti għall-viża VIŻI |

SCH/Kumm-ex (98) 26 def tas- 16.6.1998 | Twaqqif tal-Kumitat Permanenti li jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Schengen |

SCH/Kumm-ex (98) 29 Rev tat- 23.6.1998 | Klawsola inklussiva ta' kollox biex tkopri l-acquis tekniku ta' Schengen kollu |

SCH/Kumm-ex (98) 35 Rev 2 tas- 16.6.1998 | Jiġi ppreżentat il-Manwal Komuni lill-Istati Applikanti ta' l-UE |

SCH/Kumm-ex (98) 37 def 2 tas- 16.9.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali |

SCH/Kumm-ex (98) 43 Rev tas- 16.9.1998 | Kumitat apposta għall-Greċja |

SCH/Kumm-ex (98) 49 Rev 3 tas- 16.12.1998 | Dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen fil-Greċja |

SCH/Kumm-ex (98) 51 Rev 3 tas- 16.12.1998 | Koperazzjoni bejn il-pulizija li taqsam il-fruntieri fil-qasam ta' prevenzjoni tal-kriminalità u investigazzjoni meta tintalab |

SCH/Kumm-ex (98) 52 tas- 16.12.1998 | Manwal dwar koperazzjoni tal-pulizija ta' fejn jaqsmu l-fruntieri |

SCH/Kumm-ex (98) 53 Rev 2 tas- 16.12.1998 | Armonizzar tal-politika dwar il-viża - tneħħija ta' elenki ta' nħawi bi standard ta' għixien baxx |

SCH/Kumm-ex (98) 56 tas- 16.12.1998 | Manwal ta' dokumenti li magħhom tista' titwaħħal viża |

SCH/Kumm-ex (98) 57 tas- 16.12.1998 | Introduzzjoni ta' formola armonizzati għal inviti, prova ta' akkomodazzjoni, u l-aċċettazzjoni ta' obbligi ta' appoġġ ta' manteniment |

SCH/Kumm-ex (98) 59 Rev tas- 16.12.1998 | Ippustjar kordinat ta' konsulenti dwar dokumenti |

SCH/Kumm-ex (99) 1 Rev 2 tat- 28.4.1999 | Sitwazzjoni tad-drogi |

SCH/Kumm-ex (99) 3 tat- 28.4.1999 | Help desk budget għall-1999 |

SCH/Kumm-ex (99) 4 tat- 28.4.1999 | Spejjeż ta' l-istallazzjoni tas-C.SIS |

SCH/Kumm-ex (99) 5 tat- 28.4.1999 | Manwal SIRENE |

SCH/Kumm-ex (99) 6 tat- 28.4.1999 | Sitwazzjoni tat-telecoms |

SCH/Kumm-ex (99) 7 Rev 2 tat- 28.4.1999 | Liaison officers |

SCH/Kumm-ex (99) 8 Rev 2 tat- 28.4.1999 | Ħlas lil min jagħti informazzjoni |

SCH/Kumm-ex (99) 10 tat- 28.4.1999 | Kummerċ illegali fl-armi |

SCH/Kumm-ex (99) 11 Rev 2 tat- 28.4.1999 | Deċiżjoni rigward il-Ftehim fuq il-koperazzjoni fi proċedimenti għal kontravenzjonijiet tat-traffiku fit-triq |

SCH/Kumm-ex (99) 13 tat- 28.4.1999 | Irtirar ta' verżjonijiet qodma u l-adozzjoni ta' verżjonijiet ġoda tal-Manwal Komuni u l-Istruzzjonijiet Komuni dwar Consultar |

SCH/Kumm-ex (99) 14 tat- 28.4.1999 | Manwal ta' dokumenti li fihom tista' titwaħħal viża |

SCH/Kumm-ex (99) 18 tat- 28.4.1999 | Titjib ta' koperazzjoni tal-pulizija rigward il-prevenzjoni u investigazzjoni ta' kriminalità |

B. Id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv:

Dikjarazzjoni | Suġġett |

SCH/Kumm-ex (96) Decl 5 tat- 18.4.1996 | Jiġi stabbilit il-kunċett ta' "frustier' minn pajjiż barrani" |

SCH/Kumm-ex (96) Decl 6 Rev 2 tas- 26.6.1996 | Dikjarazzjoni dwar estradizzjoni |

SCH/Kumm-ex (97) Decl 13 Rev tat- 18.4.1996 | Ħtif ta' minorenni |

SCH/Kumm-ex (99) Decl 2 Rev 2 tad- 29.4.1999 | Struttura tas-SIS |

Ċ. Id-Deċiżjonijiet li ġejjin tal-Grupp Ċentrali

Dikjarazzjoni | Suġġett |

SCH/C (98) 117 tas- 27.10.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali |

SCH/C (99) 25 tat- 22.3.1999 | Prinċipji ġenerali għall-ħlas lil min jagħti informazzjoni u infiltrator |

--------------------------------------------------

ANNESS B

(L-Artikolu 2 paragrafu 2) [1]

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/1999 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom ikollhom ikunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-limiti esterni ta' l-Istati Membri (ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 2) [2];

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jippreskrivi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, ta' l-14.7.1995, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 1996 li tippreskrivi b'mod addizzjonali l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-format konformi għal viżi (mhux ippubblikata);

Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 fuq il-kontroll ta' l-akkwist u pussess ta' armi (ĠU L 256, tat-13.9.1991, p. 51) u Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 93/216/KEE tal-25 ta' Frar 1993 fuq il-permess Ewropew għall-armi (ĠU L 93, tas-17.4.1993, p. 39) kif modifikat bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/129/KE tat-12 ta' Jannar 1996 (ĠU L 30, tat-8.2.1996, p. 47).

[1] Ara wkoll id-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni rigward id-Direttiva 95/46/KE, adottata waqt il-konklużjoni tal-Ftehim preżenti.

[2] Mingħajr preġudizzju għar-relazzjoni tiegħu mad-disposizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom fil-pussess tagħhom viżi jew ikollhom id-dispensa minn dawn l-obbligi, adottat fil-qafas tal-koperazzjoni ta' Schengen, li għandu jibqa' jiġi applikat ma' l-integrazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u li huma koperti bit-termini ta' l-Anness A.

--------------------------------------------------

ATT FINALI

Il-Partijiet Kontraenti adottaw dan l-Att Finali, waqt li jkomplu d-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

1. Dikjarazzjoni mill-Islanda u n-Norveġja fuq l-Artikolu 4(2)

Rigward il-laqgħat tal-Kumitat Mist f'livell ministerjali, l-Islanda u n-Norveġja jikkunsidraw li hija r-responsabbiltà tagħhom li jevalwaw jekk kwistjoni partikolari għandhiex tiġi kkunsidrata bħala "problemi li jiltaqgħu magħhom" (l-ewwel inċiż tad-disposizzjoni) jew "tħassib dwarhom" (it-tieni inċiż tad-disposizzjoni), u jkun ta' natura li jkun jeħtieġ diskussjonijiet f'livell ministerjali. Huwa previst, skond l-interess komuni tal-Parijiet, li dawn il-"problemi" u "tħassib" jinqalgħu normalment matul il-koperazzjoni regolari b'mod li jwasslu biex jiddaħħlu fl-aġenda tal-Kumitat Mist f'livell ministerjali. B'danakollu, l-Islanda u n-Norveġja jenfasizzaw id-dritt tal-membri tal-Kumitat Mist li jitolbu laqgħat tal-Kumitat Mist f'kull livell skond l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim.

2. Dikjarazzjoni mill-Islanda u n-Norveġja fuq l-Artikolu 8(4)

F'każi fejn tissuċjiedi s-sitwazzjoni stipulata fl-Artikolu 8(4)(a), (b) jew (d), l-Islanda jew in-Norveġja għandhom jieħdu l-opportunità prevista fl-Artikolu 3(3), li jitolbu laqgħa tal-Kumitat f'livell ministerjali sabiex ifittxu modi biex ikomplu bil-Ftehim.

3. Dikjarazzjoni mill-Islanda u n-Norveġja dwar l-estradizzjoni

1. Riservi magħmula skond l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea fuq it-Trażżin tat-Terroriżmu, lesta għall-firma fi Strasburgu fis-27 ta' Jannar 1977, mgħandhomx jiġu applikati għall-proċeduri ta' estradizzjoni relatati ma' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea li jiżguraw trattament ugwali.

2. Dikjarazzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, lesta għall-firma fit-13 ta' Diċembru 1957, mgħandhomx jiġu ċitati bħala bażi biex jirrifjutaw li jestradixxu residenti minn Stati mhux Nordiċi għal Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea li jiżguraw trattament ugwali.

4. Dikjarazzjoni konġunta dwar konsultazzjoni Parlamentari

L-Unjoni Ewropea, l-Islanda u n-Norveġja jikkunsidraw li huwa xieraq li suġġetti li jaqgħu skond dan il-Ftehim ikunu diskussi f'laqgħat interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew-l-Islanda u l-Parlament Ewropew-in-Norveġja.

5. Dikjarazzjoni mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, adottata unanimament mill-Membri tagħha li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 6(1) tal-Protokoll ta' Schengen dwar deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Mist

Hija l-fehma tal-Kunsill li deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Mist skond il-Ftehim għandhom jittieħdu unanimament mir-rappreżentanti tal-Membri tal-Kunsill li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 6(1) tal-Protokoll ta' Schengen u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Islanda u n-Norveġja, kemm-il darba r-Regoli tal-Proċedura jew il-Ftehim li għandhom jiġu konklużi skond l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll ta' Schengen ma jipprovdux mod ieħor.

6. Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel proposti disponibbli

Meta tgħaddi l-proposti tagħha li jkunu relevanti għal dan il-Ftehim lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħaddi kopji tagħhom lill-Islanda u lin-Norveġja.

Hecho en Bruselas, el dieciocho de mayo de mil novecientos noventa y nueve.Udfærdiget i Bruxelles den attende maj nitten hundrede og nioghalvfems.Geschehen zu Brüssel am achtzehnten Mai neunzehnhundertneunundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Μαΐου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα.Done at Brussels on the eighteenth day of May in the year one thousand nine hundred and ninety-nine.Fait à Bruxelles, le dix-huit mai mil neuf cent quatre-vingt dix-neuf.Fatto a Bruxelles, addì diciotto maggio millenovecentonovantanove.Gedaan te Brussel, de achttiende mei negentienhonderd negenennegentig.Feito em Bruxelas, em dezoito de Maio de mil novecentos e noventa e nove.Tehty Brysselissä kahdeksantenatoista päivänä toukokuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän.Som skedde i Bryssel den artonde maj nittonhundranittionio.Gjört í Brussel 18. maí 1999.Utferdiget i Brussel, attende mai nittenhundreognittini.

Por el Consejo de la Unión EuropeaFor Rådet for Den Europæiske UnionFür den Rat der Europäischen UnionΓια το Συμβούλιο της Ευρωπαϊκής ΈνωσηςFor the Council of the European UnionPour le Conseil de l'Union européennePer il Consiglio dell'Unione europeaVoor de Raad van de Europese UniePelo Conselho da União EuropeiaEuroopan unionin neuvoston puolestaFör Europeiska unionens rådFyrir hönd ráðs EvrópusambandsinsFor Rådet for Den europeiske union

+++++ TIFF +++++

Por la República de IslandiaFor Republikken IslandFür die Republik IslandΓια τη Δημοκρατία της ΙσλανδίαςFor the Republic of IcelandPour la République d'IslandePer la Repubblica d'IslandaVoor de Republiek IJslandPela República da IslândiaIslannin tasavallan puolestaPå Republiken Islands vägnarFyrir hönd Lyðveldisins ÍslandsFor Republikken Island

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de NoruegaFor Kongeriget NorgeFür das Königreich NorwegenΓια το Βασίλειο της ΝορβηγίαςFor the Kingdom of NorwayPour le Royaume de NorvègePer il Regno di NorvegiaVoor het Koninkrijk NoorwegenPelo Reino da NoruegaNorjan kuningaskunnan puolestaPå Konungariket Norges vägnarFyrir hönd Konungsríkisins NoregsFor Kongeriket Norge

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top