EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998A0623(01)

Il-Konvenzjoni Tan-Nazzjonijiet Uniti Dwar Il-Liġi Tal-Baħar

OJ L 179, 23.6.1998, p. 3–134 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 003 P. 262 - 393
Special edition in Bulgarian: Chapter 04 Volume 004 P. 103 - 104
Special edition in Romanian: Chapter 04 Volume 004 P. 103 - 104
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 002 P. 88 - 219

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1998/392/oj

Related Council decision

21998A0623(01)



Official Journal L 179 , 23/06/1998 P. 0003 - 0134


ANNESS I

IL-KONVENZJONI TAN-NAZZJONIJIET UNITI DWAR IL-LIĠI TAL-BAĦAR U L-FTEHIM DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PARTI XI TAGĦHA

--------------------------------------------------

Il-Konvenzjoni Tan-Nazzjonijiet Uniti Dwar Il-Liġi Tal-Baħar

L-ISTATI KONTRAENTI TA' DIN IL-KONVENZJONI,

IMĦEĠĠA bix-xewqa li jwettqu, fl-ispirtu tal-ftehim u l-koperazzjoni reċiproki, il-materji kollha li jirrigwardaw il-liġi tal-baħar u konxji mis-sinifikat storiku ta' din il-Konvenzjoni bħala kontribut importanti għaż-żamma tal-paċi, l-ġustizzja u l-progress tal-popli kollha tad-dinja;

JINNOTTAW li l-iżviluppi sa minn meta il-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar li nżammu f'Ġinevra fl-1958 u fil-1960 kienu aċċennaw il-ħtieġa għal Konvenzjoni ġdida u ġeneralment aċċettabbli dwar il-liġi tal-baħar;

KONXJI li l-problemi ta' l-ispazju ta' l-oċeani huma inter-relatati mill-qrib u jeħtieġ li jkunu meqjusa fl-intier tagħhom;

JIRRIKONOXXU ix-xewqa li tkun stabbilita permezz ta' din il-Konvenzjoni, b'attenzjoni xierqa tas-sovranità ta' l-Istati kollha, ordni legali għall-ibħra u l-oċeani li tkun tiffaċilita l-komunikazzjoni internazzjonali, u li tħeġġeġ l-użu paċifiku ta' l-ibħra u l-oċeani, l-utilizzazzjoni ekwitabbli u effiċjenti tar-riżorsi tagħhom, il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tagħhom, u l-istudju, il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu;

JIFTAKRU li l-akkwist ta' dawn il-miri ikun jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni ta' l-ordni ekonomika internazzjonali li hija ġusta u ekwitabbli li tqis l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-umanità u, partikolarment, l-interessi speċjali u l-ħtiġiet tal-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, kemm jekk kostali u wkoll li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar;

MIXTIEQA b'din il-Konvenzjoni li jiżviluppaw il-prinċipji inkorporati fir-Riżoluzzjoni 2794 (XXV) tas-17 ta' Diċembru 1970 li fiha l-Assemblea Ġenerali tal-Nazzjonijiet Uniti sollennament iddikjarat, inter alia, li ż-żona tal-qiegħ il-baħar u l-art oċeanika u l-istrata ta' l-art taħt dik tal-wiċċ tagħhom, lil hinn mill-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali, kif ukoll ir-riżosi tagħhom, huma eredità komuni ta' l-umanità, li l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tagħhom għandhom ikunu mwettqa għall-benefiċċju ta' l-umanità fl-intier tagħha, irrispettivament mil-lokalità ta' l-Istati;

JEMMNU li l-kodifika u l-iżvilupp progressiv tal-liġi tal-baħar milħuqa b'din il-Konvenzjoni għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-paċi, tas-sigurtà, tal-koperazzjoni u r-relazzjonijiet ta' ħbiberija fost in-nazzjonijiet kollha b'konformità mal-prinċipji tal-ġustizzja u d-drittijiet ugwali u għandhom iħeġġu l-avvanz ekonomiku u soċjali tal-popli kollha tad-dinja, b'konformità ma l-Iskopijiet u l-Prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbiliti f'din il-Karta;

JAFFERMAW li l-materji mhux regolati b'din il-Konvenzjoni jibqgħu li jkunu rregolati bir-regoli u l-prinċipji tal-liġi ġenerali internazzjonali,

FTIEHMU kif ġej:

PARTI I

INTRODUZZJONI

Artikolu 1

L-użu tat-termini u l-iskop

1. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni:

(1) "żona" tfisser il-qiegħ tal-baħar u l-art oċeanika u l-istrata ta' l-art taħt dik tal-wiċċ, lil hinn mil-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali;

(2) "Awtorità" tfisser l-Awtorità Internazzjonali ta' Qiegħ-il-Baħar;

(3) "attivitajiet fiż-żona" tfisser l-attivitajiet kollha ta' l-esplorazzjoni għal, u l-esplojtazzjoni ta', ir-riżorsi taż-żona;

(4) "tniġġiż ta' l-ambjent marittimu" tfisser l-introduzzjoni mill-bniedem, direttament jew inderettament, ta' sustanzi jew enerġija fl-ambjent marittimu, inklużi l-estwarji, li jirriżultaw jew li aktarx li jirriżultaw f'effetti qerrieda bħal dawn hekk li jgħamlu ħsara għar-riżorsi ħajjin u l-ħajja marittima, ta' periklu għas-saħħa umana, ta' tfixkil għall-attivitajiet marittimi, inkluż is-sajd u l-użu leġittimu l-ieħor tal-baħar, tħassir tal-kwalità għall-użu ta' l-ilma tal-baħar u t-tnaqqis ta' l-amenitajiet;

5 (a) "dumping" tfisser:

(i) kwalunkwe disponiment deliberat ta' skart jew materja oħra minn vapuri, ajruplanti, pjattaformi u stutturi magħmula mill-bniedem fil-baħar;

(ii) kwalunkwe disponiment deliberat ta' vapuri, ajruplani, pjattaformi u jew stutturi oħrajn magħmula mill-bniedem fil-baħar;

(b) "dumping" ma jinkludix:

(i) id-disponiment ta' skart jew materja oħra inċidentali għal, jew akkwistati mill-operazzjonijiet normali ta' vapuri, ajruplani, pjattaformi jew strutturi oħrajn magħmula mill-bniedem fil-baħar u l-apparat tagħhom, apparti milli l-iskart jew materja oħra ttrasportati minn jew lejn vapuri, ajruplani, pjattaformi jew strutturi oħrajn magħmula mill-bniedem fil-baħar, li joperaw għall-iskop tad-disponiment ta' materja bħal din jew derivata mit-trattament ta' skart jew materja oħra bħal dawn jew xi materja oħra fuq dawk il-vapuri, ajruplani, pjattaformi jew strutturi;

(ii) it-tqegħid ta' materja għall-iskop apparti milli sempliċement għad-disponiment tagħhom, basta li t-tqegħid bħal dak ma jkunx kontra l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni.

2. (1) "L-Istati Partijiet" tfisser l-Istati li jkunu qablu li jkunu marbuta b'din il-Konvenzjoni u li dwarhom din il-Konvenzjoni hija fis-seħħ;

(2) din il-Konvenzjoni tapplika mutatis mutandis għall-entitajiet msemmija fl-Artikolu 305(1) (b), (c), (d), (e) u (f), li saru partijiet għal din il-Konvenzjoni b'konformità mal-kondizzjonijiet relevanti għal kull wieħed minnhom, u sal-limitu li "Stati Partijiet" tirreferi għal dawk l-entitajiet.

PARTI II

BAĦAR TERITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWA

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 2

L-istatus legali tal-baħar territorjali, ta' l-ispazju ta' l-ajru fuq il-baħar teritorjali u l-qiegħ u l-istrata ta' l-art taħt dik tal-wiċċ

1. Is-sovranità ta' Stat kostali testendi, lil hinn mill-art territorjali tiegħu u mill-ilmijiet interni tiegħu u, fil-każ ta' Stat arċipelagu, l-ilmijiet arċipelaġiċi tiegħu, lejn medda tal-baħar tal-biswit, deskritti bħala il-baħar territorjali.

2. Din is-sovranità testendi għall-ispazju ta' l-ajru ta' fuq il-baħar territorjali kif ukoll għall-qiegħ u l-istrata ta' l-art taħt dik tal-qiegħ tiegħu.

3. Is-sovranità fuq il-baħar territorjali hija eżerċitata bla ħsara għan din il-Konvenzjoni u għar-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali.

SEZZJONI 2

IL-LIMITI TAL-BAĦAR TERRITORJALI

Artikolu 3

Il-wisa' tal-baħar territorjali

Kull Stat għandu d-dritt li jistabbilixxi l-wisa' tal-baħar territorjali tiegħu sa limitu li ma jeċċedix 12-il mil nawtiku, imkejjel mil-linji bażiċi ddeterminati b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

Artikolu 4

Il-limitu estern tal-baħar territorjali

Il-limitu estern tal-baħar territorjali huwa bi dritt kull punt li fih ikun f'distanza mill-eqreb punt tal-linja bażi ugwali għall-wisa' tal-baħar territorjali.

Artikolu 5

Linja bażi normali

Appart milli kif hemm ipprovdut mod ieħor f'din il-Konvenzjoni, il-linja bażi normali għall-kejl tal-wisa' tal-baħar territorjali hija l-linja fil-baħar baxx matul il-kosta kif immarkata fuq il-mapep nawtiċi uffiċċjalment rikonoxxuti mill-Istat kostali.

Artikolu 6

Skolli

Fil-każ ta' gżejjer li jinstabu fuq skoljeri jew ta' gżejjer li jkollhom l-iskolli mad-dawra, il-linja bażi għall-kejl tal-wisa' tal-baħar territorjali hija l-linja fit-tarf mal-baħar baxx tas-skoljeri, kif murija bis-simbolu xieraq fuq il-mapep uffiċjalment rikonoxxuti mill-Istat kostali.

Artikolu 7

Linji bażi dritti

1. Fil-lokalitajiet meta l-linja kostali hija b'hafna daħliet u bajjiet deħlin minnha, jew jekk ikun hemm sensiela ta' gżejjer matul il-kosta bil-qrib immedjat tagħha, il-metodu tal-linji bażi dritti li jgħaqdu il-punti xierqa jista jkun użat għad-disinjar tal-linja bażi li minnha l-wisa' tal-baħar territorjali hija mkejjla.

2. Meta minħabba l-preżenza ta' delta jew kondizzjonijiet naturali oħrajn il-linja kostali hija ferm instabbli, il-punti xierqa jistgħu jkunu magħżula matul il-limitu l-aktar il-barra tat-tarf tal-baħar fil-linja tal-baħar baxx u, minkejja rigressjonijiet sussegwenti tal-linja tal-baħar baxx, il-linji bażi dritti jibqgħu effettivivi sakemm mibdula mill-Istat kostali b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

3. Id-disinjar tal-linji bażi dritti m'għandhomx jitbiegħdu għal xi distanza apprezzabbli mid-direzzjoni ġenerali tal-kosta, u ż-żoni tal-baħar li jinsabu fi ħdan il-linji għandhom ikunu suffiċċjentament magħquda mill-qrib lejn id-dominju ta' l-art hekk li jkunu suġġetti għar-reġim ta' l-ilmijiet interni.

4. Linji bażi dritti m'għandhomx ikunu ddissinjati lejn u minn elevazzjonijiet tal-marea-baxxa, sakemm fanali tan-navigazzjoni, u stallazzjonijiet simili li huma permanenti ‘l fuq minn wiċċ il-baħar ma jkunux mibnijin fuqhom jew sakemm f'każi meta d-disinn tal-linji bażi lejn u minn elevazzjonijiet bħal dawk ikunu rċevew rikonoxximent ġenerali internazzjonali.

5. Meta il-metodu tal-linji bażi dritti jkun applikat permezz tal-punt 1, qies għandu jittieħed, fid-determinazzjoni ta' linji bażi partikolari, ta' l-interessi ekonomiċi partikolari għar-reġjun ikkonċernat, li r-realtà u l-importanza tagħhom hija kjarament murija b'użu fit-tul.

6. Is-sistema ta' linji bażi dritti ma tistgħax tkun applikata minn Stat b'tali mod hekk li taqta' l-baħar territorjali ta' Stat ieħor mill-baħar internazzjonali jew minn żona ekonomika esklussiva.

Artikolu 8

Ilmijiet interni

1. Apparti milli kif hemm ipprovdut fil-Parti IV, ilmijiet il-ġewwa lejn l-art mil-linja bażi tal-baħar territorjali jifformaw parti mill-ilmijiet interni tal-Istat.

2. Meta l-istabbiliment ta' linja bażi dritta b'konformità mal-metodu stabbilit fl-Artikolu 7 jkollu l-effett li jagħlaq iż-żoni ta' l-ilmijiet interni li preċedentamenti ma kienux meqjusa bħala tali, dritt ta' passaġġ innoċenti kif hemm provvediment dwar dan f'din il-Konvenzjoni għandu jkun jeżisti f'dawk l-ilmijiet.

Artikolu 9

Il-bokok tax-xmajjar

Jekk xmara tispiċċa direttament fil-baħar, il-linja bażi għandha tkun dritta mal-linja matul il-bokka tax-xmara bejn il-punti tal-linja ta' l-ilma baxx fuq ix-xtut tagħha.

Artikolu 10

Bajjiet

1. Dan l-Artikolu jirrigwarda biss għall-bajjiet u x-xtut li jappartienu lill-Stat wieħed.

2. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, bajja hija indentazzjoni immarkata sewwa li l-penetrazzjoni tagħha hija fi proporzjon tali mal-wisa' tal-bokka tagħha hekk li jkun fiha ilmijiet magħluqa bejn l-art u tikkostitwixxi aktar milli sempliċement kurvatura tal-kosta. Indentazzjoni m'għandhiex, b'dana kollu, tkun meqjusa bħala bajja sakem il-wiċċ tagħha ikun kbir daqs, jew akbar minn, dak tan-nofs ċirku li d-dijametru tiegħu huwa l-linja miġbudha matul il-bokka ta' dik l-indentazzjoni.

3. Għall-iskopijiet tal-kejl, il-wiċċ ta' l-indentazzjoni huwa dak li jkun bejn il-marka tal-baħar baxx matul ix-xatt ta' l-indentazzjoni u linja li tgħaqqad il-marka tal-baħar baxx tal-punti tad-dħul naturali tagħha. Meta, minħabba l-preżenza ta' gżejjer, indentazzjoni jkollha aktar minn bokka waħda, in-nofs ċirku għandu jkun linja miġbudha sat-tul tat-total tas-somma tat-tulijiet bħal tal-linji matul id-diversi bokok. Gżejjer fi ħdan l-indentazzjoni għandhom ikunu nklużi bħalli kieku dawn kienu parti mill-wiċċ ta' l-ilma ta' l-indentazzjoni.

4. Jekk id-distanza bejn il-marki tal-baħar baxx tal-punti naturali tad-dħul tal-bajja ma jkunux jeċċedu 24 mil nawtiku, linja ta' l-għeluq tista tkun miġbudha bejn dawk iż-żewġ marki tal-baħar baxx, u l-ilmijiet miġburin hemmhekk bihom għandhom ikunu meqjusa bħala ilmijiet interni.

5. Meta d-distanza bejn il-marki tal-baħar baxx tal-punti naturali tad-dħul ta' bajja teċċedi 24 mil nawtiku, linja bażi dritta ta' 24 mil nawtiku għandha tkun miġbudha fi ħdan dik il-bajja b'tali manjiera hekk li tagħlaq il-wiċċ massimu ta' l-ilma li jkun possibbli b'linja ta' dak it-tul.

6. Id-disposizzjonijiet imsemmija ma japplikawx għallhekk imsejħa bajjiet "storiċi", jew fi kwalunkwe każ meta s-sistema ta' linji bażi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7 jkunu applikati.

Artikolu 11

Portijiet

Għall-iskop li jkun delimitat il-baħar territorjali, ix-xogħolijiet permanenti tal-port l-aktar il-barra li jifformaw parti ntegrali mis-sistema tal-port huma meqjusa bħala li jifformaw il-kosta. Stallazzjonijiet off-shore u gżejjer artifiċjali m'għandhomx ikunu meqjusa bħala xogħolijiet permamemti ta' port.

Artikolu 12

Irmiġġi fil-miftuħ

Irmiġġi fil-miftuħ li huma normalment użati għat-tgħabija, għall-ħatt u l-ankrar ta' vapuri, u li normalment ikunu jinsabu kompletament jew parzjalment il-barra mill-limitu estern tal-baħar territorjali, huma nklużi fil-baħar territorjali.

Artikolu 13

Elevazzjonijiet tal-marea baxxa

1. Elevazzjoni tal-marea baxxa hija żona ta' art ifformata naturalment li hija mdawwra bi u ‘l fuq mill-ilma fil-marea baxxa imma mgħaddsa fil-marea għolja. Meta l-elevazzjoni tal-marea baxxa tkun tinstab kompletament jew parzjalment f'distanza li ma teċċedix il-wisa' tal-baħar territorjali mill-art ewlenija jew minn gżira, il-linja tal-baħar baxx fuq dik l-elevazzjoni tista tkun użata bħala l-linja bażi għall-kejl tal-wisa' tal-baħar territorjali.

2. Meta l-elevazzjoni ta' marea-baxxa tkun kompletament tinsab f'distanza li teċċedi il-wisa' tal-baħar territorjali mill-art ewlenija jew minn gżira, din ma jkollhiex baħar territorjali tagħha bħala entità waħedha.

Artikolu 14

Ġabra ta' metodi għad-determinazzjoni ta' linji bażi

L-Istat Kostali jista jiddetermina l-linji bażi meta jkun il-każ bi kwalunkwe mill-metodi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli preċedenti sabiex ikunu adattati għal kondizzjonijiet differenti.

Artikolu 15

Id-delimitazzjoni tal-baħar territorjali bejn Stati bi xtut opposti jew ma ġenb xulxin

Meta x-xtut ta' żewġ Stati huma opposti jew ma ġenb xulxin, l-ebda miż-żewġ stati ma huwa ntitolat, sa kemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor bejniethom, li jestendi l-baħar territorjali tiegħu lil hinn mil-linja medjana li kull punt tagħha jkun ekwidistanti mil-eqreb punti tal-linji bażi li minnhom il-linji bażi tal-wisa' ta' l-ibħra territorjali ta' kull wieħed miż-żewġ Stati jkunu mkejjla. Id-disposizzjoni ta' hawn fuq ma tapplikax, b'dana kollu, meta huwa meħtieġ minħabba raġunijiet ta' titolu storiku jew ta' ċirkostanzi oħrajn li jkunu delimitati l-ibħra territorjali taż-żewġ Stati b'mod li jkun f'varjanza ma dan.

Artikolu 16

Mapep nawtiċi u l-listi tal-kordinati ġeografiċi

1. Il-linji bażi għall-kejl tal-wisa' tal-baħar territorjali ddeterminat b'konformità ma l-Artikoli 7, 9 u 10, jew il-limiti akkwistati minnhom, u l-linji tad-delimitazzjoni miġbuda b'konformità ma l-Artikoli 12 u 15 għandhom ikunu murija fuq il-mapep nawtiċi ta' skala jew skali adekwati għall-aċċertazzjoni tal-posizzjoni tagħhom. Alternattivament, lista tal-punti ta' kordinati ġeografiċi, li jispeċifikaw id-datum ġeodetiku, jistgħu ikunu mibdula minn flokhom.

2. L-Istat kostali għandu jagħti l-pubbliċità meħtieġa dwar dawk il-mapep nawtiċi jew tal-listi tal-kordinati ġeografiċi u għandu jiddepożita kopja ta' kull mappa nawtika jew ta' lista bħal dik mas-Segreteraju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

SEZZJONI 3

PASSAĠĠ INNOĊENTI FIL-BAĦAR TERRITORJALI

Subsezzjoni A

Regoli applikabbli għall-vapuri kollha

Artikolu 17

Id-dritt ta' passaġġ innoċenti

Bla ħsara għal din il-Konvenzjoni, il-vapuri ta' l-Istati kollha, sew jekk kostali jew li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar, igawdu d-dritt tal-passaġġ innoċenti matul il-baħar territorjali.

Artikolu 18

It-tifsira ta' passaġġ

1. Passaġġ ifisser in-navigazzjoni matul il-baħar territorjali għall-iskop ta':

(a) li jkun traversat dak il-baħar mingħajr ma jsir dħul fl-ilmijiet interni jew żjarat fuq irmiġġi jew faċilitajiet tal-port il-barra mill-ilmijiet interni; jew

(b) li jipproċedi lejn jew minn ilmijiet interni jew żjara fuq irmiġġi jew faċilitajiet bħal dawk tal-portijiet.

2. Il-passaġġ għandu jkun kontinwu u mingħajr dewmien. B'dana kollu, passaġġ jinkludi l-waqfien u l-ankoraġġ, imma biss sakemm dawn ikunu inċidentali għan-navigazzjoni ordinarja jew ikkaġunati b' force majeure jew f'emerġenza jew għall-iskop li tingħata għajnuna lill-persuni, vapuri jew ajruplani fil-periklu jew f'emerġenza.

Artikolu 19

It-tifsira ta' passaġġ innoċenti

1. Il-Passaġġ huwa innoċenti sakemm dan ma jkunx ta' preġudizzju għall-paċi, il-bon ordni jew is-sigurtà ta' Stat kostali. Passaġġ bħal dan għandu jseħħ b'konformità ma din il-Konvenzjoni u mar-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali.

2. Passaġġ ta' vapur barrani għandu jkun meqjus li jkun ta' preġudizzju għall-paċi, il-bon ordni jew is-sigurtà ta' Stat kostali jekk fil-baħar territorjali dan ikun involut fi kwalunkwe mill-attivitajiet li ġejjin:

(a) kwalunkwe theddida jew l-użu ta' forza kontra s-sovranità, l-integrità territorjali jew l-indipendenza polika ta' l-Istat kostali, jew b'xi manjiera oħra bi vjolazzjoni tal-prinċipji tal-liġi internazzjonali li huma nkorporati fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b) xi taħriġ jew provi bl-armi ta' kwalunkwe tip;

(ċ) xi att immirat għall-ġbir ta' l-informazzjoni li tkun ta' preġudizzju għad-difiża u s-sigurtà ta' l-Istat kostali;

(d) xi att ta' propoganda immirat sabiex jaffettwa d-difiża u s-sigurtà ta' l-Istat kostali;

(e) it-titjir, l-inżul jew it-teħid abbord ta' kull tip ta' ajruplan;

(f) il-varar, l-inżul jew it-teħid abbord ta' kull tip ta' apparat militari;

(g) it-teħid abbord jew il-ħatt ta' xi merkanzija utili, munita jew persuni kontrarji għal-liġijiet doganali, fiskali, ta' l-immigrazzjoni jew sanitarji u kontra r-regolamenti ta' l-Istat kostali;

(h) kwalunkwe att ta' tniġġiż intiż u serju kontra din il-Konvenzjoni;

(i) kwalunkwe attività tas-sajd;

(j) it-twettieq ta' l-attivitajiet ta' riċerka jew ta' stħarriġ;

(k) kwalunkwe att immirat għall-indħil ma xi sistemi tal-komunikazzjoni jew ma xi faċilitajiet jew installazzjonijiet oħrajn ta' l-Istat kostali;

(l) kwalunkwe attività oħra li ma jkollhiex sinifikat dirett fuq il-passaġġ.

Artikolu 20

Sottomarini u nġenji oħrajn ta' taħt il-baħar

Fil-baħar territorjali, sottomarini u nġenji oħrajn ta' taħt il-baħar huma meħtieġa li jinnavigaw fil-wiċċ u li jtajjru l-bandiera tagħhom.

Artikolu 21

Liġijiet u regolamenti ta' l-Istati kostali li jirrigwardaw il-passaġġ innoċenti

1. L-Istat kostali jista jadotta liġijiet u regolamenti, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u r-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali, li jirrigwardaw il-passaġġ innoċenti matul il-baħar territorjali, fir-rigward ta' dawn kollha jew uħud minnhom kif ġejjin:

(a) is-sigurtà tan-navigazzjoni u r-regolazzjoni tat-traffiku marittimu;

(b) il-protezzjoni ta' l-għajnuniet u l-faċilitajiet tan-navgazzjoni u tal-faċilitajiet u l-istallazzjonijiet l-oħrajn;

(ċ) il-ħarsien ta' fili u pajpijiet ta' taħt il-baħar;

(d) il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

(e) il-prevenzjoni tal-ksur tal-liġijiet u r-regolamenti dwar is-sajd ta' l-Istat kostali;

(f) il-preservazzjoni ta' l-ambjent ta' l-Istat kostali u l-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontrol tat-tniġġiż tagħhom;

(g) ir-riċerka xjentifika marittima u l-istħarriġ idrografiku;

(h) il-prevenzjoni tal-ksur tal-liġijiet u r-regolamenti doganali, fiskali, ta' l-immigrazzjoni jew sanitarji ta' l-Istat kostali.

2. Liġijiet u regolamenti bħal dawn m'għandhomx japplikaw għad-disinn, il-kostruzzjoni, il-forniment b'persunal jew b'tagħmir lill-vapuri barranin sakemm dawn iseħħu skond regoli u normi internazzjonali kif ġeneralment aċċettati.

3. L-Istat kostali għandu jagħti l-pubbliċità xierqa għal dawn il-liġijiet u r-regolamenti kollha.

4. Vapuri barranin li jeżerċitaw id-dritt ta' passaġġ innoċenti matul il-baħar territorjali għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti bħal dawk u mar-regolamenti internazzjonali ġeneralment aċċettati li jirrigwardaw il-prevenzjoni ta' ħabtiet fuq il-baħar.

Artikolu 22

Skemi ta' rotot marittimi u separazzjoni tat-traffiku fil-baħar territorjali

1. L-Istat kostali jista, meta meħtieġ billi jqis is-sigurtà tan-navigazzjoni, li jkun jeħtieġ li vapuri barranin li jeżerċitaw id-dritt tal-passaġġ innoċenti matul il-baħar territorjali tiegħu, li jutilizzaw dawk ir-rotot marittimi u skemi ta' separazzjoni tat-traffiku skond ma hu jiddisinja jew jippreskrivi għal-regolazzjoni tal-passaġġ tal-vapuri.

2. Partikolarment, tankers, vapuri b'qawwa nukleari u vapuri li jġorru sustanzi nukleari jew oħrajn li fil-qofol tagħhom ikunu sustanzi perikolużi jew ta' ħsara jistgħu jkunu meħtieġa li jillimitaw il-passaġġ tagħhom għal dawk ir-rotot marittimi.

3. Fit-tħejjija ta' rotot marittimi u fil-preskrizzjoni tal-iskemi tas-separazzjoni tat-traffiku permezz ta' dan l-Artikolu, l-Istat kostali għandu jqis:

(a) ir-rakkommandazzjonijiet ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti;

(b) il-kanali abitwalment użati għan-navigazzjoni internazzjonali;

(ċ) il-karatteristċi speċjali ta' vapuri u kanali partikolari; u

(d) id-densità tat-traffiku.

4. L-Istat kostali għandu kjarament jindika dawn ir-rotot marittimi u l-iskemi ta' separazzjoni tat-traffiku fuq il-mapep tan-navigazzjoni li dwarhom ikun ta il-publiċità xierqa.

Artikolu 23

Vapuri barranin b'qawwa nukleari u vapuri li jġorru sustanzi nukleari u sustanzi oħrajn li huma perikolużi u ta' ħsara.

Il-vapuri barranin b'qawwa nukleari u vapuri li jġorru sustanzi nukleari u sustanzi oħrajn li huma perikolużi u ta' ħsara għandhom, meta jeżerċitaw id-dritt ta' passaġġ innoċenti matul il-baħar territorjali, li jġorru dokumenti u li josservaw il-miżuri speċjali ta' prekawzjoni stabbiliti għal vapuri bħal dawk bi ftehim internazzjonali.

Artikolu 24

Id-doveri ta' Stati kostali

1. L-Istat kostali m'għandux ifixkel il-passaġġ innoċenti ta' vapuri barranin matul il-baħar territorjali tiegħu apparti milli b'konformità ma din il-Konvenzjoni. Partikolarment, fl-applikazzjoni ta' din il-Konvezjoni jew ta' xi liġijiet jew regolamenti b'konformità ma din il-Konvenzjoni, l-Istat kostali m'għandux:

(a) jimponi ħtiġiet fuq vapuri barranin li jkollhom l-effett attwali li jċaħħdu jew li jfixklu d-drittijiet tal-passaġġ innoċenti; jew

(d) jiddiskriminaw fil-għamla jew fil-fatt kontra vapuri ta' xi Stat jew kontra vapuri li jġorru merkanzija lejn, minn jew f'isem xi Stat.

2. L-Istat kostali għandu jagħti l-pubbliċità xierqa dwar xi periklu għan-navigazzjoni, li dwaru jkollu tagħrif, fil-baħar territorjali tiegħu.

Artikolu 25

Id-drittijiet tal-protezzjoni ta' Stat kostali

1. L-Istat kostali jista jieħu l-passi meħtieġa fil-baħar territorjali tiegħu sabiex ma jħallix passaġġ li ma jkunx innoċenti.

2. Fil-każ ta' vapuri li jipproċjedu f'ilmijiet interni jew li jżuru faċilità ta' port il-barra mill-ibħra interni, l-Istat kostali għandu wkoll id-dritt li jieħu l-passi meħtieġa sabiex ma jħallix li jseħħ xi ksur tal-kondizzjonijiet li dwarhom id-dħul ta' dawk il-vapuri f'ilmijiet interni jew żjara bħal dik ikunu suġġetti.

3. L-Istat kostali jista, mingħajr diskriminazzjoni fil-għamla jew fil-fatt fost vapuri barranin, jissosspendi temporanjament f'żoni speċifiċi tal-baħar territorjali tiegħu il-passaġġ innoċenti ta' vapuri barranin jekk sospensjoni bħal din tkun essenzjali għall-protezzjoni tas-sigurtà tiegħu, inklużi l-eżerċizzi bl-armi. Sospensjoni bħal din tista jkollha effett biss wara li tkun ġiet ippubblikata kif xieraq.

Artikolu 26

Ħlasijiet li jistgħu jkunu mposti fuq vapuri barranin

1. L-ebda ħlas ma jista jkun impost fuq vapuri baranin għas-sempliċi raġuni tal-passaġġ tagħhom matul il-baħar territorjali.

2. Ħlas jista jkun impost biss fuq vapur barrani li jgħaddi matul il-baħar territorjali dwar servizzi speċifiċi kif mogħtija lill-vapur. Dawn il-ħlasijiet għandhom ikunu mposti mingħajr diskriminazzjoni.

Subsezzjoni B

Ir-regoli applikabbli għal vapuri merkantili u vapuri governattivi li joperaw għal skopijiet kummerċjali

Artikolu 27

Ġurisdizzjoni kriminali abbord vapur barani

1. Il-ġurisdizzjoni kriminali ta' l-Istat kostali m'għandhiex tkun eżerċitata abbord vapur barrani li jbaħħar matul il-baħar territorjali sabiex jarresta xi persuna jew li jwettaq xi investigazzjoni b'konnessjoni ma xi reat imwettaq abbord il-vapur matul il-passaġġ tiegħu, apparti milli f'dawn il-każi li ġejjin:

(a) jekk il-konsegwenza tar-reat kriminali testendi għall-Istat kostali;

(b) jekk ir-reat kriminali ikun tat-tip li jħarbat il-paċi tal-pajjiż jew il-bon ordni tal-baħar territorjali;

(ċ) jekk l-għajnuna ta' l-awtoritajiet lokali tkun ġiet mitluba mill-kaptan tal-vapur jew minn aġent diplomatiku jew uffiċjal konsulari ta' l-Istat tal-bandiera; jew

(d) jekk miżuri bħal dawk huma meħtieġa għas-soppressjoni ta' traffiku illeċitu f'narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.

2. Id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq m'għandhomx jaffettaw id-dritt ta' l-Istat kostali milli jieħu dawk il-passi awtorizzati għall-iskop ta' l-arrest jew l-investigazzjoni abbord vapur barrani li jgħaddi matul il-baħar territorjali wara li jkun ħalla l-ilmijiet interni.

3. Fil-każi li hemm provvedimenti dwarhom fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat kostali għandu, jekk il-kaptan hekk jitlob, jinnotifika lill-aġent diplomatiku jew lill-uffiċjal konsulari ta' l-Istat tal-bandiera qabel ma jieħu xi passi, u għandu jiffaċilita l-kuntatt bejn dak l-aġent jew uffiċjal ma l-ekwipaġġ tal-vapur. Fil-każi ta' emerġenza din in-notifika tista tkun ikkomunikata waqt li l-miżuri jkun qiegħdin jittieħdu.

4. Meta jikkunsidraw jekk u f'liema manjiera arrest għandu jsir, l-awtoritajiet lokali għandhom jaghtu attenzjoni partikolari għall-interessi tan-navigazzjoni.

5. Apparti milli kif hemm ipprovdut fil-Parti XII jew fir-rigward ta' xi vjolazzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti adottati b'konformità mal-Parti V, l-Istat kostali m'għandux jieħu xi passi abbord vapur barrani li jgħaddi matul il-baħar territorjali sabiex jarresta xi persuna jew li jwettaq xi investigazzjoni b'konnessjoni ma xi reat kriminali mwettaq qabel ma l-vapur ikun daħal fil-baħar territorjali, jekk il-vapur, li jipproċedi minn port barrani, ikun għaddej biss matul il-baħar territorjali mingħajr ma jidħol fl-ilmijiet interni.

Artikolu 28

Ġurisdizzjoni ċivili b'relazzjoni ma' vapuri barranin

1. L-Istat kostali m'għandux iwaqqaf jew li jdawwar vapur barani li jkun għaddej mill-baħar territorjali għall-iskop ta' l-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni ċivili b'relazzjoni ma persuna abbord il-vapur.

2. L-Istat kostali ma jitgħax jimponi eżekuzzjoni kontra jew li jarresta l-vapur għall-iskop ta' xi proċedimenti ċivili, apparti milli fir-rigward ta' l-obligazzjonijiet jew tar-responsabiltajiet ipotetiċi jew involuti mill-vapur innifsu fil-korsa jew għall-iskop tal-vjaġġ tiegħu matul l-ilmijiet ta' l-Istat kostali.

3. Il-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat kostali, b'konfomità mal-liġijiet tiegħu, li jwettaq l-eżekuzzjoni kontra ta', jew li jarresta, għall-iskop ta' xi proċedimenti ċivili, vapur barrani li jkun jinsab fil-baħar territorjali tiegħu, jew li jkun għaddej matul il-baħar territorjali wara li jkun ħalla l-ilmijiet interni.

Subsezzjoni Ċ

Ir-regoli applikabbli għal vapuri tal-gwerra u vapuri governattivi li joperaw għal skopijiet mhux kummerċjali

Artikolu 29

Definizzjoni ta' vapuri tal-gwerra

Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, "vapur tal-gwerra" ifisser vapur li jappartieni għall-forzi armati ta' Stat li fuq jkollu l-marki esterni li jiddistingwixxu vapuri bħal dawk tan-nazzjonalità tiegħu, taħt il-kmand ta' uffiċjal ikkommissjonat kif suppost mill-gvern ta' l-Istat u li ismu jidher fil-lista tas-servizz applikabbli jew fl-ekwivalent tagħha, u mgħammar b'ekwipaġġ li jkun taħt id-dixxiplina regolari tal-forzi armati.

Artikolu 30

Nuqqas ta' konformità mill-vapuri tal-gwerra tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istat kostali

Jekk xi vapur tal-gwerra ma jkunx konformi mal-liġijiet jew mar-regolamenti ta' l-Istat kostali li jikkonċernaw il-passaġġ matul il-baħar territorjali u jinjora xi talba għall-konformità magħhom li ssir lilu, l-Istat kostali jista jeħtieġ li dak iħalli immedjatament il-baħar territorjali.

Artikolu 31

Responsabbiltà ta' l-Istat tal-bandiera għat-twettieq ta' ħsara kkaġunata minn vapur tal-gwerra jew xi vapur ieħor governattiv għal skopijiet mhux kummerċjali

L-Istat tal-bandiera għandu jerfa' r-responsabbiltà internazzjonali dwar xi telf jew ħsara għall-Istat kostali li tirriżulta minn nuqqas ta' konformità, mill-vapur tal-gwerra jew xi vapur governattiv ieħor li jopera għal skopijiet mhux governattivi, mal-liġijiet jew mar-regolamenti ta' l-Istat kostali li jikkonċernaw il-passaġġ matul il-baħar territorjali jew mad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni jew mar-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali.

Artikolu 32

L-immunitajiet tal-vapuri tal-gwerra u tal-vapuri governattivi li joperaw għal skopijiet mhux kummerċjali

B'dawk l-eċċezzjonijiet li jinsabu fis-subsezzjoni A u fl-Artikoli 30 u 31, xejn f'din il-Konvenzjoni ma jaffettwa l-immunitajiet tal-vapuri tal-gwerra u ta' vapuri governattivi oħrajn li joperaw għal skopijiet mhux kummerċjali.

SEZZJONI 4

ŻONA KONTIGWA

Artikolu 33

Żona kontigwa

1. F'żona kontigwa għall-baħar territorjali tiegħu, deskritta bħala żona kontigwa, l-Istat kostali jista jeżerċita il-kontroll meħtieġ biex:

(a) jipprevjeni il-ksur tal-liġijiet u r-regolamenti doganli, fiskali, ta' l-immigrazzjoni jew sanitarji tiegħu fi ħdan it-territorju jew il-baħar territorjali tiegħu;

(b) jikkastiga l-ksur tal-liġijiet tar-regolamenti ta' hawn fuq imwettqa fi ħdan it-territorju u l-baħar territorjali tiegħu.

2. Iż-żona kontigwa ma tistax teċċedi lil hinn minn 24 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa' tal-baħar territorjali tkun ġiet imkejla.

PARTI III

MOGĦDIJIET UŻATI GĦAL NAVIGAZZJONI INTERNAZZJONLI

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 34

L-istatus legali ta' l-ilmijiet li jifformaw il-mogħdijiet użati għal navigazzjoni internazzjonali

1. Ir-reġim tal-passaġġ matul mogħdijiet użati għal navigazzjoni internazzjnali stabbiliti f'din il-parti m'għandhomx f'aspetti oħrajn jaffettwaw l-istatus legali ta' l-ilmijiet li jifformaw mogħdijiet bħal dawk jew l-eżerċitar mill-Istati bi fruntieri fuq dawk il-mogħdijiet tas-sovranità tal-ġurisdizzjoni tagħhom fuq dawk l-ilmijiet jew l-ispazju ta' l-ajru tagħhom, tal-qiegħ jew ta' l-istrati ta' taħt l-art.

2. Is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati bi fruntieri fuq il-mogħdijiet huma eżerċitati bla ħsara għall din il-parti u għar-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali.

Artikolu 35

L-iskop ta' din il-parti

Xejn f'din il-parti m'għandu jaffettwa:

(a) xi żoni ta' l-ilmijiet interni f'dik il-mogħdija, apparti minn meta l-istabbiliment tal-linja bażi dritta b'konformità mal-metodu stabbilit fl-Artikolu 7 milli jkollu l-effett li jgħalaq iż-żoni ta' l-ilmijiet interni li ma jkunux preċedentament kienu meqjusa bħala tali;

(b) l-istatus legali ta' l-ilmijiet lil hinn mill-ibħra territorjali ta' l-Istati bi fruntieri fuq dawk il-mogħdijiet bħala żoni ekonomiċi esklussivi jew ibħra internazzjonali; jew

(ċ) ir-reġim legali f'mogħdijiet li fihom il-passaġġ huwa rregolat totalment jew parzjalment minn konvenzjonijiet interazzjonali li ilhom fis-seħħ għal ħafna żmien li speċifikament jirrigwardaw dawn il-mogħdijiet.

Artikolu 36

Rotot fuq ibħra internazzjonali jew rotot matul iż-żoni ekonomiċi esklussivi matul mogħdijiet użati għal navigazzjoni internazzjonali.

Din il-parti ma tapplikax għal mogħdija wżata għal navigazzjoni internazzjonali jekk mill-mogħdija tkun teżisti rotta matul baħar internazzjonali jew matul żona ekonomika esklussiva ta' konvenjenza simili fir-rigward tal-karatteristiċi tan-navigazzjoni u idrografiċi; f'rotot bħal dawk, il-partijiet relevanti l-oħrajn ta' din il-Konvenzjoni, inklużi id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-libertajiet tan-navigazzjoni u tat-titjiriet fuqhom, huma applikabbli.

SEZZJONI 2

PASSAĠĠ TAT-TRANSITU

Artikolu 37

L-iskop ta' din is-sezzjoni

Din is-sezzjoni tapplika għal mogħdijiet li huma wżati għal navigazzjoni internazzjonali bejn parti waħda ta' ibħra internazzjonali jew żona ekonomika esklussiva u parti oħra ta' l-ibħra internazzjonali jew ta' żona ekonomika esklussiva.

Artikolu 38

Id-dritt ta' passaġġ tat-transitu

1. Fil-mogħdijiet msemmija fl-Artikolu 37, il-vapuri u l-ajruplani kollha igawdu d-dritt tal-passaġġ tat-transitu, li m'għandux ikun imfixkel; apparti minn dan, jekk il-mogħdija tkun iffurmata minn gżira ta' Stat li jkollha l-fruntiera fuq il-mogħdija u l-art ewlenija tagħha, il-passaġġ tat-transitu m'għandux ikun japplika jew tkun teżisti rotta fuq in-naħa tal-baħar tal-gżira u rotta matul l-ibħra internazzjonali jew matul żona ekonomika esklussiva ta' konvenjenza simili fir-rigward tal-karatteristċi tan-navigazzjoni jew idrografiċi.

2. Il-passaġġ tat-transitu jfisser l-eżerċitar b'konformità ma din il-parti tal-libertà tan-navigazzjoni u t-titjiriet biss għall-iskop tat-transitu kontinwu u mħaffef tal-mogħdija bejn parti waħda ta' l-ibħra internazzjonali u żona ekonomika esklussiva u parti oħra ta' l-ibħra internazzjonali jew ta' żona ekonomika esklussiva. B'dana kollu, il-ħtieġa tat-transitu kontinwu u mħaffef ma jżommx il-passaġġ matul mogħdija għall-iskop li jidħol, iħalli jew li jmur lura minn Stat bi fruntiera mal-mogħdija, suġġett għall-kondizzjonijiet tad-dħul f'dak l-Istat.

3. Xi attività li mhix l-eżerċitar tad-dritt tal-passaġġ tat-transitu matul mogħdija tibqa suġġetta għad-disposizzjonijiet l-oħrajn applikabbli għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu 39

Id-doveri ta' vapuri u ajruplani matul il-passaġġ tat-transitu

1. Vapuri u ajruplani, meta jeżerċitaw id-dritt tal-passaġġ tat-transitu, għandhom:

(a) jipproċedu mingħajr dewmien matul jew fuq il-passaġġ;

(b) jevitaw kwalunkwe theddida jew l-użu ta' forza kontra s-sovranità, l-integrità territorjali jew l-indipendenza polika ta' l-Istat kostali bi fruntiera fuq il-mogħdija, jew b'xi materja oħra bi vjolazzjoni tal-prinċipji tal-liġi internazzjonali li huma nkorporati fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

(ċ) jevitaw li jinvolvu rwieħhom f'attivitajiet apparti milli dawk li huma nċidentali għall-modi normali tat-transitu kontinwu u mħaffef sakemm ma jkunx meħtieġ b'force majeure jew b'periklu;

(d) ikunu konformi mad-disposizzjonijiet relevanti l-oħrajn ta' din il-parti.

2. Vapuri f'passaġġ tat-transitu għandhom:

(a) ikunu konformi mar-regolamenti, l-prinċipji u l-prattiċi internazzjonali ġeneralment aċċettati għas-sigurtà fuq il-baħar, inklużi r-Regolamenti Internazzjonali għal-Prevenżjoni ta' Ħabtiet fil-Baħar;

(b) ikunu konformi mar-regolamenti, l-proċeduri jew il-prattiċi internazzjonalment aċċettati għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż mill-vapuri.

3. Ajruplani f'passaġġ tat-transitu għandhom:

(a) josservaw ir-Regoli ta' l-Ajru stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni ċivili kif dawn japplikaw għal ajruplani ċivili; ajruplani ta' l-Istat għandhom normalment ikunu konformi ma dawk il-miżuri ta' sigurtà u għandhom fil-ħin kollu joperaw b'attenzjoni xierqa għas-sigurtà tan-navigazzjoni;

(b) fil-waqtiet kollha jimmonitorjaw il-frekwenza tar-radju assenjata mill-awtorità kompetenti innominata għall-kontroll tat-traffiku jew il-frekwenza tar-radju internazzjonali xierqa għall-użu f'emerġenza.

Artikolu 40

Attivitajiet ta' riċerka u stħarriġ

Matul il-passaġġ tat-transitu, vapuri barranin, inklużi l-vapuri tal-isħarriġ tar-riċerka xjentifika marittima u idrografika, ma jistgħux iwettqu xi attivitajiet ta' riċerka jew ta' stħarriġ mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-quddiem ta' l-Istati bil-fruntieri fuq il-mogħdijiet.

Artikolu 41

Passaġġi marittimi u skemi tas-separazzjoni tat-traffiku f'mogħdijiet użati għal navigazzjoni internazzjonali

1. B'konformità ma din il-parti, l-Istati bi fruntieri fuq il-mogħdijiet jistgħu jinnominaw il-passaġġi marittimi u jippreskrivu l-iskemi tas-separazzjoni tat-traffiku dwar in-navigazzjoni fil-mogħdijiet meta meħtieġ sabiex iħeġġu l-passaġġ mingħajr periklu tal-vapuri.

2. Stati bħal dawn jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, u wara li jkunu ppubblikaw kif meħtieġ, jissosstitwixxu passaġġi marittimi oħrajn jew skemi oħrajn tas-separazzjoni tat-traffiku għal dawk il-passaġġi marittimi jew skemi tas-separazzjoni tat-traffiku li preċedentament kienu nnominati jew preskritti minnhom.

3. Passaġġi marittimi u skemi tas-separazzjoni tat-traffiku bħal dawn għandhom ikunu konformi mar-regolamenti internazzjonali ġeneralment aċċettati.

4. Qabel ma jinnominaw jew jissostitwixxu passaġġi marittimi jew jippreskrivu jew jissostitwixxu skemi tas-separazzjoni tat-traffiku, l-Istati bi fruntieri fuq il-mogħdijiet għandhom jirreferu l-proposti lejn l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti bil-għan ta' l-adozzjoni tagħhom. L-organizzazzjoni tista tadotta biss dawk il-passaġġi marittimi jew skemi tas-separazzjoni tat-traffiku skond ma jkun mifthiem ma l-Istati bil-fruntieri fuq il-mogħdijiet, wara li l-Istati jkunu nnominaw, ippreskrivew jew li jissostitwuhom.

5. Fir-rigward ta' mogħdija meta l-passaġġi marittimi jew l-iskemi tas-separazzjoni tat-traffiku matul l-ilmijiet ta' tnejn jew aktar Stati bi fruntiera fuq il-mogħdija jkunu pproponuti, l-Istati kkonċernati għandhom jikkoperaw fil-formulazzjoni ta' proposti b'konsultazzjoni mal-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti.

6. L-Istati bi fruntieri fuq il-mogħdijiet għandhom kjarament jindikaw ir-rotot marittimi u l-iskemi ta' separazzjoni tat-traffiku kollha innominati jew preskritti minnhom fuq il-mapep tan-navigazzjoni li dwarhom ikunu taw il-publiċità xierqa.

7. Vapuri f'passaġġ tat-transitu għandhom jirrispettaw il-passaġġi marittimi u l-iskemi tas-separazzjoni tat-traffiku stabbiliti b'konformità ma dan l-Artikolu.

Artikolu 42

Il-liġijiet u r-Regolamenti ta' l-Istati bi fruntieri fuq mogħdijiet li jirrigwardaw il-passaġġ tat-transitu

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' din is-sezzjoni, l-Istati bi fruntieri fuq il-mogħdijiet jistgħu jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti li jirrigwardaw il-passaġġ tat-transitu matul il-mogħdijiet, fir-rigward ta' kollha jew ta' uħud minn dawn li ġejjin:

(a) is-sigurtà tan-navigazzjoni u r-regolazzjoni tat-traffiku marittimu, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 41;

(b) il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż, billi jdaħħlu b'effett ir-regolamenti internazzjonali applikabbli fir-rigward tar-rimi taż-żejt, skart taż-żejt jew sustanzi perikolużi oħrajn fil-mogħdija;

(ċ) fir-rigward tad-dgħajjes tas-sajd, il-prevenzjoni tas-sajd, inkluż l-istivar ta' l-appart tas-sajd;

(d) it-tagħbija jew il-ħatt ta' xi merkanzija utili, munita jew persuni b'kontravenzjoni għal-liġijiet doganali, fiskali, ta' l-immigrazzjoni jew sanitarji u kontra r-regolamenti ta' l-Istat bi fruntieri fuq il-mogħdijiet;

2. Liġijiet u regolamenti bħal dawk m'għandhomx ikunu ta' diskriminazzjoni fil-għamla jew fil-fatt fost vapuri barranin jew fl-applikazzjoni tagħhom hekk li jkollhom effett prattiku li jċaħħdu, jfixklu jew jimpedixxu d-dritt tal-passaġġ tat-transitu kif definit f'din is-sezzjoni.

3. L-Istati bi fruntiera fuq mogħdijiet għandhom jagħtu l-pubbliċità xierqa għal dawn il-liġijiet u r-regolamenti kollha.

4. Vapuri barranin li jeżerċitaw id-dritt tal-passaġġ tat-transitu għandhom ikunu konformi ma dawn il-liġijiet u r-regolamenti.

5. L-Istat tal-bandiera tal-vapur, jew l-Istat tar-reġistrazzjoni ta' l-ajruplan li għandu d-dritt ta' l-immunità sovrana li jaġixxi b'manjiera kuntrarja ta' dawn il-liġijiet u regolamenti jew ta' disposizzjonijiet oħrajn ta' din il-parti għandu jerfa' r-responsabbiltà internazzjonali għal xi telf jew ħsara li tirriżulta lill-Istati bi fruntieri fuq il-mogħdijiet.

Artikolu 43

Għajnuniet tan-navigazzjoni u tas-sigurtà u tittjib oħrajn u l-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż

L-Istati utilizzanti u l-Istati bil-fruntiera fuq mogħdija għandhom bi ftehim jikkoperaw:

(a) fl-istabbiliment u ż-żamma fil-mogħdija ta' l-għajnuniet meħtieġa tan-navigazzjoni u tas-sigurtà u titjib ieħor għall-għajnuna tan-navigazzjoni internazzjonali; u

(b) għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll ta' tniġġiż mill-vapuri.

Artikolu 44

Id-doveri ta' l-Istati bi fruntieri fuq mogħdijiet

L-Istati bi fruntieri fuq mogħdijiet m'għandhomx ifixklu l-passaġġ tat-transitu u għandhom jagħtu l-pubbliċità xierqa dwar xi periklu għan-navigazzjoni jew għat-titjir fi ħdan u fuq il-mogħdija li dwaru jkollhom tagħrif. M'għandu jkun hemm l-ebda sospensjoni tal-passaġġ tat-transitu.

SEZZJONI 3

PASSAĠĠ INNOĊENTI

Artikolu 45

Passaġġ innoċenti

1. Ir-reġim ta' passaġġ innoċenti, b'konformità mal-Parti II, is-Sezzjoni 3, għandu jkun japplika f'mogħdijiet użati għal navigazzjonijiet internazzjonali:

(a) esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-passaġġ tat-transitu permezz ta' l-Artikolu 38(1); jew

(b) bejn parti ta' l-ibħra internazzjonali jew żona ekonomika esklussiva u l-baħar territorjali ta' Stat barrani.

2. M'għandu jkun hemm l-ebda sospensjoni tal-passaġġ innoċenti matul mogħdijiet bħal dawk.

PARTI IV

STATI ARĊIPELAĠIĊI

Artikolu 46

L-użu tat-termini

Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni:

(a) "Stat arċipelagu" ifisser Stat magħmul kompletament minn wieħed jew aktar arċipelaġi u jista jinkludi gżejjer oħrajn;

(b) "arċipelagu" ifisser grupp ta' gżejjer, inklużi partijiet ta' gżejjer, ilmijiet li jgħaqduhom u fatturi naturali oħrajn li huma marbuta mill-qrib ma gżejjer, ibħra u fatturi naturali oħrajn bħal dawk li jifformaw entità intrinsika, ġeografika, ekonomika u politika, jew li storikament kienu meqjusa bħala tali.

Artikolu 47

Linji bażi arċipelaġiċi

1. Stat arċipelaġiku jista jiġbed linji bażi dritti arċipelaġiċi li jgħaqdu l-punti l-aktar il-barra tal-gżejjer l-aktar il-barra u s-sikkek tat-tnixxif ta' l-arċipelagu basta li fi ħdan linji bażi bħal dawk ikunu nklużi l-gżejjer ewlenija u żona li fiha r-relattività taż-żona tal-baħar maż-żona ta' l-art, inklużi l-iskoljeri, tkun bejn 1 sa 1 u 9 sa 1.

2. It-tul ta' linji bażi bħal dawk m'għandux jeċċedi 100 mil nawtiku, apparti milli sa 3 % tan-numru totali ta' linji bażi li jħaddnu kwalunkwe arċipelagu jistgħu jeċċedu dak it-tul, sa massimu ta' 125 mil nawtiku.

3. It-tħejjija ta' linji bażi bħal dawk m'għandhomx jitbiegħdu sa ċertu tul apprezzabbli mill-konfigurazzjoni ġenerali ta' l-arċipelagu.

4. Linji bażi bħal dawk m'għandhomx ikunu ddissinjati lejn u minn elevazzjonijiet tal-marea baxxa, sakemm fanali tan-navigazzjoni u stallazzjonijiet simili li huma permanenti ‘l fuq minn wiċċ il-baħar ma jkunux ġew mibnija fuqhom jew meta l-elevazzjonijiet fil-marea baxxa jkunu jinsabu totalment jew parzjalment f'distanza li ma teċċedix il-wisa' tal-baħar territorjali mill-eqreb gżira.

5. Is-sistema ta' linji bażi bħal dawk ma tistgħax tkun applikata minn Stat arċipelaġiku bħal dak b'tali mod hekk li taqta' mill-baħar internazzjonali jew minn żona ekonomika esklussiva il-baħar territorjali ta' Stat ieħor.

6. Jekk parti ta' l-ibħra arċipelaġiċi ta' Stat arċipelaġiku tkun bejn żewġ punti immedjatament biswit ta' Stat qarib, id-drittijiet eżistenti u l-interessi leġittimi l-oħrajn kollha li dak l-Istat ta' l-aħħar kien tradizzjonalment eżerċita fuq dawk l-ibħra u d-drittijiet kollha stipulati bi ftehim bejn dawk iż-żewġ Stati għandhom jibqgħu u jkunu rrispettati.

7. Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tar-relattività ta' bejn il-baħar u l-art permezz tal-paragrafu 1, żoni ta' l-art jistgħu jinkludu dawk l-ibħra fi ħdan sikek ta' bordura tal-gżejjer u l-iskoljeri, inkluża dik il-parti tal-pjanura oċeanika b'ġenb li jaqa' ħesrem li tkun magħluqha jew kważi magħluqa b'sensiela ta' gżejjer tal-ġebel tal-ġir u sikek tat-tnixxif li huma fil-perimetru tal-pjanura.

8. Il-linji bażi pinġuti b'konformità ma dan l-Artikolu għandhom ikunu murija fuq mapep nawtiċi fi skala jew skali adattati għall-aċċertar tal-posizzjoni tagħhom. Alternattivament, lista tal-punti ta' kordinati ġeografiċi, li jispeċifikaw id-datum ġeodetiku, jistgħu ikunu mibdula minn flokhom.

9. L-Istat arċipelagu għandu jagħti l-publiċità meħtieġa dwar dawk il-mapep nawtiċi jew tal-listi tal-kordinati ġeografiċi u għandu jiddepożita kopja ta' kull mappa nawtika jew ta' lista bħal dik mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 48

Il-kejl tal-wisa' tal-baħar territorjali, taż-żona kontigwa, taż-żoni ekonomiċi esklussivi u tas-sikka kontinentali

Il-wisa' tal-baħar territorjali, taż-żona kontgwa, taż-żona ekonomika esklussiva u tas-sikka kontinentali għandu jkun imkejjel mil-linji bażi arċipelaġiċi pinguti b'konformità ma l-Artikolu 47.

Artikolu 49

L-istatus legali ta' l-ibħra arċipelaġiċi, ta' l-ispazju ta' l-ajru fuq l-ibħra arċipelaġiċi u l-qiegħ u l-istrata ta' l-art taħt dik tal-wiċċ

1. Is-sovranità ta' Stat arċipelaġiku testendi għall-ibħra magħluqa mill-linji bażi arċipelaġiċi pinġuti b'konformità ma l-Artikolu 47, deskritti bħala ibħra arċipelaġiċi, independentament mill-fond tagħhom jew mid-distanza mill-kosta.

2. Din is-sovranità testendi għall-ispazju ta' l-ajru ta' fuq l-ibħra arċipelaġiċi, kif ukoll għall-qiegħ u l-istrata ta' l-art taħt dik tal-qiegħ tagħhom.

3. Din is-sovranità hija eżerċitata bla ħsara għal din il-parti.

4. Ir-reġim ta' passaġġi nawtiċi arċipelaġiċi stabbilit f'din il-parti m'għandux, f'aspetti oħrajn, jaffettwa l-istatus ta' l-ibħra arċipelaġiċi, inklużi l-passaġġi nawtiċi, jew l-eżerċitar mill-Istat arċipelaġiku tas-sovranità tiegħu fuq dawk l-ibħra jew l-ispazju ta' l-ajru tagħhom, il-qiegħ tal-baħar jew l-istrata ta' l-art taħt dik tal-wiċċ, u r-riżorsi li jinsabu hemmhekk.

Artikolu 50

Delimitazzjoni ta' ilmijiet interni

Fi ħdan l-ibħra arċipelaġiċi tiegħu, l-Istat arċipelaġiku jista jpinġi linji ta' l-għeluq għad-delimitazzjoni ta' l-ilmijiet interni, b'konformità ma l-Artikoli 9, 10 u 11.

Artikolu 51

Ftehim eżistenti, drittijiet tradizzjonali tas-sajd u fili eżistenti ta' qiegħ il-baħar

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49, Stat arċipelagu għandu jirrispetta l-ftehim eżistenti ma Stati oħrajn u għandu jirrikonoxxi d-drittijiet tradizzjonali tas-sajd u l-attivitajiet leġittimi l-oħrajn ta' l-Istati immedjatament fil-qrib f'ċerti żoni li jinsabu fl-ilmijiet arċipelaġiċi. It-termini u l-kondizzjonijiet għall-eżerċitar ta' drittijiet u attivitajiet bħal dawk, inkluża n-natura, il-limitu u ż-żoni li dwarhom huma applikabbli, għandhom, fir-rigward ta' kwalunkwe mill-Istati kkonċernati, ikunu rregolati bi ftehim bilaterali bejniethom. Drittijiet bħal dawk m'għandhomx ikunu trasferiti lejn, jew maqsuma ma Stati terzi jew miċ-ċittadini tagħhom.

2. Stat arċipelagu għandu jirrispetta l-fili eżistenti ta' taħt il-baħar imqiegħda minn Stati oħrajn u li jgħaddu mill-ibħra tiegħu mingħajr ma jitilgħu fuq l-art. Stat arċipelagu għandu jippermetti ż-żamma u t-tibdil ta' fili bħal dawk meta jirċievi avviż xieraq tal-lokalità tagħhom u ta' l-intenzjoni tat-tiswija jew tat-tibdil tagħhom.

Artikolu 52

Id-dritt ta' passaġġ innoċenti

1. Bla ħsara għall-Artikolu 53 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 50, il-vapuri ta' l-Istati kollha jgawdu d-dritt tal-passaġġ innoċenti matul l-ibħra ta' l-arċipelagu, b'konformità mal-Parti II, is-Sezzjoni 3.

2. L-Istat arċipelaġiku jista, mingħajr diskriminazzjoni fil-għamla jew fil-fatt fost vapuri barranin, jissosspendi temporanjament f'żoni speċifiċi tal-baħar arċipelaġiku tiegħu il-passaġġ innoċenti ta' vapuri barranin jew sospensjoni bħal din tkun essenzjali għall-protezzjoni tas-sigurtà tiegħu. Sospensjoni bħal din tista jkollha effett biss wara li tkun ġiet ippubblikata kif xieraq.

Artikolu 53

Id-dritt tal-passaġġ minn passaġġi marittimi arċipelaġiċi

1. Stat arċipelaġiku jista jinnomina passaġġi marittimi u rotot ta' l-arju fuq dawn, adattati għall-passaġġ kontinwu u mħaffef ta' vapuri u ajruplani barranin matul jew fuq l-ibħra arċipelaġiċi tiegħu u l-baħar territorjali tal-biswit.

2. Il-vapuri u l-ajruplani kollha jgawdu d-dritt tal-passaġġ mill-passaġġi marittimi arċipelaġiċi f'passaġġi marittimi u rotot ta' l-ajru bħal dawn.

3. Il-passaġġ matul passaġġi marittimi arċipelaġiċi jfisser l-eżerċitar b'konformità ma din il-Konvenzjoni tad-drittijiet tan-navigazzjoni u t-titjiriet fuq dawn bil-metodu normali biss għall-iskop tat-transitu kontinwu u mħaffef tal-mogħdija bejn parti waħda ta' l-ibħra internazzjonali u żona ekonomika esklussiva u l-parti l-oħra ta' l-ibħra internazzjonali jew ta' żona ekonomika esklussiva.

4. Passaġġi marittimi u rotot ta' l-ajru bħal dawn għandhom jittraversaw l-ibħra arċipelaġiċi u l-baħar territorjali tal-qrib u għandhom jinkludu r-rotot kollha tal-passaġġ normalment użati bħala rotot għan-navigazzjoni jew titjiriet internazzjonali matul jew fuq l-ibħra arċipelaġiċi u, fi ħdan dawk ir-rotot, f'dak li jikkonċerna l-vapuri, il-kanali normali kollha tan-navigazzjoni, basta li dupplikazzjoni tar-rotot ta' konvenjenza simili bejn l-istess punti tad-dħul u l-ħruġ m'għandhomx ikunu meħtieġa.

5. Passaġġi marittimi u rotot ta' l-ajru bħal dawn għandhom ikunu definiti b'serje ta' linji assjali kontinwi mill-punti tad-dħul tar-rotot tal-passaġġ sal-punti tal-ħruġ. Vapuri u ajruplani matul il-passaġġ tal-passaġġi marittimi arċipelaġiċi m'għandhomx joħorġu barra mir-rotta b'aktar minn 25 mil nawtiku fuq kull naħa ta' dawn il-lini assjali matul il-passaġġ, basta li l-vapuri u l-ajruplani bħal dawn m'għandhomx jinnavigaw eqreb lejn il-kosta milli 10 % tad-distanza bejn l-eqreb punti fil-gżejjer tal-konfini tal-passaġġ marittimu

6. Stat arċipelaġiku li jinnomina passaġġi marittimi permezz ta' dan l-Artikolu jista jippreskrivi skemi ta' separazzjoni tat-traffiku għall-passaġġ mingħajr periklu tal-vapuri matul kanali dojoq ta' passaġġi marittimi bħal dawk.

7. Stat arċipelaġiku jista, meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, u wara li jkun ippubblika kif meħtieġ, jissosstitwixxi passaġġi marittimi oħrajn jew skemi oħrajn tas-separazzjoni tat-traffiku għal dawk il-passaġġi marittimi jew skemi tas-separazzjoni tat-traffiku li preċedentament kienu nnominati jew preskritti minnu.

8. Passaġġi marittimi u skemi tas-separazzjoni tat-traffiku bħal dawn għandhom ikunu konformi mar-regolamenti internazzjonali ġeneralment aċċettati.

9. Fin-nominazzjoni jew fis-sostituzzjoni tal-passaġġi marittimi jew meta jippreskrivu jew jissostitwixxu skemi tas-separazzjoni tat-traffiku, l-Istati għandhom jirreferu l-proposti lejn l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti bil-għan ta' l-adozzjoni tagħhom. L-organizzazzjoni tista tadotta biss dawk il-passaġġi marittimi jew skemi tas-separazzjoni tat-traffiku skond ma jkun mifthiem ma' l-Istati arċipelaġiċi, wara li l-Istati arċipelaġiċi jkunu nnominaw, ippriskrevew jew li jissostitwuhom.

10. L-Istati arċipelaġiċi għandhom kjarament jindikaw ir-rotot marittimi u l-iskemi tas-separazzjoni tat-traffiku kollha innominati jew preskritti minnhom fuq il-mapep tan-navigazzjoni li dwarhom ikunu taw il-publiċità xierqa.

11. Vapuri f'passaġġ matul il-passaġġi marittimi arċipelaġiċi għandhom jirrispettaw il-passaġġi marittimi applikabbli u l-iskemi tas-separazzjoni tat-traffiku stabbiliti b'konformità ma dan l-Artikolu.

12. Jekk Stat arċipelaġiku ma jinnominax passaġġi marittimi jew rotot ta' l-ajru, id-dritt tal-passaġġ marittimu arċipelaġiku jista jkun eżerċitat matul ir-rotot normalment użati għan-navigazzjoni internazzjonali.

Artikolu 54

Id-doveri tal-vapuri u l-ajruplani matul il-passaġġ tagħhom, l-attivitajiet ta' riċerka u stħarriġ, doveri ta' l-Istati arċipelaġiċi u l-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istat arċipelaġiku li jirrigwardaw it-transitu tal-passaġġ marittimu arċipelaġiku

L-Artikoli 39, 40, 42 u 44 japplikaw mutatis mutandis għat-transitu tal-passaġġi marittimi arċipelaġiċi.

PARTI V

ŻONA EKONOMIKA ESKLUSSIVA

Artikolu 55

Reġim speċifiku legali għaż-żona ekonomika esklussiva

Iż-żona ekonomika esklussiva hija żona lil hinn u biswit tal-baħar territorjali, suġġetti għar-reġim legali speċifiku stabbilit f'din il-parti, permezz tad-drittijiet u l-ġurisdizzjoni ta' l-Istat kostali u tad-drittijiet u l-libertajiet ta' l-Istati l-oħrajn li huma rregolati bid-disposizzjonijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 56

Drittijiet, ġurisdizzjoni u d-doveri ta' Stat kostali fiż-żona ekonomika esklussiva

1. Fiż-żona ekonomika esklussiva, l-Istat kostali għandu:

(a) id-drittijiet sovrani għall-iskop ta' l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni, tal-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali, seww jekk ħajjin jew mhuxħajjin, tal-baħar supra-qarib tal-qiegħ tal-baħar jew tal-qiegħ tal-baħar u l-istrata ta' taħt il-wiċċ tal-qiegħ tiegħu, f'dak li jirrigwarda l-attivitajiet l-oħrajn għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni ekonomika taż-żona, bħal ma hija l-produzzjoni ta' l-enerġija mill-ilma, mill-kurrenti jew mill-irjieħ;

(b) ġurisdizzjoni kif hemm provvediment dwar dan fid-diposizzjonijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni f'dak li jirrigwarda:

(i) l-istabbiliment u l-użu ta' gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi;

(ii) ir-riċerka xjentifika marittima;

(iii) il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu;

(ċ) id-drittijiet u d-doveri l-oħrajn li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni.

2. Fl-eżerċitar tad-drittijiet tiegħu u fit-twettieq tad-doveri tiegħu permezz ta' din il-Konvenzjoni fiż-żona ekonomika esklussiva, l-Istat kostali għandu jagħti attenzjoni xierqa għad-drittijiet u d-doveri ta' l-Istati l-oħrajn u għandu jaġixxi f'manjiera kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

3. Id-drittijiet stabbiliti b'dan l-Artikolu fir-rigward ta' qiegħ il-baħar u l-istrata ta' taħt dak għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mal-Parti VI.

Artikolu 57

Il-wisa' taż-żona ekonomika esklussiva

Iż-żona ekonomika esklussiva ma tistax teċċedi lil hinn minn 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa' tal-baħar territorjali tkun ġiet imkejla.

Artikolu 58

Id-drittijiet, il-ġurisdizzjoni u d-doveri ta' l-Istati l-oħrajn fiż-żona ekonomika esklussiva

1. Fiż-żona ekonomika esklussiva, l-Istati kollha, kemm jekk kostali jew li m'għandhom aċċess dirett għall-baħar, igawdu, suġġett għad-disposizzjonijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni, il-libertajiet msemmija fl-Artikolu 87, tan-navigazzjoni u t-titjiriet u tat-tqegħid ta' fili u pajpijiet sottomarini, u ta' l-użu internazzjonali legali l-ieħor tal-baħar relatati ma dawk il-libertajiet, bħal dawk assoċjati ma l-operazzjoni ta' vapuri, ajruplani u fili u pajpijiet sottomarini, u kompatibbli mad-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' din il-Konvenzjoni.

2. L-Artikoli 88 sa 115 u r-regoli pertinenti l-oħrajn tal-liġi internazzjonali japplikaw għaż-żona ekonomika esklussiva sal-limiti li dawn ma jkunux mhux-kompatibbli ma din il-parti.

3. Fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom u fit-twettieq tad-doveri tagħhom fiż-żona ekonomika esklusiva permezz ta' din il-Konvenzjoni, l-Istati għandhom jagħtu attenzjoni xierqa għad-drittijiet u d-doveri ta' l-Istat kostali u għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti adottati mill-Istat kostali b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u mar-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali sal-limiti li dawn ma jkunux mhux-kompatibbli ma din il-parti.

Artikolu 59

Il-bażi għar-riżoluzzjoni ta' kunflitti rigward l-attribuzzjoni tad-drittijiet u l-ġurisdizzjoni fiż-żona ekonomika esklussiva

Fil-każi meta din il-Konvenzjoni ma tattribwix drittijiet jew ġurisdizzjoni lill-Istat kostali jew lil-Istati l-oħrajn fi ħdan iż-żona ekonomika esklussiva, u kunflitt jirriżulta bejn l-interessi ta' l-Istat kostali u ta' xi Stat jew Stati oħrajn, il-kunflitt għandu jkun riżolt fuq il-bażi ta' ekwità u fid-dawl taċ-ċirkostanzi relevanti kollha, billi jingħata qies ta' l-importanza rispettiva ta' l-interessi nvoluti għall-partijiet kif ukoll għall-komunità internazzjonali kollha kemm hija.

Artikolu 60

Gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi fiż-żona ekonomika esklussiva

1. Fiż-żona ekonomika esklussiva, l-Istat kostali għandu jkollu d-dritt esklussiv li jibni u li jawtorizza u jirregola l-kostruzzjoni, l-oprazzjoni u l-użu ta':

(a) gżejjer artifiċjali;

(b) stallazzjonijiet u strutturi għall-iskopijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 56 u għal skopijiet ekonomiċi oħrajn;

(ċ) stallazzjonijiet u strutturi li jistgħu ifixxklu fl-eżerċitar tad-drittijiet ta' l-Istat kostali f'dik iż-żona.

2. L-Istat kostali għandu jkollu l-ġurisdizzjoni esklussiva fuq dawk il-gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi, inkluża l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-liġijiet u r-regolament doganali, fiskali, tas-saħħa, tas-sigurtà u ta' l-immigrazzjoni.

3. Avviż xieraq għandu jingħata dwar il-kostruzzjoni ta' gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi bħal dawk, u l-mezzi permanenti għall-għoti ta' twissija tal-preżenza tagħhom għandhom jinżammu b'qagħda tajba. Kwalunkwe stallazzjonijiet jew strutturi li huma abbandunati jew mhux aktar użati għandhom ikunu mneħħija sabiex tkun assigurata s-sigurtà tan-navigazzjoni, billi jingħata qies ta' xi normi internazzjonali ġeneralment aċċettati kif inhum stabbiliti f'dan ir-rigward mill-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti. Tneħijja bħal din għandha wkoll tagħti qies tas-sajd, tal-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu u tad-drittijiet u d-doveri ta' l-Istati l-oħrajn. Publiċità xierqa għandha tingħata dwar il-fond, il-posizzjoni u l-qisien ta' xi stallazzjonijiet jew strutturi li ma jkunux kompletament imneħħija.

4. L-Istat kostali jista, meta meħtieġ, jistabbilixxi żoni raġjonevoli ta' sigurtà madwar dawn il-gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi li fihom jista jieħu l-miżuri xierqa sabiex jassigura s-sigurtà kemm tan-navigazzjoni u wkoll tal-gżejjer artifiċjali, ta' l-istallazzjonijiet u ta' l-istrutturi.

5. Il-wisa' taż-żoni tas-sigurtà għandha tkun iddeterminata mill-Istat kostali, billi jqis in-normi internazzjonali applikabbli. Żoni bħal dawk għandhom ikunu ddisinjati sabiex jassiguraw li dawn ikunu raġonevolment relatati man-natura u l-funzjoni tal-gżejjer artifiċjali, l-istallazzjonijiet jew l-istrutturi, u m'għandhomx jeċċedu distanza ta' 500 metru madwarhom, imkejjla minn kull punt tat-tarf ta' barra, apparti milli kif awtorizzat b'normi internazzjonali ġeneralment aċċettati jew minn kif irrakkomandati mill-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti. Avviż xieraq għandu jingħata dwar il-medda ta' żoni ta' sigurtà

6. Il-vapuri kollha għandhom jirrispettaw dawn iż-żoni ta' sigurtà u għandhom ikunu konformi man-normi internazzjonali ġeneralment aċċettati fir-rigward tan-navigazzjoni fil-viċinanza ta' gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet, strutturi u żoni ta' sigurtà.

7. Gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi u ż-żoni tas-sigurtà madwarhom ma jistgħux ikunu stabbliti meta interfernza tista tinħoloq għall-użu ta' passaġġi internazzjonali rikonoxxuti li huma essenzjali għan-navigazzjoni internazzjonali.

8. Gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi ma jgawdux mill-istatus ta' gżejjer. Dawn m'għandhom l-ebda baħar territorjali tagħhom, u l-preżenza tagħhom ma taffetwax id-delimitazzjoni tal-baħar territorjali, taż-żona ekonomika esklussiva jew tas-sikka kontinentali.

Artikolu 61

Il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin

1. L-Istat kostali għandu jiddetermina l-qabda permissibbli tar-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva.

2. L-Istat kostali, billi jieħu konjizzjoni ta' l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli għalih, għandu jassigura permezz tal-konservazzjoni xierqa u l-miżuri ta' l-amministrazzjoni li l-manteniment tar-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva ma tkunx ipperikolata b'esplojtazzjoni żejda. Kif xieraq, l-Istat kostali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, seww jekk subreġjonali, reġjunali jew globali, għandhom jikkoperaw għal dan il-għan.

3. Miżuri bħal dawn għandhom ukoll ikunu ddisinjati għall-manteniment u r-restawrazzjoni tal-popolazzjonijiet ta' speċjali maqbuda f'livelli li jistgħu jipproduċu l-akkwist massimu sostenibbli, kif kwalifikat bil-fatturi ambjentali u ekonomiċi relevanti, inklużi l-ħtiġiet ekonomiċi tal-komunitajiet kostali tas-sajjieda u l-ħtiġiet speċjali ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw, u billi jittieħed akkont ta' l-għamliet tas-sajd, l-interdipendenza tal-ħażniet u xi normi internazzjonali minimi ġeneralment rikonoxxuti, kemm jekk subreġjonali, reġjonali jew globali.

4. Fit-teħid ta' dawn il-miżuri, l-Istat kostali għandu jqis l-effetti fuq l-ispeċje asoċċjati ma jew dipendenti fuq l-ispeċje maqbuda bil-għan taż-żamma jew tar-restawr tal-popolazzjonijiet ta' dawk l-ispeċje assoċjati jew dipendenti il-fuq mil-livelli li fihom ir-riproduzzjoni tagħhom tista ssir serjament mhedda.

5. Informazzjoni xjentifika disponibbli, l-istatistika tal-qbid u ta' l-isforzi tas-sajd, u d-dettalji l-oħrajn relevanti għall-konservazzjoni tal-ħażniet tal-ħut għandhom ikunu fornuti u skambjati fuq bażi regolari matul l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, kemm subreġjonali, reġjonali jew globali, meta xieraq u bil-parteċipazzjoni mill-Istati kollha kkonċernati, inklużi l-Istati li ċ-ċittadini tagħhom li huma mħollija li jistadu fiż-żona ekonomika esklussiva.

Artikolu 62

L-utilizzazzjoni tar-riżorsi ħajjin

1. L-Istat kostali għandu jħeġġeġ l-obbjettiv ta' l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżosi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 61.

2. L-Istat kostali għandu jiddetermina l-potenzjal tiegħu dwar il-qbid tar-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva. Meta l-Istat kostali ma jkollux il-kapaċità li jiġbor il-qabda permissibbli kollha, huwa għandu, permezz ta' ftehim jew arranġamenti oħrajn u skond it-termini, l-kondizzjonijiet, il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fil-paragrafu 4, jgħati lil Stati oħrajn aċċess għaż-żejjed tal-qabda permissibbli, wara li jkunu ħa l-qies xieraq tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 69 u 70, speċjalment fir-rigward ta' l-Istati li qiegħdin jiżviluppaw imsemmija hemmhekk.

3. Meta jagħti aċċess lil Stati oħrajn għaż-żona ekonomika esklussiva tiegħu permezz ta' dan l-Artikolu, l-Istat kostali għandu jieħu akkont tal-fatturi relevanti kollha, inklużi, inter alia, is-sinifikanza tar-riżorsi ħajjin taż-żona għall-ekonomija ta' l-Istat kostali kkonċernat u ta' l-interessi nazzjonali l-oħrajn tiegħu, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 69 u 70, il-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw fis-subreġjun jew fir-reġjun fil-ġbir ta' parti taż-żejjed u l-ħtieġa li tkun minimizzata d-dislokazzjoni ekonomika fl-Istati li ċ-ċittadini tagħhom kienu abitwalment jistadu fiż-żona jew li jkun għamlu sforzi sostanzjali fir-riċerka u l-identifikazzjoni tal-ħażniet.

4. Ċittadini ta' Stati oħrajn li jistadu fiż-żona ekonomika esklussiva għandhom ikunu konformi mal-miżuri tal-konservazzjoni u mat-termini u l-kondizzjonijiet l-oħrajn stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istat kostali. Dawn il-liġijiet u regolamenti għandhom ikunu konsistenti ma din il-Konvenzjoni u jistgħu jirrelataw, inter alia, ma dan li ġej:

(a) il-liċenzjar tas-sajjieda, tad-dgħajjes u tat-tgħamir tas-sajd, inkluż il-pagamenti ta' miżati u l-għamliet l-oħrajn tar-remunerazzjoni, li, fil-każ ta' Stati kostali li għadhom jiżviluppaw, jistgħu jikkonsistu f'kumpens adekwat fil-qasam tal-finanzjar, tat-tgħamir u tat-teknoloġija li tirrigwarda l-industrja tas-sajd;

(b) id-determinazzjoni ta' l-ispeċje li jistgħu jkunu maqbuda, u l-iffissar tal-kwoti tal-qabda, jekk b'relazzjoni ma ħażniet partikolari jew gruppi ta' ħażniet jew tal-qabda għal kull dgħajjsa matul perjodu ta' żmien jew dwar il-qabda minn ċittadini ta' xi Stat ieħor matul perjodu speċifikat;

(ċ) l-irregolar ta' l-istaġuni u ż-żoni tas-sajd, it-tipi, il-qisien u l-ammont ta' l-apparat, u t-tipi, il-qisien u n-numru ta' dgħajjes tas-sajd li jistgħu jkunu wżati;

(d) l-iffissar ta' l-età u d-daqs tal-ħut u ta' l-ispeċje l-oħrajn li jistgħu jkunu maqbuda;

(e) jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa mid-dgħajjes tas-sajd, inklużi rapporti dwar il-qabda u l-istatistika tal-isforzi u l-posizzjoni tad-dgħajjes;

(f) jeħtieġu, taħt l-awtorizzazzjoni u l-kontroll ta' l-Istat kostali, it-twettieq ta' programmi ta' riċerka speċifika tas-sajd u r-regolazzjoni u t-twettieq ta' riċerka bħal dik, inklużi l-kampjunar tal-qabdiet, id-disponiment tal-kampjuni u r-rapportaġġ tad-dettalji xjentifiċi assoċjati;

(g) it-tqegħid ta' osservaturi jew apprentisti abbord dgħajjes bħal dawk mill-Istat kostali;

(h) il-ħatt tal-qabda kollha jew ta' xi parti minn dgħajjes bħal dawk fil-portijiet ta' l-Istati kostali;

(i) it-termini u l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw impriżi konġunti jew l-arranġamenti koperattivi oħrajn;

(j) il-ħtiġiet għat-taħriġ tal-persunal u t-transferiment tat-teknoloġija tas-sajd, inkluż it-tisħieħ tal-kapaċità ta' l-Istat kostali li jidħol għal riċerka dwar is-sajd;

(k) il-proċeduri dwar l-infurzar.

5. L-Istati kostali għandhom jagħtu avviż xieraq dwar il-liġijiet u r-regolamenti tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni.

Artikolu 63

Ħażniet li jseħħu fi ħdan iż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' tnejn jew aktar Stati kostali jew tat-tnejn li huma fiż-żona ekonomika esklussiva u fiż-żona lil hinn u biswitha

1. Meta l-istess ħażna jew ħażniet ta' speċje assoċjati jseħħu fi ħdan iż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' tnejn jew aktar Stati kostali, dawn l-Istati għandhom ifittxu, jew direttament inkella permezz ta' l-organizzazzjonijiet subreġjonali jew regjonali xierqa, sabiex jifthiemu dwar il-miżuri meħtieġa sabiex jikkordinaw u jassiguraw il-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' ħażniet bħal dawk mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' din il-parti.

2. Meta l-istess ħażna jew ħażniet ta' speċje assoċjati jseħħu kemm fi ħdan iż-żona ekonomika esklussiva u f'żona lil hinn u biswit taż-żona, l-Istat kostali u l-Istati li jistadu għal ħażniet bħal dawk fiż-żona tal-qrib għandhom ifittxu, jew direttament jew permezz tal-organizzazzjonijiet subreġjonali jew reġjonali xierqa, sabiex jifthiemu dwar il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta' dawn il-ħażniet fiż-żona tal-qrib.

Artikolu 64

Speċje ferm migratorji

1. L-Istat kostali u l-Istati l-oħrajn li ċ-ċittadini tagħhom jistadu fir-reġjun ta' speċje ferm migratorji elenkati fl-Anness I għandhom jikkoperaw direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa bil-għan sabiex jassiguraw konservazzjoni u jħeġġu l-objettiv ta' l-aqwa utilizzazzjoni ta' speċje bħal dawn matul ir-reġjun, kemm fi ħdan u lil hinn miż-żona ekonomika esklussiva. Fir-reġjuni li dwarhom l-ebda organizzazzjoni internazzjonali xierqa ma tkun teżisti, l-Istat kostali u l-Istati l-oħrajn li ċ-ċittadini tagħhom jaqbdu dawn l-ispeċje fir-reġjun għandhom jikkoperaw sabiex jistabbilixxu organizzazzjoni bħal dik u jipparteċipaw fix-xogħol tagħha.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jappikaw ukoll għad-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' din il-parti.

Artikolu 65

Mammali marini

Xejn f'din il-parti ma tnaqqas id-dritt ta' l-Istat kostali jew tal-kompetenza ta' l-organizzazzjoni internazzjonali, skond kif xieraq, li jipprojbixxu, jillimitaw jew li jirregolaw l-esplojtazzjoni ta' mammali marini aktar strettament milli hemm provvediment dwar dan f'din il-parti. L-Istati għandhom jikkoperaw bil-għan tal-konservazzjoni tal-mammali marini u fil-każ ta' ċeteċani għandhom partikolarment jaħdmu permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa għall-konservazzjoni, l-amministrazzjoni u l-istudju tagħhom.

Artikolu 66

Ħażniet anadromiċi

1. L-Istati li fix-xmajjar tagħhom joriġinaw ħażniet anadromiċi għandhom ikollhom l-interess primarju fi, u r-responsabbiltà għal ħażniet bħal dawk.

2. L-Istat ta' l-oriġini ta' ħażniet anadromiċi għandu jassigura l-konservazzjoni tagħhom bl-istabbilliment tal-miżuri regolatorji xierqa dwar is-sajd fl-ilmijiet kollha tan-naħa ta' l-art tal-limiti esterni taż-żona ekonomika esklussiva u dwar is-sajd li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 3(b). L-Istat ta' l-oriġini jista, wara konsultazzjonijiet ma' l-Istati l-oħrajn msemmija fil-paragrafi 3 u 4 li jistadu għal dawn il-ħażniet, jistabbilixxi il-qabdiet totali permissibbli dwar il-ħażniet li joriġinaw fix-xmajjar tiegħu.

3. (a) Is-sajd għal ħażniet anadromiċi għandu jkun imwettaq biss fl-ilmijiet lejn l-art tal-limiti esterni taż-żona ekonomika esklussiva, apparti milli fil-każi meta din id-disposizzjoni tkun tirriżulta fid-dislokazzjoni ekonomika għal Stat apparti milli l-Istat ta' l-oriġini. Fir-rigward ta' sajd bħal dan lil hinn mil-limiti esterni taż-żona ekonomika esklussiva, l-Istati kkonċernati għandhom iżommu konsultazzjonijiet bil-għan li jilħqu ftehim dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għal sajd bħal dan billi jagħtu attenzjoni xierqa għall-ħtiġiet tal-konservazzjoni u l-ħtiġiet ta' l-Istat ta' l-oriġini fir-rigward ta' dawn il-ħażniet.

(b) L-Istat ta' l-oriġini għandu jikkoperaw fit-tnaqqis tad-dislokazzjoni ekonomika fi Stati oħrajn bħal dawk li jistadu dawn il-ħażniet, billi jqisu l-qabda normali u l-metodu ta' l-operazzjonijiet ta' Stati bħal dawk, u taż-żoni kollha li fihom sajd bħal dan kien iseħħ.

(ċ) L-Istati msemmija fis-subparagrafu (b), li jipparteċipaw bi ftehim mal-Istat ta' l-oriġini fil-miżuri sabiex jirrinovaw il-ħażniet anadromiċi, partikolarment b'nefqiet għal dak l-iskop, għandhom jinagħtaw kunsiderazzjoni speċjali mill-Istat ta' l-oriġini fil-qabda ta' ħażniet li joriġinaw fix-xmajjar tiegħu.

(d) L-inforzar tar-regolamenti li jirrigwardaw il-ħażniet anadromiċi lil hinn miż-żona ekonomika esklussiva għandu jseħħ bi ftehim bejn l-Istat ta' l-oriġini u l-Istati l-oħrajn ikkonċernati.

4. Fil-każi meta ħażniet anadromiċi jemigraw fil jew matul ilmijiet lejn l-art tal-limiti esterni taż-żona ekonomika esklussiva ta' Stat apparti milli l-Istat ta' l-oriġini, Stat bħal dak għandu jikkopera mal-Istat ta' l-oriġini fir-rigward tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' ħażniet bħal dawk.

5. L-Istat ta' l-oriġini ta' ħażniet anadromiċi u l-Istati l-oħrajn li jistadu dawn il-ħażniet għandhom jagħmlu l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, meta xieraq, permezz ta' organizzazzjonijiet reġjonali.

Artikolu 67

Speċi katadromiċi

1. Stat kostali li fl-ilmijiet tiegħu speċi katadromiċi jgħaddu l-parti l-kbira taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom għandu jkollu r-responsabbilità għall-amministrazzjoni ta' dawn l-ispeċi u għandu jassigura l-ingress u l-egress tal-ħut migratorji.

2. IL-qabda ta' speċi katadromiċi għandha tkun imwettqa biss fl-ilmijiet lejn in-naħa ta' l-art tal-limiti esterni taż-żoni ekonomiċi esklussivi. Meta mwettaq fiż-żoni ekonomiċi esklussivi, il-qbid għandu jkun suġġett għal dan l-Artikolu u tad-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' din il-Konvenzjoni li jikkonċernaw is-sajd f'dawn iż-żoni.

3. Fil-każi meta ħut katadromiku jemigra matul iż-żona ekonomika esklussiva ta' Stat iehor, sew jekk ħut żgħir jew matur, l-amministrazzjoni, inkluż il-ġbir, ta' ħut bħal dak għandu jkun irregolat bi ftehim bejn l-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 u l-Istat l-ieħor ikkonċernat. Ftehim bħal dan għandu jassigura l-amministrazzjoni razzjonali ta' l-ispeċi u għandu jieħu akkont tar-responsabbiltajiet ta' l-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 dwar l-amministrazzjoni ta' dawn l-ispeċi.

Artikolu 68

Speċi sedentarji

Din il-parti ma tapplikax għal speċi sedentarji kif definiti fl-Artikolu 77(4).

Artikolu 69

Id-dritt ta' l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar

1. L-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar għandhom id-dritt li jipparteċipaw, fuq bażi ekwitabbli, fl-esplojtazzjoni tal-parti xierqa taż-żejjed tar-riżorsi ħajjin taż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' l-Istati kostali ta' l-istess subreġjun jew reġjun, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u ġeografiċi relevanti ta' l-Istati kollha kkonċernati u b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Artikoli 61 u 62.

2. It-termini u l-modalitajiet ta' parteċipazzjoni bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati kkonċernati permezz ta' ftehim bilaterali, subreġjonali jew reġjonali, billi jittieħed akkont ta', inter alia:

(a) il-ħtieġa li jkunu evitati l-effett dettrimentali għall-komunitajiet tas-sajd jew ta' l-industriji tas-sajd ta' l-Istati kostali;

(b) il-limitu li dwaru l-Istat li m'għandux aċċess dirett għall-baħar, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, ikun jipparteċipa jew inkella huwa ntitolat li jipparteċipa permezz ta' ftehim bilaterali, ftehim subreġjonali jew reġjonali, fl-esplojtazzjoni ta' riżorsi ħajjin taż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' l-Istati kostali l-oħrajn;

(ċ) sal-limitu li dwaru l-Istati l-oħrajn li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati ġeografikament disvantaġġati huma jipparteċipaw fl-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin taż-żona ekonimika esklussiva ta' l-Istat kostali u fil-ħtieġa konsegwanzjali li jkun evitat xi piż partikolari fuq Stat kostali wieħed jew fuq xi parti tiegħu;

(d) il-ħtiġiet nutrizzjonali tal-popolazzjonijiet fl-Istati rispettivi.

3. Meta l-kapaċità tal-ġbir ta' l-Istat kostali tilħaq punt li jkun jgħinha ħalli tiġbor il-qabda intiera permissibbli tar-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva, l-Istat kostali u l-Istati l-oħrajn ikkonċernati għandhom jikkoperaw fl-istabbiliment ta' l-arranġamenti ekwitabbli fuq bażi bilaterali, kemm subreġjonali u wkoll reġjonali, li jippermettu għall-parteċipazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar ta' l-istess subreġjun jew reġjun fl-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin taż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' l-Istati kostali tas-subreġjuni jew tar-reġjuni, skond ma jista jkun xieraq fiċ-ċirkostanzi u b'termini li huma sodisfaċenti għall-partijiet kollha. Fl-implimentazzjoni ta' din id-disposizzjoni il-fatturi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ukoll ikunu meqjusa.

4. L-Istati żviluppati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar għandhom, permezz tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, ikunu ntitolati li jipparteċipaw fl-esplojtazzjoni ta' riżorsi ħajjin, biss, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' Stati kostali żviluppati ta' l-istess subreġjun jew reġjun wara li titqies il-medda li dwarha l-Istat kostali, meta jagħti aċċess lil-Istati l-oħrajn għar-riżorsi ħajjin tal-żona ekonomiku esklussiva tiegħu, ikun qies il-ħtieġa li jkunu minimizzati l-effetti ta' ħsara fuq il-komunitajiet tas-sajjieda u d-dislokazzjoni ekonomika fi Stati li ċ-ċittadini tagħhom ikunu abitwalment stadu f'dik iż-żona.

5. Id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq huma mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti mifthiema dwar is-subreġjuni jew reġjuni meta l-Istati kostali jistgħu jaghtu lill-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar ta' l-istess subreġjun jew reġjun, drittijiet ugwali jew preferenzali għall-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żoni ekonomiċi esklussivi.

Artikolu 70

Id-dritt ta' l-Istati ġeografikament żvantaġġati

1. L-Istati ġeografikament żvantaġġati għandhom id-dritt li jipparteċipaw, fuq bażi ekwitabbli, fl-esplojtazzjoni tal-parti xierqa taż-żejjed tar-riżorsi ħajjin taż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' l-Istati kostali ta' l-istess subreġjun jew reġjun, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u ġeografiċi relevanti ta' l-Istati kollha kkonċernati u b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Artikoli 61 u 62.

2. Għall-iskopijiet ta' din il-parti, "Stati ġeografikament żvantaġġati" tfisser Stati kostali, inklużi l-Istati bi fruntieri fuq ibħra magħluqa jew parzjalment-magħluqa, li s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom tagħmilhom dipendenti fuq l-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin taż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' Stati oħrajn fis-subreġjun jew fir-reġjun għal fornimenti adekwati ta' ħut għal skopijiet nutrizzjomnali tal-popolazzjonijiet tagħhom jew ta' uħud minnhom, u l-Istati kostali li ma jistgħux ikollhom l-ebda dritt għal żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom.

3. It-termini u l-modalitajiet ta' parteċipazzjoni bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati kkonċernati permezz ta' ftehim bilaterali, subreġjonali jew reġjonali, billi jittieħed akkont ta', inter alia:

(a) il-ħtieġa li jkunu evitati l-effett detrimentali għall-komunitajiet tas-sajd jew ta' l-industriji tas-sajd ta' l-Istati kostali;

(b) il-limitu li dwaru l-Istat li huwa ġeografikament żvantaġġat, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, ikun jipparteċipa jew inkella huwa ntitolat li jipparteċipa permezz ta' ftehim bilaterali, ftehim subreġjonali jew reġjonali, fl-esplojtazzjoni ta' riżorsi ħajjin taż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' l-Istati kostali l-oħrajn;

(ċ) sal-limitu li dwaru l-Istati l-oħrajn li huma ġeografikament żvantaġġati u l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar li jipparteċipaw fl-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin taż-żona ekonomika esklussiva ta' l-Istat kostali u fil-ħtieġa konsegwenzjali li jkun evitat xi piż partikolari fuq Stat kostali wieħed jew fuq xi parti tiegħu;

(d) il-ħtiġiet nutrizzjonali tal-popolazzjonijiet fl-Istati rispettivi.

4. Meta l-kapaċità tal-ġbir ta' Stat kostali tilħaq punt li jkun jgħinha ħalli tiġbor il-qabda intiera permissibbli tar-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva tagħha, l-Istat kostali u l-Istati l-oħrajn ikkonċernati għandhom jikkoperaw fl-istabbiliment ta' l-arranġamenti ekwitabbli fuq bażi bilaterali, kemm subreġjonali u wkoll reġjonali, li jippermettu għall-parteċipazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Istati li huma ġeografikament żvantaġġati ta' l-istess subreġjun jew reġjun fl-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin taż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' l-Istati kostali tas-subreġjuni jew tar-reġjuni, skond ma jista jkun xieraq fiċ-ċirkostanzi u b'termini li huma sodisfaċenti għall-partijiet kollha. Fl-implimentazzjoni ta' din id-disposizzjoni il-fatturi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ukoll ikunu meqjusa.

5. Stati żviluppati li huma ġeografikament żvantaġġati għandhom, permezz tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, ikunu ntitolati li jipparteċipaw fl-esplojtazzjoni ta' riżorsi ħajjin, biss, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' Stati kostali żviluppati ta' l-istess subreġjun jew reġjun wara li titqies il-medda li dwarha l-Istat kostali, meta jagħti aċċess lill-Istati l-oħrajn għar-riżorsi ħajjin taż-żona ekonomiku esklussiva tiegħu, ikun qies il-ħtieġa li jkunu minimizzati l-effetti ta' ħsara fuq il-komunitajiet tas-sajjieda u d-dislokazzjoni ekonomika fi Stati li ċ-ċittadini tagħhom ikunu abitwalment jistadu f'dik iż-żona.

6. Id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq huma mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti mifthiema dwar is-subreġjuni jew reġjuni meta l-Istati kostali jistgħu jaghtu lill-Istati ġeografikament żvantaġġat ta' l-istess subreġjun jew reġjun, drittijiet ugwali jew preferenzali għall-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żoni ekonomiċi esklussivi.

Artikolu 71

Nuqqas ta' applikabilità ta' l-Artikoli 69 u 70

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 69 u 70 ma japplikawx fil-każ ta' Stat kostali li l-ekonomija tiegħu hija ferm dipendenti fuq l-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin taż-żona ekonomika esklussiva tiegħu.

Artikolu 72

Restrizzjonijiet dwar it-trasferiment ta' drittijiet

1. Id-drittijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 69 u 70 dwar l-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin m'għandhomx ikunu direttament jew indirettament trasferiti lejn Stati terzi jew lejn iċ-ċittadini tagħhom b'kera jew b'liċenzja, bl-istabbiliment ta' impriżi konġunti jew b'xi manjiera oħra li jkollha l-effett ta' trasferiment bħal dan sakemm ma jkunx mifthiem mod ieħor mill-Istati kkonċernati.

2. Id-disposizzjonijiet preċedenti ma jżommux lill-Istati kkonċernati milli jakkwistaw għajnuna teknika jew finanzjarja minn għand Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jiffaċċilitaw l-eżerċitar tad-drittijiet bis-saħħa ta' l-Artikoli 69 u 70, basta li dan ma jkollux l-effett msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 73

L-inforzar tal-liġijiet u tar-regolamenti ta' l-Istati kostali

1. L-Istat kostali jista, fl-eżerċitar tad-drittijiet sovrani tiegħu li jesplora, jesplojta, jikkonserva u jamministra r-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva, jieħu dawk il-miżuri, inklużi t-tlugħ abbord, l-ispezzjoni, l-arrest u l-proċedimenti ġudizzjarji, skond ma jista jkun meħtieġ, sabiex jassigura konformità mal-liġijiet u r-regolamenti adottati minnu b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

2. Il-vapuri u l-ekwipaġġi tagħhom li jkunu ġew arrestati għandhom ikunu meħlusin fil-pront mal-preżentazzjoni ta' pleġġ raġjonevoli jew xi garanzija oħra.

3. Il-penalitajiet ta' l-Istati kostali għal vjolazzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva ma jistgħux jinkludu priġonerija, fin-nuqqas ta' ftehim għall-kuntrarju mill-Istati kkonċernati, jew ta' xi tip ieħor ta' kastig korporali.

4. Fil-każ ta' arrest jew detenzjoni ta' vapuri barranin, l-Istat kostali għandu mill-ewwel jinnotifika lill-Istat tal-bandiera, permezz tal-kanali xierqa, dwar l-azzjoni meħudha u b'xi penalitajiet sussegwentament imposti.

Artikolu 74

Id-delimitazzjoni taż-żona ekonomika esklussiva bejn Stati b'kosti opposti jew biswit xulxin

1. Id-delimitazzjoni taż-żona ekonomika esklussiva bejn Stati b'kosti oppost jew biswit għandha tkun effettwata bi ftehim fuq il-bażi ta' liġi internazzjonali, kif msemmi fl-Artikolu 38 tal-Istatut tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, sabiex jaslu għal soluzzjoni ekwitabbli.

2. Jekk l-ebda ftehim ma jkun jista jintlaħaq fi żmien perjodu raġjonevoli, l-Istati kkonċernati għandhom jirrikoru għad-disposizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-Parti XV.

3. Sakemm iseħħ il-ftehim li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1, l-Istati kkonċernati, fi spirtu ta' rikonoxximent u koperazzjoni, għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jaslu fi ftehim proviżjonali ta' natura prattika u, matul dan il-perjodu transizzjonali, li ma jipperikolax jew li jfixkel għat-twassil ta' ftehim finali. Arranġamenti bħal dawn għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-delimitazzjoni finali.

4. Meta jkun hemm ftehim eżistenti bejn l-Istati kkonċernati, kwistjonijiet li jirrigwardaw id-delimitazzjoni taż-żona ekonomika esklussiva għandhom ikunu ddeterminati b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' dak il-ftehim.

Artikolu 75

Mapep nawtiċi u l-listi tal-kordinati ġeografiċi

1. Suġġett għal din il-parti, il-linji tal-limiti esterni taż-żona ekonomika esklussiva u l-linji tad-delimitazzjoni pinġuti b'konformità ma l-Artikolu 74 għandhom ikunu murija fuq il-mapep nawtiċi u ta' skala jew skali adekwati għall-aċċertar tal-posizzjoni tagħhom. Meta xieraq, listi tal-punti tal-kordinati ġeografiċi, li jispeċifikaw id-datum ġeodetiku, jistgħu ikunu mibdula għal dawn il-linji tal-limitu estern jew tal-linji tad-delimitazzjoni.

2. L-Istat kostali għandu jagħti l-publiċità meħtieġa dwar dawk il-mapep nawtiċi jew tal-listi tal-kordinati ġeografiċi u għandu jiddepożita kopja ta' kull mappa nawtika jew ta' lista bħal dik mas-Segreteraju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

PARTI VI

IS-SIKKA KONTINENTALI

Artikolu 76

Definizzjoni tas-sikka kontinentali

1. Is-sikka kontinentali ta' Stat kostali tinkludi l-qiegħ tal-baħar u l-istrata ta' taħt dak taż-żoni ta' taħt il-baħar li jestendu lil hinn mill-baħar territorjali tiegħu matul prolongazzjoni naturali ta' l-art territorjali tiegħu sat-tarf ta' barra tal-marġini kontinentali, jew sa distanza ta' 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa' tal-baħar territorjali huwa mkejjel meta t-tarf estern tal-marġini kontinentali ma jestendix sa dik id-distanza.

2. Is-sikka kontinentali ta' Stat kostali m'għandhiex testendi lil hinn mil-limiti li hemm provvedimemnt dwarhom fil-paragrafi 4 sa 6.

3. Il-marġini kontinentali jinkludi l-prolungazzjoni mgħarrqa tal-massa ta' l-art ta' l-Istat kostali, u tikkonsisti mil-qiegħ tal-baħar u l-istrata ta' taħt dak tas-sikka, ir-rampa l-isfel u wkoll it-tlugħ. Din ma tinkludix l-art fonda oċeanika bit-trufijiet oċeaniċi jew il-qiegħ tagħhom.

4. (a) Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, l-Istat kostali għandu jistabbilixxi t-tarf estern tal-marġini kontinentali kull meta l-marġini jestendi lil hinn minn 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa' tal-baħar territorjali huwa mkejjel, jew permezz ta':

(i) linja delineata b'konformità mal-paragrafu 7 b'referenza għal punti fissi fl-aktar naħa ta' barra li f'kull wieħed minnhom il-ħxuna tal-blat sedimentarju tkun mill-anqas 1 % ta' l-aqsar distanza minn punt bħal dak fit-tarf tar-rampa kontinentali; inkella

(ii) linja delineata b'konformità mal-paragrafu 7 b'referenza għal punti fissi mhux aktar minn 60 mil nawtiku mit-tarf tar-rampa kontinentali.

(b) Fin-nuqqas ta' evidenza bil-kuntrarju, it-tarf tar-rampa kontinentali għandu jkun iddeterminat bħala l-punt tat-tibdil massimu fix-xaqlib fil-bażi tagħha.

5. Il-punti fissi jinkludu l-linja tal-limiti esterni tas-sikka kontinentali fuq il-qiegħ tal-baħar, pinġuta b'konformità mal-paragrafu 4(a)(i) u (ii), jew li m'għandhiex teċċedi 350 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa' tal-baħar territorjali huwa mkejjel jew inkella m'għandux jeċċedi 100 mil nawtiku mill-isobath ta' 2500 metru, li hija l-linja li tgħaqqad il-fond ta' 2500 metru.

6. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5, fis-sriebet ta' taħt il-baħar, il-limitu estern tas-sikka kontinentali m'għandux jeċċedi 350 mil nawtiku mill-linji bażi li minnhom kienet tkejlet il-wisa' tal-baħar territorjali. Dan il-paragrafu ma japplikax għal sriebet ta' taħt il-baħar li huma l-komponenti naturali tal-marġini kontinentali bħal ma huma plateaux, għoljiet, qċaċet, watjiet u fili ta' għoljiet.

7. L-Istat kostali għandu jiddelinja il-limiti esterni tas-sikka kontinentali tiegħu, meta dik is-sikka testendi lil hinn minn 20 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa' tal-baħar territorjali huwa mkejjel, b'linji dritti li ma jeċċedux 60 mil nawtiku fit-tul, li jgħaqdu punti fissi, definiti bil-kordinati tal-latitudni u l-lonġitudni.

8. Informazzjoni rigward il-limiti tas-sikka kontinentali lil hinn minn 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom hija mkejjla l-wisa' tal-baħar territorjali għandhom ikunu ppreżentati mill-Istat kostali lejn il-Kummissjoni dwar il-Limiti tas-Sikka Kontinentali stabbilita permezz ta' l-Anness II fuq il-bażi ta' rapreżentazzjoni ġeografika ekwitabbli. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkommandazzjonijiet lill-Istati kostali dwar materji relatati ma l-istabbilliment tal-limiti esterni tas-sikka kontinentali tagħhom. Il-limiti tas-sikka stabbiliti minn Stat kostali fuq il-bażi ta' dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom ikunu finali u jorbtu.

9. L-Istat kostali għandu jiddepożita mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mapep nawtiċi u l-informazzjoni relevanti, inkluż id-datum ġeodetiku, li permanentament jiddeskrivu l-limiti esterni tas-sikka kontinentali. Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħtu l-pubbliċità xierqa dwar dan.

10. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni tad-delimitazzjoni tas-sikka kontinentali bejn Stati b'kosti opposti jew biswit xulxin.

Artikolu 77

Id-drittijiet ta' l-Istat kostali fuq is-sikka kontinentali

1. L-Istat kostali jeżerċita fuq is-sikka kontinentali drittijiet sovrani għall-iskop ta' l-esplorazzjoni tagħha u ta' l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha.

2. Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 huma esklussivi fis-sens li jekk Stat kostali ma jesplorax is-sikka kontinentali jew ma jutilizzax ir-riżorsi tagħha, ħadd ma jkun jista jidħol għal dawn l-attivitajiet mingħajr il-kunsens espliċitu ta' l-Istat kostali.

3. Id-drittijiet ta' l-Istat kostali fuq is-sikka kontinentali ma jiddependux mill-okkupazzjoni, effettiva jew mistħajjla, jew fuq xi proklama espressa.

4. Ir-riżorsi naturali msemmija f'din il-parti jikkonsistu mill-minerali u r-riżorsi mhux-ħajjin l-oħrajn tal-qiegħ il-baħar u s-saff ta' taħt dak, flimkien ma l-organiżmi ħajjin li jappartienu għall-ispeċje sedentarja, jiġifieri, organiżmi li, fl-istadju tal-ġbir tagħhom, jew huma li ma jiċċaqilqux jew inkella taħt qiegħ il-baħar, jew inkella li ma jistgħux jiċċaqilqu apparti milli b'kuntatt fiżiku kontinwu mal-qiegħ il-baħar jew is-saff ta' taħt dak.

Artikolu 78

L-istatus legali ta' l-ilmijiet supra-qarib u l-ispazju ta' l-ajru u d-drittijiet u l-libertajiet ta' l-Istati l-oħrajn

1. Id-drittijiet ta' l-Istat kostali fuq is-sikka kontinentali ma jaffettwawx l-istatus legali ta' l-ilmijiet supra-qarib jew l-ispazji ta' l-arju fuq dawk l-ilmijiet.

2. L-eżerċitar tad-drittijiet ta' l-Istat kostali fuq is-sikka kontinentali m'għandhomx jiksru jew li jirriżultaw f'interferenza mhux ġustifikabbli man-navigazzjoni u mad-drittijiet l-oħrajn u l-liberta ta' l-Istati l-oħrajn kif hemm provvediment dwar dan f'din il-Konvenzjoni.

Artikolu 79

Fili u pajpijiet sottomarini fuq is-sikka kontinentali

1. L-Istati kollha huma ntitolati li jqiegħdu fili u pajpijiet sottomarini fuq is-sikka kontinentali, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2. Bla ħsara għad-dritt li jieħdu miżuri raġjonevoli għall-esplorazzjoni tas-sikka kontinentali, l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha u tal-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż minn pajpijiet, l-Istat kostali ma jistax jimpedixxi it-tqegħid jew il-manteniment ta' fili jew pajpijiet bħal dawk.

3. Il-delineazzjoni tal-korsa għat-tqegħid ta' pajpijiet bħal dawk fuq is-sikka kontinentali hija suġġetta għall-kunsens ta' l-Istat kostali.

4. Xejn f'din il-parti ma jaffettwa d-dritt ta' l-Istat kostali li jistabbilixxi kondizzjonijiet dwar il-fili u l-pajpijiet li jidħlu fit-territorju jew fl-ibħra territorjali tiegħu, jew tal-ġurisdizzjoni tiegħu fuq il-fili u l-pajpijiet kostruwiti jew użati b'konnessjoni ma l-esplorazzjoni tas-sikka kontinentali jew l-esplorazzjoni tar-riżorsi tagħha jew ta' l-operazzjonijiet ta' gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu.

5. Meta jqiegħdu fili jew pajpijiet sottomarini, l-Istati għandhom iqisu kif xieraq il-fili jew il-pajpijiet li diġa jkunu qiegħdin hemmhekk. Partikolarment, il-possibbiltajiet tat-tiswija ta' fili u pajpijiet eżistenti m'għandhomx ikunu ppreġudikati.

Artikolu 80

Gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi fis-sikka kontinentali

L-Artikolu 60 japplika mutatis mutandis għal gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi fis-sikka kontinentali.

Artikolu 81

Tħaffir fis-sikka kontinentali

L-Istat kostali għandu jkollu d-dritt esklussiv li jawtorizza u jirregola t-tħaffir fuq is-sikka kontinentali għall-iskopijiet kollha.

Artikolu 82

Pagamenti u kontribuzzjonijiet fir-rigward ta' l-esplojtazzjoni tas-sikka kontinentali lil hinn minn 200 mil nawtiku

1. L-Istat kostali għandu jagħmel pagamenti jew kontribuzzjonijiet b'għelejjel fir-rigward ta' l-esplorazzjoni ta' riżorsi mhux ħajjin tas-sikka kontinentali lil hinn minn 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa' tal-baħar territorjali huwa mkejjel.

2. Il-pagamenti u l-kontribuzzjonijiet għandhom isiru ta' kull sena fir-rigward tal-produzzjoni kollha minn sit wara l-ewwel ħames snin tal-produzzjoni fuq dak is-sit. Għas-sitt sena, ir-rata tal-pagament jew tal-kontribuzzjoni għandha tkun ta' 1 % tal-valur jew tal-volum tal-produzzjoni fuq is-sit. Ir-rata għandha tiżdied bi 1 % għal kull sena susseggwenti sat-12-il sena u għandha tibqa fi 7 % minn hemm il-quddiem. Il-produzzjoni ma tinkludix riżorsi użati b'konnessjoni ma l-esplojtazzjoni.

3. Stat li għadu jiżviluppa li huwa importatur nett ta' riżorsi minerali prodotti mis-sikka kontinentali tiegħu huwa eżentat milli jwettaq pagamaneti jew kontribuzzjonijiet bħal dawk fir-rigward ta' dawk ir-riżorsi minerali.

4. Il-pagamenti jew il-kontribuzzjonijiet għandhom isiru tramite l-Awtorità, li għandha tqassamhom fost il-Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni, fuq il-bażi ta' kriterja u ishma ekwitabbli, billi jitqiesu l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw, partikolarment dawk fosthom l-anqas żviluppati u dawk li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar.

Artikolu 83

Id-delimitazzjoni tas-sikka kontinentali bejn l-Istati b'kosti opposti jew biswit xulxin

1. Id-delimitazzjoni tas-sikka kontinentali bejn l-Istati b'kosti oppost jew biswit għandha tkun effettwata bi ftehim fuq il-bażi ta' liġi internazzjonali, kif msemmi fl-Artikolu 38 ta' l-Istatut tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, sabiex jaslu għal soluzzjoni ekwitabbli.

2. Jekk l-ebda ftehim ma jkun jista jintlaħaq fi żmien perjodu raġjonevoli, l-Istati kkonċernati għandhom jirrikorru għad-disposizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-Parti XV.

3. Sakemm iseħħ il-ftehim li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1, l-Istati kkonċernati, fi spirtu ta' rikonoxximent u koperazzjoni, għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jaslu fi ftehim proviżjonali ta' natura prattika u, matul dan il-perjodu transizzjonali, li ma jipperikolax jew li jfixkel għat-twassil ta' ftehim finali. Arranġamenti bħal dawn għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-delimitazzjoni finali.

4. Meta jkun hemm ftehim eżistenti bejn l-Istati kkonċernati, kwistjonijiet li jirrigwardaw id-delimitazzjoni tas-sikka kontinentali għandhom ikunu ddeterminati b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' dak il-ftehim.

Artikolu 84

Mapep nawtiċi u l-listi tal-kordinati ġeografiċi

1. Suġġett għal din il-parti, il-linji tal-limiti esterni tas-sikka kontinentali u l-linji tad-delimitazzjoni pinġuti b'konformità ma l-Artikolu 83 għandhom ikunu murija fuq il-mapep nawtiċi u ta' skala jew skali adekwati għall-aċċertar tal-posizzjoni tagħhom. Meta xieraq, listi tal-punti tal-kordinati ġeografiċi, li jispeċifikaw id-datum ġeodetiku, jistgħu ikunu mibdula għal dawn il-linji tal-limitu estern jew tal-linji tad-delimitazzjoni.

2. L-Istat kostali għandu jagħti l-publiċità meħtieġa dwar dawk il-mapep nawtiċi jew tal-listi tal-kordinati ġeografiċi u għandu jiddepożita kopja ta' kull mappa nawtika jew ta' lista bħal dik mas-Segreteraju-Ġenerali ta' l-Awtorità.

Artikolu 85

Tħaffir ta' mini

Din il-parti ma tippreġudikax id-dritt ta' Stati kostali li jesplojtaw is-saff ta' taħt il qiegħ il-baħar permezz ta' tħaffir ta' mini, irrispettivament mill-fond ta' l-ilmijiet fuq dak is-saff ta' taħt il-qiegħ.

PARTI VII

IBĦRA INTERNAZZJONALI

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 86

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-parti

Id-dispożizzjonijiet ta' din il-parti japplikaw għall-partijiet kollha li ma humiex inklużi fiż-żona ekonomika esklussiva, fil-baħar territorjali jew fl-ilmijiet interni ta' Stat, jew fl-ibħra arċipelaġiċi jew ta' Stat arċipelagu. Dan l-Artikolu ma jinvolvix xi tnaqqis tad-drittijiet gawduti mill-Istati kolha f'żona ekonomika esklussiva b'konformità ma l-Artikolu 58.

Artikolu 87

Il-libertà ta' l-ibħra internazzjonali

1. L-ibħra internazzjonali huma miftuħa għall-Istati kollha, seww jekk kostali u anke jekk m'għandhom aċċess dirett għall-baħar. Il-libertà ta' l-ibħra internazzjonali hija eżerċitata permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti b'din il-Konvenzjoni u b'regoli oħrajn tal-liġi internazzjonali. Din tgħodd, inter alia, kemm għal Stati kostali wkoll għal dawk li m'għandhomx aċċess dirett għal-baħar:

(a) il-libertà tan-navigazzjoni;

(b) il-libertà tat-titjiriet;

(ċ) il-liberta li jitqiegħdu fili u pajpijiet, bla ħsara għall-Parti VI;

(d) il-libertà tal-kostruzzjoni ta' gżejjer artifiċjali u stallazzjonijiet oħrajn permissibbli permezz tal-liġi internazzjonali, suġġetta għall-Parti VI;

(e) il-libertà tas-sajd, suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni 2;

(f) il-libertà tar-riċerka xjentifika, suġġetta għall-Partijiet VI u XIII.

2. Dawn il-libertajiet għandhom ikunu eżerċitati mill-Istati kollha b'attenzjoni xierqa għall-interessi ta' l-Istati l-oħrajn fl-eżerċitar tagħhom tal-libertà ta' l-ibħra internazzjonali, u wkoll b'attenzjoni xierqa permezz ta' din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-attivitajiet f'dik iż-żona.

Artikolu 88

Ir-riserva ta' l-ibħra internazzjonali għal skopijiet paċifiċi

L-ibħra internazzjonali għandhom ikunu rriservati għal skopijiet paċifiċi.

Artikolu 89

L-invalidità ta' pretenzjonijiet ta' sovranità fuq l-ibħra internazzjonali

L-ebda Stat ma jista validitament jipproponi li jissuġġetta xi parti mill-baħar internazzjonali għas-sovranità tiegħu.

Artikolu 90

Id-dritt tan-navigazzjoni

Kwalunkwe Stat, sew jekk kostali jew li m'għandux aċċess dirett għall-baħar, għandu d-dritt li jbaħħar il-vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu matul l-ibħra internazzjonali.

Artikolu 91

In-nazzjonalità ta' vapuri

1. Kull Stat għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tan-nazzjonalità tiegħu lill-vapuri, għar-reġistrazzjoni ta' vapuri fit-territorju tiegħu, u tad-dritt li jtajjru il-bandiera tiegħu. Il-vapuri għandhom in-nazzjonalità ta' l-Istat li l-bandiera tiegħu huma ntitolati li jtajjru. Għandu jkun hemm rabta ġenwina bejn l-Istat u l-vapur.

2. Kull Stat għandu jforni lill-vapuri li hu jkun ta d-dritt li jtajjru l-bandiera tiegħu dawk id-dokumenti dwar dan il-fatt.

Artikolu 92

L-istatus ta' vapuri

1. Vapuri għandhom ibaħħru taħt il-bandiera ta' Stat wieħed biss u, apparti milli f'każi li eċċezzjonalment hemm provvediment espress dwar dan fi trattati internazzjonali jew f'din il-Konvenzjoni, għandhom ikunu suġġetti għall-ġurisdizzjoni esklussiva tiegħu fl-ibħra internazzjonali. Vapur ma jistax jibdel il-bandiera tiegħu matul vjaġġ jew waqt f'port fi żjara, apparti fil-każ ta' trasferiment reali tal-propjetarju jew kambjament tar-reġistru.

2. Vapur li jbaħħar taħt il-bnadar ta' tnejn jew aktar Stati, li jutilizzhom skond il-konvenjenza, ma jistax jitlob waħda min-nazzjonalitajiet f'dan il-każ fir-rigward ta' xi Stat ieħor, u jista' jkun assimiljat ma vapur mingħajr nazzjonalità.

Artikolu 93

Vapuri li jtajjru l-bandiera tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji speċjalizzati tagħha u ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika

L-Artikoli preċedenti ma jippreġudikawx il-kwistjoni ta' vapuri użati fis-servizz uffiċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika, li jtajjru l-bandiera ta' l-organizzazzjoni.

Artikolu 94

Id-doveri ta' l-Istat tal-bandiera

1. Kull Stat għandu effettivament jeżerċita l-ġurisdizzjoni u l-kontroll tiegħu f'materji amministrattivi, tekniċi u soċjali fuq il-vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu.

2. Partikolarment, kull Stat għandu:

(a) jżomm reġistru ta' vapuri li jkun fih l-ismijiet u l-partikolaritajiet tal-vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu, apparti minn dawk li huma esklużi minn regolamenti internazzjonali ġeneralment aċċettati minħabba d-daqs żgħir tagħhom; u

(b) jassumi ġurisdizzjoni permezz tal-liġi interna tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ fir-rigward ta' materji amministrattivi, tekniċi u soċjali li jikkonċernaw il-vapur.

3. Kull Stat għandu jieħu dawk il-miżuri dwar il-vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu skond ma huma meħtieġa sabiex jassiguraw is-sigurtà fuq il-baħar fir-rigward, inter alia, dwar:

(a) il-kostruzzjoni, l-apparat u l-adattabbilità tiegħu għat-tbaħħir ta' vapuri;

(b) l-ekwipaġġ ta' vapuri, l-kondizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ ta' l-ekwipaġġi, billi jittieħed akkont ta' l-istrumenti internazzjonali applikabbli;

(ċ) l-użu ta' sinjali, iż-żamma ta' komunikazzjonijiet u l-prevenzjoni ta' ħabtiet.

4. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu dawk li huma meħtieġa sabiex jassiguraw:

(a) li kull vapur, qabel ir-reġistrazzjoni, u imbagħad matul intervalli xierqa, għandu jkun spezzjonat minn spettur kwalifikat tal-vapuri, u li jkollu abbord dawk il-mapep marittimi, pubblikazzjonijiet nawtiċi u tgħamir u strumenti tan-navigazzjoni skond kif inhuma xierqa għal navigazzjoni sigura tal-vapur.

(b) li kull vapur ikun taħt il-kmand ta' kaptan u uffiċjali li jkollhom il-kwalifiki xierqa, partikolarment fit-tbaħħir, fin-navigazzjoni, fil-komunikazzjonijiet u fl-inġinerija marittima, u li l-ekwipaġġ jkun adattat kemm fil-kwalifiki u n-numru għat-tip, id-daqs, il-makkinarju u t-tgħamir tal-vapur;

(ċ) li l-kaptan, l-uffiċjali u, sal-limitu xierqa, l-ekwipaġġ għandu jkun kompletament konversanti ma u li jkun meħtieġ li josservaw ir-regolamenti internazzjonali applikabbli rigward is-sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar, li jieħdu ħsieb il-prevenzjoni ta' ħabtiet, il-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż marittimu, u ż-żamma tal-komunikazzjonijiet bir-radju.

5. Fit-teħid tal-miżuri kif mitluba fil-paragrafi 3 u 4, kull Stat huwa meħtieġ li jkun konformi mar-regolamenti internazzjonali, mal-proċeduri u l-prattiċi ġeneralment aċċettati u li jieħu dawk il-passi skond ma jista jkun meħtieġ sabiex tkun assigurata l-osservanza tagħhom.

6. Stat li jkollu raġunijiet ċari li jemmen li l-ġurisdizzjoni u l-kontroll xieraq fir-rigward ta' vapur ma jkunux ġew eżerċitati jista jirraporta l-fatti lill-Istat tal-bandiera. Meta jirċievi rapport bħal dan, l-Istat tal-bandiera għandu jinvestiga l-materja u, jekk xieraq, jista jieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni.

7. Kull Stat għandu jara li inkjesta tkun miżmumha minn jew quddiem persuna jew persuni kwalifikati kif xieraq dwar kull każwalità jew inċident marittimu jew tan-navigazzjoni fuq l-ibħra internazzjonali li jinvolvu vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u toħloq telf ta' ħajja jew korriment serju taċ-ċittadini ta' Stat ieħor jew ħsara serja lill-vapuri jew lill-istallazzjonijiet ta' Stat ieħor jew għall-ambjent marittimu. L-Istat tal-bandiera u l-Istat l-ieħor għandhom jikkoperaw fit-twettieq ta' kwalunkwe inkjesta miżmumha minn dak l-Istat l-ieħor fi każwalità jew inċident jew navigazzjoni bħal dawk.

Artikolu 95

L-immunità ta' vapuri tal-gwerra fuq baħar internazzjonali

Vapuri tal-gwerra fuq baħar internazzjonali għandhom immunità sħiħa mill-ġurisdizzjoni ta' xi Stat apparti milli l-Istat tal-bandiera.

Artikolu 96

L-immunità ta' vapuri wżati biss fis-servizz mhux kummerċjali ta' gvern

Vapuri li jappartienu jew li huma operati minn Stat u wżati biss fis-servizz mhux-kummerċjali ta' gvern għandhom, meta jkunu f'ibħra internazzjonali, jkollhom immunità sħiħa mill-ġurisdizzjoni ta' xi Stat apparti milli l-Istat tal-bandiera.

Artikolu 97

Ġurisdizzjoni penali f'materji ta' ħabtiet jew xi inċident ieħor tan-navigazzjoni

1. Fil-każ ta' ħabta jew xi inċident ieħor tan-navigazzjoni li jikkonċerna vapur f'baħar internazzjonali, li tinvolvi responsabbilità penali jew dixxiplinarja tal-kaptan jew ta' xi persuna oħra fis-servizz tal-vapur, l-ebda proċediment penali jew dixxiplinarji ma jistgħu jkunu mibdija kontra persuna bħal din apparti milli quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jew mill-Istat tal-bandiera jew mill-Istat li tiegħu il-persuna hija ċittadin.

2. F'materji ta' dixxiplina, l-Istat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-kaptan jew iċ-ċertifikat ta' kompetenza jew liċenzja għandhom biss ikunu kompetenti, wara proċess legali xieraq, jista jippronunzja t-tneħħija ta' ċertifikati bħal dawn, anki jekk id-detentur ma jkunx ċittadin ta' l-Istat li jkun ħariġhom.

3. L-ebda arrest jew detenzjoni ta' vapuri, anki bħala miżura ta' investigazzjoni, m'għandu jkun ordnat minn xi awtoritajiet apparti minn dawk ta' l-Istat tal-bandiera.

Artikolu 98

Dover li tingħata għajnuna

1. Kull Stat għandu jeħtieġ li kaptan ta' vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, sakemm dan ikun jista' jagħmel hekk mingħajr periklu serju għall-vapur, għall-ekwipaġġ jew għall-pasiġġieri:

(a) li jagħti l-għajnuna lill-kwalunkwe persuna misjuba fuq il-baħar fil-periklu li tkun mitlufha;

(b) li jipproċedi bil-ħeffa kollha possibbli ħalli jsalva persuni f'periklu, jekk ikun infurmat bil-ħtieġa tagħhom għall-għajuna, sakemm azzjoni bħal din tista' b'mod raġjonevoli tkun mistennija minnu;

(ċ) wara ħabta, jagħti l-għajnuna lill-vapur l-ieħor, lill-ekwipaġġ tiegħu u lill-passiġġieri tiegħu u, meta possibbli, li jinforma lill-vapur l-ieħor bl-isem tal-vapur tiegħu, bil-port tar-reġistrazzjoni tiegħu u bl-eqreb post li fih mistenni li jidħol.

2. Kull Stat kostali għandu jħeġġeġ l-istabbiliment, l-operazzjoni u ż-żamma ta' servizz adekwat u effettiv għal tfittix u s-salvataġġ fir-rigward tas-sigurtà fuq u madwar l-ibħra u, meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, permezz ta' l-arranġamenti reġjonali reċiproki ta' koperazzjoni ma' l-Istati tal-qrib, għan dan l-iskop.

Artikolu 99

Il-projbizzjoni tat-trasportazzjoni ta' skjavi

Kull Stat għandu jieħu miżuri effettivi ħalli jżomm u jikkastiga t-trasportazzjoni ta' skjavi fuq il-vpuri li huma awtorizzati li jtajjru l-bandiera tiegħu u li ma jħallix l-użu illegali tal-bandiera tiegħu għal dak l-iskop. Xi skjav li jfittex kenn abbord kwalunkwe vapur, independentament mill-bandiera tiegħu, għandu ipso facto, ikun ħieles.

Artikolu 100

Id-dover tal-koperazzjoni għar-repressjoni tal-piraterija

L-Istati kollha għandhom jikkoperaw sal-limitu massimu possibbli fir-repressjoni tal-piraterija fuq l-ibħra internazzjonali jew f'xi post ieħor il-barra mill-ġurisdizzjoni ta' xi Stat.

Artikolu 101

Definizzjoni tal-piraterija

Il-piraterija tikkonsisti fi kwalunkwe minn dawn l-atti li ġejjin:

(a) xi atti illegali ta' vjolenza jew detenzjoni, jew xi att ta' ħtif, imwettaq għal skopijiet privati mill-ekwipaġġ jew mill-pasiġġieri ta' vapur privat jew ta' ajruplan privat, u mwettaq:

(i) fuq l-ibħra internazzjonali, kontra vapur jew ajruplan ieħor, jew kontra persuni jew propjetà abbord vapur jew arjuplan bħal dak;

(ii) kontra vapur, ajruplan, persuni jew propjeta f'post il-barra mill-ġurisdizzjoni ta' xi Stat;

(b) xi att ta' parteċipazzjoni voluntarja fl-operazzjoni ta' vapur jew ta' ajruplan b'konoxxenza tal-fatti li jgħamluh vapur jew ajruplan tal-piraterija;

(ċ) xi att ta' tixwix għal, jew tal-faċilitar intenzjonali għall-iffaċilitar ta' att deskitt fis-sub paragrafu (a) jew (b).

Artikolu 102

Piraterija b'vapur tal-gwerra, vapur ta' gvern jew b'ajruplan ta' gvern li l-ekwipaġġ tiegħu ikun irvella kontra l-kaptan

L-atti tal-piraterija, kif definiti fl-Artikolu 101, imwettqa minn vapur tal-gwerra, vapur ta' gvern jew ajruplan ta' gvern li l-ekwipaġġ tiegħu jkun irvella kontra l-kaptan u li jkun ħa kontroll tal-vapur jew ta' l-ajruplan, huma assimiljati ma atti mwettqa minn vapur jew ajruplan pirata.

Artikolu 103

Definizzjoni ta' vapur jew ajruplan pirata

Vapur jew ajruplan huwa meqjus bħala vapur jew ajrupjan pirata jekk huwa ntiż mill-persuni li jkunu dominanti fil-kontroll tiegħu sabiex ikun użat għall-iskop li jwettaq wieħed jew aktar mill-atti msemmija fl-Artikolu 101. L-istess japplika jekk il-vapur jew l-ajruplan ikun ġie użat sabiex iwettaq att bħal dan, sakemm dan jibqa taħt il-kontroll tal-persuni ħatja ta' dak l-att.

Artikolu 104

Iż-żamma jew it-telf tan-nazzjonalità ta' vapur jew ajruplan pirata

Vapur jew ajruplan jista jżomm in-nazzjonalità tiegħu għalkemm ikun sar vapur jew ajruplan pirata. Iż-żamma jew it-telfien tan-nazzjonalità hija ddeterminata bil-liġi ta' l-Istat li minn għandu n-nazzjonalità kienet ġiet akkwistata.

Artikolu 105

Il-ħtif ta' vapur jew ajruplan pirata

Fuq l-ibħra internazzjonali, jew f'xi post ieħor il-barra mill-ġurisdizzjoni ta' xi Stat, kull Stat jista jaħtaf vapur jew ajruplan pirata, jew vapur jew ajruplan maħtuf bil-piraterija u taħt il-kontroll ta' pirati, u jarresta l-persuni u jaħtaf il-propjetà li jkun hemm abbord. Il-qrati ta' l-Istat li jwettaq dan il-ħtif jistgħu jiddeċiedu dwar il-penalitajiet li għandhom ikunu mposti, u jista wkoll jiddetermina l-azzjoni li għandha tittieħed fir-rigward tal-vapuri, l-ajruplani jew il-propjeta, bla ħsara għad-drittijiet ta' partijiet terzi li jaġixxu in bona fede.

Artikolu 106

Responsabbiltà dwar ħtif mingħajr raġunijiet sodi

Meta l-ħtif ta' vapur jew ajruplan fuq is-suspett ta' piraterija jkun ġie effettwat mingħajr raġunijiet sodi, l-Istat li jagħmel il-ħtif għandu jkun responsabbli lejn l-Istat tan-nazzjonalità li jkollu l-vapur jew l-ajruplan, għal xi telf jew danni kkaġunati b'dak il-ħtif.

Artikolu 107

Vapuri u ajruplani li huma intitolati li jwettqu ħtif minħabba l-piraterija

Ħtif minħabba piraterija jista jitwettaq biss minn vapuri tal-gwerra jew arjuplani militari, jew vapuri jew ajruplani oħrajn immarkati kjarament u identifikabbli bħala li huma fis-servizz ta' gvern u awtorizzati għal dak l-iskop.

Artikolu 108

Traffiku illeċitu fi drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi

1. L-Istati kollha għandhom jikkoperaw fis-suppressjoni tat-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi imwettqa minn vapuri f'ibħra internazzjonali b'kuntrarju għall-konvenzjonijiet internazzjonali.

2. Xi Stat li jkollu bażi raġjonevoli sabiex jemmen li vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu ikun involut fit-traffiku illeċitu fi drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi jista jitlob il-koperazzjoni ta' l-Istati l-oħrajn sabiex iwaqqaf dak it-traffiku.

Artikolu 109

Xandir mhux awtorizzat minn ibħra internazzjonali

1. L-Istati kollha għandhom jikkoperaw fis-supressjoni ta' xandir mhux awtorizzat minn fuq ibħra internazzjonali.

2. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, "xandir mhux awtorizzat" ifisser it-trasmissjoni ta' xandir tal-ħoss bir-radju jew bit-televiżjoni minn fuq vapur jew stallazzjoni f'ibħra internazzjonali intiżi sabiex jirċevihom il-pubbliku ġenerali kuntrarju tar-regolamenti internazzjonali, imma eskluża t-trasmissjoni ta' sejħiet għall-għajnuna f'każ ta' emerġenza.

3. Kwalunkwe persuna nvoluta f'xandir mhux awtorizzat tista tkun tkun miġjuba quddiem il-qorti ta':

(a) l-Istat tal-bandiera tal-vapur;

(b) l-Istat tar-reġistrazzjoni ta' l-istallazzjoni;

(ċ) l-Istat li tiegħu il-persuna hija ċittadin;

(d) kwalunkwe Stat ta' fejn it-trasmissjoni tista tkun irċevuta; jew

(e) kwalunkwe Stat ta' fejn komunikazzjoni awtorizzata bir-radju tkun issofri minn interferenza.

4. Fl-ibħra internazzjonali, Stat li jkollu ġurisdizzjoni b'konformità mal-paragrafu 3 jista, b'konformità ma l-Artikolu 110, jarresta kwalunkwe persuna jew vapur involut fix-xandir mhux awtorizzat u jaħtaf l-apparat tax-xandir.

Artikolu 110

Id-dritt ta' żjara

1. Ħlief meta atti ta' interferenza li jirriżultaw mill-poteri mogħtija bi trattat, vapur tal-gwerra li jiltaqa ma vapur barrani fl-ibħra internazzjonali, apparti milli vapur intitolat għal immunità sħiħa b'konformità ma l-Artikoli 95 u 96, mhux ġustifikat li jtella nies fuqu sakemm ma jkunx hemm bażi raġjonevoli għas-suspett li:

(a) il-vapur ikun involut fil-piraterija;

(b) il-vapur ikun involut fil-kummerċ ta' l-iskjavi;

(ċ) il-vapur ikun involut f'xandir mhux awtorizzat u li l-Istat tal-bandiera tal-vapur tal-gwerra jkollu ġurisdizzjoni permezz ta' l-Artikolu 109;

(d) il-vapur ikun mingħajr nazzjonalità; jew

(e) għalkemm itajjar bandiera barranija jew inkella jiċħad li juri l-bandiera tiegħu, il-vapur ikun, fir-realtà, ta' l-istess nazzjonalità bħal dik tal-vapur tal-gwerra.

2. Fil-każi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1, vapur tal-gwerra jista jipproċedi li jivverifika d-dritt ta' vapur li jtajjar dik il-bandiera. Għal dan l-iskop, huwa jista jibgħat dgħajsa taħt il-kmand ta' fizzjal lejn il-vapur issospettat. Jekk is-suspett jibqa anki wara li d-dokumenti jkunu ġew eżaminati, dan jista jipproċedi għal aktar eżaminazzjoni abbord il-vapur, li għandha titwettaq b'kunsiderazzjoni xierqa.

3. Jekk is-suspetti jirriżultaw li ma jkunux fondati, u basta li l-vapur li jkun sar it-tluħ fuqu ma jkun wettaq l-ebda att li jiġġustika dan, għandu jkun ikkompensat għal xi telf jew danni li jkun setgħa sofra.

4. Dawn id-disposizzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għal ajruplani militari.

5. Dawn id-disposizzjonijiet japplikaw ukoll għal xi vapuri jew ajruplani oħrajn awtorizzati u kjarament immarkati u identifikati bħala li huma fis-servizz ta' gvern.

Artikolu 111

Id-dritt ta' ġiri b'segwiment

1. Il-ġiri b'segwiment ta' vapur barrani jista jitwettaq mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat kostali li jkollu raġuni soda li jemmen li dak il-vapur ikun kiser il-liġijiet u r-regolamenti ta' dak l-Istat. Segwiment bħal dak għandu jibda meta l-vapur barrani jew waħda mid-dgħajjes tiegħu ikunu fl-ibħra nterni, l-ibħra arċipelaġiċi, il-baħar territorjali jew f'żona kontigwa ta' l-Istat li jgħamel is-segwiment, u jista jibqa jseħħ biss il-barra mill-baħar territorjali jew taż-żona kontigwa jekk is-segwiment ma jkunx ġie interrott. Mhux meħtieġ li, fil-waqt meta l-vapur barrani jkun fil-baħar territorjali jew fiż-żona kontigwa li jirċievi ordni li jieqaf, li l-vapur li jgħati l-ordni għandu l-istess ikun gewwa l-baħar territorjali jew fiż-żona kontigwa. Jekk vapur barrani jkun fiż-żona kontigwa, kif definita fl-Artikolu 33, is-segwiment jista jseħħ biss jekk ikun hemm vjolazzjoni tad-drittijiet għall-protezzjoni li dwarha ż-żona tkun ġiet stabbilita.

2. Id-dritt tal-ġiri b'segwiment għandu japplika mutatis mutandis għal vjolazzjonijiet fiż-żona ekonomika esklussiva jew fuq is-sikka kontinentali, inklużi ż-żoni tas-sigurtà madwar stallazzjonijiet ta' fuq is-sikka kontinentali, tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istat kostali applikabbli b'konformità ma din il-Konvenzjoni għal żona ekonomika esklusiva jew għas-sikka kontinentali, inklużi dawk iż-żoni ta' sigurtà.

3. Id-dritt ta' ġiri b'segwiment jispiċċa malli l-vapur segwit jidħol fil-baħar territorjali ta' l-Istat tiegħu jew ta' Stat terz.

4. Ġiri b'segwiment mhux meqjus li jkun beda sakemm il-vapur li jkun jagħmel is-segwiment ikun sodisfatt b'dawk il-mezzi prattikabbli skond ma jistgħu jkunu disponibbli li l-vapur segwit jew li waħda mid-dgħajjes tiegħu jew xi mezz ieħor tat-tbaħħir li jkunu jaħdmu bħala grupp u li jużaw il-vapur segwit bħala l-vapur tal-bażi tagħhom, ikunu fil-limiti tal-baħar territorjali, jew, skond ma jkun il-każ, fi ħdan iż-żona tal-konfigurazzjoni jew fiż-żona ekonomika esklussiva jew fuq is-sikka kontinentali. Is-segwiment jista jkun mibdi biss wara li sinjal viżwali jew awditorju li jordna l-waqfien ikun ingħata f'distanza li fiha dan ikun jista jidher jew jinstema mill-vapur barrani.

5. Id-dritt tal-ġiri b'segwiment jista jitwettaq biss minn vapuri tal-gwerra jew arjuplani militari, jew vapuri jew ajruplani oħrajn immarkati kjarament u identifikabbli bħala li huma fis-servizz ta' gvern u awtorizzati għal dak l-iskop.

6. Meta ġiri b'segwiment isir minn ajruplan:

(a) id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis;

(b) l-ajruplan li jagħti l-ordni għall-waqfien għandu huwa nnifsu isegwi attivament lill-vapur sakemm vapur jew ajruplan ieħor ta' l-Istat kostali, imsejjaħ mill-ajruplan, jasal sabiex ikompli bis-segwiment, sakemm l-ajruplan innifsu ma jkunx jista li jaffettwa l-arrest huwa stess. Ma jkunx biż-żejjed li jkun iġġustifikat li jseħħ arrest il-barra mill-baħar territorjali li l-vapur kien sempliċement jidher mill-ajruplan bħala li qiegħed iwettaq offiża jew li huwa ssusspettat b'offiża, jekk dan ma kienx, kemm li ġie ordnat li jieqaf u wkoll li kien segwit mill-ajruplan innifsu jew minn ajruplani jew vapuri oħrajn li jibqgħu isegwuh mingħajr interruzzjoni.

7. Ir-rilaxx tal-vapur arrestat fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' Stat u eskortat lejn port ta' dak l-Istat għall-iskopijiet ta' inkjesta quddiem l-awtoritajiet kompetenti ma jistax ikun ċitat biss fuq il-bażi li l-vapur, fil-korsa tal-vjaġġ tiegħu, kien eskortat matul parti taż-żona ekonomika esklussiva jew f'baħar internazzjonali, jekk iċ-ċirkostanzi kienu hekk jeħtieġu.

8. Meta vapur ikun twaqqaf jew ikun arrestat il-barra mill-baħar territorjali f'ċirkostanzi li ma jiġġustifikawx l-eżerċitar tad-dritt tal-ġiri b'segwiment, dan għandu jkun ikkumpensat għal xi telf jew danni li minħabba f'hekk ikun sofra.

Artikolu 112

Id-dritt tat-tqegħid ta' fili u pajpijiet taħt il-baħar

1. L-Istati kollha huma ntitolati li jqiegħdu fili u pajpijiet fuq qiegħ il-baħar ta' l-ibħra internazzjonali lil hinn mis-sikka kontinentali.

2. L-Artikolu 79(5) huwa applikabbli għal fili u pajpijiet bħal dawn.

Artikolu 113

Il-qtugħ jew ħsara għal fili jew pajpijiet ta' taħt il-baħar

Kull Stat għandu jadotta l-liġijiet u r-regolamenti meħtieġa sabiex jipprovdi li l-qtugħ jew ħsara, minn vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu jew minn persuna li hija suġġetta għall-ġurisdizzjoni tiegħu, ta' fili ta' taħt il-baħar internazzjonali mwettaq b'malizja jew b'negliġenza ta' traskuraġni, f'tali manjiera hekk li jkun jista jinterrompi jew jostakola l-komunikazzjonijiet telegrafiċi jew telefoniċi, u l-qtugħ u l-ħsara simili ta' pajpijiet ta' taħt il-baħar jew ta' fili ta' potenza bil-vultaġġ għoli, għandha tkun offiża suġġetta għal kastig. Din id-disposizzjoni għandha tkun tapplika wkoll dwar l-imġieba kkalkolata jew li aktarx li tirriżulta filli jseħħ dak il-qtugħ jew ħsara. B'dana kollu, m'għandux ikun applikabbli għal xi qtugħ jew ħsara kkawżata minn persuni li jaġixxu sempliċement bil-għan leġittimi li jsalvaw ħajjithom jew lill-vapuri tagħhom, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha sabiex jevitaw dak il-qtugħ jew ħsara.

Artikolu 114

Il-qtugħ jew il-ħsara mill-propjetarji ta' fili jew ta' pajpijiet ta' taħt il-baħar ta' fili jew pajpijiet oħrajn ta' taħt il-baħar

Kull Stat għandu jadotta l-liġijiet u r-regolamenti meħtieġa sabiex jipprovdi li, jekk persuni li huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu u li huma l-propjetarji ta' fili jew pajpijiet taħt baħar internazzjonali, li fit-tqegħid jew fit-tiswija ta' dak il-fil jew pajp, jaqtgħu jew jagħmlu ħsara lil fil jew pajp ieħor, huma għandhom ikunu responsabbli ta' l-ispejjes tat-tiswijiet.

Artikolu 115

Indemnità għal telf soffrut sabiex tkun evitata l-ħsara f'fili jew f'pajpijiet ta' taħt il-baħar

Kull Stat għandu jadotta l-liġijiet u r-regolamenti meħtieġa sabiex jassigura li l-propjetarji ta' vapuri li jkunu jistgħu jagħtu prova li huma jkunu ssaġrifikaw ankra, xibka jew apparat ieħor tas-sajd, sabiex jevitaw li sseħħ ħsara għal fili jew pajpijiet ta' taħt il-baħar, għandhom ikunu indemnifikati mis-sid ta' dak il-fil jew pajp, basta li s-sid tal-vapur ikun ħa minn qabel il-miżuri kollha meħtieġa ta' prekawzjoni.

SEZZJONI 2

IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAR-RIŻORSI ĦAJJIN TA' L-IBĦRA INTERNAZZJONALI

Artikolu 116

Id-dritt tas-sajd f'ibħra internazzjonali

L-Istati kollha għandhom id-dritt għaċ-ċittadini tagħhom li jinvolvu rwieħhom fis-sajd f'ibħra internazzjonali, suġġett għal:

(a) l-obligazzjonijiet tagħhom għal Trattat;

(b) id-drittijiet u d-doveri kif ukoll l-interessi ta' l-Istati Kostali li hemm provvediment dwarhom, inter alia, fl-Artikolu 63(2) u fl-Artikoli 64 sa 67; u

(ċ) id-disposizzjonijiet ta' din is-sezzjoni.

Artikolu 117

Id-dover ta' Stati li jadottaw fir-rigward taċ-ċittadini tagħhom il-miżuri ta' konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin ta' l-ibħra internazzjonali

L-Istati kollha għandhom id-dover li jieħdu, b'koperazzjoni ma Stati oħrajn, dawk il-miżuri għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom skond ma jista jkun meħtieġ, għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin ta' l-ibħra internazzjonali.

Artikolu 118

Il-koperazzjoni ta' l-Istati fil-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi ħajjin

L-Istati għandhom jikkoperaw bejniethom fil-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żoni ta' l-ibħra internazzjonali. L-Istati li ċ-ċittadini tagħhom jesplojtjaw riżorsi ħajjin identiċi, jew riżorsi ħajjin differenti, fl-istess żona, għandhom jibdew negozjati bil-għan li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin ikkonċernati. Huma għandhom għal dan l-iskop, skond kif ikun xieraq, li jikkoperaw bl-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet subreġjonali jew reġjonali tas-sajd.

Artikolu 119

Il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar internazzjonali

1. Fid-determinazzjoni tal-qabda permissibbli u fl-istabbilliment tal-miżuri l-oħrajn tal-konservazzjoni għal riżorsi ħajjin fl-ibħra internazzjonali, l-Istati għandhom:

(a) jieħdu l-miżuri li huma ddisinjati, fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli għall-Istati kkonċernati, għall-manteniment u r-restawrazzjoni tal-popolazzjonijiet ta' speċjali maqbuda f'livelli li jistgħu jipproduċu l-akkwist massimu sostenibbli, kif kwalifikat bil-fatturi ambjentali u ekonomiċi relevanti, inklużi l-ħtiġiet speċjali ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw, u billi jittieħed akkont ta' l-għamliet tas-sajd, l-interdipendenza tal-ħażniet u xi normi internazzjonali minimi ġeneralment rikonoxxuti, kemm jekk subreġjonali, reġjonali jew globali;

(b) jieħdu kunsiderazzjoni għall-effetti fuq l-ispeċje assoċjati ma jew dipendenti fuq l-ispeċje maqbuda bil-għan taż-żamma jew tar-restawr tal-popolazzjonijiet ta' dawk l-ispeċje assoċjati jew dipendenti il-fuq mil-livelli li fihom ir-riproduzzjoni tagħhom tista tkun serjament mhedda.

2. Informazzjoni xjentifika disponibbli, l-istatistika tal-qbid u ta' l-isforzi tas-sajd, u dettalji oħrajn relevanti għall-konservazzjoni tal-ħażniet tal-ħut għandhom ikunu fornuti u skambjati fuq bażi regolari matul l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, kemm subreġjonali, reġjonali jew globali, meta xieraq u bil-parteċipazzjoni mill-Istati kollha kkonċernati.

3. L-Istati kkonċernati għandhom jassiguraw li l-miżuri tal-konservazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom ma jkunux diskriminatorji fil-għamla jew fil-fatt kontra sajjieda ta' xi Stat ieħor.

Artikolu 120

Mammali marini

L-Artikolu 65 japplika wkoll għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' mammali marini fl-ibħra internazzjonali.

PARTI VIII

IR-REĠIM TA' GŻEJJER

Artikolu 121

Ir-reġim ta' gżejjer

1. Gżira hija żona ta' art iffurmata naturali, imdawwra fil-baħar, li hija l-fuq mill-wiċċ meta l-marea tkun għolja.

2. Apparti milli kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 3, il-baħar territorjali, iż-żona kontigwa, iż-żona ekonomika esklussiva u s-sikka kontinentali ta' gżira huma ddeterminati b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni applikabbli għal art territorjali oħra.

3. Blat li ma jistgħux isostnu abitazzjoni umana jew ħajja ekonomika minnhom infushom ma għandhom l-ebda żona ekonomika esklussiva jew sikka kontinentali.

PARTI IX

IBĦRA MAGĦLUQA JEW PARZJALMENT MAGĦLUQA

Artikolu 122

Definizzjoni

Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, "baħar magħluq jew parzjalment magħluq" ifisser golf, baċir jew baħar imdawwar bi tnejn jew aktar Stati u konness ma baħar jew oċean ieħor bi sfog dejjaq jew li jikkonsisti kompletament jew primarjament f'ibħra territorjali u żoni ekonomiċi esklussivi ta' tnejn jew aktar Stati kostali.

Artikolu 123

Koperazzjoni bejn l-Istati bi fruntieri fuq ibħra magħluqa jew parzjalment magħluqa

L-Istati bi fruntieri fuq baħar magħluq jew parzjalment magħluq għandhom jikkoperaw bejniethom fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom u fit-twettieq tad-doveri tagħhom permezz ta' din il-Konvenzjoni. Għal dan il-għan huma għandhom jagħmlu sforz, direttament jew permezz ta' organizzazzjoni reġjonali xierqa:

(a) li jikkordinaw l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni, l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

(b) li jikkordrinaw l-implimentazzjoni tad-drittijiet u d-doveri tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu;

(ċ) li jikkordinaw l-istrateġiji tagħhom tar-riċerka xjentifika u jidħlu għal, meta xieraq, programmi konġunti ta' riċerka xjentifika f'dik iż-żona;

(d) li jistiednu, kif xieraq, lil-Istati jew lill-organizzazzjonijiet l-oħrajn li huma nteressati sabiex jikkoperaw magħhom fit-tkomplija ulterjuri tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

PARTI X

ID-DRITT TA' L-AĊĊESS TA' L-ISTATI LI M'GĦANDHOMX AĊĊESS DIRETT GĦALL-BAĦAR LEJN U MILL-BAĦAR U L-LIBERTÀ TAT-TRANSITU

Artikolu 124

L-użu tat-termini

1. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni:

(a) "Stat li m'għandux aċċess dirett għall-baħar" ifisser stat li m'għandux kosta mal-baħar;

(b) "Stat transitu" ifisser Stat, bi jew mingħajr kosta mal-baħar, li jinsab bejn l-Istat li m'għandux aċċess dirett għall-baħar u l-baħar, li matul it-territorju tiegħu jgħaddi traffiku fi transitu;

(ċ) "traffiku fi transitu" ifisser it-transitu ta' persuni, bagalji, merkanzija u mezzi tat-trasport matul it-territorju ta' wieħed jew aktar Stati transiti, meta l-passaġġ matul territorju bħal dak, bil jew mingħajr trasbord, magażżinaġġ, tqassim tal-massa jew tibdil fil-metodu tat-trasport, ikun parti biss minn vjaġġ sħiħ li jibda jew li jispiċċa fi ħdan it-territorju ta' Stat li m'għandux aċċess dirett għall-baħar;

(d) "mezzi tat-trasport" ifisser:

(i) vaguni tal-ferrovija, dgħajjes tal-baħar, ta' l-għadira jew tax-xmara u vetturi tat-triq;

(ii) meta l-kondizzjonijiet lokali hekk jeħtieġu, ġarrara jew annimali tal-ġarr.

2. L-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati transiti jistgħu, bi ftehim bejniethom, jinkludu l-mezzi tat-trasport ta' pajpijiet u tubi tal-gass u mezzi oħrajn tat-trasportazzjoni apparti minn dawk inklużi fil-paragrafu 1.

Artikolu 125

Id-dritt ta' l-aċċess lejn u mill-baħar u l-libertà tat-transitu

1. L-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar għandhom ikollhom id-dritt ta' l-aċċess lejn u mill-baħar għall-iskopijiet li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni, inklużi dawk relatati mal-libertà ta' l-ibħra internazzjonali u tal-wirt komuni tal-bniedem. Għal dan il-għan, l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar, għandhom igawdu l-libertà tat-transitu matul it-territorju ta' l-Istat transitu bil-mezzi kollha tat-trasport.

2. It-termini u l-modalitajiet għall-eżerċitar tal-libertà tat-transitu għandhom ikunu mifthiema bejn l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati transiti kkonċernati permezz ta' ftehim bilaterali, subreġjonali jew reġjonali.

3. L-Istati transiti, fl-eżerċitar tas-sovranità sħiħa tagħhom fuq it-territorju tagħhom, għandhom ikollhom id-dritt li jieħdu dawk il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li d-drittijiet u l-faċilitajiet li hemm provvediment dwarhom f'din il-parti għall-Istati li m'għandhomx aċċess dirett lejn il-baħar m'għandhom bl-ebda mod jiksru d-drittijiet leġittimi tagħhom.

Artikolu 126

L-esklużjoni ta' l-applikazzjoni tal-klawsola tan-nazzjon-l-aktar-favorit

Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, kif ukoll l-arranġamenti speċjali li jirrigwardaw l-eżerċitar tad-dritt ta' aċċess lejn u mill-baħar, li jistabbilixxu d-drittijiet u l-faċilitajiet minħabba l-posizzjoni ġeografika speċjali ta' l-Istati li l-m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar, huma esklużi mill-applikazzjoni tal-kwasola tan-nazzjon-l-aktar-favorit.

Artikolu 127

Dazju doganali, dazji w imposti oħrajn

1. It-traffiku fi transitu m'għandux ikun suġġett għal xi dazji doganali, taxxi jew imposti oħrajn apparti milli mposti ntaxxati għal servizzi speċifiċi mwettqa b'konnessjoni ma traffiku bħal dak.

2. Il-mezzi tat-trasport fi transitu u l-faċilitajiet l-oħrajn ipprovduri għal u wżati mill-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar m'għandhomx ikunu suġġetti għal taxxi jew imposti għola minn dawk imposti għall-użu tal-mezzi tat-trasport ta' l-Istat transitu.

Artikolu 128

Żoni ħielsa u faċilitajiet doganali oħrajn

Għall-konvenzjenza ta' traffiku fi transitu, żoni ħielsa u faċilitajiet doganali oħrajn jistgħu jkunu pprovvduti fil-portijiet tad-dħul u l-ħruġ fl-Istati transiti, bi ftehim bejn dawk l-Istati u l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar.

Artikolu 129

Koperazzjoni fil-kostruzzjoni u t-tittjib tal-mezzi tat-trasport

Meta ma jkunx hemm mezzi tat-trasport fl-Istati transiti sabiex jagħtu effett tal-libertà tat-transitu jew meta il-mezzi eżistenti, inklużi l-istallazzjonijiet u l-apparat tal-port, ma humiex adekwati fi kwalunkwe rigward, l-Istati transiti u l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar ikkonċernati jistgħu jikkoperaw fil-kostruzzjoni jew fit-titjib tagħhom.

Artikolu 130

Miżuri biex ikunu evitati d-dewmien jew diffikultajiet oħrajn ta' natura teknika għat-traffiku fi transitu

1. L-Istati transiti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex ikunu evitati d-dewmien jew diffikultajiet oħrajn ta' natura teknika għat-traffiku fi transitu.

2. Jekk dewmien jew difikultajiet bħal dawn iseħħu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati transiti u l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar ikkonċernati għandhom jikkoperaw lejn l-eliminazzjoni mħaffa tagħhom.

Artikolu 131

Trattament ugwali fil-portijiet marittimi

Vapuri li jtajjru il-bandiera ta' l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar għandhom igawdu trattament ugwali bħal dak mogħti lill-vapuri baranin oħrajn fil-portijiet marittimi.

Artikolu 132

L-għoti ta' faċilitajiet akbar tat-transitu

Din il-Konvenzjoni ma tinvolvix bl-ebda mod it-tneħħija ta' faċilitajiet tat-transitu li huma akbar minn dawk li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni u li huma mifthiema bejn Stati Partijiet ta' din il-Konvenzjoni jew mogħtija minn Stat Parti. Din il-Konvenzjoni ma timpedix l-għoti ta' faċilitajiet akbar bħal dawn fil-ġejjini.

PARTI XI

IŻ-ŻONA

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 133

L-użu tat-termini

Għall-iskopijiet ta' din il-Parti:

(a) "riżorsi" tfisser ir-riżorsi minerali solidi, likwidi jew gassusi in situ fiż-żona fi jew taħt il-qiegħ tal-baħar, inklużi noduli polimetalliċi;

(b) riżorsi, meta rkuprati miż-żona, huma msemmija bħala "minerali".

Artikolu 134

L-iskop ta' din il-parti

1. Din il-parti tapplika għaż-żona.

2. Attivitajiet fiż-żona għandhom ikunu rregolati bid-disposizzjonijiet ta' din il-parti.

3. Il-ħtiġiet li jikkonċernaw id-depożiti ta', u l-pubbliċità mogħtija lil, mapep nawtiċi jew listi ta' kordinati ġeografiċi li juru l-limiti referuri fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 (1), huma stabbiliti fil-parti VI.

4. Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa l-istabbiliment tal-limiti esterni tas-sikka kontinentali b'konformità mal-parti VI jew il-validità tal-ftehim li jirrigwarda d-delimitazzjoni bejn l-Istati b'kosti faċċata jew biswit xulxin.

Artikolu 135

L-istatus legali ta' l-ilmijiet supra-biswit u l-ispazju ta' l-ajru

Xejn f'din il-parti u l-anqas l-ebda drittijiet mogħtija bis-saħħa tagħhom m'għandhom jaffettwaw l-istatut legali ta' l-ilmijiet supra-biswit taż-żona jew dawk ta' l-ispazju ta' l-ajru fuq dawk l-ibħra.

SEZZJONI 2

PRINĊIPJI LI JIRREGOLAW IŻ-ŻONA

Artikolu 136

Il-wirt komuni ta' l-umanità

Iż-żona u r-riżorsi tagħha huma wirt komuni ta' l-umanità

Artikolu 137

L-istatus legali taż-żona u tar-riżorsi tagħha

1. L-ebda Stat ma jista jitlob jew jeżerċita sovranità jew drittijiet tas-sovranità fuq xi parti taż-żona jew tar-riżorsi tagħha, l-anqas m'għandu xi Stat jew persuna naturali jew ġuridika tapproprja xi parti minnha. L-ebda talba jew eżerċitar ta' sovranità jew id-drittijiet ta' sovranità jew appropprazzjoni bħal din m'għandha tkun rikonoxxuta.

2. Id-drittijiet fir-riżorsi taż-żona huma investimenti ta' l-umanità kollha kemm hi, li fl-isem tagħha l-Awtorità għandha taġixxi. Dawn ir-riżorsi ma humhiex suġġetti għall-aljenazzjoni. Il-minerali rkuprati miż-żona, b'dana kollu, jistgħu biss ikunu aljenati b'konformità ma dan il-parti u mar-regoli u r-regolamenti u l-proċedura ta' l-Awtorità.

3. L-ebda Stat jew persuna naturali jew ġuridika m'għandha titlob dritt, takkwista jew teżerċita drittijiet fir-rigward tal-minerali rkuprati miż-żona apparti milli b'konformità ma din il-parti. Altrimenti, l-ebda talba, akkwist jew eżerċitar bħal dan ta' drittijiet bħal dawn m'għandhom ikunu rikonoxxuti.

Artikolu 138

L-imġieba ġenerali ta' l-Istati fir-rigward taż-żona

L-imġieba ġenerali ta' l-Istati fir-rigward taż-żona għandha tkun b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din il-parti, il-prinċipji imdaħħla fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u r-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali fl-interessi taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà u tat-tħeġġiġ tal-koperazzjoni internazzjonali u r-rikonoxximent reċiproku.

Artikolu 139

Ir-responsabbiltà sabiex tkun assigurata l-konformità u r-responsabbiltà għal danni

1. L-Istati Partijiet għandhom ikollhom ir-responsabiltà li jassiguraw li l-attivitajiet f'din iż-żona, sew jekk imwettqa mill-Istati Partijiet, jew minn impriżi Statali jew persuni naturali jew ġuridiċi li jkollhom in-nazzjonalità ta' Stati Partijiet jew li huma effettivament ikkontrollati minnhom jew iċ-ċittadini tagħhom, għandhom jitwettqu b'konformità ma din il-parti. L-istess responsabbiltà hija applikabbli għall-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar l-attivitajiet fiż-żona mwettqa minn organizzazzjonijiet bħal dawn.

2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi internazzjonali u l-Anness III, l-Artikolu 22, danni kkaġunati min-nuqqas ta' Stat Parti jew minn organizzazzjoni internazzjonali li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha permezz ta' din il-parti għandha tinvolvi r-responsabbiltà; Stati Partijiet jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jaġixxu flimkien għandhom jerfgħu ir-responsabbiltà konġunta u separata. Stat Parti m'għandux b'dana kollu jkun responsabbli għal danni kkawżati minn xi nuqqas ta' konformità ma din il-parti minn persuna li huwa jkun ta s-sostenn tiegħu permezz ta' l-Artikolu 153(2)(b), jekk L-Istat Parti jkun ħa l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa sabiex jassigura konformità permezz ta' l-Artikolu 153(4), u l-Anness III, l-Artikolu 4(4).

3. L-Istati Partijiet li huma membri ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' l-organizzazzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 140

Il-benefiċċju ta' l-umanità

1. Attivitajiet fiż-żona għandhom, kif hemm provvediment speċifiku dwar dan f'din il-parti, jitwettqu għall-benefiċċju ta' l-umanità kollha, irrispettivament mil-lokalità ġeografika ta' l-Istati, seww jekk kostali jew li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar, billi tittieħed kunsiderazzjoni partikolari tal-kunsiderazzjonijiet ta' l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw u tal-popli li ma jkunux laħqu indipendenza sħiħa jew xi status ieħor ta' self-government rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti b'konformità mar-Reżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 1514 (XV) u tar-Reżoluzzjonijiet relevanti l-oħrajn ta' l-Assemblea Ġenerali.

2. L-Awtorità għandha tipprovdi għal sehem ekwitabbli tal-benefiċċji finanzjarji w ekonomiċi oħrajn akkwistati mill-attivitajiet fiż-żona permezz ta' xi mekkaniżmu xieraq, fuq bażi mhux diskriminatorja, b'konformità ma l-Artikolu 160(2)(f)(i).

Artikolu 141

L-użu taż-żona esklusiva għal skopijiet paċifiċi

Iż-żona għandha tkun miftuħha għall-użu esklussiv ta' skopijiet paċifiċi mill-Istati kollha, seww jekk kostali jew li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u mingħajr preġudizzju tad-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' din il-parti.

Artikolu 142

Id-drittijiet u l-interessi leġittimi ta' l-Istati kostali

1. Attivitajiet fiż-żona, fir-rigward tad-depożiti ta' riżorsi fiż-żona li tkun titraversa matul il-limiti ta' ġurisdizzjoni nazzjonali, għandhom ikunu mwettqa b'attenzjoni xierqa għad-drittijiet u l-interessi leġittimi ta' xi Stat kostali li ma tul il-ġurisdizzjoni tiegħu ikunu jinsabu depożiti bħal dawn.

2. Konsultazzjonijiet, inkluża sistema ta' notifika bil-quddiem, għandhom jinżammu mal-Istat ikkonċernat, bil-għan li jkun evitat ksur ta' drittijiet w interessi bħal dawn. Fil-każi meta l-attivitajiet fiż-żona jistgħu jirriżultaw fl-esplojtazzjoni tar-riżorsi li jinsabu fi ħdan ġurisdizzjoni nazzjonali, kunsens bil-quddiem ta' l-Istat kostali kkonċernat għandu jkun akkwistat.

3. La din il-parti u l-anqas xi drittijiet mogħtija jew eżerċitati permezz tagħhom m'għandhom jaffettwaw id-drittijiet ta' l-Istati kostali sabiex jieħdu miżuri konsistenti mad-disposizzjonijiet tal-Parti XII skond ma jkun meħtieġ sabiex ikunu ipprevenut, mitigat jew eliminat periklu gravi w iminenti għall-kosta tagħhom, jew l-interessi relatati mat-tniġġiż jew it-thedid ta' dan minn okkorrenzi ta' perikoli oħrajn li jirriżultaw minn jew li huma kkawżati minn xi attivitajiet fiż-żona.

Artikolu 143

Riċerka xjentifika marittima

1. Riċerka xjentifika marittima fiż-żona għandha tkun imwettqa esklussivament għal skopijiet paċifiċi u għall-benefiċċju ta' l-umanità kollha, b'konformità mal-Parti XIII.

2. L-Awtorità tista twettaq riċerka xjentifika marittima li tikkonċerna ż-żona u r-riżorsi tagħha, u tista tidħol f'kuntratti għal dan l-iskop. L-Awtorità għandha tħeġġeġ u tinkoraġixxi t-twettieq ta' riċerka xjentifika marittima fiż-żona, u għandha tikkordina u xxerred ir-riżultati ta' riċerka u analiżi bħal dawn meta disponibbli.

3. L-Istati Partijiet jistgħu iwettqu riċerka xjentifika marittima fiż-żona. L-Istati Partijiet għandhom iħeġġu koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka xjentifika marittima fiż-żona billi:

(a) jipparteċipaw fi programmi internazzjonali u jinkoraġġixxu koperazzjoni fir-riċerka xjentifika marittima mill-persunal ta' pajjiżi differenti u ta' l-Awtorità;

(b) jassiguraw li programmi jkunu żviluppati permezz ta' l-Awtorità jew ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn skond kif xieraq għall-benefiċċju ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw u ta' l-Istati li huma teknoloġokament anqas żviluppati bil-għan li:

(i) isaħħu il-kapaċitajiet tagħom tar-riċerka;

(ii) iħarrġu l-persunal tagħhom u l-persunal ta' l-Awtorità fit-teknika u l-applikazzjoni tar-riċerka;

(iii) jinkorraġġixxu l-impieg tal-persunal kwalifikat tagħhom fir-riċerka fiż-żona;

(ċ) effettivament ixerdu r-riżultati tar-riċerka u l-analiżi meta disponibbli, permezz ta' l-Awtorità jew ta' xi kanali internazzjonali oħrajn meta dan ikun xieraq.

Artikolu 144

It-trasferiment tat-teknoloġija

1. L-Awtorità għandha tieħu miżuri b'konformità ma din il-Konvenzjoni:

(a) sabiex takkwista teknoloġija u tgħarif xjentifiku li jirrigwarda l-attivitajiet fiż-żona; u

(b) tħeġġeġ u tinkoraġġixxi t-trasferiment lejn Stati li għadhom jiżviluppaw dik it-teknoloġija u tagħrif xjentifiku hekk li l-Istati Partijiet kollha jibbenefikaw minnhom.

2. Għal dan il-għan, l-Awtorità u l-Istati Partijiet għandhom jikkoperaw fit-tixrid tat-trasferiment tat-teknoloġija u t-tgħarif xjentifiku li jirrigwardaw l-attivitajiet fiż-żona hekk li l-impriża u l-Istati Partijiet kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom. Partikolarment, huma għandhom jibdew u jħeġġu:

(a) programmi għat-trasferiment tat-teknoloġija lill-impriżi u lill-Istati li għadhom jiżviluppaw fir-rigward ta' l-attivitajiet fiż-żona, inkluż, inter alia, l-iffaċilitar ta' l-aċċess għall-impriżi ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw għat-teknoloġija relevanti, permezz ta' termini u kondizzjonijiet ġusti u ekwiji;

(b) miżuri diretti lejn l-avvanz tat-teknoloġija ta' l-impriżi u tat-teknoloġija domestika ta' Stati li għadhom jiżviluppaw, partikolarment billi jipprovdu opportunitajiet lill-persunal minn impriżi u minn Stati li għadhom jiżviluppaw għal taħriġ fix-xjenza u t-teknoloġija marittima u għall-parteċipazzjoni tagħhom bis-sħiħ fl-attivitajiet fiż-żona.

Artikolu 145

Il-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu

Il-miżuri meħtieġa għandhom jittieħdu b'konformità ma din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-attivitajiet fiż-żona sabiex jassiguraw protezzjoni effettiva għall-ambjent marittimu minn effetti ta' ħsara li jistgħu jinħolqu minn attivitajiet bħal dawn. Għal dan il-għan l-Awtorità għandha tadotta r-regoli, r-regolament u d-disposizzjonijiet xierqa dwar, inter alia:

(a) il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż u perikoli oħrajn għall-ambjent marittimu, inkluża l-kosta, u ta' interferenza mal-bilanċ ekoloġiku ta' l-ambjent marittimu, attenzjoni partikolari tkun tingħata għall-ħtieġa tal-protezzjoni minn effetti ta' ħsara ta' attivitajiet bħal ma huma t-tħaffir, tindif bil-gangmu, l-eskavazzjoni, ir-rimi tal-iskart, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni jew il-manteniment ta' stallazzjonijiet, pajpijiet u apparati oħrajn relatati ma attivitajiet bħal dawn;

(b) il-protezzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali taż-żona u l-prevenzjoni ta' danni għall-flora u l-fauna ta' l-ambjent marittimu.

Artikolu 146

Protezzjoni tal-ħajja umana

Fir-rigward ta' l-attivitajiet fiż-żona, il-miżuri meħtieġa għandhom jittieħdu sabiex jassiguraw protezzjoni effettiva tal-ħajja umana. Għal dan il-għan l-Awtorità għandha tadotta regoli, regolamenti u proċeduri xierqa sabiex tissupplementa l-liġi internazzjonali kif inkorporata fit-trattati relevanti.

Artikolu 147

L-akkommodazzjoni ta' l-attivitajiet fiż-żona u fl-ambjent marittimu

1. L-attivitajiet fiż-żona għandhom jitwettqu b'attenzjoni xierqa għall-attivitajiet l-oħrajn fl-ambjent marittimu.

2. L-istallazzjonijiet użati fit-twettieq ta' l-attivitajiet fiż-żona għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) dawk l-istallazzjonijiet għandhom ikunu mibnija, mqiegħda u mneħħija biss b'konformità ma din il-parti u suġġetti għar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità. Avviż xieraq għandu jingħata dwar il-bini, t-tqegħid u t-tneħħija ta' stallazzjonijiet bħal dawk, u l-mezzi permanenti għall-għoti ta' twissija tal-preżenza tagħhom għandhom jinżammu f'qagħda tajba;

(b) stallazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux ikunu stabbiliti meta interferenza tista tinħoloq għall-użu ta' passaġġi marittimi rikonoxxuti li huma esenzali għan-navigazzjoni internazzjonali jew f'żoni ta' attività intensa tas-sajd;

(ċ) żoni ta' sigurtà għandhom ikunu stabbiliti madwar stallazzjonijiet bħal dawn b'marki xierqa sabiex jassiguraw is-sigurtà kemm tan-navigazzjoni u wkoll tal-istallazzjonijiet. Il-konfigurazzjoni u l-lokalità ta' żoni ta' sigurtà bħal dawn m'għandhiex tkun tali li tifforma ċirku li jimpedixxi l-aċċess legali għat-tbaħħir lejn żoni marittimi partikolari jew għal navigazzjoni matul passaġġi marittimi internazzjonali;

(d) stallazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu wżati esklusivament għal skopijiet paċifiċi;

(e) stallazzjonijiet bħal dawn ma jgawdux mill-istatus ta' gżejjer. Dawn m'għandhom l-ebda baħar territorjali tagħhom, u l-preżenza tagħhom ma taffetwax id-delimitazzjoni tal-baħar territorjali, taż-żona ekonomika esklussiva jew tas-sikka kontinentali.

3. L-attivitajiet l-oħrajn fl-ambjent marittimu għandhom jitwettqu b'attenzjoni xierqa għall-attivitajiet l-oħrajn fiż-żona.

Artikolu 148

Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet fiż-żona ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw

Il-parteċipazzjoni effettiva fl-attivitajiet fiż-żona ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw, għandhom ikunu mħeġġa kif speċifikament hemm provvediment dwar dan f'din il-parti, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-interessi u l-ħtiġiet speċjali tagħhom, u partikolarment għall-ħtieġa speċjali tal-pajjiżi li m'għandhomx aċċess dirett lejn il-baħar u ġeografikament żvantaġġati fost dawk sabiex jirkbu l-ostakoli li joriġinaw mil-lokalità żvantaġġata tagħhom, inkluża l-lokalità mbiegħda miż-żona u d-diffikultà ta' l-aċċess tagħha jew minnha.

Artikolu 149

Oġġetti arkeoloġiċi u storiċi

L-oġġetti kollha ta' natura arkeoloġika u storika misjuba fiż-żona għandhom ikunu ppreservati jew disposti għall-benefiċċju ta' l-umanità kollha kemm hi, partikolarment attenzjoni tingħata għad-drittijiet preferenzali ta' l-Istat jew tal-pajjiż ta' l-oriġini, jew ta' l-Istat ta' l-oriġini kulturali, jew ta' l-Istat ta' l-oriġini storika jew arkeoloġika.

SEZZJONI 3

L-IŻVILUPP TAR-RIŻORSI TAL-BAĦAR

Artikolu 150

Strateġiji li jirrigwardaw l-attivitajiet fiż-żona

L-attivitajiet fiż-żona għandhom, kif speċifikament hemm provvediment dwar dan f'din il-parti, ikunu mwettqa b'tali manjiera hekk li jħeġġu l-iżvilupp ta' l-ekonomija tad-dinja u t-tkabbir ibbilanċjat tal-kummerċ internazzjonali, u sabiex iħeġġu l-koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp globali fil-pajjiżi kollha, speċjalment ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw, u bil-għan li jassiguraw:

(a) l-iżvilupp tar-riżorsi taż-żona;

(b) l-amministrazzjoni galbata, sigura u razzjonali tar-riżorsi taż-żona, inkluża l-kondotta effiċjenti ta' l-attivitajiet fiż-żona u, b'konformità ma prinċipji sodi tal-konservazzjoni, l-evitar ta' ħela żejda;

(ċ) l-espanzjoni ta' l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni f'dawk l-attivitajiet li huma konsistenti partikolarment ma l-Artikoli 144 u 148;

(d) il-parteċipazzjoni f'introjti mill-Awtorità u t-trasferiment ta' teknoloġija lill-impriżi u l-Istati li għadhom jizviluppaw kif hemm provvediment dwar dan f'din il-Konvenzjoni;

(e) żieda fid-disponibilità tal-minerali derivati miż-żona kif meħtieġ b'konnessjoni mal-minerali derivati minn sorsi oħrajn, sabiex jassiguraw fornimenti lill-konsumaturi ta' minerali bħal dawn;

(f) it-tħeġġiġ ta' prezzijiet remunerattivi ġusti u stabbli għall-produtturi u ġusti għall-konsumaturi għall-minerali akkwistati miż-żona u minn sorsi oħrajn, u t-tħeġġiġ ta' ekwilibriju f'terminu fit-tul bejn il-forniment u t-talba;

(g) it-tisħieħ ta' l-opportunitajiet għall-Istati Partijiet kollha, irrispettivament mis-sistemi soċjali w ekonomiċi tagħhom jew tal-lokalità ġeografika, li jipparteċipaw fl-iżvilupp tar-riżorsi taż-żona u fil-prevenzjoni tal-monopolizzazzjoni ta' l-attivitajiet fiż-żona;

(h) il-protezzjoni ta' pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, minn effetti ħżiena fuq l-ekonomiji tagħhom jew mil-qliegħ mill-esportazzjoni li jirriżultaw mit-tnaqqis fil-prezz tal-minerali affetwati, jew fil-volum ta' l-esportazzjoni ta' dak il-mineral, sal-limitu li tnaqqis bħal dak ikun ikkawżat minn attivitajiet fiż-żona, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 151;

(i) l-iżvilupp tal-wirt komuni għall-benefiċċju ta' l-umanità kollha kemm hija; u

(j) il-kondizzjonijiet għall-aċċess tas-swieq għall-importazzjoni ta' minerali prodotti minn riżorsi taż-żona u għall-importazzjoni tal-merkanzija essenzjali prodotta minn minerali bħal dawk m'għandhomx ikunu aktar favorevoli milli minn dawk l-aktar favorevoli kif applikati għal-importazzjoni minn sorsi oħrajn.

Artikolu 151

Strateġiji tal-produzzjoni

1. (a) Mingħajr preġudizzju għall-obbjettivi stabbiliti fl-Artikolu 150 għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tas-subparagrafu (h) ta' dak l-Artikolu, l-Awtorità, li taġixxi permezz tal-fora eżistenti jew ta' l-arranġamenti ġodda jew ta' ftehim skond ma jista jkun xieraq, li fihom il-partijiet interessati kollha, inklużi kemm il-produtturi u l-konsumaturi, jipparteċipaw, għandha tieħu l-miżuri xierqa ħalli tħeġġeġ it-tkabbir, l-effiċċjenza u l-istabbilità tas-swieq għal dik il-merkanzija essenzjali prodotta mill-minerali akkwistati miż-żona, fi prezzijiet remunerattivi għall-produtturi u ġusti għall-konsumaturi. L-Istati Partijiet kollha għandhom jikkoperaw għal dan il-għan.

(b) L-Awtorità għandha jkollha d-dritt li tipparteċipa fi kwalunkwe konferenza rigward merkanzija essenzjali li titratta mal-merkanzija essenzjali u li fiha l-partijiet interessati kollha, inklużi kemm il-produtturi u l-konsumaturi, jipparteċipaw. L-Awtorità għandha jkollha d-dritt li ssir parti minn xi arranġament jew ftehim li jirriżulta minn konferenzi bħal dawn. Il-parteċipazzjoni ta' l-Awtorità f'dawk l-organi stabbiliti permezz ta' dawk l-arranġamenti jew ftehim għandha tkun fir-rigward tal-produzzjoni fiż-żona u b'konformità mar-regoli relevanti ta' dawk l-organi.

(ċ) L-Awtorità għandha twettaq l-obligazzjonijiet tagħha permezz ta' l-arranġamenti jew tal-ftehim msemmija f'dan il-paragrafu f'manjiera li tassigura implimentazzjoni uniformi u mhux diskriminatorja fir-rigward tal-produzzjoni kollha fiż-żona tal-minerali kkonċernati. Meta tagħmel hekk, l-Awtorità għandha taġixxi b'manjiera konsistenti mat-termini tal-kuntratti eżistenti u l-approvazzjoni tal-pjanijiet tax-xogħol ta' l-impriża.

2. (a) Matul perjodu transitorju kif speċifikat fil-paragrafu 3, il-produzzjoni kummerċjali m'għan-dhiex tinbeda bis-saħħa ta' pjan ta' xogħol approvat sakemm l-operatur ikun applika għal u jkun ġie mogħti l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni mill-Awtorità. Awtorizzazzjoni tal-produzzjoni bħal dawn ma jistax ikun hemm applikazzjoni dwarhom jew inkellha jkunu maħruġa għal aktar minn ħames snin tal-bidu ppjanat tal-produzzjoni kummerċjali permezz tal-pjan tax-xogħol sakemm, wara li tkun tqieset in-natura u l-programm taż-żmien tal-proġett ta' l-iżvilupp, tar-regoli, tar-regolamenti u tal-proċeduri li l-Awtorità tippreskrivi perjodu ieħor.

(b) Fl-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni, l-operatur għandu jispeċifika l-kwantità annwali tan-nikil mistenni li jkun irkuprat permezz tal-pjan ta' xogħol approvat. L-applikazzjoni għandha tinkludi skeda ta' spejjeż li għandhom isiru mill-operatur wara li jkun irċieva l-awtorizzazzjoni li raġonevolment hija kkalkolata li tippermettilu li jibda bil-produzzjoni fid-data ppjanata.

(ċ) Għall-iskopijiet tas-subparagrafi (a) u (b), l-Awtorità għandha tistabbilixxi ħtiġiet xierqa tat-twettieq b'konformità ma' l-Anness III, l-Artikolu 17.

(d) L-Awtorità għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni għal-livell tal-produzzjoni li tkun saret applikazzjoni dwarha sakemm is-somma ta' dak il-livell jew tal-livelli diġa awtorizzati teċċedi l-limitu massimu tal-produzzjoni tan-nikil, ikkalkolat bis-saħħa tal-paragrafu 4 fis-sena tal-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni, matul xi sena tal-produzzjoni ppjanata li tidħol f'dak il-perjodu transitorju.

(e) Meta maħruġha, l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni u l-applikazzjoni approvata għandhom isiru parti mil-pjan ta' xogħol approvat.

(f) Jekk l-applikazzjoni ta' l-operatur għall-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni hija miċħudha permezz tas-subparagrafu (d), l-operatur jista japplika mil-ġdid fi kwalunkwe żmien lejn l-Awtorità.

3. Il-perjodu transitorju għandu jibda ħames snin qabel l-1 ta' Jannar tas-sena li fiha il-produzzjoni kummerċjali l-aktar kmieni hija ppjanata li tibda permezz tal-pjan ta' xogħol approvat. Jekk il-produzzjoni kummerċjali l-aktar kmieni tkun imdewma lil hinn mis-sena ppjanata, il-bidu tal-perjodu transitorju u l-livell massimu tal-produzzjoni oriġinalment ikkalkolata għandu jkun aġġustat kif xieraq. Il-perjodu transitorju għandu jkun ta' 25 sena jew sat-tmiem ta' l-ewwel Konferenza ta' reviżjoni msemmija fl-Artikolu 155 jew sal-jum meta l-arranġamenti jew tal-ftehim ġodda bħal dawn kif msemmija fil-paragrafu 1 jidħlu fis-seħħ, liema minnhom ikun l-aktar kmieni. L-Awtorità għandha terġa tieħu l-poter li hemm provvediment dwaru f'dan l-Artikolu għall-kumplament tal-perjodu transitorju jekk l-imsemmija arranġamenti jew ftehim jeskadu jew isiru ineffettivi independentament minn x'hiex tkun ir-raġuni.

4. (a) il-limitu massimu tal-produzzjoni fi kwalunkwe sena tal-perjodu transitorju għandha tkun is-somma ta':

(i) id-differenza bejn it-tendenza tal-linji tal-valuri għall-konsum tan-nikel, kif ikkalkolat permezz tas-subparagrafu(b), għas-sena immedjatament preċedenti tas-sena tal-produzzjoni kummerċjali l-aktar kmieni u tas-sena immedjatament preċedenti tal-bidu tal-perjodu transitorju; u

(ii) 60 % tad-differenza bejn it-tendenza tal-linja tal-valuri tal-konsum tan-nikil, ikkalkolata permezz tas-subparagrafu (b), għas-sena li dwarha l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni li tkun saret applikazzjoni dwarha u għas-sena immedjatament qabel is-sena tal-produzzjoni kummerċjali l-aktar kmieni.

(b) Għall-iskopijiet tas-subparagrafu (a):

(i) it-tendenza tal-linji tal-valuri wżati għall-kalkolazzjoni tal-limitu massimu tal-produzzjoni tan-nikil għandhom ikunu dawk tal-valuri tal-konsum annwali tan-nikil fuq it-tendenza tal-linja kkalkolata matul is-sena li fiha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni. It-tendenza tal-linja għandha tkun akkwistata minn regressjoni linearja tal-logaritmi tal-konsum attwali tan-nikil għall-perjodu ta' 15 il-sena l-aktar reċenti li dwaru l-informazzjoni bħal dik hija disponibbli, iż-żmien ikunu il-varjabli independenti. Din it-tendenza ta' linji għandha tkun msemmija rigward it-tendenza tal-linja oriġinali;

(ii) jekk ir-rata annwali taż-żieda fit-tendenza oriġinali tal-linja tkun anqas minn 3 %, allura t-tendenza tal-linja wżata sabiex ikunu ddterminati l-kwanitajiet msemmija fis-subparagrafu (a) għandha minflok tkun dik li tgħaddi mit-tendenza oriġinali tal-linja tal-valur ta' l-ewwel sena tal-perjodu ta' 15 il-sena relevanti, u li tiżdied bi 3 % kull sena; basta b'dana kollu li l-limitu massimu tal-produzzjoni stabbilita għal xi sena tal-perjodu transitorju ma tkunx fi kwalunkwe każ teċċedi d-differenza bejn it-tendenza oriġinali tal-linja tal-valur għal dik is-sena u t-tendenza oriġinali tal-linja tal-valur għas-sena immedjatament preċedenti tal-bidu tal-perjodu transitorju.

5. L-Awtorità għandha tirriserva għall-impriża għall-produzzjoni inizjali tagħha kwanitità ta' 38000 tunnellata ta' nikil mill-produzzjoni disponibbli tal-limitu massimu ikkalkolat bis-saħħa tal-paragrafu 4.

6. (a) Operatur jista fi kwalunkwe sena jipproduċi anqas minn jew sa 8 % aktar mil-livell annwali tal-produzzjoni tal-minerali min-noduli polimetalliċi speċifikati fl-awtorizzazzjoni tiegħu tal-produzzjoni, basta li l-ammont globali tal-produzzjoni m'għandux jeċċedi dak speċifikat fl-awtorizzazzjoni. Xi eċċess ta' aktar minn 8 % u sa 20 % f'xi sena waħda, jew xi eċċess fl-ewwel u fis-snin sussegwenti li jsegwu sentejn konsekuttivi li fihom iseħħ l-eċċess, għandhom ikunu nnegozzjati ma l-Awtorità, li tista tkun teħtieġ li l-operatur jakkwista awtorizzazzjoni supplementari tal-produzzjoni sbiex ikopri l-produzzjoni addizzjonali.

(b) Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tal-produzzjoni supplementari għandhom ikunu meqjusa biss mill-Awtorità wara li l-applikazzjonijiet pendenti kollha mill-operaturi li jkunu għadhom ma rċevewx l-awtorizzazzjonijiet tal-produzzjoni tkun ittieħdet azzjoni dwarhom u qies xieraq ikun ittieħed ta' applikanti possibbli oħrajn. L-Awtorità għandha tkun iggwidata bil-prinċipju li ma teċċedix il-produzzjoni totali permissibbli permezz tal-limitu massimu tal-produzzjoni matul xi sena waħda tal-perjodu transitorju. Hi m'għandhiex tawtorizza l-produzzjoni permezz ta' xi pjan ta' xogħol ta' kwantità b'eċċess ta' 46500 tunnellati ta' nikil għal kull sena.

7. Il-livelli tal-produzzjoni ta' metalli oħrajn bħal ma huma r-ramm, il-kobalt u l-manganiż estratti min-noduli polimetalliċi li huma rkuprati permezz ta' l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni m'għandhomx ikunu aktar minn dawk li kienu jkunu prodotti kieku l-operatur kien ipproduċa l-livell massimu ta' nikil minn dawk in-noduli bis-saħħa ta' dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tistabbilixxi r-regoli, r-regolamenti u l-proċedura bis-saħħa ta' l-Anness III, l-Artikolu 17, sabiex timplementa dan il-paragrafu.

8. Id-drittijiet u l-obligazzjonijiet li jirrigwardaw il-prattiċi ta' l-ekonomija inġusta permezz tal-ftehim relevani multilaterali tal-kummerċ għandhom ikunu applikabbli dwar l-esplorazzjoni għal u l-esplojtazzjoni ta' minerali miż-żona. Fit-twettieq ta' kwistjonijiet li jinqalgħu permezz ta' din id-disposizzjoni, l-Istati Partijiet li huma partijiet għal ftehim multilaterali bħal dawn tal-kummerċ għandhom ikollhom rikors għall-proċeduri tat-twettieq ta' kwistjonijiet ta' ftehim bħal dawn.

9. L-Awtorità għandha jkollha l-poter li tillimita l-livell tal-produzzjoni tal-minerali miż-żona, apparti milli l-minerali min-noduli polimetalliċi, permezz ta' dawk il-kondizzjonijiet u tapplika dawk il-metodi skond ma jkun xieraq bl-adozzjoni tar-regolamenti b'konformità ma l-Artikolu 161(8).

10. Fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill fuq il-bażi ta' parir mill-Kummissjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku, l-Assemblea għandha tistabbilixxi sistema ta' kumpens jew li tieħu miżuri oħrajn ta' aġġustament ta' għajnuna ekonomika, inkluża l-koperazzjoni ma l-aġenziji speċjalizzati u ma l-organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn sabiex tgħin lill-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw li jbagħtu minn effetti ħżiena serji fuq il-qliegħ tagħhom mill-esportazzjoni jew minn ekonomiji li jirriżultaw minn tnaqqis fil-prezz tal-mineral affettwat jew fil-volum ta' l-esportazzjoni ta' dak il-mineral, sal-limitu li tnaqqis bħal dak ikun ikkaġunat mill-attivitajiet fiż-żona. L-Awtorità wara talba għandha tibda studji dwar il-problemi ta' dawk l-Istati li pjuttost li x'aktarx ikunu l-aktar affettwati serjament bil-għan li tnaqqas id-diffikultajiet tagħhom u tgħinhom fl-aġġustament ekonomiku tagħhom.

Artikolu 152

L-eżerċitar tal-poteri u tal-funzjonijiet ta' l-Awtorità

1. L-Awtorità għandha tevita d-diskriminazzjoni fl-eżerċitar tal-poteri u l-funzjonijiet tagħha, inkluż l-għoti ta' l-opportunitajiet għall-attivitajiet fiż-żona.

2. B'dana kollu, kunsiderazzjoni speċjali għal Stati li għadhom jiżviluppaw, inklużi l-kunsiderazzjoni għal dawk fosthom li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u dawk ġeografikament żvantaġġati, li speċifikament hemm provvediment dwarhom f'din il-parti, għandha tkun permissibbli.

Artikolu 153

Is-sistema ta' l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni

1. Attivitajiet fiż-żona għandhom ikunu organizzati, mwettqa u kkontrollati mil-Awtorità għall-benefiċċju ta' l-umanità kollha b'konformità ma' dan l-Artikolu kif ukoll mad-disposizzjonijiet l-oħrajn relevanti ta' din il-parti u l-Annessi relevanti, u mar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità.

2. L-attivitajiet fiż-żona għandhom ikunu mwettqa kif preskritt fil-paragrafu 3:

(a) mill-impriża, u

(b) b'assoċċjazzjoni ma l-Awtorità mill-Istati Partijiet, jew l-impriżi ta' l-Istat jew minn persuni naturali jew ġuridiċi li jkollhom in-nazzjonalità ta' l-Istati Partijiet jew li huma effettivament ikkontrollati minnhom jew miċ-ċittadini tagħhom, meta sponsorjati minn Stati bħal dawn, jew minn grupp ta' dawn l-imsemmija, li jilħqu l-ħtiġiet li hemm provvediment dwarhom f'din il-parti u fl-Anness III.

3. Attivitajiet fiż-żona għandhom ikunu mwettqa b'konformità ma pjan tax-xogħol, formali u bil-miktub, imħejji b'konformità ma l-Anness III u approvat mill-Kunsill wara reviżjoni mill-Kummissjoni Legali u Teknika. Fil-każ ta' l-attivitajiet fiż-żona mwettqa kif awtorizzati mill-Awtorità mill-entitajiet speċifikati fil-paragrafu 2(b), il-pjan tax-xogħol għandu, b'konformità ma l-Anness III, l-Artikolu 3, ikun fil-għamla ta' kuntratt. Kuntratti bħal dawn jistgħu jipprovdu għall-arranġamenti konġunti b'konformità ma' l-Anness III, l-Artikolu 11.

4. L-Awtorità għandha teżerċita l-kontroll bħal dan fuq l-attivitajiet fiż-żona skond ma jkun meħtieġ għall-iskop li tassigura l-konformità mad-disposizzjonijiet relevanti ta' din il-part u ma l-Annessi relatati magħhom, u mar-regoli u r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità, u l-pjanijiet tax-xogħol kif approvati b'konformità mal-paragrafu 3. L-Istati Partijiet għandhom jgħinu lill-Awtorità billi jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw konformità bħal din bi qbil ma l-Artikolu 139.

5. L-Awtorità għandha jkollha d-dritt li fi kwalunkwe żmien tieħu kwalunkwe mill-miżuri li hemm provvediment dwarhom permezz ta' din il-parti sabiex tassigura konformità mad-disposizzjonijiet tagħha u ma l-eżerċitar tal-kontroll u tar-regolazzjoni assenjata lilha permezz ta' dawn jew permezz ta' xi kuntratt. L-Awtorità għandha jkollha d-dritt li twettaq spezzjonijiet fuq l-istallazzjonijiet kollha fiż-żona li huma wżati b'konnessjoni ma l-attivitajiet fiż-żona.

6. Kuntratt permezz tal-paragrafu 3 għandu jipprovdi għas-sigurtà tat-titlu. Għalhekk, il-kuntratt m'għandux ikun revedut, sospiż jew itterminat apparti milli b'konformità ma l-Anness III, l-Artikoli 18 u 19.

Artikolu 154

Reviżjoni perjodika

Darba kull ħames snin mid-dħul b'effett ta' din il-Konvenzjoni, l-Assemblea għandha twettaq reviżjoni ġenerali u sistematika tal-manjiera li biha r-reġim internazzjonali fiż-żona kif stabbilit f'din il-Konvenzjoni jkun opera fil-prattika. Fid-dawl ta' din ir-reviżjoni, l-Assemblea tista tieħu, jew tirakkommanda li l-organi tagħha jieħdu, l-miżuri b'konformità mad-disposizzjonijiet u l-proċeduri ta' din il-parti u ma ta' l-Annessi li jirrigwardawhom, li għandhom iwasslu għal titjib fl-operazzjoni tar-reġim.

Artikolu 155

Il-Konferenza tar-reviżjoni

1. Ħmistax il-sena mill-1 ta' Jannar tas-sena li fiha il-produzzjoni kommerċjali l-aktar kmieni tkun bdiet permezz tal-pjan tax-xogħol approvat, l-Assemblea għandha ssejjaħ konferenza dwar ir-reviżjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet ta' din il-parti u l-Annessi relevanti li jirregolaw is-sistema ta' l-esplorazzjoni tar-riżorsi ta' dik iż-żona. Il-Konferenza tar-Reviżjoni għandha tikkunsidra fid-dettall, fid-dawl ta' l-esperjenza akkwistata matul dak il-perjodu:

(a) jekk id-disposizzjonijiet ta' din il-parti li tirregola s-sistema ta' l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi taż-żona jkunux laħqu l-għanijiet tagħhom fl-aspetti kollha, inklużi jekk dawn ikunux ta' benefiċċju għall-umanità kollha;

(b) jekk, matul il-perjodu ta' 15 il-sena, iż-żoni reservati jkunux ġew esplojtati f'manjiera effettiva u bbilanċjata meta mqabbla ma żoni mhux reservati;

(ċ) jekk l-iżvilupp u l-użu taż-żona u r-riżorsi tagħha jkunu seħħu b'tali mod hekk li jħeġġu żvilupp utili ta' l-ekonomija dinjija u tkabbir ibbilanċjat tal-kummerċ internazzjonali;

(d) jekk il-monopolizzazzjoni ta' l-attivitajiet fiż-żona jkunux ġew prevenuti;

(e) jekk l-istrateġiji stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151 jkunux ġew imwettqa; u

(f) jekk is-sistema tkunx irriżultat fis-sehem ekwitabbli tal-benefiċċji akkwistati mill-attivitajiet fiż-żona, billi tittieħed kunsiderazzjoni partikolari ta' l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw.

2. Il-Konferenza tar-reviżjoni għandha tassigura żżamma tal-prinċipju ta' l-eredità komuni ta' l-umanità, ir-reġim internazzjonali iddisinjat sabiex jassigura esplojtazzjoni ekwitabbli tar-riżorsi taż-żona għall-benefiċċju tal-pajjiżi kollha, speċjalment l-Istati li għadhom jiżviluppaw, u Awtorità li torganizza, twettaq u tikkontrolla l-attivitajiet fiż-żona. Din għandha wkoll tassigura ż-żamma tal-prinċipji stabbiliti f'din il-parti fir-rigward ta' l-esklużjoni tat-talbiet sabiex tkun eżerċitata s-sovranità fuq xi parti taż-żona, id-drittijiet ta' l-Istati u l-imġieba ġenerali b'relazzjoni maż-żona, u l-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet fiż-żona b'konformità ma din il-Konvenzjoni, il-prevenzjoni ta' monopolizzazzjoni ta' attivitajiet fiż-żona, l-użu taż-żona esklussivament għal skopijiet paċifiċi, l-aspetti ekonomiċi ta' l-attivitajiet fiż-żona, ir-riċerka xjentifika marittima, it-trasferiment tat-teknoloġija, il-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu, il-protezzjoni tal-ħajja umana, id-drittijiet ta' l-Istati kostali, l-istatus legali ta' l-ilmijiet supra-biswit taż-żona u dak ta' l-ispazju ta' l-arja fuq dawk l-ilmijiet u l-akkommodazzjoni bejn attivitajiet fiż-żona u attivitajiet oħrajn fl-ambjent marittimu.

3. Il-proċedura tat-teħid-tad-Deċisjonijiet applikabbli għall-Konferenza tar-Reviżjoni għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli fit-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Il-Konferenza għandha tagħmel kull sfors sabiex tilħaq ftehim dwar l-emendi permezz ta' kunsens u m'għandu jkun hemm l-ebda votazzjoni fuq materji bħal dawn sakemm l-isforzi kollha sabiex jintlaħaq kunsens ikunu ġew eżawriti.

4. Jekk, ħames snin wara l-bidu tagħha, l-Konferenza tar-Reviżjoni tkun għadha ma laħqitx ftehim dwar is-sistema ta' l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi fiż-żona, din tista tiddeċiedi fit-12 il-xahar sussegwenti, b'maġġoranza ta' tlieta-minn-erba' ta' l-Istati Partijiet, li tadotta u tippreżenta lill-Istati Partijiet għar-rattifika jew l-adezjoni, dawk l-emendi li jibdlu jew jimmodifikaw is-sistema skond ma hi tiddetermina bħala meħtieġ u xieraq. Emendi bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Istati Partijiet kollha 12 il-xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika jew ta' l-adezjoni minn tlieta-minn-erba' ta' l-Istati Partijiet.

5. Emendi adottati mill-Konferenza tar-Reviżjoni bis-saħħa ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet akkwistati permezz tal-kuntratti eżistenti.

SEZZJONI 4

L-AWTORITÀ

Subsezzjoni A

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 156

L-istabbiliment ta' l-Awtorità

1. Hija b'dan stabbilita Awtorità Internazzjonali tal-Qiegħ-il-Baħar, li għandha tiffunzjona b'konformità ma din il-parti.

2. L-Istati Partijiet kollha huma ipso facto membri ta' l-Awtorità.

3. L-osservaturi tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar li jkunu ffirmaw l-Att Finali u li ma hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 305(1)(c), (d), (e) jew (f) għandhom ikollhom id-dritt li jipparteċipaw fl-Awtorità bħala osservaturi, b'konformità mar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri tagħha.

4. Is-sede ta' l-Awtorità għandu jkun fil-Ġamajka.

5. L-Awtorità tista tisstabbilixxi dawk iċ-ċentri reġjonali jew uffiċċji bħal ma hija tħoss li jkun meħtieġ għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha.

Artikolu 157

In-natura u l-prinċipji fundamentali ta' l-Awtorità

1. L-Awtorità hija l-organizzazzjoni li permezz tagħha l-Istati Partijiet għandhom, b'konformità ma din il-parti, jorganizzaw u jikkontrollaw l-attivitajiet fiż-żona, partikolarment bil-għan ta' l-amministrazzjoni tar-riżorsi taż-żona.

2. Il-poteri u l-funzjonijiet ta' l-Awtorità għandhom ikunu dawk espressament mogħtija lilha b'din il-Konvenzjoni. L-Awtorità għandha jkollha dawk il-poteri inċidentali, konsistenti ma din il-Konvenzjoni, hekk kif inhuma impliċiti fi u meħtieġa fl-eżerċitar ta' dawk il-poteri u l-funzjonijiet fir-rigward ta' l-attivitajiet fiż-żona.

3. L-Awtorità hija bbażata fuq il-prinċipji ta' sovranità ugwali għall-membi kollha tagħha.

4. Il-membri kollha ta' l-Awtorità għandhom iwettqu in bona fede l-obligazzjonijiet merfuha minnhom b'konformità ma din il-parti sabiex jassiguraw għal kollha kemm huma d-drittijiet u l-benefiċċji li jirriżultaw mis-sħubija.

Artikolu 158

L-organi ta' l-Awtorità

1. Huma b'dan stabbiliti, bħala organi ewlenija ta' l-Awtorità, Assemblea, Kunsill u Segretarjat.

2. Hija b'dan stabbilita impriża, l-organu li permezz tagħha l-Awtorità għandha twettaq il-funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 170(1).

3. Organi sussidjarji bħal dawn skond ma jistgħu jinstabu li huma meħtieġa, jistgħu ikunu stabbiliti b'konformità ma din il-parti.

4. Kull organu ewlieni ta' l-Awtorità u l-impriża għandhom ikunu responsabbli għall-eżerċitar ta' dawk il-poteri u l-funzjonijiet li huma konferiti lilhom. Fl-eżerċitar ta' poteri u funzjonijiet bħal dawn kull organu għandu jevita li jieħu xi azzjoni li tista tkun ta' deroga mil, jew li timpedixxi l-eżerċitar tal-poteri u l-funzjonijiet speċifiċi konferiti fuq organu ieħor.

Subsezzjoni B

L-Assemblea

Artikolu 159

Komposizzjoni, proċedura u votazzjoni

1. L-Assemblea għandha tikkonsisti mill-membri kollha ta' l-Awtorità. Kul membru għandu jkollu rappreżentant wieħed fl-Assemblea, li jista jkun akkumpanjat b'alternattivi u kunsillieri.

2. L-Assemblea għandha tiltaqa' regolarment f'sessjoni annwali u f'dawk is-sessjonijiet skond ma jista jkun deċiż mill-Assemblea, jew meta jkun hemm komunikazzjoni dwar dan mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill jew ta' maġġoranza tal-membri ta' l-Awtorità.

3. Sessjonijiet għandhom jinżammu fis-sede ta' l-Awtorità sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Assemblea.

4. L-Assemblea għandha tadotta r-regoli tal-proċedura tagħha. Fil-bidu ta' kull sessjoni regolari, din għandha teleġġi l-President tagħha u dawk l-uffiċjali l-oħrajn skond ma jkun meħtieġ. Dawn għandhom iżommu l-uffiċċju sa kemm President u l-uffiċjali l-ġodda jkunu eletti fis-sezzjoni regolari li tkun tmiss.

5. Maġġoranza tal-membri ta' l-Assemblea għandhom jikkostitwixxu quorum.

6. Kull membru ta' l-Assemblea għandu jkollu vot wieħed.

7. Deċisjonijiet dwar kwistjonijiet ta' proċedura, inklużi Deċisjonijiet sabiex tkun imlaqqa sessjoni speċjali ta' l-Assemblea, għandhom jittieħdu mill-maġġoranza tal-membri preżenti u li jivvotaw.

8. Deċizjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sustanza għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' żewġ-terzi tal-membri preżenti u li jivvotaw, basta li maġġoranza bħal din tinkludi maġġoranza tal-membri li jipparteċipaw fis-sessjoni. Meta jqum il-punt dwar jekk kwistjoni tkunx waħda ta' sustanza jew le, dik il-kwistjoni għandha tkun ittrattata bħala waħda ta' sustanza sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Assemblea bil-maġġoranza meħtieġa dwar Deċisjonijiet fuq kwistjonijiet ta' sustanza.

9. Meta kwistjoni ta' sustanza titressaq għall-votazzjoni għall-ewwel darba, il-President jista, u għandu, jekk ikun mitlub b'mill-anqas wieħed minn ħamsa tal-membri ta' l-Assemblea, jiddifferixxi s-suġġett tat-teħid tal-vot dwar dik il-kwistjoni għal peridjou li ma jeċċedix ħamest ijiem kalendarji. Din ir-regola tista tkun applikata darba biss għal kull kwistjoni, u m'għandhiex tkun applikata hekk li tiddifferixxi l-kwistjoni lil hinn mit-tmiem tas-sessjoni.

10. Fuq talba bil-miktub indirizzata lill-President u sponsorjota b'mill-anqas wieħed minn erba tal-membri ta' l-Awtorità għal opinjoni konsultattiva dwar il-konformità ma din il-Konvenzjoni ta' proposta quddiem l-Assemblea dwar kwalunkwe materja, l-Assemblea għandha titlob lill-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar li tagħti opinjoni konsultattiva dwar dan u għandha tiddifferixxi l-votazzjoni dwar dik il-proposta sakemm tasal l-opinjoni konsultattiva mill-Kamra. Jekk l-opinjoni konsultattiva ma tkunx waslet qabel l-aħħar ġimgħa tas-sessjoni li fiha tkun mitluba, l-Assemblea għandha tiddeċiedi meta hi għandha terġa tiltaqa' sabiex tivvota dwar il-proposta deferita.

Artikolu 160

Poteri u funzjonijiet

1. L-Assemblea, bħala l-organu uniku ta' l-Awtorità, li tikkonsisti mill-membri kollha, għandha tkun meqjusa bħala l-organu suprem ta' l-Awtorità li lejha l-organi ewlenija l-oħrajn għandhom ikunu responsabbli kif speċifikament hemm provvediment dwar dan f'din il-Konvenzjoni. L-Assemblea għandha l-poter li tistabbilixxi strateġiji ġenerali b'konformità mad-disposizzjonijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni jew materja fi ħdan il-kompetenza ta' l-Awtorità.

2. B'żieda ma dan, il-poteri u l-funzjonijiet ta' l-Assemblea għandhom ikunu:

(a) li teleġġi l-membri tal-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 161;

(b) li teleġġi s-Segretarju-Ġenerali minn fost il-kandidati pproponuti mill-Kunsill;

(ċ) li teleġġi, fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill, il-membri tal-Board Regolatorju ta' l-impriża u d-Direttur-Ġenerali ta' l-impriża;

(d) li tistabbilixxi organi sussidjarji skond ma ssib li jkun meħtieġ għal-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha bi qbil ma din il-parti. Fil-komposizzjoni ta' dawn l-organi sussidjarji qies xieraq għandu jittieħed tal-prinċipju ta' distribuzzjoni ġeografika ekwitabbli u ta' l-interessi speċjali u tal-ħtieġa għal membri kwalifikati u kompetenti fil-kwistjonijiet tekniċi relevanti li għandhom ikunu ttrattati minn dawk l-organi;

(e) li tikkunsidra l-kontribuzzjonijiet tal-membri dwar il-budget amministrattiv ta' l-Awtorità b'konformità ma skala mifthiema ta' studju bbażat fuq l-iskala wżata għall-budget regolari tan-Nazzjonijiet Uniti sakemm l-Awtorità jkollha introjtu suffiċċjenti minn sorsi oħrajn sabiex tilħaq l-ispejjeż amministrattivi tagħha;

(f) (i) sabiex tikkunsidra u tapprova, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri dwar it-tqassim ekwitabbli tal-benefiċċji finanzjarji u ekonomiċi oħrajn li jirriżultaw mill-attivitajiet fiż-żona u l-pagamenti u l-kontribuzzjonijiet mwettqa permezz ta' l-Artikolu 82, billi tieħu kunsiderazzjoni partikolari ta' l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw u tal-popli li għadhom ma laħqux indipendenza sħiħa jew status ieħor ta' self-government. Jekk l-Assemblea ma tapprovax ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill, l-Assemblea għandha tmur lura lejn il-Kunsill għal kunsiderazzjoni mill-ġdid fid-dawl ta' l-opinjonijiet espressi mill-Assemblea;

(ii) sabiex tikkunsidra u tapprova r-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità, u xi emendi għalihom, proviżjonalment adottati mill-Kunsill permezz ta' l-Artikolu 162(2)(o)(ii). Dawn ir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri għandhom ikunu marbuta mat-tfittix, l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni fiż-żona, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-amministrazzjoni nterna ta' l-Awtorità, u, fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Board Regolatorju ta' l-impriża, dwar it-trasferiment ta' fondi mill-impriza lejn l-Awtorità;

(g) li tiddeċiedi dwar it-tqassim ekwitabbli tal-benefiċċji finanzjarji u ekonomiċi oħrajn akkwistati mill-attivitajiet fiż-żona li huma konsistenti ma din il-Konvenzjoni u mar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità;

(h) li tikkunsidra u tapprova il-budget annwali propost ta' l-Awtorità kif ippreżentat mill-Kunsill;

(i) li teżamina perjodikament rapporti mill-Kunsill u mill-impriża u rapporti speċjali mitluba mill-Kunsill jew minn għand xi organu ieħor ta' l-Assemblea;

(j) li tagħti bidu għal studji u li tagħmel rakkommandazzjonijiet għall-iskop tat-tħeġġiġ ta' koperazzjoni internazzjonali li tikkonċerna l-attivitajiet fiż-żona u tinkoraġġixxi l-iżvilupp progressiv ta' liġi internazzjonali li hija relatata ma dawn u dwar il-kodifika tagħha;

(k) li tikkunsidra kwistjonijiet ta' natura ġenerali b'konnessjoni ma l-attivitajiet fiż-żona li joriġinaw partikolarment għal Stati li għadhom jiżviluppaw, kif ukoll dawk il-problemi għall-Istati b'konnessjoni ma l-attivitajiet fiż-żona li huma dovuti minħabba l-lokalità ġeografika tagħhom, partikolarment għall-Istati li m'għandhomx aċċess dirett lejn il-baħar u dawk li huma ġeografikament żvantaġġati;

(l) li tistabbilixxi, fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill, fuq il-bażi ta' parir lill-Kummissjoni għall-Ippjanar Ekonomiku, sistema ta' kumpens u miżuri oħrajn ta' għajnuna għall-aġġustament ekonomiku kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 151(10);

(m) li tissospendi d-drittijiet u l-privileġġi tas-sħubija bis-saħħa ta' l-Artikoli 185;

(n) li tiddiskuti kwalunkwe kwistjoni jew materja fil-kompetenza ta' l-Awtorità u li tiddeċiedi liema organu ta' l-Awtorità għandu jittratta ma xi kwistjoni jew materja bħal din li ma tkunx speċifikament afdata lejn organu partikolari, konsistenti mad-distribuzzjoni tal-poteri u l-funzjonijiet fost l-organi ta' l-Awtorità.

Subsezzjoni C

Il-Kunsill

Artikolu 161

Komposizzjoni, proċedura u votazzjoni

1. Il-Kunsill għandu jikkonsisti minn 36 membru ta' l-Awtorità eletti mill-Assemblea b'din is-sekwenza li ġejja:

(a) erba' membri minn fost l-Istati Partijiet li, matul l-ewwel ħames snin li dwarhom l-istatistika ħija disponibbli, kienu jew ikkunsmaw aktar minn 2 % tal-konsum dinji totali jew kellhom importazzjoni netta ta' aktar 2 % ta' l-importazzjoni dinjija totali tal-merkanzija utili prodotta mill-kategoriji ta' minerali li għandhom ikunu akkwistati miż-żona, u fil-każ ta' Stat wieħed mir-reġjun ta' l-Ewropa tal-Vant (Soċjalist), kif ukoll l-akbar konsumatur;

(b) erba membri minn fost it-tmien Stati Partijiet li jkollhom l-akbar investimenti fil-preparazzjoni għal, u fit-twettieq ta' l-attivitajiet fiż-żona, jew direttament, inkella miċ-ċittadini tagħhom, inkluż mill-anqas Stat wieħed mir-Reġjun ta' l-Ewropa ta' lvant (Soċjalist);

(ċ) erba' membri minn fost l-Istati Partijiet li fuq il-bażi ta' produzzjoni fiż-żoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom huma esportaturi netti maġġuri tal-kategoriji ta' minerali li għandhom ikunu miġbura miż-żona, inklużi mil-anqas żewġ Stati li għadhom jiżviluppaw li l-esportazzjoni tagħhom ta' minerali bħal dawk ikollhom effett sostanzjali fuq l-ekonomiji tagħhom;

(d) sitt membri minn fost l-Istati Partijiet li għadhom jiżvilupaw, li jirrapreżentaw interessi speċjali. L-interessi speċjali li għandhom ikunu rrappreżentati għandhom jinkludu dawk ta' l-Istati bl-akbar popolazzjonijiet, l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar jew li huma ġeografikament żvantaġġati, l-Istati li huma mportaturi maġġuri tal-kategoriji ta' minerali li għandhom ikunu akkwistat mill-baħar, l-Istati li huma produtturi potenżjali ta' minerali bħal dawk, u l-Istati li huma l-anqas żviluppati;

(e) 18 il-membru eletti skond il-prinċipju ta' l-assigurazzjoni tad-distrubuzzjoni ġeografika ekwitabbli tal-postijiet fil-Kunsill kollu kemm hu, basta li kull reġjun ġeografiku jkollu mill-anqas membru wieħed elett permezz ta' dan is-subparagrafu. Għal dan l-iskop, ir-reġjuni ġeografiċi għandhom ikunu l-Afrika, l-Asja, l-Ewropa tal-Vant (Soċjalista), l-Amerika Latina u l-Ewropa tal-Punent u Oħrajn.

2. Fl-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill b'konformità mal-paragrafu 1, l-Assemblea għandha tassigura li:

(a) Stati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati żvantaġġati huma rrappreżentati sa grad li huwa raġonevolment proporzjonali għar-rapreżentazzjoni tagħhom fl-Assemblea;

(b) l-Istati kostali, speċjalment l-Istati li għadhom jiżviluppaw, li ma jikkwalifikawx permezz tal-paragrafu 1 (a), (b), (ċ) jew (d) huma rrappreżentati sa grad li jkun raġonevolment proporzjonat mar-rapreżentazzjoni tagħhom fl-Assemblea;

(ċ) kull grupp ta' Stati Partijiet li għandu jkun rappreżentat fil-Kunsill ikun rappreżentat minn dawk il-membri, jekk ikun hemm, li huma nnominati minn dak il-grupp.

3. L-elezzjonijiet għandhom iseħħu fis-sezzjonijiet regolari ta' l-Assemblea. Kull membru tal-Kunsill għandu jkun elett għal erba' snin. Fl-ewwel elezzjoni, b'dana kollu, it-terminu ta' nofs il-membri ta' kull grupp msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' sentejn.

4. Il-membri tal-Kunsill għandhom ikunu eliġibbli għall-elezzjoni mill-ġdid, imma attenzjoni xierqa għandha tkun mogħtija dwar ix-xewqa tar-rotazzjoni tal-membri.

5. Il-Kunsill għandu jiffunzjona fis-sede ta' l-Awtorità, u għandu jiltaqa' ta' spiss hekk kif ix-xogħol ta' l-Awtorità jkun jeħtieġ, imma mhux anqas minn tlett darbiet fis-sena.

6. Maġġoranza tal-membri tal-Kunsill għandhom jikkostitwixxu quorum.

7. Kull membru tal-Kunsill għandu jkollu vot wieħed.

8. (a) Deċisjonijiet rigward kwistjonijiet ta' proċedura għandhom jittieħdu bil-maġġoranza tal-membri preżenti u li jivvotaw.

(b) Deċizjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sustanza li jinħolqu permezz tad-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' żewġ-terzi tal-membri preżenti u li jivvotaw, basta li maġġoranza bħal din tinkludi maġġoranza tal-membri li jipparteċipaw fil-Kunsill. L-Artikolu 162(2) (f), (g), (h), (i), (n), (p) u (v); l-Artikolu 191.

(ċ) Deċizjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sustanza li jinħolqu permezz tad-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' tlieta minn erba' tal-membri preżenti u li jivvotaw, basta li maġġoranza bħal din tinkludi maġġoranza tal-membri li jipparteċipaw fil-Kunsill: L-Artikolu 162(1); l-Artikolu 162(2) (a), (b), (ċ), (d), (e), (l), (q), (r), (s), (t) u (u) fil-każi ta' nuqqas ta' konformità minn kuntrattur jew sostenitur; l-Artikolu 162(2)(w) basta li ordnijiet mogħtija permezz tagħhom jistgħu jkunu jorbtu għal mhux aktar minn 30 jum jekk ma jkunux konfermati b'Deċisjoni meħudha bi qbil mas-subparagrafu (d); l-Artikolu 162(2)(x), (y) u (z); l-Artikolu 163(2); l-Artikolu 174(3); l-Anness IV, l-Artikolu 11.

(d) Deċisjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sustanza li joriġinaw permezz tad-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu b'kunsens: l-Artikolu 162(2)(m) u (o); l-adozzjoni ta' l-emendi għall-Parti XI.

(e) Għall-iskopijiet tas-subparagrafi (d), (f) u (g), "kunsens" ifisser in-nuqqas ta' oġġezzjoni formali. Fi żmien 14 il-jum mill-preżentazzjoni ta' proposta lill-Kunsill, il-President tal-Kunsill għandu jiddetermina jekk ikunx hemm oġġezzjoni formali għall-adozzjoni tal-proposta. Jekk il-President jiddetermina li jkun hemm oġġezzjoni bħal din, il-President għandu jistabbilixxi u jsejjaħ, fi żmien tlett ijiem wara determinazzjoni bħal din, kumitat ta' konċilljazzjoni li jikkonsisti minn mhux aktar minn disa' membri tal-Kunsill, bil-President fis-sedja, għall-iskop tar-rikonċiljazzjoni tad-differenzi u li jipproduċi proposta li tista tkun adottata b'kunsens. Il-kumitat għandu jaħdem b'ċert ħeffa u jirraporta lejn il-Kunsill fi żmien 14 il-jum wara li jkun ġie stabbilit. Jekk il-Kumitat ma jkunx jista jirrakommanda proposta li tista tkun adottata b'kunsens, dan għandu jħejji rapport dwar il-bażi li minħabba fiha l-proposta kienet opposta.

(f) Deċisjonijiet dwar kwistjonijiet mhux elenkati hawn fuq li l-Kunsill huwa awtorizzat li jieħu permezz tar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità jew mod ieħor għandhom jittieħdu permezz tas-subparagrafi ta' dan il-paragrafu speċifikati fir-regoli, r-regolament u l-proċeduri jew, jekk mhux speċifikati hemmhekk, allura permezz tas-subparagrafu ddeterminat mill-Kunsill jekk possibbli bil-quddiem, b'kunsens.

(g) Meta kwistjoni toriġina dwar jekk kwistjoni tkunx fi ħdan is-subparagrafu (a), (b), (ċ) jew (d), il-kwistjoni għandha tkun ittrattata bħala li hija fi ħdan is-subparagrafu li teħtieġ maġġoranza akbar jew l-għola maġġoranza jew kunsens skond ma jkun il-każ, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Kunsill mill-imsemmija maġġoranza jew kunsens.

9. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi proċedura li biha membru ta' l-Awtorità li ma jkux rappreżentat fil-Kunsill jista jibgħat rappreżentant sabiex jattendi laqgħa tal-Kunsill meta talba ssir għal membru bħal dan, jew materja partikolari li taffettwah, jekk din tkun qiegħda tiġi kkunsidrata. Rapresentant bħal dan għandu jkun intitolat li jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet imma mhux li jivvota.

Artikolu 162

Poteri u funzjonijiet

1. Il-Kunsill huwa l-organu eżekuttiv ta' l-Awtorità. Il-Kunsill għandu jkollu l-poter li jistabbilixxi, b'konformità ma din il-Konvenzjoni u ma' l-istrateġiji ġenerali stabbiliti mill-Assemblea, strateġiji speċifiċi li għandhom ikunu segwiti mill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni jew materja fi ħdan il-kompetenza ta' l-Awtorità.

2. B'żieda ma dan, il-Kunsill għandu:

(a) iwettaq is-superviżjoni u jikkordina l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-parti dwar il-kwistjonijiet u l-materji kollha fi ħdan il-kompetenza ta' l-Awtorità u jistieden l-attenzjoni ta' l-Assemblea dwar każi ta' nuqqas ta' konformità;

(b) jipproponi lill-Assemblea lista ta' kandidati għall-elezzjoni tas-Segretarju-Ġenerali;

(ċ) jirrakkomanda lill-Assemblea, il-kandidati għall-elezzjoni tal-membri tal-Board Regolatorju ta' l-impriża u d-Direttur-Ġenerali ta' l-impriża;

(d) jistabbilixxi, kif xieraq, b'attenzjoni xierqa rigward l-ekonomija u l-effiċċjenza. organi sussidjarji bħal dawn skond ma jsib li jkun meħtieġ għal-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegħu bi qbil ma din il-parti. Fil-komposizzjoni ta' dawn l-organi sussidjarji, enfasi għandha tingħata dwar il-ħtieġa għal membri kwalifikati u kompetenti fil-kwistjonijiet tekniċi relevanti li għandhom ikunu ttrattati minn dawk l-organi, basta li qies xieraq għandu jittieħed dwar il-prinċipju tad-distribuzzjoni ġeografika ekwitabbli u ta' l-interessi speċjali;

(e) jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu inkluż il-metodu għall-għażla tal-president tiegħu;

(f) jidħol fi ftehim man-Nazzjonijiet Uniti u ma l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħrajn f'isem l-Awtorità u fil-kompetenza tiegħu, suġġett għall-approvazzjoni mill-Assemblea;

(g) jikkonsidra r-rapporti mill-impriża u jittrasmettihom lejn l-Assemblea bir-rakkommandazzjonijiet tiegħu;

(h) jippreżenta lill-Assemblea rapporti annwali u dawk ir-rapporti hekk kif l-Assemblea tista titlob;

(i) joħroġ direttivi lill-impriża bi qbil ma' l-Artikolu 170;

(j) japprova pjanijiet tax-xogħol b'konformità ma' l-Anness III, l-Artikolu 6. Il-Kunsill għandu jaġixxi dwar kull pjan ta' xogħol fi żmien 60 jum mill-preżentazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni Legali u Teknika fis-sessjoni tal-Kunsill skond il-proċeduri li ġejjin:

(i) jekk il-Kummissjoni tirrakkomanda l-approvazzjoni ta' pjan ta' xogħol, din għandha tkun meqjusa bħala li tkun ġiet approvata mill-Kunsill jekk l-ebda membru tal-Kunsill ma jkun ippreżenta bil-miktub lill-President fi żmien 14 il-jum oġġezzjoni speċifika li tallega nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet ta' l-Anness III, l-Artikolu 6. Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni, il-proċedura ta' konċilljazzjoni stabbilita fl-Artikolu 161(8)(e), għandha tkun tapplika. Jekk, fit-tmiem tal-proċedura tal-konċiljazzjoni, jibqa jkun hemm insistenza tal-oġġezzjoni, il-pjan tax-xogħol għandu jkun meqjus li kien ġie approvat mill-Kunsill sakemm il-Kunsill juri d-disapprovazzjoni tiegħu b'kunsens fost il-membri tiegħu, esklużi xi Stat jew Stati li jkunu ressqu applikazzjoni jew li jkunu sostenituri ta' l-applikant;

(ii) jekk il-Kummissjoni tirrakkomanda d-disapprovazzjoni ta' pjan ta' xogħol jew jekk ma tagħmel l-ebda rakkommandazzjoni, il-Kunsill jista japprova l-pjan tax-xogħol b'maġġoranza ta' tlieta-minn-erba' tal-membri preżenti u li jivvotaw, basta li maġġoranza bħal dik tinkludi l-membri li jipparteċipaw fis-sessjoni;

(k) japprova l-pjanijiet tax-xogħol ippreżentati mill-impriża bi qbil ma l-Anness IV, l-Artikolu 12, japplikaw, mutatis mutandis, il-proċeduri stabbiliti fis-subparagrafu (j);

(l) jeżerċita kontroll fuq l-attivitajiet fiż-żona bi qbil ma l-Artikolu 153(4), u mar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità;

(m) jieħu, fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku, il-miżuri meħtieġa u xierqa b'konformità ma l-Artikolu 150(h), li tipprovdi protezzjoni minn effetti ekonomiċi ħżiena speċifikati hemmhekk;

(n) li tgħamel rakkommandazzjonijiet lill-Assemblea, fuq il-bażi ta' parir mill-Kummissjoni għall-Ippjanar Ekonomiku, għal sistema ta' kumpens u miżuri oħrajn ta' għajnuna għal aġġustament ekonomiku kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 151(10);

(o) (i) li jirrakkomanda lill-Assemblea ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri dwar it-tqassim ekwitabbli tal-benefiċji finanzjarji u ekonomiċi oħrajn li jirriżultaw mill-attivitajiet fiż-żona u l-pagamenti u l-kontribuzzjonijiet mwettqa permezz ta' l-Artikolu 82, billi jieħu kunsiderazzjoni partikolari ta' l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw u tal-popli li għadhom ma laħqux indipendenza sħiħa jew status ieħor ta' self-government;

(ii) jadotta u japplika proviżjonalment, sakemm ikun hemm l-approvazzjoni mill-Assemblea, ir-regoli, r-regolamenti u l-proċedura ta' l-Awtorità, u xi emendi għalihom, billi jkunu meqjusa r-rakkommandazzjonijiet tal-Kummissjoni Legal u Teknika jew tal-organu subordinat ikkonċernat. Dawn ir-regoli, regolamenti u proċeduri għandhom jirrigwardaw it-tfittix, l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni fiż-żona u l-amministrazzjoni finanzjarja u l-amministrazzjoni nterna ta' l-Awtorità. Priorità għandha tingħata għall-adozzjoni tar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri għall-esplorazzjoni għal, u għall-esplojtazzjoni ta' noduli polimetalliċi. Ir-regoli, ir-regolamenti jew il-proċeduri għall-esplorazzjoni għal u l-esplojtazzjoni ta' xi riżorsi apparti milli noduli polimetalliċi għandhom ikunu adottati fi żmien tlett snin mid-data ta' talba ta' l-Awtorità minn uħud mill-membri tagħha li jadottaw dawk ir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri fir-rigward ta' riżorsa bħal din. Ir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri kollha għandhom jibqgħu effettivi fuq bażi proviżjonali sakemm approvati mill-Assemblea jew sakemm emendati mill-Kunsill fid-dawl ta' xi opinjonijiet espressi mill-Assemblea;

(p) jirrevedi l-ġbir tal-pagamenti kollha li għandhom isiru minn jew lill-Awtorità b'konnessjoni ma l-operazzjonijiet permezz ta' din il-parti:

(q) li jagħmel għażla minn fost l-applikanti għall-awtorizzazzjonijiet tal-produzzjoni permezz ta' l-Anness III, l-Artikolu 7, meta għażla bħal din hija meħtieġa b'dik id-disposizzjoni;

(r) jippreżenta l-budget annwali propost ta' l-Awtorità quddiem l-Assemblea għall-approvazzjoni tagħha;

(s) jagħmel rakkommandazzjoni lill-Assemblea li tikkonċerna strateġiji dwar xi kwistjoni jew materja fi ħdan il-kompetenza ta' l-Awtorità;

(t) li jagħmel rakkommandazzjonijiet lill-Assemblea li tikkonċerna s-sospensjoni ta' l-eżerċitar tad-drittijiet u l-privileġġi tas-sħubija bis-saħħa ta' l-Artikoli 185;

(u) jistotwixxi proċċedimenti f'isem l-Awtorità quddiem il-Kamra tal-Kwistjonijiet tal-Qiegħ-il-Baħar f'każi ta' nuqqas ta' konformità;

(v) jinnotifika lill-Assemblea dwar Deċisjoni mill-Kamra tal-Kwistjonijiet tal-Qiegħ-il-baħar fil-proċedimenti mibdija permezz tas-subparagrafu (u), u li jagħmel dawk ir-rakkommandazzjonijiet li huwa jsib li jkunu xierqa fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu;

(w) li joħroġ ordnijiet ta' emerġenza, li jistgħu jinkludi ordnijiet għas-sospensjoni jew l-aġġustament ta' operazzjonijiet, li ma jħallix li jkun hemm ħsara serja għall-ambjent marittimu li jirriżulta mill-attivitajiet fiż-żona;

(x) li ma japprovax żoni għall-esplojtazzjoni minn kuntratturi jew impriżi f'każi meta evidenza sostanzjali tindika r-riskju ta' ħsara serja għall-ambjent marittimu;

(y) li jistabbilixxi organu sussidjarju għall-elaborazzjoni ta' l-abbozz tar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri finanzjarji li jirrigwardaw ma:

(i) l-amministrazzjoni finanzjarja b'konformità ma' l-Artikoli 171 sa 175; u

(ii) l-arranġamenti finanzjarji b'konformità ma' l-Anness III, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 17(1)(ċ);

(z) jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa għad-direzzjoni u s-superviżjoni ta' grupp ta' spetturi li għandhom jispezzjonaw l-attivitajiet f'żona sabiex jiddetterminaw jekk din il-parti, ir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità, u t-termini u l-kondizzjonijiet ta' xi kuntratt ma l-Awtorità li jkun hemm konformità magħhom.

Artikolu 163

L-organi tal-Kunsill

1. Huma b'dan stabbiliti dawn l-organi tal-Kunsill li ġejjin:

(a) Kummissjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku;

(b) Kummissjoni Legali u Teknika.

2. Kull Kummissjoni għandha tkun magħmulha minn 15 il-membru, eletti mill-Kunsill minn fost il-kandidati nnominati mill-Istati Partijiet. B'dana kollu, jekk meħtieġ, il-Kunsill jista jiddeċiedi li jżid id-daqs ta' waħda mill-Kummissjonijiet wara li jkun qies kif xieraq l-ekonomija u l-effiċjenza.

3. Il-membri ta' Kummissjoni għandhom ikollhom il-kwalifiki xierqa fil-qasam tal-kompetenza ta' dik il-Kummissjoni. L-Istati Partijiet għandhom jinnominaw kandidati ta' l-għola standards ta' kompetenza w integrità fi kwalifiki fl-oqsma relevanti hekk li jassiguraw l-eżerċitar effettiv tal-funzjonijiet tal-Kummissjonijiet.

4. Fl-elezzjonijiet tal-membri tal-Kummissjonijiet, qies xieraq għandu jingħata għall-ħtieġa għal distribuzzjoni ġerografika ekwitabbli u r-rapreżentazzjoni ta' interessi speċjali.

5. L-ebda Stat Parti ma jista jinnomina aktar minn kandidat wieħed għall-istess Kummissjoni. L-ebda persuna m'għandha tkun eletta sabiex isservi f'aktar minn Kummissjoni waħda.

6. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom iżommu l-uffiċċju tagħhom għal terminu ta' ħames snin. Għandhom ikunu eliġibbli għall elezzjoni mill-ġdid ta' terminu ieħor.

7. Fil-każ ta' mewt, inkapaċità jew riżenja ta' membru ta' Kummissjoni qabel ma jiskadi t-terminu ta' l-uffiċċju, il-Kunsill għandu jeleġġi għall-kumplament ta' dak it-terminu, membru mill-istess reġjun ġeografiku jew minn żona ta' nteress.

8. Il-Membri tal-Kummissjoni m'għandhom ikollhom l-ebda interess finanzjarju f'xi attività li tirrigwarda l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni fiż-żona. Suġġett għar-responsabiltajiet tagħhom lejn il-Kummissjoni li fiha huma jservu, huma m'għandhomx jiżvelaw, anki wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, xi sigriet industrijali, dettalji propjetarji, li huma trasferiti lill-Awtorità bi qbil ma' l-Anness III, l-Artikolu 14, jew xi informazzjoni konfidenzjali oħra li tasal għandhom bis-saħħa tad-doveri tagħhom għall-Awtorità.

9. Kull Kummissjoni għandha teżerċita il-funzjonijiet tagħha b'konformità ma' dawk il-linji ta' gwida u d-direttivi li l-Kunsill jista jadotta.

10. Kull Kummissjoni għandha tifformula u tippreżenta lill-Kunsill għal-approvazzjoni dawk ir-regoli u r-regolamenti skond ma jista jkun meħtieġ għat-twettieq effiċċjenti tal-funzjonijiet tal-Kummissjoni.

11. Il-proċeduri tat-teħid tad-Deċisjonijiet mill-Kummissjonijiet għandhom ikunu stabbiliti bir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità. Ir-rakkommandazzjonijiet tal-Kunsill għandhom, meta meħtieġ, ikunu akkumpanjati b'sommarju dwar id-diverġenzi ta' l-opinjoni fil-Kummissjoni.

12. Kull Kummissjoni għandha normalment tiffunzjona mis-sede ta' l-Awtorità u għandha tiltaqa' kemm ikun meħtieġ għall-eżerċitar effiċċjenti tal-funzjonijiet tagħha.

13. Fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha, kull Kummissjoni tista, meta xieraq, tikkonsulta kummissjoni oħra, lil xi organu kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti jew lill-aġenziji speċjalizzati tagħha jew lil xi organizzazzjoni internazzjoanli b'kompetenza fis-suġġett ta' dik il-materja ta' konsultazzjoni bħal dik.

Artikolu 164

Il-Kummissjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku

1. Il-membri tal-Kummissjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku għandhom ikollhom il-kwalifiki xierqa bħal ma huma dawk li jirrigwardaw fit-tħaffir tal-minjieri, l-amministrazzjoni ta' l-attivitajiet tar-riżorsi minerali, il-kummerċ internazzjonali jew l-ekonomija internazzjonali. Il-Kunsill għandu jgħamel sforz ħalli jassigura li s-sħubija fil-Kummissjoni tkun tirrifletti il-kwalifiki kollha xierqa. Il-Kummissjoni għandha tinkludi mill-anqas żewġ membri mill-Istati li għadhom jiżviluppaw li l-esportazzjoni tagħhom tal-kategoriji ta' minerali li għandhom ikunu akkwistati miż-żona jkollhom effett sostanzjali fuq l-ekonomiji tagħhom.

2. Il-Kummissjoni għandha:

(a) tipproponi, fuq it-talba tal-Kunsill, miżuri għall-implimentazzjoni ta' Deċisjonijiet li jirrigwardaw l-attivitajiet fiż-żona li jkunu seħħew b'konformità ma' din il-Konvenzjoni;

(b) tirrevedi t-tendenzi ta', u l-fatturi li jaffetwaw il-fornitura, it-talba u l-prezzijiet tal-materjali li jistgħu jkunu akkwistati miż-żona, billi jitqiesu l-interessi kemm tal-pajjiżi importaturi u wkoll ta' dawk esportaturi, u partikolarment ta' dawk fosthom ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw;

(ċ) teżamina xi sitwazzjoni li aktarx li twassal għall-effetti ħżiena msemmija fl-Artikolu 150(h) imressqa għall-attenzjoni tagħha mill-Istat Parti jew mill-Istati Partijiet ikkonċernati, u li tagħmel ir-rakkommandazzjonijiet xierqa lill-Kunsill;

(d) tipproponi lill-Kunsill għall-preżentazzjoni lejn l-Assemblea, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 151(10), sistema ta' kumpens jew miżuri oħrajn ta' aġġustament ekonomiku bħala għajnuna lill-Istati li għadhom jiżviluppaw li jbagħtu minn effetti ħżiena maħluqa mill-attivitajiet fiż-żona. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-rakkommandazzjonijiet lill-Kunsill li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tas-sistema u l-miżuri l-oħrajn adottati mill-Assemblea f'każi speċjali.

Artikolu 165

Il-Kummissjoni Legali u Teknika.

1. Il-Membri tal-Kummissjoni Legali u Teknika għandhom ikollhom il-kwalifiki xierqa bħal dawk li huma relevanti għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni u l-ipproċesar ta' riżorsi minerali, l-oċeanoloġija, il-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu, jew materji ekonomiċi jew legali li jirrigwardaw ix-xogħol tal-minjieri fl-oċeani u l-oqsma ta' l-esperjenza relatati. Il-Kunsill għandu jgħamel sforz ħalli jassigura li s-sħubija fil-Kummissjoni tkun tirrifletti il-kwalifiki kollha xierqa.

2. Il-Kummissjoni għandha:

(a) tagħmel rakkommandazzjonijiet fir-rigward ta' l-eżerċitar tal-funzjonijiet ta' l-Awtorità, wara talba mill-Kunsill;

(b) tirrevedi pjanijiet tax-xogħol formali bil-miktub għall-attivitajiet fiż-Żona b'konformità ma l-Artikolu 153(3), u li tippreżenta rakkommandazzjoni xierqa lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tibbaża r-rakkommandazzjonijiet tagħha solament fuq il-bażi mistqarra fl-Anness III u għandha tirraporta bis-sħiħ dwarhom lill-Kunsill;

(ċ) twettaq superviżjoni, wara talba mill-Kunsill, dwar l-attivitajiet fiż-żona, meta xieraq, b'konsultazzjoni u kollaborazzjoni ma l-entità li twettaq attivitajiet bħal dawk jew ma' l-Istati jew l-Istati kkonċernati u tirraporta lejn il-Kunsill;

(d) tipprepara studju dwar l-implikazzjonijiet ambjentali rigward l-attivitajiet fiż-żona;

(e) tagħmel rakkommandazzjonijiet lejn il-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu, billi tqis l-opinjonijiet ta' l-esperti rikonoxxuti f'dak il-qasam;

(f) tifformula u tippreżenta lejn il-Kunsill ir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 162(2)(o), billi tqis il-fatturi relevanti kollha inklużi l-istudji dwar l-implikazzjonijiet ambjentali ta' l-attivitajiet fiż-żona;

(g) tikkunsidra dawk ir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri għal reviżjoni u tirrakkommanda lill-Kunsill minn żmien għal żmien dawk l-emendi għalihom skond ma hija tħoss li jkunu xierqa jew mixtieqa;

(h) tressaq rakkommandazzjonijiet lill-Kunsill rigward l-istabbiliment ta' programm ta' monitoraġġ sabiex tosserva, tkejjel, tevalwa u tanalizza, b'metodi xjentifiċi rikonoxxuti, fuq bażi regolari, ir-riskji jew l-effetti tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu li jirriżulta mill-attivitajiet fiż-żona, tassigura li r-regolamenti eżistenti huma adekwati u li jkun hemm konformità magħhom, u li tikkordina l-implimentazzjoni tal-programm ta' monitoraġġ kif approvat mill-Kunsill;

(i) tirrakkommanda lill-Kunsill li proċċedimenti jkunu mibdija f'isem l-Awtorità quddiem il-Kamra tal-Kwistjonijiet ta' Qiegħ-il-Baħar, bi qbil ma' din il-parti u l-Annessi relevanti billi tqis partikolarment l-Artikolu 187;

(j) tressaq rakkommandazzjonijiet lill-Kunsill fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu, fuq Deċisjoni tal-Kamra tal-Kwistjonijiet ta' Qiegħ-il-Baħar fi proċedimenti mibdija b'konformità mas-subparagrafu (i);

(k) li tirrakkommanda l-ħruġ ta' ordnijiet ta' emerġenza, li jistgħu jinkludu ordnijiet għas-sospensjoni jew l-aġġustament ta' l-operazzjonijiet, li ma tħallix li jkun hemm ħsara serja għall-ambjent marittimu li jirriżulta mill-attivitajiet fiż-żona. Rakkommandazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu kkunsidrati mill-Kunsill fuq bażi ta' prijorità;

(l) li tressaq rakkommandazzjonijiet lill-Kunsill li ma japprovax żoni għall-esplojtazzjoni minn kuntratturi jew impriżi f'każi meta evidenza sostanzjali tindika r-riskju ta' ħsara serja għall-ambjent marittimu;

(m) li tressaq rakkommandazzjonijiet lill-Kunsill rigward id-direzzjoni u s-superviżjoni ta' grupp ta' spetturi li għandhom jispezzjonaw l-attivitajiet f'żona sabiex jiddetterminaw jekk id-disposizzjonijiet ta' din il-parti, ir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità, u t-termini u l-kondizzjonijiet ta' xi kuntratt ma l-Awtorità li jkun hemm konformità magħhom;

(n) li tikkalkola l-limitu massimu tal-produzzjoni u toħroġ awtorizzazzjonijiet tal-produzzjoni f'isem l-Awtorità permezz ta' l-Artikolu 151(2) sa (7), b'segwiment ta' xi għażla meħtieġa minn fost l-applikanti għall-awtorizzazzjonijiet għall-produzzjoni li jkunu nħarġu mill-Kunsill b'konformità ma' l-Anness III, l-Artikolu 7.

3. Il-Membri tal-Kummissjoni għandhom, wara talba minn xi Stat Parti jew minn parti oħra kkonċernata, li jkunu akkompanjati mir-rappreżentant ta' dak l-Istat jew tal-parti l-oħra kkonċernata, meta jwettqu l-funzjoni tagħhom ta' superviżjoni u spezzjoni.

Subsezzjoni D

Is-Segretarjat

Artikolu 166

Is-Segretarjat

1. Is-Segretarjat ta' l-Awtorità għandu jkun magħmul minn Segretarju-Ġenerali u dak il-persunal li l-Awtorità tista tkun teħtieġ.

2. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jkun elett għal erba' snin mill-Assemblea minn fost il-kandidati kif proponuti mill-Kunsill u jista' jerġa jkun elett mill-ġdid.

3. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jkun l-uffiċjal amministratur ewlieni ta' l-Awtorità, u għandu jaġixxi f'dik il-kariga fil-laqgħat kollha ta' l-Assemblea, tal-Kunsill u ta' xi organu sussidjarju, u għandu jwettaq dawk id-doveri amministrattivi l-oħrajn hekk kif ikunu afdati lis-Segretarju-Ġenerali minn dawn l-organi.

4. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jressaq rapport annwali lill-Assemblea dwar ix-xogħol ta' l-Awtorità.

Artikolu 167

Il-persunal ta' l-Awtorità

1. Il-persunal ta' l-Awtorità għandu jkun magħmul minn dak il-persunal kwalifikat, xjentifiku u tekniku, u persunal ieħor hekk kif jista jkun meħtieġ għat-twettieq tal-funzjonijiet amministrattivi ta' l-Awtorità.

2. Il-kunsiderazzjoni ta' l-akbar importanza fir-reklutaġġ u l-impieg tal-persunal u fid-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom għandhom ikunu meħtieġa sabiex jassiguraw l-ogħla standards ta' effiċjenza, kompetenza u integrità. Suġġett għal din il-kunsiderazzjoni, qies xieraq għandu jingħata għall-importanza tar-reklutaġġ ta' persunal fuq bażi ġeografika wiesa kemm jista jkun possibbli.

3. Il-persunal għandu jkun maħtur mis-Segretarju-Ġenerali. It-termini u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom għandhom ikunu maħtura, imħallsa u mkeċċija għandhom ikunu b'konformità mar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità.

Artikolu 168

Il-karattru internazzjonali tas-Segretarjat

1. Fit-twettieq tad-doveri tagħhom, is-Segretarju-Ġenerali u l-persunal m'għandhomx ifittxu jew jirċievu struzzjonijiet minn xi gvern jew minn xi sorsi esterni ta' l-Awtorità. Huma għandhom jastjenu minn xi azzjoni li tista tirrefletti fuq il-posizzjoni tagħhom bħala uffiċjali internazzjonali responsabbli biss lejn l-Awtorità. Kull Stat Parti jintrabat, fir-rigward tal-karattru internazzjonali esklussiv tar-responsabbilitajiet tas-Segretarju-Ġenerali u tal-Persunal li ma jfittxux li jinfluwenzawhom fit-twettieq tar-responsabiltajiet tagħhom. Kwalunkwe vjolazzjoni tar-responsabbiltajiet minn membru tal-persunal għandha tkun imressqa quddiem it-tribunal amministrattiv xieraq bħal ma hemm provvediment dwar dan fir-regoli, r-regolament u l-proċeduri ta' l-Awtorità.

2. Is-Segretarju-Ġenerali u l-persunal m'għandhomx ikollhom l-ebda interess finanzjarju f'xi attività li tirrigwarda l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni fiż-żona. Suġġett għar-responsabbiltajiet tagħhom lejn l-Awtorità, huma m'għandhomx jiżvelaw, anki wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, xi sigriet industrijali, dettalji propjetarji, li huma trasferiti lill-Awtorità bi qbil ma l-Anness III, l-Artikolu 14, jew xi informazzjoni konfidenzjali oħra li tasal għandhom bis-saħħa tad-doveri tagħhom għall-Awtorità.

3. Il-vjolazzjonijiet ta' l-obbligi ta' membru tal-persunal ta' l-Awtorità kif elenkati fil-paragrafu 2 għandhom, wara talba minn Stat Parti affettwat bi vjolazzjoni bħal din, jew minn persuna naturali jew ġuridika, sponsorjata minn Stat Parti kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 153(2)(b), u li jkun affetwat bi vjolazzjoni bħal dik, li jkunu imressqa mill-Awtorità, kontra l-membru tal-persunal ikkonċernat, quddiem tribunal maħtur bir-regoli, r-regolamenti u l-proċedura ta' l-Awtorità. Il-Parti affettwata għandha jkollha d-dritt li tieħu sehem fil-proċedimenti. Jekk it-trubunal hekk jirrakkomanda, is-Segretarju-Ġenerali għandu jkeċċi lill-membru tal-persunal ikkonċernat.

4. Ir-regoli, r-regolament u l-proċeduri ta' l-Awtorità għandhom ikun fihom dawk id-disposizzjonijiet hekk kif inhuma meħtieġa sabiex ikun implimentat dan l-Artikolu.

Artikolu 169

Konsultazzjoni u koperazzjoni ma l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux-governattivi

1. Is-Segretarju-Ġenerali għandu, dwar materji fil-kompetenza ta' l-Awtorità, jagħmel dawk l-arranġamenti xierqa, bl-approvazzjoni tal-Kunsill, għal konsultazzjoni u koperazzjoni ma l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux-governattivi rikonoxxuti mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

2. Dik l-organizzazzjoni li magħha s-Segretarju-Ġenerali jkun daħal f'arranġament permezz tal-paragrafu 1 tista tinnomina rappreżentanti sabiex jattendu l-laqgħat ta' l-organi ta' l-Awtorità bħala osservaturi b'konformità mar-regoli tal-proċedura ta' dawn l-organi. Il-proċeduri għandhom ikunu stabbiliti sabiex jakkwistaw l-opinjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet bħal dawn fil-każi xierqa.

3. Is-Segretarju-Ġenerali jista jqassam fost l-Istati Partijiet rapporti bil-miktub ippreżentati minn l-organizzazzjonijiet mhux-governattivi msemmija fil-paragrafu 1 dwar suġġetti li fihom ikollhom kompetenza speċjali u li huma relatati max-xogħol ta' l-Awtorità.

Subsezzjoni E

L-impriża

Artikolu 170

L-impriża

1. L-impriża għandha tkun l-organu ta' l-Awtorità li għandha twettqa l-attivitajiet fiż-żona, direttament, bis-saħħa ta' l-Artikolu 153(2)(a), kif ukoll it-trasportazzjoni, l-ipproċċesar u l-marketing tal-minerali rkuprati miż-żona.

2. L-impriża għandha, fi ħdan il-qafas tal-personalità legali internazzjonali ta' l-Awtorità, li jkollha dik il-kapaċità legali bħal ma hemm provvediment dwar dan fl-Istatut kif elenkat fl-Anness IV. L-impriża għandha taġixxi b'konformità ma din il-Konvenzjoni u mar-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Awtorità, kif ukoll tal-istrateġiji ġenerali stabbiliti mill-Assemblea, u għandha tkun suġġetta għad-direttivi u l-kontroll tal-Kunsill.

3. L-impriża għandha jkollha l-post ewlieni tan-negozju tagħha fis-sede ta' l-Awtorità.

4. L-impriża għandha, bi qbil ma l-Artikolu 173(2) u l-Anness IV, l-Artikolu 11, tkun ipprovduta b'dawk il-fondi hekk kif jistgħu ikunu meħtieġa għat-twettieq tal-funzjonijiet tagħha, u għandha tirċievi t-teknoloġija kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 144 u d-disposizzjonijiet l-oħra relevanti ta' din il-Konvenzjoni.

Subsezzjoni F

L-arranġamenti finanzjarji ta' l-Awtorità

Artikolu 171

Il-fondi ta' l-Awtorità

Il-fondi ta' l-Awtorità għandhom jinkludu:

(a) kontribuzzjonijiet kif ikkalkolati mill-membri ta' l-Awtorità b'konformità ma' l-Artikolu 160(2)(e);

(b) fondi li jaslu għand l-Awtorità permezz ta' l-Anness III, l-Artikolu 13, b'konnessjoni ma' l-attivitajiet fiż-żona;

(ċ) il-fondi trasferiti mill-impriża b'konformità ma' l-Anness IV, l-Artikolu 10;

(d) il-fundi mislufa permezz ta' l-Artikolu 174;

(e) il-kontribuzzjonijiet voluntarji magħmula mill-membri jew minn entitajiet oħrajn, u

(f) il-pagamenti ta' fondi tal-kumpens, bi qbil ma' l-Artikolu 151(10), li s-sorsi tagħhom huma rrakkommandati mill-Kummissjoni għall-Ippjanar Ekonomiku.

Artikolu 172

Il-budget annwali ta' l-Awtorità

Is-Segretarju-Ġenerali għandu jħejji abbozz tal-budget annwali kif proponut ta' l-Awtorità u jippreżentah lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jikkonsidra il-budget annwali kif proponut u jippreżentaħ lill-Assemblea, flimkien ma xi rakkommandazzjonijiet dwaru. L-Assemblea għandha tikkunsidra u tapprova il-budget annwali kif proponut b'konformità ma' l-Artikolu 160(2)(h).

Artikolu 173

L-Ispejjeż ta' l-Awtorità

1. Il-kontribuzzjonijiet msemmija fl-Artikolu 171(a), għandhom ikunu mħallsa f'kont speċjali sabiex ilaħħqu ma' l-ispejjeż amministrattivi ta' l-Awtorità sakemm l-Awtorità jkollha fondi suffiċċjenti minn sorsi oħrajn sabiex tlaħħaq ma dawk l-ispejjeż.

2. L-ispejjeż amministrattivi ta' l-Awtorità għandhom ikunu l-ewwel sejħa fuq il-fondi ta' l-Awtorità. Apparti mill-kontribuzzjonijiet kif ikkalkolati, msemmija fl-Artikolu 171(a), il-fondi li jibqgħu wara l-pagament ta' l-ispejjeż amministrattivi jistgħu, inter alia:

(a) ikunu mqassma bi qbil ma' l-Artikolu 140 u l-Artikolu 160(2)(g);

(b) ikunu wżati sabiex jipprovdu lill-aġenzija b'fondi b'konformità ma' l-Artikolu 170(4);

(ċ) ikunu wżati għall-kumpens ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw b'konformità ma' l-Artikolu 151(10), u l-Artikolu 160(2)(l).

Artikolu 174

Il-poter tas-self ta' l-Awtorità

1. L-Awtorità għandha jkollha l-poter li tissellef fondi.

2. L-Assemblea għandha tistabbilixxi l-limiti tal-poteri tas-self ta' l-Awtorità fir-regolamenti finanzjarji adottati bis-saħħa ta' l-Artikolu 160(2)(f).

3. Il-Kunsill għandu jeżerċita l-poteri tas-self ta' l-Awtorità.

4. L-Istati Partijiet ma humiex responsabbli għad-dejn ta' l-Awtorità.

Artikolu 175

Awditjar annwali

Ir-reġistri, il-kotba u l-kontijiet ta' l-Awtorità, inklużi l-istqarrijiet finanzjarji annwali, għandhom ikunu awditjati ta' kull sena minn awditur independenti maħtur mill-Assemblea.

Subsezzjoni G

L-istatus legali, il-privileġġi u l-immunitajiet

Artikolu 176

L-istatus legali

L-Awtorità għandha jkollha personalità legali internazzjonali u dik il-kapaċità legali skond ma tista tkun meħtieġa għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha u tat-twettieq tal-iskopijiet tagħha.

Artikolu 177

Privileġġi u immunitajiet

Sabiex l-Awtorità tkun tista teżerċita l-funzjonijiet tagħha, hija għandha tgawdi fit-territorju ta' kull Stat Parti, il-privileġġi u l-immunitajiet kif elenkati f'din is-subsezzjoni. Il-privileġġi u l-immunitajiet li jirrigwardaw l-impriża għandhom ikunu dawk kif elenkati fl-Anness IV, l-Artikolu 13.

Artikolu 178

Immunità minn proċess legali

L-Awtorità, il-propjetà u l-assi tagħha, għandhom igawdu immunità minn proċess legali apparti milli sal-limitu li l-Awtorità espressament twarrab din l-immunità f'xi każ partikolari.

Artikolu 179

Immunità minn tfittix jew minn xi għamla ta' sekwestru

Il-propjetà u l-assi ta' l-Awtorità, kull fejn jistgħu jkunu jinsabu u independentament minn min ikun iżommhom, għandhom ikollhom immunità minn tfittix, rekwisizzjoni, konfiska, esproprazzjoni jew xi għamla oħra ta' sekwestru b'azzjoni eżekuttiva jew leġislattiva.

Artikolu 180

Eżenzjoni mir-restizzjonijiet, regolamenti, kontrolli u moratoria

Il-propjetà u l-assi ta' l-Awtorità għandhom ikunu eżentati mir-restrizzjonijiet, mir-regolamenti, mill-kontrolli u minn moratoria ta' kwalunkwe tip.

Artikolu 181

L-arkivji u l-komunikazzjonijiet uffiċjali ta' l-Awtorità

1. L-arkivji ta' l-Awtorità, kull fejn ikunu lokalizzati, għandhom ikunu nvjolabbli.

2. L-informazzjoni propjetarja, is-sigrieti industrijali u nformazzjoni simili u r-rekords tal-persunal m'għandhomx jitqiegħdu f'arkivji li huma miftuħa għall-ispezzjoni pubblika.

3. Fir-rigward tal-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħha, l-Awtorità għandha tkun mogħtija minn kull Stat Parti trattament li ma jkunx anqas favorevoli minn dak mogħti minn dak l-Istat lill-organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn.

Artikolu 182

Privileġġi w immunitajiet ta' ċerti persuni konnessi ma' l-Awtorità

Ir-rappreżentanti ta' l-Istati Partijiet li jattendu laqgħat ta' l-Assemblea, tal-Kunsill jew ta' l-organi ta' l-Assemblea jew tal-Kunsill, u s-Segretarju-Ġenerali u l-persunal ta' l-Awtorità, għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Parti:

(a) immunità minn proċess legali fir-rigward ta' atti mwettqa minnhom fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom, apparti milli sal-limitu ta' l-Istat li huma jirrapreżentaw jew l-Awtorità, kif xieraq, espressament ineħħu din l-immunità f'xi każ partikolari;

(b) jekk ma jkunux ċittadini ta' dak L-Istat Parti, l-istess eżenzjonaijiet mir-restrizzjonijiet ta' l-immigrazzjoni, ħtiġiet tar-reġistrazzjoni barranija u l-obbligi tas-servizz nazzjonali, l-istess faċilitajiet f'dak li jirrigwarda r-restrizzjonijiet tal-kambju u l-istess trattament fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ivvjaġġar kif inhuma mogħtija minn dak l-Istat lir-rappreżentanti, lill-uffiċjali u lill-impjegati ta' grad komparabbli ta' l-Istati Partijiet l-oħrajn.

Artikolu 183

Eżenzjoni mit-taxxi u mid-dazji doganali

1. Fl-iskop ta' l-attivitajiet uffiċjali tagħhom, l-Awtorità, l-assi u l-propjetà tagħha, l-introjtu tagħha, u l-operazzjonijiet u t-transazzjonijiet tagħha, awtorizzati b'din il-Konvenzjoni, għandhom ikunu eżentati mit-tassazzjoni diretta kollha u l-oġġetti importati jew esportati għall-użu uffiċjali tagħha għandhom ikunu eżentati minn kull dażji doganali. L-Awtorità m'għandhiex titlob eżenzjoni mit-taxxi li ma humiex aktar milli miżati mposti għal servizzi mogħtija.

2. Meta x-xiri ta' oġġetti jew servizzi ta' valur sostanzjali li huma meħtieġa għall-attivitajiet uffiċjali ta' l-Awtorità isir minn jew f'isem l-Awtorità, u meta l-prezz ta' oġġetti jew servizzi bħala dawk jinkludu taxxi jew dazju, miżuri xierqa għandhom, sal-limitu prattikabbli, jittieħdu mill-Istati Partijiet sabiex jagħtu eżenzjoni minn dawk it-taxxi jew dazji jew li jipprovdu għal rifużjoni tagħhom. Oġġetti importati jew mixtrija permezz ta' l-eżenzjoni li hemm provvediment dwarha f'dan l-Artikolu m'għandhomx jinbiegħu, jew b'mod ieħor ikunu disponuti fit-territorju ta' l-Istat Parti li jkun ta l-eżenzjoni, apparti milli permezz tal-kondizzjonijiet mifthiema ma dak l-Istat Parti.

3. L-ebda taxxa m'għandha tkun imponuta mill-Istati Partijiet fuq jew fir-rigward tas-salarji jew tal-benefiċċji mħallsa jew xi għamla oħra ta' pagament magħmula mill-Awtorità lis-Segretarju-Ġenerali u lill-persunal ta' l-Awtorità, kif ukoll lill-esperti li jwettqu missjonijiet għal-Awtorità, fuq dawk li ma humiex ċittadini tagħhom.

Subsezzjoni H

Is-sospensjoni ta' l-eżerċitar tad-drittijiet jew privileġġi tal-membri

Artikolu 184

Is-sospensjoni ta' l-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni

Stat Parti li jkun b'arretrati fil-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu lejn l-Awtorità m'għandux ikollu vot jekk l-ammont ta' l-arretrati tiegħu jkunu ugwali jew jeċċedu l-ammont tal-kontribuzzjonijiet dovuti minnu għas-sentejn sħaħ preċedenti. L-Assemblea tista, b'dana kollu, tippermetti membru bħal dan li jivvota jekk hija tkun sodisfatta li n-nuqqas tal-pagament ikun dovut għal kondizzjonijiet lil hinn mill-kontroll tal-membru.

Artikolu 185

Is-sospensjoni ta' l-eżerċitar tad-drittijiet jew tal-privileġġi tas-sħubija

1. Stat Parti li jkun sfaċċatament u b'mod persistenti kiser id-disposizzjonijiet ta' din il-Parti jista jkun sospiż mill-eżerċitar tad-drittijiet u l-privileġġi tas-sħubija, mill-Assemblea, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

2. L-ebda azzjoni m'għandha tittieħed permezz tal-paragrafu 1 sakemm il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar tkun sabet li dak l-Istat ikun sfaċċatament u b'mod persistenti kiser id-disposizzjonijiet ta' din il-Parti.

SEZZJONI 5

SOLUZZJONI TA' TILWIM U OPINJONIJIET KONSULTATTIVI

Artikolu 186

Il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar tat-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar

L-istabbiliment tal-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar u l-manjiera li biha din għandha teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha għandhom ikunu rregolati mid-disposizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni, tal-Parti XV u ta' l-Anness VI.

Artikolu 187

Il-Ġurisdizzjoni tal-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar

Il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar għandha jkolla ġurisdizzjoni permezz ta' din il-Parti u l-Anness relatat magħha fi kwistjonijiet li jirrigwardaw l-attivitajiet fiż-żona li jidħlu fi ħdan dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a) kwistjonijiet bejn l-Istati Partijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-parti u ta' l-Annessi marbut magħha;

(b) kwistjonijiet bejn Stat Parti u l-Awtorità li jikkonċernaw:

(i) atti jew nuqqasijiet ta' l-Awtorità jew ta' Stat Parti li jkun allegatament bi vjolazzjoni ta' din il-parti jew ta' l-Annessi marbuta magħha jew tar-regoli, tar-regolamenti u tal-proċeduti ta' l-Awtorità adotti b'konformit magħhom; jew

(ii) atti ta' l-Awtorità allegatament li huma b'eċċess tal-ġurisdizzjoni tagħha jew b'użu ħażin tal-poteri tagħha;

(ċ) kwistjonijiet bejn partijiet ta' kuntratt, bejn l-Istati Partijiet, l-Awtorità jew l-impriża, l-impriżi Statali u l-persuni naturali jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 153(2)(b), li jikkonċernaw:

(i) l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' kuntratt jew pjan tax-xogħol relevanti; jew

(ii) atti jew nuqqasijiet minn parti tal-kuntratt li jirrigwardaw l-attivitajiet fiż-żona u diretti lejn il-parti l-oħra jew li direttament jaffettwaw l-interessi leġittimi tagħha;

(d) kwistjonijiet bejn l-Awtorità u kuntrattur prospettiv li jkun ġie sponsorjat minn Stat kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 153(2)(b), u li jkun wettaq il-kondizzjonijiet msemmija fl-Anness III, l-Artikolu 4(6), u l-Artikolu 13(2), li jikkonċernaw iċ-ċaħda ta' kuntratt jew ta' kwistjoni legali li tirriżulta fin-negozjati tal-kuntratt;

(e) kwistjonijiet bejn l-Awtorità u Stat Parti, l-impriża Statali jew persuna naturali jew ġuridika sponsorjata minn Stat Parti kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 153(2)(b), meta jkun allegat li l-Awtorità tkun sofriet danni kif hemm provvediment dwar dan fl-Anness III, l-Artikolu 22;

(f) xi kwistjonijiet oħrajn dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Kamra li hemm provvediment speċifiku dwarhom f'din il-Konvenzjoni.

Artikolu 188

Il-preżentazzjoni ta' kwistjonijiet lejn kamra speċjali tat-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar jew ta' kamra ad hoc tal-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar jew ta' arbitrazzjoni kummerċjali li torbot

1. Kwistjonijiet bejn l-Istati Partijiet msemmija fl-Artikolu 187(a) jistgħu jkunu ppreżentati:

(a) fuq talba tal-partijiet għall-kwistjoni, lejn kamra speċjali tat-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar li għandha tkun iffurmata b'konformità ma' l-Anness VI, l-Artikoli 15 u 17; jew

(b) fuq talba ta' xi parti tal-kwistjoni lejn kamra ad-hoc tal-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar li għandha tkun iffurmata b'konformità ma' l-Anness VI, l-Artikolu 36.

2. (a) Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' kuntratt msemmi fl-Artikolu 187(c)(i), għandhom ikunu ppreżentati, fuq it-talba ta' xi parti fil-kwistjoni, lejn arbitrazzjoni li torbot, sakemm il-partijiet ma jifthiemux mod ieħor. Tribunal ta' l-arbitrazzjoni kummerċjali li lejħ il-kwistjoni tkun ippreżentatha ma jkollu l-ebda ġurisdizzjoni li jiddeċiedi xi kwistjoni ta' l-interpretazzjoni ta' din il-Konvenzjoni. Meta l-kwistjoni tinvolvi wkoll il-kwistjoni ta' l-interpretazzjoni tal-Parti XI u ta' l-Annessi marbuta magħha, l-attivitajiet fir-rigward taż-żona, dik il-kwistjoni għandha tkun msemmija lejn il-Kamra tal-Kwistjonijiet ta' Qiegħ-il-Baħar, għal verdett.

(b) Jekk, fil-bidu jew matul il-korsa ta' l-arbitrazzjoni bħal din, it-tribunal ta' l-arbitrazzjoni jiddetermina, jew fuq talba ta' xi parti għal-kwistjoni jew proprio motu, li d-Deċisjoni tiegħu tiddependi fuq il-verdett tal-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar, it-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jirreferi kwistjoni bħal dik lejn il-Kamra tal-Kwistjoni dwar Qiegħ-il-Baħar għal verdett bħal dak. It-tribunal ta' l-arbitrazzjoni għandu mbagħad jipproċedi li jagħti d-Deċisjoni tiegħu b'konformità mal-verdett tal-Kamra tal-Kwistjonijiet tal-Qiegħ-il-Baħar.

(ċ) Fin-nuqqas ta' provvediment fil-kuntratt rigward il-proċedura ta' l-arbitrazzjoni li għandha tkun applikata f'dik il-kwistjoni, l-arbitraġġ għandu jitwettaq skond ir-Regoli ta' l-Arbitrazzjoni UNCITRAL jew ta' dawk ir-regoli l-oħrajn ta' l-arbitraġġ skond kif jistgħu jkunu preskritti fir-regoli, fir-regolamenti u fil-preċeduri ta' l-Awtorità, sakemm il-partijiet tal-kwistjoni ma jifthiemux mod ieħor.

Artikolu 189

Limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta' Deċiżjonijiet ta' l-Awtorità

Il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar m'għandha jkollha l-ebda ġurisdizzjoni fir-rigward ta' l-eżerċitar mill-Awtorità tal-poteri diskrezzjonarji tagħha skond din il-parti; fl-ebda każ ma għandha tissosstitwixxi d-diskrezzjoni tagħha għal dik ta' l-Awtorità. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 191, fl-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni tagħha bis-saħħa ta' l-Artikolu 187, il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar m'għandhiex tippronunzja ruħha fuq il-kwistjoni ta' jekk xi regoli, regolamenti u proċeduri ta' l-Awtorità jkunux konformi ma din il-Konvenzjoni, l-anqas m'għandha tiddikjara invalidi xi regoli, regolamenti jew proċeduri. Il-ġurisdizzjoni tagħha f'dan ir-rigward għandha tkun illimitata għad-Deċisjoni ta' talbiet li l-applikazzjoni ta' xi regoli, regolamenti u proċeduri ta' l-Awtorità f'każi individwali jistgħu jkunu b'kunflitt ma l-obbligi kontrattwali tal-partijiet fil-kwistjoni jew ta' l-obbligi tagħhom permezz ta' din il-Konvenzjoni, talbiet li jikkonċernaw l-eċċess tal-ġurisdizzjoni jew l-użu ħażin tal-poter, u talbiet għal danni li għandhom jitħallsu jew rimedju ieħor li għandu jingħata lill-parti kkonċernata għan-nuqqas tal-parti l-oħra li tkun konformi ma l-obbligi kontrattwali tagħha jew ta' l-obbligi tagħha permezz ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 190

Il-parteċipazzjoni u d-dehra ta' l-Istati Partijiet bħala sostenituri fil-proċedimenti

1. Jekk il-persuna naturali jew ġuridika hija parti ta' kwistjoni msemmija fl-Artikolu 187, l-Istat sostenitur għandu jagħti avviż dwar dan u għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-proċedimenti billi jippreżenta stqarrijiet bil-kitba jew orali.

2. Jekk azzjoni hija miġjuba kontra Stat Parti minn persuna naturali jew ġuridika li jkollha s-sostenn ta' Stat Parti ieħor fi kwistjoni msemmija fl-Artikolu 187(c), l-Istat respondent jista jitlob lill-Istat sosstenitur ta' dik il-persuna li jidher fil-proċedimenti f'isem dik il-persuna. Fin-nuqqas ta' dehra bħal din, l-Istat respondent jista jirranġa li jkun rappreżentat minn persuna ġuridika tan-nazzjonalità tiegħu.

Artikolu 191

Opinjonijiet konsultattivi

Il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ-il-Baħar għandha tagħti opinjonijiet konsultattivi fuq it-talba ta' l-Assemblea jew tal-Kunsill rigward kwistjonijiet legali li jinqalgħu fi ħdan l-iskop ta' l-attivitajiet tagħhom. Opinjonijiet bħal dawn għandhom jingħataw bħala materja ta' urġenza.

PARTI XII

IL-PROTEZZJONI U L-PRESERVAZZJONI TA' L-AMBJENT MARITTIMU

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 192

Obbligi ġenerali

L-Istati għandhom l-obbligu li jipproteġu u jippreservaw l-ambjent marittimu

Artikolu 193

Dritt sovran ta' l-Istati li jesplojtaw ir-riżorsi naturali tagħhom

L-Istati għandhom id-dritt sovran li jesplojtaw ir-riżorsi naturali taghom permezz ta' l-istrateġiji ambjentali tagħhom u b'konformità mad-dover tagħhom li jipproteġu u jippreservaw l-ambjent marittimu.

Artikolu 194

Miżuri sabiex ikun hemm il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu

1. L-Istati għandhom jieħdu, individwalment jew flimkien, kif xieraq, il-miżuri kollha li huma konsistenti ma' din il-Konvenzjoni li huma meħtieġa għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll ta' l-ambjent marittimu minn kwalunkwe sorsi, jużaw għal dan l-aħjar mezz prattikabbli fid-disposizzjoni tagħhom u b'konformità mal-kapaċitajiet tagħhom, u huma għandhom jagħmlu sforz sabiex jarmonizzaw l-istrateġiji tagħhom f'dan ir-rigward.

2. L-Istati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li l-attivitajiet taħt il-ġurisdizzjoni jew il-kontroll tagħhom u li huma hekk imwettqa li ma jikkaġunawx danni bit-tniġġiż lill-Stati oħrajn u l-ambjent tagħhom, u li t-tniġġiż li jkun hemm minn inċidenti jew attivitajiet taħt il-ġurisdizzjoni jew il-kontroll tagħhom ma jixterridx lil hinn miż-żona ta' fejn huma jeżerċitaw id-drittijiet sovrani tagħhom b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

3. Il-miżuri meħudha bis-saħħa ta' din il-parti għandhom jittrattaw mas-sorsi kollha tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu, inter alia, dawk iddisinjati li jnaqqsu sal-limitu massimu l-aktar possibbli:

(a) ir-rilaxx ta' sustanzi tossiċi, ta' ħsara jew ta' periklu, speċjalment dawk li huma persistenti, minn sorsi ibbażati fuq l-art, minn jew permezz ta' l-atmosfera jew minn dumping;

(b) tniġġiż minn vapuri, partikolarment miżuri għall-prevenzjoni ta' l-inċidenti u l-ittrattar ma l-emerġenzi, jassiguraw is-sigurtà ta' l-operazzjonijiet fil-baħar, il-prevenzjoni ta' rimi intenzjonat jew mhux intenzjonat, u r-regolar tad-disinn, tal-kostruzzjoni, tat-tgħamir, ta' l-operat u ta' l-ekwipaġġ ta' vapuri;

(ċ) tniġġiż minn stallazzjonijiet u tagħmir użat fl-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tal-qiegħ il-baħar jew is-saffa ta' taħt dak, b'miżuri partikolari għall-prevenzjoni ta' inċidenti u l-ittrattar ma emerġenzi, li jassiguraw is-sigurtà ta' operazzjonijiet fil-baħar, u r-regolament tad-disinn, tal-kostruzzjoni, ta' l-apparat, l-operazzjoni u l-ekwiġaġġ ta' stallazzjonijiet u tagħmir bħal dak.

(d) tniġġiż minn stallazzjonijiet u tagħmir użat fl-operat ta' l-ambjent marittimu, b'miżuri partikolari għall-prevenzjoni ta' l-inċidenti u l-ittrattar ma emerġenzi, li jassiguraw is-sigurtà ta' operazzjonijiet fil-baħar, u r-regolament tad-disinn, tal-kostruzzjoni, ta' l-apparat, l-operazzjoni u l-ekwiġaġġ ta' stallazzjonijiet u tagħmir bħal dak.

4. Fit-teħid tal-miżuru għall-prevenzjoni, t-tnaqqis jew il-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu, l-Istati għandhom jibqgħu lura minn interferenza mhux ġustifikata fl-attivitajiet imwettqa minn Stati oħrajn fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom u fis-segwiment tad-doveri tagħhom b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

5. Il-miżuri meħudha b'konformità ma din il-parti għandhom jinkludu dawk meħtieġa għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' ekosistemi rari u fraġili kif ukoll ta' l-abitat ta' speċje imnaqqsa, mhedda jew ipperikolati minn tipi ta' ħajja marittima oħra.

Artikolu 195

Dover li ma jkunux trasferiti ħsarat jew perikoli jew li jkunu trasformati tip wieħed ta' tniġġis f'tip ieħor

Fit-teħid tal-miżuri sabiex ikun ipprevenut, imnaqqas u kkontrollat it-tniġġis ta' l-ambjent marittimu, l-Istati għandhom jaġixxu hekk li ma jittresferixxux, direttament jew inderettament, ħsarat jew perikoli minn żona waħda lejn oħra jew li jittrasformaw tip ta' tniġġiż f'tip ieħor.

Artikolu 196

L-użu ta' teknoloġiji jew l-introduzzjoni ta' speċje aljeni jew ġodda

1. L-Istati għandhom jieħdu l-miżura kollha meħtieġa sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu li jirriżulta mil-użu ta' teknoloġiji taħt il-ġurisdizzjoni u l-kontroll tagħhom, jew l-introduzzjoni intenzjonata jew aċċidentali ta' speċje, aljeni jew ġodda, f'parti partikolari ta' l-ambjent marittimu, li jistgħu joħolqu tibdiliet sinifikanti u ta' ħsara hemmhekk.

2. Dan l-Artikolu ma jaffetwax l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni rigward il-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu.

SEZZJONI 2

KOPERAZZJONI GLOBALI U REĠJONALI

Artikolu 197

Koperazzjoni fuq bażi globali jew reġjonali

L-Istati għandhom jikkoperaw fuq bażi globali u, kif xieraq, fuq bażi reġjonali, direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, fil-formulazzjoni u l-elaborazzjoni tar-regoli internazzjonali, l-istandards u l-prattiċi rakkommandati u l-proċeduri konsistenti ma din il-Konvenzjoni, għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu, billi jitqiesu l-karatteristiċi tal-fatturi reġjonali.

Artikolu 198

Notifika ta' ħsara iminenti jew attwali

Meta Stat isir konxju b'każi li fihom l-ambjent marittimu ikun f'periklu iminenti li jsofri ħsara jew li kien sofra ħsara minn tniġġiż, huwa għandu immedjatament jinnotifika lill-Istati l-oħrajn li hu jqis li aktarx li jkunu affettwati bi ħsara bħal din, kif ukoll l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti.

Artikolu 199

Pjani ta' kontinġenza kontra t-tniġġiż

Fil-każi msemmija fl-Artikolu 198, l-Istati taż-żona affettwata, skond il-kapaċitajiet tagħhom, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom jikkoperaw, sal-limitu possibbli, fl-eliminazzjoni ta' l-effetti tat-tniġġiż u l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ħsara. Għal dan il-għan, l-Istati għandhom fuq bażi konġunta jiżviluppaw u jħeġġu pjani ta' kontinġenza sabiex jirrispondu għal inċidenti tat-tniġġiż fl-ambjent marittimu.

Artikolu 200

Studji, programmi ta' riċerka u skambju ta' l-informazzjoni u d-data

L-Istati għandhom jikkoperaw, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għall-iskop li jħeġġu studji, jidħlu għal programmi ta' riċerka xjentifika u jinkorraġġixxu l-iskambju ta' informazzjoni u d-data akkwistata rigward it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu. Huma għandhom jagħmlu sforz li jipparteċipaw attivament fi programmi reġjonali u globali sabiex jakkwistaw tgħarif għall-assessjar tan-natura u t-tixrid tat-tniġġiż, l-esposizzjoni għalih, il-mogħdijiet tagħha, ir-riskji u r-rimedji.

Artikolu 201

Kriterja xjentifika għar-regolamenti

Fid-dawl ta' l-informazzjoni u d-data akkwistata permezz ta' l-Artikolu 200, l-Istati għandhom jikkoperaw, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, billi jistabbilixxu kriterja xjentifika xierqa għall-formulazzjoni u l-elaborazzjoni tar-regoli, standards u prattiċi rakkommandati u l-proċeduri għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu.

SEZZJONI 3

GĦAJNUNA TEKNIKA

Artikolu 202

Għajnuna xjentifika u teknika għall-Istati li għadhom jiżviluppaw

L-Istati għandhom, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti.

(a) iħeġġu programmi ta' għajnuna xjentifika, edukazzjonali, teknika u mod ieħor sabiex jgħinu lill-Istati li għadhom jiżviluppaw għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu u l-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż marittimu. Għajnuna bħal din għandha tinkludi, inter alia:

(i) it-taħriġ tal-persunal xjentifiku u tekniku tagħhom;

(ii) l-iffaċċilitar fil-preparazzjoni tal-programmi internazzjonali relevanti;

(iii) ifornuhom bit-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa;

(iv) iqawwu l-kapaċità tagħhom fil-manifattura ta' tagħmir bħal dan;

(v) pariri rigward u dwar l-iżvilupp ta' programmi tal-faċilitajiet għar-riċerka, l-monitoraġġ, edukazzjonali u programmi oħrajn;

(b) jipprovdu għajnuna xierqa, speċjalment lill-Istati li għadhom jiżviluppaw, għat-tnaqqis ta' l-effett ta' inċidenti maġġuri li jistgħu joħolqu tniġġiż serju ta' l-ambjent marittimu;

(ċ) jipprovdu għajnuna xierqa, speċjalment lill-Istati li għadhom jiżviluppaw, rigward il-preparazzjoni għall-istudji ambjentali.

Artikolu 203

Trattament preferenzjali lill-Istati li għadhom jiżviluppaw

L-Istati li għadhom jiżviluppaw għandhom, għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu jew tat-tnaqqis ta' l-effetti tiegħu, ikunu mogħtija preferenza mill-organizzazzjonijiet internazzjonali fi:

(a) l-allokazzjoni tal-fondi xierqa u l-għajnuna teknika; u

(b) l-utilizzazzjoni tas-servizzi speċjalizzati tagħhom.

SEZZJONI 4

MONITORAĠĠ U ASSESSJAR AMBJENTALI

Artikolu 204

Il-monitoraġġ tar-riskji u l-effetti tat-tniġġiż

1. L-Istati għandhom, konsistenti mad-drittijiet ta' l-Istati l-oħrajn, jagħmlu sforz, sakemm huwa prattikabbli, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, li josservaw, jevalwaw u janalizzaw, b'metodi xjentifiċi rikonoxxuti, ir-riskji jew l-effetti tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu.

2. Partikolarment, l-Istati għandhom iżommu taħt sorveljanza l-effetti ta' xi attivitajiet li huma jippermettu jew li fihom ikunu nvoluti sabiex jiddeterminaw jekk dawn l-attivitajiet li x'aktarx li jniġġżu l-ambjent marittimu.

Artikolu 205

Il-pubblikazzjoni tar-rapporti

L-Istati għandhom jippublikaw ir-rapport tar-riżultati akkwistati permezz ta' l-Artikolu 204 jew jipprovdu dawn ir-rapporti matul intervalli xierqa lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 206

Assessjar tal-potenzjal ta' l-effetti ta' l-attivitajiet

Meta l-Istati għandhom bażi raġjonevoli li jemmnu li l-attivitajiet ippjanati taħt il-ġurisdizzjoni jew tal-kontroll tagħhom jistgħu li jikkaġunaw tniġġiż jew kambjamenti sinifikanti u ta' ħsara għall-ambjent marittimu, huma għandhom, sa kemm ikun prattikabbli, jassessjaw l-effetti potenzjali ta' attivitajiet bħal dawn fuq l-ambjent marittimu u għandhom jikkomunikaw ir-rapporti tar-riżultati ta' l-assessjar bħal dak fil-manjiera li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 205.

SEZZJONI 5

REGOLI INTERNAZZJONALI U LEĠISLAZZJONI NAZZJONALI GĦALL-PREVENZJONI, IT-TNAQQIS U L-KONTROLL TAT-TNIĠĠIŻ TA' L-AMBJENT MARITTIMU

Artikolu 207

Tniġġiż minn sorsi bbażati fuq l-art

1. L-Istati għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn sorsi bbażati fuq l-art, inklużi xmajjar, estwarji, pajpijiet u strutturi tar-rimi tal-iskart likwidu, billi jitqiesu r-regoli mifthiema internazzjonalment, in-normi u l-prattiċi u l-proċeduri rakkommandati.

2. L-Istati għandhom jieħdu miżuri oħrajn skond ma jista jkun meħtieġ sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw tniġġiż bħal dan.

3. L-Istati għandhom jgħamlu sforz sabiex jarmonizzaw l-istrateġiji tagħhom f'dan ir-rigward fil-livell reġjonali xieraq.

4. L-Istati, li jaġixxu speċjalment permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew permezz ta' konferenza diplomatika, għandhom jagħmlu sforz sabiex jistabbilixxu fuq bażi globali u reġjonali, ir-regoli, in-normi u l-prattiċi u l-proċeduri rakkommandati, ħalli jnaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn sorsi bbażati fuq l-art, billi jqisu l-karatteristiċi ta' fatturi reġjonali, il-kapaċità ekonomika ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw u l-ħtieġa tagħhom għal żvilupp ekonomiku. Regoli, normi u prattiċi u proċeduri rakommandati bħal dawn għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid minn żmien għal żmien skond ma jkun meħtieġ.

5. Il-liġijiet, ir-regolamenti, il-miżuri, ir-regoli, in-normi u l-prattiċi u l-proċeduri rakommandati msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom jinkludu dawk iddisinjati sabiex inaqqsu, sal-limitu massimu possibbli, ir-rilaxx ta' sustanzi tossiċi, ta' hsara jew perikolużi, speċjalment dawk li huma persistenti, fl-ambjent marittimu.

Artikolu 208

Tniġġiż minn attivitajiet ta' qiegħ-il-baħar li huma suġġetti għal ġurisdizzjoni nazzjonali

1. L-Istati kostali għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu li jirriżulta minn jew b'konnessjoni ma' l-attivitajiet ta' qiegħ il-baħar li huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom u minn gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, bħala riżultat ta' l-Artikoli 60 u 80.

2. L-Istati għandhom jieħdu l-miżuri l-oħrajn skond ma jista jkun meħtieġ sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw tniġġiż bħal dan.

3. Il-liġijiet, ir-regolament u,-miżuri bħal dawn m'għandhomx ikunu anqas effettivi mir-regoli, n-normi u l-prattiċi u proċeduri internazzjonali rakkommandati.

4. L-Istati għandhom jgħamlu sforz sabiex jarmonizzaw l-istrateġiji tagħhom f'dan ir-rigward fil-livell reġjonali xieraq.

5. L-Istati, li jaġixxu speċjalment permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew permezz ta' konferenza diplomatika, għandhom jistabbilixxu fuq bażi globali u reġjonali, r-regoli, n-normi u l-prattiċi u l-proċeduri rakkommandati sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu kif msemmi fil-paragrafu 1. Regoli, normi u prattiċi u proċeduri rakommandati bħal dawn għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid minn żmien għal żmien skond ma jkun meħtieġ.

Artikolu 209

Tniġġiż minn attivitajiet fiż-żona

1. Regoli, regolamenti u proċeduri internazzjonali għandhom ikunu stabbiliti b'konformità mal-Parti XI sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn attivitajiet fiż-żona. Regoli, regolamenti u proċeduri bħal dawn għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid minn żmien għal żmien skond ma jkun meħtieġ.

2. Suġġett għad-disposizzjonijiet relevanti ta' din is-sezzjoni, l-Istati għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn attivitajiet fiż-żona skond kif involuti minn vapuri, stallazzjonijiet, strutturi u tagħmir ieħor li jtajjar il-bandiera tagħhom jew tar-reġistru tagħhom jew li joperaw permezz ta' l-awtorità tagħhom, skond ma jkun il-każ. Il-ħtiġiet ta' liġijiet u regolamenti bħal dawn m'għandhomx ikunu anqas effettivi mir-regoli, r-regolamenti u l-proċeduri internazzjonali kif msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 210

Tniġġiż mir-rimi

1. L-Istati għandhom jadottaw il-liġijiet sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn rimi.

2. L-Istati għandhom jieħdu l-miżuri l-oħrajn skond ma jista jkun meħtieġ sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw tniġġiż bħal dan.

3. Liġijiet, regolamenti u miżuri bħal dawn għandhom jassiguraw li rimi ma jkunx imwettaq mingħajr il-permess ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati.

4. L-Istati, li jaġixxu speċjalment permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew permezz ta' konferenza diplomatika, għandhom jagħmlu sforz sabiex jistabbilixxu fuq bażi globali u reġjonali, r-regoli, n-normi u l-prattiċi u l-proċeduri rakkommandati sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw tniġġiż bħal dan. Regoli, normi u prattiċi u proċeduri rakommandati bħal dawn għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid minn żmien għal żmien skond ma jkun meħtieġ.

5. Ir-rimi fi ħdan il-baħar territorjali u ż-żona ekonomika esklussiva jew fuq is-sikka kontinentali m'għandux jitwettaq mingħajr l-approvazzjoni espressa bil-quddiem ta' l-Istat kostali, li għandu d-dritt li ma jippermettix, jirregola u jikkontrolla rimi bħal dan wara kunsiderazzjoni xierqa ta' dik il-materja ma Stati oħrajn li minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom jistgħu jkunu affettwati ħażin b'dan ir-rimi.

6. Il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri nazzjonali m'għandhomx ikunu anqas effettivi fil-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-ikkontrollar ta' tniġġiż bħal dan milli bir-regoli u n-normi globali.

Artikolu 211

Tniġġiż minn vapuri

1. L-Istati, li jaġixxu permezz ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jew ta' konferenza diplomatika ġenerali, għandhom jistabbilixxu regoli u normi internazzjonali sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn vapuri u jħeġġu l-adozzjoni, bl-istess mod, kull meta xieraq, ta sistemi ta' rotot ġodda iddisinjati sabiex jimminimizzaw it-theddida ta' inċidenti li jistgħu joħolqu tniġġiż ta' l-ambjent marittimu, inkluża l-kosta, u l-ħsara bit-tniġġiż relatata ma l-interessi ta' l-Istati kostali. Regoli u normi bħal dawn għandhom, bl-istess mod, ikunu eżaminati mill-ġdid minn żmien għal żmien skond ma jkun meħtieġ.

2. L-Istati għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn vapuri li jtajjru il-bandiera tagħhom jew tar-registru tagħhom. Liġijiet u regolamenti bħal dawn għandhom mill-anqas ikollhom l-istess effett bħal dawk ir-regoli u n-normi internazzjonali ġeneralment aċċettati kif stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jew ta' konferenza diplomatika ġenerali.

3. L-Istati li jistabbilixxu l-ħtiġiet partikolari għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu bħala kondizzjoni għad-dħul ta' vapuri barranin fil-portijiet jew fl-ilmijiet interni tagħhom jew sabiex iżuru t-terminali il-barra mill-kosta tagħhom, għandhom jagħtu l-publiċità meħtieġa dwar dawn il-ħtiġiet u għandhom jikkomunikaw dawn lill-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti. Kull meta ħtiġiet bħal dawn huma stabbiliti f'għamla identika minn tnejn jew aktar Stati kostali fi sforz sabiex jarmonizzaw l-istrateġija tagħhom, il-komunikazzjoni għandha tindika liema Stati jkunu jipparteċipaw f'arranġamenti koperattivi bħal dawn. Kull Stat għandu jeħtieġ li l-kaptan ta' vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu jew fir-reġistru tiegħu, meta jinnaviga fi ħdan il-baħar territorjali ta' Stat parteċipanti f'arranġamenti koperattivi bħal dawn, li jforni, fuq talba ta' l-Istati, informazzjoni rigward jekk ikunx jipproċedi lejn Stat ta' l-istess reġjun li jipparteċipa f'arranġamenti koperattivi bħal dawn u, jekk hekk, li jindika jekk ikunx konformi mal-ħtiġijiet tal-port tad-dħul ta' dak l-Istat. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar kontinwu minn vapur tad-dritt tal-passaġġ innoċenti jew dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 25(2).

4. L-Istati kostali jistgħu, fl-eżerċitar tas-sovranità tagħhom fi ħdan il-baħar territorjali tagħhom, jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż marittimu minn vapuri barranin, inklużi vapuri li jeżerċitaw id-dritt tal-passaġġ innoċenti. Liġijiet u regolamenti bħal dawn għandhom, b'konformità mal-Parti II, is-Sezzjoni 3, ma jfixklux il-passaġġ innoċenti tal-vapuri barranin.

5. L-Istati kostali, għall-iskop ta' l-infurzar kif hemm provvediment dwar dan fis-Sezzjoni 6, jistgħu fir-rigward taż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom, jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri li jkunu konformi ma, u li jagħtu effett għar-regoli u n-normi internazzjonali ġeneralment aċċettati kif stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew minn konferenza diplomatika ġenerali.

6. (a) Meta r-regoli u n-normi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux adekwati sabiex jilħqu maċ-ċirkostanzi speċjali u l-Istati kostali jkollhom bażi raġjonevoli sabiex jemmnu li żona partikolari, kjarament definiti fir-rigward taż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom hija żona ta' fejn l-adozzjoni tal-miżuri mandatorji speċjali għall-revenzjoni tat-tniġġiż minn vapuri tkun meħtieġa għal-raġunijiet tekniċi rikonoxxuti b'relazzjoni mal-kondizzjonijiet oċeanografiġi u ekoloġiċi tiegħu, kif ukoll dwar l-utilizzazzjoni jew il-protezzjoni tar-riżorsi tiegħu u l-karattru partikolari tat-traffiku tiegħu, l-Istati kostali, wara konsultazzjonijiet xierqa permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti ma xi Stati oħrajn ikkonċernati, jista, għal dik iż-żona, jibgħat komunikazzjoni lejn dik l-organizzazzjoni, jippreżenta evidenza xjentifika u teknika bħala sostenn u l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet meħtieġa ta' l-ilqugħ. Fi żmien 12 il-xhar wara li tirċievi komunikazzjoni bħal din, l-organizzazzjoni għandha tiddetermina jekk il-kondizzjonijiet f'dik iż-żona jkunux korrispondenti għall-ħtiġiet stabbiliti hawn fuq. Jekk l-organizzazzjoni hekk tiddetermina, l-Istati kostali jistgħu, għal dik iż-żona, jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti dwar il-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri li jimplimentaw regoli u normi internazzjonali bħal dawn jew prattiċi tan-navigazzjoni hekk kif ikunu applikabbli, permezz ta' l-organizzazzjoni, dwar żoni speċjali. Dawn il-liġijiet u regolamenti m'għandhomx ikunu applikabbli għal vapuri barranin sa 15 il-xahar minn wara l-preżentazzjoni tal-komunikazzjoni lejn l-organizzazzjoni.

(b) L-Istati kostali għandhom jippublikaw il-limiti ta xi żona partikolari bħal din, kjarament definita.

(ċ) Jekk l-Istati kostali għandhom l-intenzjoni li jadottaw liġijiet u regolamenti addizzjonali għall-istess żona dwar il-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri, huma għandhom, meta jippreżentaw il-komunikazzjoni msemmija qabel, fl-istess żmien jinnotifika lill-organizzazzjoni dwar dan. Liġijiet u regolamenti addizzjonali bħal dawn jistgħu jkunu jirrigwardaw ir-rimi jew il-prattiċi tan-navigazzjoni imma ma jistgħux jeħtieġu li l-vapuri barranin li josservaw id-disinn, il-kostruzzjoni, l-ekwipaġġ jew in-normi ta' l-apparat, apparti milli minn dawk ġeneralment aċċettati b'regoli u normi internazzjonali; dawn għandhom isiru applikabli għal vapuri barranin 15 il-xahar wara l-preżentazzjoni tal-komunikazzjoni lill-organizzazzjoni, basta li l-organizzazzjoni taqbel fi żmien 12 il-xahar wara l-preżentazzjoni tal-komunikazzjoni.

7. Ir-regoli u n-normi internazzjonali msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu, inter alia, dawk li jirrigwardaw in-notifika f'waqta lill-Istati Kostali, li l-linja tal-kosta tagħhom jew l-interessi relatati jistgħu ikunu affettwati b'inċidenti, inklużi mwiet marittimi, li jinvolvu r-rimi jew il-probabbilità ta' rimi.

Artikolu 212

Tniġġiż minn u permezz ta' l-atmosfera

1. L-Istati għandhom jadottaw il-liġijiet u regolamenti sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn u permess ta' l-atmosfera, applikabbli għall-ispazju ta' l-ajru taħt is-sovranità tagħhom u għall-vapuri li jtajjru l-bandiera tagħhom jew vapuri u ajruplani fir-reġistru tagħhom, billi jqisu r-regoli, n-normi u l-prattiċi u l-proċeduri mifthiema internazzjonalment u wkoll is-sigurtà ta' navigazzjoni fl-ajru.

2. L-Istati għandhom jieħdu l-miżuri l-oħrajn skond ma jista jkun meħtieġ sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw tniġġiż bħal dan.

3. L-Istati, li jaġixxu speċjalment permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew permezz ta' konferenza diplomatika, għandhom jagħmlu sforz sabiex jistabbilixxu fuq bażi globali u reġjonali, r-regoli, n-normi u l-prattiċi u l-proċeduri rakkommandati sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw tniġġiż bħal dan.

SEZZJONI 6

INFURZAR

Artikolu 213

Infurzar fir-rigward tat-tniġġiż minn sorsi bbażżati fl-art

L-Istati għandhom jinfurzaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom adottati b'konformità ma l-Artikolu 207 u għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti u jieħdu l-miżuri l-oħrajn meħtieġa sabiex jimplimentaw ir-regoli u normi internazzjonali applikabbli kif stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew b'konferenza internazzjonali sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn sorsi bbażati fuq l-art.

Artikolu 214

Infurzar fir-rigward tat-tniġġiż minn attivitajiet f'qiegħ il-baħar

L-Istati għandhom jinfurzaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom adottati b'konformità ma l-Artikolu 208 u għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti u jieħdu l-miżuri l-oħrajn meħtieġa sabiex jimplimentaw ir-regoli u normi internazzjonali applikabbli kif stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew b'konferenza internazzjonali sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu li joriġina minn, jew b'konnessjoni ma l-attivitajiet f'qiegħ il-baħar li huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jew minn gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, bis-saħħa ta' l-Artikoli 60 u 80.

Artikolu 215

Infurzar fir-rigward tat-tniġġiż minn attivitajiet fiż-żona

L-infurzar tar-regoli, regolamenti u proċeduri internazzjonali stabbiliti b'konformit'mal-parti XI sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn attivitajiet fiż-żona għandu jkun irregolat b'din il-parti..

Artikolu 216

Infurzar fir-rigward tat-tniġġiż bid-dumping

1. Il-liġijiet u r-regolamenti adottati b'konformità ma' din il-Konvenzjoni u r-regoli u n-normi internazzjonalment applikabbli permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonalment kompetenti jew konferenza diplomatika għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu bid-dumping għandhom ikunu inforzati:

(a) mill-Istat kostali fir-rigward tad-dumping gewwa l-baħar territorjali tiegħu jew fiż-żona ekonomika esklussiva tiegħu jew fuq is-sikka kontinentali tiegħu;

(b) mill-Istat tal-bandiera fir-rigward ta' vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu jew il-vapuri u l-arjuplani fuq ir-reġistru tiegħu;

(ċ) minn xi Stat fir-rigward ta' l-atti tat-tgħabija tal-iskart jew materji oħrajn li jseħħu fit-territorju tiegħu jew fit-terminali ta' lil hinn mill-art.

2. L-ebda Stat m'għandu jkun obbligat permezz ta' dan l-Artikolu li jibda proċċedimenti meta Stat ieħor ikun diġa istitwixxa poċċedimenti b'konformità ma dan l-Artikolu.

Artikolu 217

Infurzar mill-Istati tal-bandiera

1. L-Istati għandhom jassiguraw il-konformità mill-vapuri li jtajjru il-bandiera tagħhom jew tar-reġistru tagħhom, mar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli, stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jew b'konferenza internazzjonali, u mal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom adottati b'konformità ma din il-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn vapuri u għandhom għalhekk jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti u jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati tal-bandiera għandhom jipprovdu għall-infurzar effettiv ta' dawk ir-regoli, n-normi, il-liġijiet u r-regolamenti, irrispettivament minn fejn il-vjolazzjoni seħħ.

2. L-Istati għandhom, partikolarment, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jassiguraw li l-vapuri li jtajjru l-bandiera tagħhom jew fir-reġistru tagħhom huma pprojbiti milli jbaħħru, sakemm ikunu jistgħu jipproċedu lejn il-baħar b'konformità mal-ħtiġiet tar-regoli u n-normi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-ħtiġiet fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-apparat u l-ekwipaġġ tal-vapuri.

3. L-Istati għandhom jassiguraw li l-vapuri li jtajjru l-bandiera tagħhom jew fir-reġistru tagħhom ikollhom abbord iċ-ċertifikati meħtieġa minn u maħruġa skond ir-regoli u n-normi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati għandhom jassiguraw li l-vapuri li jtajjru il-bandiera tagħhom ikunu perjodikament ispezzjonati sabiex jivverifikaw li ċ-ċertifikati bħal dawn ikunu konformi mal-kondizzjoni attwali tal-vapuri. Dawn iċ-ċertifikati għandhom ikunu aċċettati mill-Istati l-oħrajn bħala evidenza tal-kondizzjoni tal-vapuri u għandhom ikunu meqjusa bħala li jkollhom l-istess forza bħaċ-ċertifikati maħruġa minnhom, sakemm ma jkunx hemm bażi ċari sabiex jitwemmen li l-kondizzjoni tal-vapur ma tkun taqbel sostanzjalment mal-partikolaritajiet taċ-ċertifikati.

4. Jekk vapur jikkommetti vjolazzjoni tar-regoli u n-normi stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jew ta' konferenza diplomatika ġenerali, l-Istat tal-bandiera, mingħajr preġidizzju għall-Artikoli 218, 220 u 228, u għandu jipprovdi għall-investigazzjoni immedjata u meta xieraq jistitwixxi proċedimenti xierqa fir-rigward ta' l-allegata vjolazzjoni, irrispettivament minn fejn tkun seħħet il-vjolazzjoni jew ta' fejn it-tniġġiż ikkawżat minn dik il-vjolazzjoni kien seħħ jew kien deher.

5. L-Istati tal-bandiera li jwettqu l-investigazzjoni tal-vjolazzjoni jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' xi Stat ieħor li l-koperazzjoni tiegħu tista tkun utili fil-kjarifika taċ-ċirkostanzi tal-każ. L-Istati għandhom jagħmlu sforż sabiex jilħqu t-talbiet xierqa ta' l-Istati tal-bandiera.

6. L-Istati għandhom, fuq talba bil-miktub ta' xi Stat, jinvestigaw kwalunkwe vjolazzjoni allegata li tkun twettqet minn vapur li jtajjar il-bandiera tagħhom. Jekk sodisfatti li evidenza suffiċċjenti tkun disponibbli sabiex ikunu jistgħu iseħħu l-proċedimenti fir-rigward ta' l-allegata vjolazzjoni, l-Istati tal-bandiera għandhom mingħajr dewmien jistitwixxu dawk il-proċedimenti b'konformità mal-liġijiet tagħhom.

7. L-Istati tal-bandiera għandhom mill-ewwel jinformaw lill-Istat li jagħmel it-talba u lill-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti bl-azzjoni meħudha u bl-eżitu tagħha. Informazzjoni bħal din għandha tkun disponibbli għall-Istati kollha.

8. Il-penali li hemm provvediment dwarhom bil-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati għal vapuri li jtajjru l-bandiera tagħhom għandhom ikunu adekwati fis-severità hekk li jiskorraġġixxu vjolazzjonijiet kull fejn iseħħu.

Artikolu 218

Infurzar mill-Istati tal-port

1. Meta vapur ikun voluntarjament ġewa port jew f'terminu off-shore ta' Stat, dak l-Istat jista jwettaq investigazzjonijiet u, meta l-evidenza hekk tkun teħtieġ, jistitwixxi proċedimenti fir-rigward ta' xi rilaxx minn dak il-vapur il-barra mill-ibħra interni, l-baħar territorjali jew iż-żona ekonomika esklussiva ta' dak l-Istati b'vjolazzjoni tar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jew f'konferenza diplomatika ġenerali.

2. L-ebda proċedimenti permezz tal-paragrafu 1 m'għandhom ikunu istitwiti fir-rigward ta' vjolazzjoni ta' rilaxx f'ibħra nterni, baħar territorjali jew żona ekonomika esklussiva ta' Stat ieħor sakemm ma jkunx mitlub minn dak l-Istat, l-Istat tal-bandiera jew l-Istat li jkun sofra danni jew li huwa mhedded bi vjolazzjoni ta' rilaxx, jew sakemm il-vjolazzjoni tkun ikkawżat jew inkella aktarx li jikkawża tniġġiż f'ilmijiet interni, baħar territorjali jew żona ekonomika esklussiva ta' l-Istat li jistitwixxi l-proċedimenti.

3. Meta vapur ikun voluntarjament ġewwa port jew ma terminu off-shore ta' Stat, dak l-Istat għandu, sa kemm ikun prattikabbli, ikun konformi mat-talbiet minn xi Stat għall-investigazzjoni tal-vjolazzjoni tar-rilaxx msemmi fil-paragrafu 1, li wieħed jista jemmen li jkun seħħ, ikkawżat, jew danni mhedda għall-ilmijiet interni, mil-baħar territorjali jew miż-żona ekonomika esklussiva ta' l-Istat li jagħmel it-talba. Huwa l-istess, sakemm ikun prattikabbli, għandhom ikun konformi mat-talbiet mill-Istat tal-bandiera għal investigazzjoni ta' vjolazzjoni bħal dik, irrispettivament minn fejn tkun seħħet il-vjolazzjoni.

4. Ir-rekords tal-investigazzjoni mwettqa minn l-Istat tal-port permezz ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu trasmessi mat-talba ta' l-Istat tal-Bandiera jew ta' l-Istat kostali. Xi proċedimenti istitwiti mill-Istat tal-port fuq il-bażi ta' l-investigazzjoni bħal dik jista, bla ħsara għas-Sezzjoni 7, ikunu sospiżi fuq it-talba ta' l-Istat kostali meta l-vjolazzjoni tkun seħet ġewwa l-ilmijiet interni, fil-baħar territorjali jew fiż-żona ekonomika esklussiva. L-evidenza u r-rekords tal-każ, flimkien ma xi garanzija jew sigurtà finanzjarja oħra ippreżentata ma l-awtoritajiet ta' l-Istat tal-port, għandhom f'dak il-każ ikunu trasmessi lejn l-Istati kostali. Trasmissjoni bħal din għandha żżomm il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti fl-Istat tal-port.

Artikolu 219

Miżuri li jirrigwardaw kemm il-vapuri huma tajbin għat-tbaħħir sabiex jevitaw it-tniġġiż

Bla ħsara għas-Sezzjoni 7, l-Istati li, fuq talba jew bl-inizjattiva tagħhom stess, ikunu aċċertaw li vapur f'wieħed mill-portijiet tagħhom jew ma wieħed mit-termini off-shore tagħhom ikun bi vjolazzjoni ta' regoli u normi internazzjonali applikabbli li jirrigwardaw kemm il-vapuri jkunu tajbin għat-tbaħħir u b'hekk jhedded danni għall-ambjent marittimu, għandu, sa kemm ikun prattikabbli, jieħdu miżuri amministrattivi sabiex ma jħallux li l-vapur ibaħħar. Stati bħal dawn jistgħu jippermettu lill-vapur li jbaħħar biss lejn l-eqreb baċir xieraq tat-tiswijja, u, mat-tneħħija tal-kawżi tal-vjolazzjoni, għandhom jippermettu lill-vapur li jkompli jbaħħar immedjatament.

Artikolu 220

Infurzar mill-Istati kostali

1. Meta vapur ikun voluntarjament ġewwa port jew ma terminu off-shore ta' Stat, dak l-Istat jista, bla ħsara għas-Sezzjoni 7, jistitwixxi proċedimenti fir-rigward ta' xi vjolazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu adottati b'konformità ma din il-Konvenzjoni jew mar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri meta l-vjolazzjoni tkun seħħett ġewwa l-baħar territorjali jew fiż-żona ekonomika esklussiva ta' dak l-Istat.

2. Meta jkun hemm bażi ċara sabiex jitwemmen li vapur li jkun ibaħħar fil-baħar territorjali ta' Stat, ikun, matul il-passaġġ tiegħu hemmhekk, jikser il-liġijiet jew ir-regolamenti ta' dak l-Istat adottati b'konformità ma din il-Konvenzjoni jew mar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri, dak l-Istat, mingħajr preġudiżżju dwar l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet relevanti tal-Parti II, is-Sezzjoni 3, jista jwettaq ispezzjoni fiżika tal-vapur rigward il-vjolazzjoni, u jista, meta l-evidenza hekk tkun titlob, jistitwixxi proċedimenti, inkluża d-detenzjoni tal-vapur, b'konformità mal-liġijiet, bla ħsara għas-Sezzjoni 7.

3. Meta jkun hemm bażi ċara sabiex jitwemmen li vapur li jkun ibaħħar fiż-żona ekonomika esklussiva jew tal-baħar territorjali ta' Stat ikun, fiż-żona ekonomika esklussiva, iwettaq vjolazzjoni tar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri jew il-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istat li huma konformi u li jagħtu effett għal dawk ir-regoli u n-normi, dak l-Istat jista jeħtieġ li l-vapur jagħti l-informazzjoni rigward l-identità u l-port tar-reġistrazzjoni tiegħu, l-aħħar port u dak il-port li jmiss u l-informazzjoni relevanti meħtieġa sabiex jistabbilixxi jekk vjolazzjoni tkunx seħħet.

4. L-Istati għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti u jieħu l-miżuri l-oħrajn hekk li l-vapuri li jtajjru il-bandiera tagħhom ikunu konformi mal-ħtiġiet għall-informazzjoni permezz tal-paragrafu 3.

5. Meta jkun hemm bażi ċara sabiex jitwemmen li vapur li jbaħħar f'żona ekonomika esklusiva jew fil-baħar territorjali ta' Stat ikun, fiż-żona ekonomika esklusiva, wettaq vjolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 li tirriżulta f'rilaxx sostanzjali li tikkawża jew thedded tniġġiż sinifikanti ta' l-ambjent marittimu, dak l-Istat jista jwettaq spezzjoni fiżika tal-vapur dwar il-materji li jirrigwardaw il-vjolazzjoni jekk il-vapur ikun ċaħad li jagħti informazzjoni jew jekk l-informazzjoni fornuta mill-vapur tkun kjarament b'varjanza mas-sitwazzjoni evidentament fattwali u jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikaw spezzjoni bħal dik.

6. Meta jkun hemm evidenza oġġettiva ċara li vapur ikun ibaħħar fiż-żona ekonomika esklussiva jew fil-baħar territorjali ta' Stat ikun, fiż-żona ekonomika esklussiva, jwettaq vjolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tirriżulta f'rilaxx li jikkawża ħsara maġġuri jew theddid ta' danni maġġuri għall-kosta jew l-interessi relatati ta' l-Istat kostali, jew għal xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-żona ekonomika esklussiva tiegħu, dak l-Istat jista, bla ħsara għas-Sezzjoni 7, basta li l-evidenza hekk tkun teħtieġ, jistitwixxi proċedimenti, inkluża d-detenzjoni tal-vapur, b'konformità mal-liġijiet tiegħu.

7. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6, kull meta l-proċeduri xierqa jkun stabbiliti, jew permezz ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jew kif mod ieħor mifthiem, li permezz tagħhom konformità mal-ħtiġiet ta' garanzija jew ma sigurtà finanzjarja xierqa oħra tkun ġiet assigurata, l-Istat kostali jekk marbut b'dawn il-proċeduri għandu jippermetti lill-vapur li jkompli jbaħħar.

8. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 3, 4, 5. 6 u 7 japplikaw ukoll fir-rigward tal-liġijiet u r-regolament nazzjonali adottati bis-saħħa ta' l-Artikolu 211(6).

Artikolu 221

Miżuri sabiex ikun evitat it-tniġġiż li joriġina minn diżastri marittimi

1. Xejn f'din il-parti m'għandu jippreġudika d-dritt ta' l-Istati, b'segwiment tal-liġi internazzjonali, kemm ta' użanza u wkoll konvenzjonali, li jieħdu u jinforzaw miżuri, lil hinn mill-baħar territorjali, li huma proporzjonati għad-danni attwali jew mhedda, li jipprotteġu il-kosta jew l-interessi relatati tagħhom, inkluż is-sajd, mit-tniġġis jew minn thedid ta' tat-tniġġiż bħala riżultat ta' disastru marittimu jew atti relatati ma disastru bħal dak, li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija bħala riżultat ta' konsegwenzi ta' danni maġġuri.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, "disastru marittimu" jfisser ħabta ta' vapuri, inkaljar jew inċident ieħor tan-navigazzjoni, jew okkorrenza oħra abbord vapur jew fl-estern tiegħu li tirriżulta fi ħsara materjali jew theddida imminenti ta' ħsara materjali għall-vapur jew għat-tagħbija.

Artikolu 222

Infurzar fir-rigward tat-tniġġiż minn jew permezz ta' l-atmosfera

L-Istati għandhom jinforzaw, fl-ispazju ta' l-ajru li jkun taħt is-sovranità tagħhom jew fir-rigward ta' vapuri li jtajjru l-bandiera tagħhom jew arjuplani tar-reġistru tagħhom, il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom adottati b'konformità ma' l-Artikolu 212(1), u mad-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' din il-Konvenzjoni u għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti u jieħdu l-miżuri l-oħrajn meħtieġa sabiex jimplimentaw ir-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jew f'konferenza diplomatika sabiex ma jħallux, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn jew permezz ta' l-atmosfera, b'konformità mar-regoli u n-normi internazzjonali relevanti kollha li jikkonċernaw is-sigurtà tan-navigazzjoni bl-ajru.

SEZZJONI 7

SALVAGWARDJI

Artikolu 223

Miżuri sabiex ikunu ffaċilitati l-proċedimenti

Fil-proċedimenti mibdija bis-saħħa ta' din il-parti, l-Istati għandhom jieħdu l-miżuri sabiex jiffaċilitaw is-smiegħ ta' xhieda l-ammissjoni ta' l-evidenza ippreżentata mill-awtoritajiet ta' Stat ieħor, jew minn organizzazzjoni internazzjonali kompetenti, u għandhom jiffaċilitaw l-attendenza ta' proċedimenti bħal dawk tar-rappreżentanti uffiċjali ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, l-Istat tal-bandiera u xi Stat affetwat bit-tniġġiż li joriġina minn xi vjolazzjoni. Ir-rappreżentanti uffiċjali li jattendu għal dawn il-procedimenti għandhom id-dritt ta' drittijiet u doveri bħal dawn skond ma jista jkun ipprovdut permezz tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jew tal-liġi internazzjonali.

Artikolu 224

L-eżerċitar tal-poteri ta' l-inforzar

Il-poteri ta' l-inforzar kontra vapuri barranin permezz ta' din il-parti jistgħu ikunu eżerċitati biss minn uffiċjali jew minn vapuri tal-gwerra, arjuplani militari, jew vapuri jew ajruplani oħrajn immarkati kjarament u identifikabbli bħala li huma fis-servizz ta' gvern u awtorizzati għal dak l-iskop.

Artikolu 225

Dover sabiex ikunu evitati konsegwenzi kuntrarji fl-eżerċitar tal-poteri ta l-infurzar

Fl-eżerċitar permezz ta' din il-Konvenzjoni tal-poteri tagħhom ta' l-enforzar kontra vapuri baranin, l-Istati m'għandhomx jipperikolaw is-sigurtà tan-navigazzjoni jew b'mod ieħor li joħolqu xi periklu għal vapur, jew li jwasslu li port jew ankraġġ ma jkunx siguri, jew li jesponu l-ambjent marittimu għal xi riskju mhux raġjonevoli.

Artikolu 226

Investigazzjoni ta' vapuri barranin

1. (a) l-Istati m'għandhomx idewwmu vapur barrani aktar milli jkun essenzjali għall-iskopijiet ta' l-investigazzjonijiet kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikoli 216, 218 u 220. Xi spezzjoni fiżika fuq vapur barrani għandha tkun limitata għall-eżami ta' dawk iċ-ċertifikati, ir-rekords jew id-dokumenti l-oħrajn skond ma' l-vapur ikun meħtieġ li jġorr skond ir-regoli u n-normi internazzjonali aċċettabbli jew ta' xi dokumenti simili li jkun iġorr; l-ispezzjoni fiżika ulterjuri tal-vapur tista sseħħ biss wara eżaminazzjoni bħal dik u biss meta:

(i) jkun hemm bażi ċari għat-twemmin li l-kondizzjoni tal-vapur jew ta' l-apparat tiegħu ma jkunux jikkorrispondu sostanzjalment mal-partikolaritajiet ta' dawk id-dokumenti;

(ii) li l-kontenut ta' dokumenti bħal dawk ma jkunux suffiċċjenti sabiex jikkonfermaw jew jivverifikaw vjolazzjoni kif susspettata; jew

(iii) il-vapur ma jkunx iġorr ċertifikati jew records validi.

(b) Jekk l-investigazzjoni tindika vjolazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli jew tar-regoli u n-normi internazzjonali għall-protezzjoni u l-reservazzjoni ta' l-ambjent marittimu, ir-rilaxx għandu jseħħ mill-ewwel bla ħsara għal proċeduri raġjonevoli bħal ma huma l-garanziji u s-sigurtà finanzjarja xierqa oħra.

(ċ) Mingħajr preġudizzju għar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli rigward l-istat tal-vapuri għat-tbaħħir, ir-rilaxx tal-vapur jista, kull meta tkun jippreżenta theddida mhux raġjonevoli ta' danni għall-ambjent marittimu, tkun miċħudha jew magħmulha kondizzjonali li jipproċedi lejn l-eqreb baċir xieraq għat-tiswijiet. Meta r-rilaxx ikun ġie miċħud jew magħmul kondizzjonali, l-Istat tal-bandiera tal-vapur għandu jkun innotifikat fil-pront, u jista jitlob ir-rilaxx b'konformità mal-Parti XV.

2. L-Istati għandhom jikkoperaw sabiex jiżviluppaw proċeduri għall-evitar ta' spezzjoni fiżika mhux meħtieġa ta' vapuri waqt it-tbaħħir.

Artikolu 227

L-ebda diskriminazzjoni fir-rigward ta' vapuri baranin

Fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom u fit-twettieq tad-doveri tagħhom permez ta' din il-parti, l-Istati m'għandhomx jiddiskriminaw fil-għamla jew fil-fatt kontra vapuri ta' xi Stat ieħor.

Artikolu 228

Is-sospensjoni u r-restrizzjonijiet fuq l-istituzzjoni ta' proċedimenti

1. Proċedimenti li jimponu penali fir-rigward ta' xi vjolazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli jew tar-regoli u n-normi li jirrigwardaw il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri, imwettqa minn vapur barrani lil hinn mill-baħar territorjali ta' l-Istat li jistitwixxi l-proċedimenti, għandhom ikunu sospiżi mat-teħid tal-proċedimenti sabiex jimponi penali fir-rigward tal-imposti korrispondenti mill-Istat tal-bandiera, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-proċedimenti kienu nbdew għall-ewwel darba, sakemm dawk il-procedimenti jirrigwardaw każ ta' danni maġġuri għall-Istat kostali jew li l-Istat tal-bandiera f'dak il-każ ikun repetutament injora l-obbligazzjonijiet tiegħu li jinforza affettivament ir-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli fir-rigward ta' vjolazzjonijiet imwettqa mill-vapuri tiegħu. L-Istat tal-bandiera għandu meta jkun il-waqt jagħmel disponibbli lill-Istat li preċedentament ikun istitwixxa l-proċedimenti dossier sħiħ tal-każ u r-rekords tal-proċedimenti, kull meta l-Istat tal-bandiera jkun talab għas-sospensjoni tal-proċedimenti bi qbil ma' dan l-Artikolu. Meta l-proċedimenti istitwiti mill-Istat tal-bandiera jkunu twasslu għal konklużjoni, il-proċedimenti sospiżi għandhom ikunu tterminati. Mal-pagament ta' l-ispejjeż involuti fir-rigward ta' proċedimenti bħal dawn, xi garanzija ddepositata jew xi sigurtà finanzjarja oħra b'konnessjoni tal-proċedimenti sospiżi għandha tkun rilaxxata mill-Istat kostali.

2. Il-proċedimenti għall-imposizzjoni ta' penali fuq vapuri barranin m'għandhomx ikunu mibdija wara l-iskadenza ta' tlett snin mid-data li fiha l-vjolazzjoni kienet imwettqa, u m'għandhomx jittieħdu minn xi Stat fil-każ ta' proċedimenti li jkunu nbdew minn Stat ieħor bla ħsara għad-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat tal-bandiera li jieħu kwalunkwe miżuri, inklużi l-proċedimenti sabiex jimponi penali, b'konformità mar-regoli tiegħu, irrispettivament mill-proċedimenti preċedenti minn Stat ieħor.

Artikolu 229

L-istituzzjoni ta' proċedimenti ċivili

Xejn f'din il-Konvenzjoni ma jaffetwa l-istituzzjoni ta' proċedimenti ċivili fir-rigward ta' xi talba għal telf jew danni li jirriżultaw mit-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu.

Artikolu 230

Penali monetarji u l-osservanza tad-drittijiet rikonoxxuti ta' l-akkużat

1. Penali monetarji jistgħu jkunu mposti biss fir-rigward ta' vjolazzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jew tar-regoli u n-normi internazzjonali applikabli għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu, imwettaq minn vapuri baranin lil hinn mill-baħar territorjali.

2. Penali monetarji jistgħu ikunu mposti biss fir-rigward ta' vjolazzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jew tar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu, imwettaq minn vapuri barranin fil-baħar territorjali, apparti milli fil-każ ta' att voluntarju u serju ta' tniġġiż fil-baħar territorjali.

3. Fit-twettieq tal-proċedimenti fir-rigward ta' vjolazzjonijiet bħal dawn imwettqa minn vapur barrani li jistgħu jirriżultaw fl-imposizzjoni ta' penali, id-drittijiet rikonoxxuti ta' l-akkużat għandhom ikunu osservati.

Artikolu 231

Notifika lill-Istat tal-bandiera u lill-Istati l-oħrajn ikkonċernati

L-Istati għandhom minufih jinnotifikaw lill-Istat tal-bandiera u lil xi Stat ieħor ikkonċernat bill-miżuri meħudha bis-saħħa tas-Sezzjoni 6 kontra vapuri barranin, u għandu jippreżenta lill-Istat tal-bandiera r-rapporti uffiċjali kollha li jikkonċernaw miżuri bħal dawk. B'dana kollu, fir-rigward ta' vjolazzjonijiet imwettqa fil-baħar territorjali, l-obbligi msemmija qabel ta' l-Istat kostali japplikaw biss għal dawk il-miżuri li huma meħudha fil-proċedimenti. L-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsolari u meta possibbli l-awtorità marittima ta' l-Istat tal-bandiera, għandhom immedjatament ikunu nformati b'xi miżuri meħuda bis-saħħa tas-Sezzjoni 6 kontra vapuri baranin.

Artikolu 232

Responsabbiltà ta' l-Istati li toriġina mil-inforzar tal-miżuri

L-Istati għandhomn ikunu responsabbli għal danni jew telf attribwit lilhom li joriġinaw minn miżuri meħudha permezz tas-Sezzjoni 6 meta miżuri bħal dawn ikunu illegali jew b'eċċess ta' dawk raġonevolment meħtieġa fid-dawl ta' l-informazzjoni disponibbli. L-Istati għandhom jipprovdu għal rikors lejn il-qrati tagħhom dwar azzjonijiet fir-rigward ta' danni jew telf bħal dan.

Artikolu 233

Salvagwardji fir-rigward ta' mogħdijiet użati għan-navigazzjoni internazzjonali

Xejn fis-Sezzjonijiet 5, 6 u 7 m'għandu jaffettwa ir-reġim legali ta' mogħdijiet użati għan-navigazzjoni internazzjonali. B'dana kollu, jekk vapur barrani apparti minn dawk msemmija fis-Sezzjoni 10 jkun wettaq vjolazzoni tal-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikolu 42(1)(a) u (b), l-ikkawżar jew it-theddid ta' danni maġġuri għal-ambjent marittimu tal-mogħdijiet, l-Istati bil-fruntieri fuq il-mogħdijiet jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa ta' l-inforzar u jekk hekk, għandhom jirrispettaw mutatis mutandis id-disposizzjonijiet ta' din is-sezzjoni.

SEZZJONI 8

ŻONI KOPERTI BIS-SILĠ

Artikolu 234

Żoni koperti bis-silġ

L-Istati kostali għandhom id-dritt li jadottaw u jinforzaw il-liġijiet u r-regolamenti mhux diskriminatorji għall-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġiż marittimu minn vapuri f'żoni koperti bis-silġ fil-limiti taż-żona ekonomika esklusiva, meta kondizzjonijiet klimatiċi partikolarment severi u l-preżenza ta' żoni bħal dawn koperti bis-silġ għall-parti l-kbira tas-sena tkun toħloq ostakoli jew perikolu eċċezzjonali għan-navigazzjoni, u tniġġiż ta' l-ambjent marittimu jkun joħloq danni maġġuri fuq, jew disturbi irriversibbli, għall-bilanċ ekoloġiku. Liġijiet u regolamenti bħal dawn għandhom iqisu kif xieraq in-navigazzjoni u l-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu ibbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli.

SEZZJONI 9

RESPONSABBILTÀ U OBBLIGAZZJONIJIET

Artikolu 235

Responsabbiltà u obbligazzjonijiet

1. L-Istati huma responsabbli għat-twettieq ta' l-obbligi internazzjonali tagħhom li jikkonċernaw il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu. Huma għandhom ikunu responsabbli b'konformità mal-liġi internazzjonali.

2. L-Istati għandhom jassiguraw li metodu jkun disponibbli b'konformità mas-sistemi legali tagħhom għal kumpens mill-ewwel u adekwat jew ta' sostenn ieħor fir-rigward tad-danni maħluqa mit-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu minn persuni naturali jew ġuridiċi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

3. Bl-obbjettiv li jkun assigurat kumpens imħaffef u adekwat fir-rigward tad-danni kollha kkaġunati mit-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu, l-Istati għandhom jikkoperaw fl-implimentazzjoni tal-liġi internazzjonali eżistenti u l-iżvilupp ulterjuri tal-liġi internazzjonali li tirrigwarda r-responsabiltà u l-obbligazzjoni għall-assessjar ta' u l-kumpens tal-ħsara u t-twettieq ta' kwistjonijiet relatati, kif ukoll, meta xieraq, l-iżvilupp ta' kriterja u proċeduri għall-pagament ta' kumpens adekwat, bħal ma hija l-assigurazzjoni obbligatorja jew tal-fondi għall-kumpens.

SEZZJONI 10

IMMUNITÀ SOVRANA

Artikolu 236

Immunità Sovrana

Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni rigward il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu ma japplikawx għal xi vapur tal-gwerra, awżiljarju navali, vapuri jew ajruplani oħrajn li huma l-propjetà jew li huma operati minn Stat u wżati, għal dak iż-żmien, biss fis-servizz governattiv mhux kummerċjali. B'dana kollu, kull Stat għandu jassigura, bl-adozzjoni ta' miżuri xierqa li ma jfixklux l-operazzjonijiet jew il-kapaċitajiet operazzjonali ta' vapuri jew ajruplani bħal dawk li huma l-propjetà tiegħu inkella li huma operati minnu, li vapuri jew ajruplani tali jaġixxu b'manjiera konsistenti, sakemm dan jista jkun raġonevoli u prattiku, ma din il-Konvenzjoni.

SEZZJONI 11

OBBLIGI PERMEZZ TA' KONVENZJONIJIET OĦRAJN DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRESERVAZZJONI TA' L-AMBJENT MARITTIMU

Artikolu 237

Obbligi permezz ta' konvenzjonijiet oħrajn dwar il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu.

1. Id-disposizzjonijiet ta' din il-parti huma mingħajr preġudizzju dwar l-obbligi speċifiċi kif merfugħa mill-Istati permezz tal-konvenzjonijiet speċjali u tal-ftehim konklużi preċedentament li jirrigwardaw il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu u għal-ftehim li jista jkun konkluż fit-tkomplija ulterjuri tal-prinċipji ġenerali kif stabbiliti f'din il-Konvenzjoni.

2. L-obbliġi speċifiċi kif merfigħa mill-Istati permezz ta' konvenzjonijiet speċjali, fir-rigwrd tal-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu għandhom ikunu mwettqa b'manjiera konsistenti mall-prinċipji ġenerali u l-obbjettivi ta' din il-konvenzjoni.

PARTI XIII

RIĊERKA XJENTIFIKA MARITTIMA

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 238

Id-dritt tat-twettieq ta' riċerka xjentifika marittima

L-Istati kollha, irrispettivament mil-lokalità ġeografika tagħhom, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom id-dritt li jwettqu riċerka xjentifika marittima bla ħsara għad-drittijiet u d-dover ta' l-Istati l-oħrajn kif hemm provvediment dwar dan f'din il-Konvenzjoni.

Artikolu 239

Il-promozzjoni tar-riċerka xjentifika marittima

L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għandhom jippromwovu u jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-twettieq ta' riċerka xjentifika marittima b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

Artikolu 240

Prinċipji ġenerali għat-twettieq tar-riċerka xjentifika marittima

Fit-twettieq tar-riċerka xjentifika marittima, il-prinċipji li ġejjin għandhom ikunu applikabbli:

(a) riċerka xjentifika marittima għandha tkun imwettqa esklussivament għal skopijiet paċifiċi;

(b) ir-riċerka xjentifika marittima għandha tkun imwettqa bil-metodi xjentifiċi xierqa u l-mezzi kompatibbli ma' din il-Konvenzjoni;

(ċ) ir-riċerka xjentifika marittima m'għandhiex mingħajr ġustifikazzjoni tinterferixxi ma' l-użu leġġittimu l-ieħor tal-baħar li huma kompatibbli ma din il-Konvenzjoni u għandha tkun irrispettata kif xieraq matul l-użu bħal dan;

(d) ir-riċerka xjentifika marittima għandha tkun imwettqa b'konformità mar-regolamenti relevanti kollha adottati b'konformità ma' din il-Konvenzjoni inklużi dawk għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu.

Artikolu 241

In-nuqqas ta' rikonoxximent ta' l-attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima bħala bażi legali għal talbiet

L-attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima m'għandhomx jikkostitwixxu l-bażi legali għal xi talba dwar kwalunkwe ambjent marittimu jew ir-riżorsi tiegħu.

SEZZJONI 2

KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 242

Il-promozzjoni tal-koperazzjoni internazzjonali

1. L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għandhom, b'konformità mal-prinċipju ta' rispett għas-sovranità u l-ġurisdizzjoni u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, iħeġġu l-koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka xjentifika marittima għal skopijiet paċifiċi.

2. F'dan il-kuntest, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-doveri ta' l-Istati permezz ta' din il-Konvenzjoni, Stat, fl-applikazzjoni ta' din il-Parti, għandu jipprovdi, kif xieraq, lill-Istati l-oħrajn b'opportunità raġjonevoli sabiex jakkwista minnu, jew bil-koperazzjoni tiegħu, l-informazzjoni meħtieġa għall-prevenzjoni l-kontroll ta' danni għas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni u għall-ambjent marittimu.

Artikolu 243

Ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli

L-Istati u l-organizzazzjonijiet kompetenti għandhom jikkoperaw, permezz tal-konklużjoni ta' ftehim bilaterali u multilaterali, sabiex joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għat-twettiq ta' riċerka xjentifika marittima fl-ambjent marittimu u sabiex jintegraw l-isforzi tax-xjenzati fl-istudju ta' l-essenza tal-fenomina u l-proċessi li jseħħu fl-ambjent marittimu u fl-inter-relazzjonijiet bejniethom.

Artikolu 244

Il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni u t-tgħarif

1. L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għandhom, b'konformità ma din il-Konvenzjoni, jagħmlu disponibbli bil-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni permezz tal-kanali xierqa, l-informazzjoni rigward il-programmi maġġuri kif proponuti u l-obbjettivi tagħhom kif ukoll it-tagħrif li jirriżulta minn riċerka xjentifika marittima.

2. Għal dan l-iskop, l-Istati, kemm individwalment u b'koperazzjoni ma' l-Istati l-oħrajn, u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom iħeġġu n-nixxija tad-dettalji u l-informazzjoni xjentifika u t-trasferiment tat-tagħrif li jirriżulta minn riċerka xjentifika marittima, speċjalment lejn l-Istati li għadhom jiżviluppaw, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet awtonomi tar-riċerka xjentifika marittima ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw permezz, inter alia, ta' programmi li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ adekwati tal-persunal tekniku u xjentifiku tagħhom.

SEZZJONI 3

IT-TWETTIEQ U L-INKURAĠĠIMENT TAR-RIĊERKA XJENTIFIKA MARITTIMA

Artikolu 245

Riċerka xjentifika marittima fil-baħar territorjali

L-Istati kostali, fl-eżerċitar tas-sovranità tagħhom, għandhom id-dritt esklussiv li jirregolaw, jawtorizzaw u jwettqu riċerka xjentifika marittima fil-baħar territorjali tagħhom. Ir-riċerka xjentifika marittima hemmhekk għandha tkun imwettqa biss bil-kunsens espress ta' u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istat ikkonċernat.

Artikolu 246

Riċerka xjentifika marittima fiż-żona ekonomika esklussiva u fuq is-sikka kontinentali

1. L-Istati kostali, fl-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni tagħhom, għandhom id-dritt li jirregolaw, jawtorizzaw u jwettqu riċerka xjentifika marittima fiż-żona ekonomika esklussiva tagħhom u fuq is-sikka kontinentali tagħhom b'konformità mad-disposizzjonijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni.

2. Ir-riċerka xjentifika marittima fiż-żona ekonomika esklussiva u fuq is-sikka kontinentali għandha tkun imwettqa bil-kunsens ta' l-Istat kostali.

3. L-Istati kostali għandhom, f'ċirkostanzi normali, jagħtu l-kunsens tagħhom għal proġetti ta' riċerka xjentifika marittima mill-Istati l-oħrajn jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fiż-żona ekonomika esklussiva tagħhom u fuq is-sikka kontinentali tagħhom, sabiex titwettaq b'konformità ma din il-Konvenzjoni, esklussivament għal skopijiet paċifiċi u sabiex jiżdied it-tagħrif xjentifiku dwar l-ambjent marittimu għall-benefiċċju ta' l-umanità kollha. Għal dan il-għan, l-Istati kostali għandhom jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri li jassiguraw li kunsens bħal dak ma jkunx imdewwem jew miċħud mingħajr raġuni valida.

4. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 3, ċirkostanzi normali jistgħu jeżistu minkejja n-nuqqas ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati kostali u l-Istat li jwettaq ir-riċerka.

5. L-Istati kostali jistgħu, b'dana kollu, fid-diskrezzjoni tagħhom, li jiċħdu l-kunsens tat-twettieq ta' proġett tar-riċerka xjentifika marittima, lil Stat ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali kompetenti, fiż-żona ekonomika esklussiva jew fuq is-sikka kontinentali ta' l-Istat kostali jekk il-proġett:

(a) ikun ta' sinifikanza diretta għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali, kemm ħajjin jew dawk mhux ħajjin;

(b) jinvolvi t-tħaffir fuq is-sikka kontinentali, l-użu ta' l-esplossivi jew l-introduzzjoni ta' sustanzi ta' ħsara fl-ambjent marittimu;

(ċ) jinvolvi l-kostruzzjoni, l-operat jew l-użu ta' gżejjer artifiċjali, l-istallazzjonijiet u l-istrutturi msemmija fl-Artikoli 60 u 80;

(d) ikun fih informazzjoni kkomunikata bis-saħħa ta' l-Artikolu 248 rigward in-natura u l-obbjettivi tal-proġett li ma jkunux eżatti jew jekk l-Istat tar-riċerka, jew l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti, jkollhom obbligazzjonijiet pendenti mal-Istat kostali minn proġett ta' riċerka preċedenti.

6. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5, l-Istati kostali ma jistgħux jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom li jiċħdu l-kunsens permezz tas-subparagrafu (a) ta' dak il-paragrafu, fir-rigward tal-proġetti ta' riċerka xjentifika marittima li għandhom jittieħdu b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din il-Parti fuq is-sikka kontinentali, lil hinn minn 20 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom huwa mkejjel il-wisa' tal-baħar territorjali, il-barra minn dawk iż-żoni speċifiċi li l-Istat kostali jista fi kwalunkwe żmien pubblikament jinnomina bħala żoni li fihom l-operazzjonijiet ta' l-esplojtazzjoni jew ta' l-esplorazzjoni dettaljata huma ffukati fuq dawk iż-żoni li jseħħu jew inkella li jkunu jseħħu matul perjodu ta' żmien raġonevoli. L-Istati kostali għandhom jagħtu avviż raġonevoli rigward in-nomina ta' dawk iż-żoni, kif ukoll xi modifiki dwarhom, imma m'għandux ikun obbligat li jagħti dettalji dwar l-operazzjonijiet hemmhekk.

7. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 6 huma mingħajr preġudizzju tad-drittijiet ta' l-Istati kostali fuq is-sikka kontinentali kif stabbiliti fl-Artikolu 77.

8. L-attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima msemmija f'dan l-Artikolu m'għandhomx mingħajr ġustifikazzjoni jinterferixxu ma l-attivitajiet meħuda mill-Istati kostali fl-eżerċitar tad-drittijiet sovrani u l-ġurisdizzjoni tagħhom li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni.

Artikolu 247

Proġetti ta' riċerka xjentifika marittima kif impenjati minn jew permezz ta' l-awspiċji ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali

Stat kostali li huwa membru ta', jew li għandu ftehim bilaterali ma' l-organizzazzjoni internazzjonali, u li fiż-żona ekonomika esklussiva tiegħu jew li fuq is-sikka kontinentali tiegħu, dik l-organizzazzjoni tkun trid li twettaq proġett ta' riċerka xjentifika, direttament jew taħt l-awspiċji tiegħu, għandu jkun meqjus li kien awtorizza l-proġett li għandu jitwettaq b'konformità ma l-ispeċifikazzjonijiet mifthiema, jekk dak l-Istat japprova l-proġett dettaljat meta d-Deċisjoni tkun meħudha mill-organizzazzjoni li tidħol għal dak il-proġett, jew inkella ma jkunx jixtieq li jipparteċipa fih, u ma jkun espressa l-ebda oġġezzjoni fi żmien erba' xhur min-notifika tal-proġett mill-organizzazzjoni lill-Istat kostali.

Artikolu 248

Dover li tkun ipprovduta informazzjoni lill-Istat kostali

L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti li jkollhom l-intenzjoni li jidħlu għal riċerka xjentifika marittima fiż-żona ekonomika esklussiva jew fuq is-sikka kontinentali ta' Stat kostali għandhom, mhux anqas minn sitt xhur bil-quddiem tad-data mistennija tal-bidu tal-proġett tar-riċerka xjentifika marittima, li jipprovdu lil dak l-Istat bid-deskrizzjoni sħiħa ta':

(a) in-natura u l-obbjettivi tal-proġett;

(b) il-metodu u l-mezzi li għandhom ikunu wżati, inkluż l-isem, it-tunnellaġġ, it-tip u l-klassi tal-vapuri u deskrizzjoni ta' l-apparat xjentifiku;

(ċ) iż-żoni ġeografiċi preċiżi li fihom il-proġett għandu jkun imwettaq;

(d) id-data mistennija ta' l-ewwel dehra u tal-partenza finali tal-vapuri tar-riċerka, jew tal-provvediment tat-tagħmir u t-tneħħija tiegħu, kif xieraq;

(e) l-isem tal-istituzzjoni bħala sostenitur, id-direttur tagħha, u l-persuna nkarigata mill-proġett; u

(f) il-medda li fiha huwa meqjus li dak l-Istat kostali għandu jkun jista jipparteċipa jew li jkun rappreżentat fil-proġett.

Artikolu 249

Id-dover li jkun hemm konformità ma' ċerti kondizzjonijiet

1. L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti meta jidħlu għal riċerka xjentifika marittima fiż-żona ekonomika esklussiva jew fuq is-sikka kontinentali ta' Stat kostali għandhom ikunu konformi ma dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jassiguraw id-dritt ta' l-Istat kostali, jekk hekk dan ikun jixtieq, li jipparteċipa jew li jkun rappreżentat fil-proġett tar-riċerka xjentifika marittima, speċjalment abbord il-vapuri tar-riċerka u d-dgħajjes l-oħrajn jew l-istallazzjonijiet tar-riċerka xjentifika, meta prattikabbli, mingħajr il-ħlas ta' xi remunerazzjoni lix-xjenzati ta' l-Istat kostali u mingħajr obbligazzjoni li jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-proġett;

(b) li jipprovdu lill-Istat kostali, fuq it-talba tiegħu, b'rapporti preliminari, malajr kemm jista jkun possibli, u bir-riżultati finali u l-konklużjonijiet wara t-tkomplija tar-riċerka;

(ċ) jintrabat li jipprovdi aċċess lill-Istat kostali, fuq it-talba tiegħu, għad-dettalji kollha u l-kampjuni derivati mill-proġett tar-riċerka xjentifika marittima u li l-istess u jfornih bid-dettali li jistgħu ikunu kkupjati u bil-kampjuni li jistgħu ikunu diviżi mingħajr detriment tal-valur xjentifiku tagħhom;

(d) jekk mitlub, li jipprovdi lill-istat kostali bi studju ta' dawk id-dettalji, tal-kampjuni u tar-riżultati tar-riċerka jew li jipprovdi għajnuna fl-istudju u l-interpretazzjoni tagħhom;

(e) jassigura, bla ħsara għall-paragrafu 2, li r-riżultati tar-riċerka isiru internazzjonalment disponibbli permezz tal-kanali nazzjonali jew internazzjonali xierqa, malajr kemm jista jkun prattikabbli;

(f) li jinforma lill-Istat kostali immedjatament b'xi kambjament maġġuri fil-programm tar-riċerka;

(g) sakemm ma jkunx mifthem mod ieħor, ineħħi l-istallazzjonijiet u t-tagħmir tar-riċerka xjentifika la darba r-riċerka tkun tlestiet.

2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati kostali għall-eżerċitar tad-diskrezzjoni tiegħu li jagħti jew li jiċħad il-kunsens bis-saħħa ta' l-Artikolu 246(5), inkluż li jeħtieġ ftehim bil-quddiem, ħalli jagħmel internazzjonalment disponibbli r-riżultati tar-riċerka ta' proġett ta' sinifikanza diretta għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali.

Artikolu 250

Komunikazzjonijiet li jikkonċernaw il-proġetti tar-riċerka xjentifika marittima

Il-komunikazzjonijiet li jikkonċernaw il-proġetti tar-riċerka xjentifika marittima għandhom isiru permezz tal-kanali uffiċjali xierqa, sakemm ma jkunx mifthiem mod ieħor.

Artikolu 251

Kriterja ġenerali u linji ta' gwida

L-Istati għandhom ifittxu li jħeġġu permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-istabbiliment ta' kriterja ġenerali u linji ta' gwida sabiex jgħinu lill-Istati ħalli jaċċertaw in-natura u l-implikazzjonijiet tar-riċerka xjentifika marittima.

Artikolu 252

Il-Kunsens impliċitu

L-Istati jew l-ogranizzazzjonijiet kompetenti jistgħu jipproċedu bi proġett ta' riċerka xjentifika sitt xhur wara d-data li fiha l-informazzjoni meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 248 tkun ġiet ipprovduta lill-Istat kostali sakemm fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-komunikazzjoni li jkun fiha dik l-informazzjoni, l-Istat kostali ma jkunx informa lill-Istat jew lill-organizzazzjoni li twettaq ir-riċerka li:

(a) hu jkun irtira l-kunsens tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 246; jew

(b) l-informazzjoni mogħtija minn dak l-Istat jew mill-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti rigward in-natura u l-obbjettivi tal-proġett ma tkunx konformi mal-fatti manifestament evidenti; jew

(ċ) huwa jeħtieġ informazzjoni supplementari relevanti għall-kondizzjonijiet u l-informazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 248 u 249; jew

(d) l-obligazzjonijiet pendenti jeżistu fir-rigward ta' proġett preċedenti ta' riċerka xjentifika marittima li kien twettaq minn dak l-Istat u mill-organizzazzjoni, fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 249.

Artikolu 253

Is-sospensjoni u t-twaqqif ta' l-attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima

1. Stat kostali għandu jkollu d-dritt li jkun jeħtieġ is-sospensjoni ta' xi attivitajiet ta' riċerka xjentifika marittima kurrenti fi ħdan iż-żona ekonomika esklussiva jew fuq is-sikka kontinentali tiegħu jekk:

(a) l-attivitajiet ta' riċerka ma jkunux imwettqa b'konformità ma l-informazzjoni kkomunikata kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 248 li dwarhom il-kunsens ta' l-Istat kostali huwa bbażat; jew

(b) l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti li twettaq l-attivitajiet tar-riċerka tonqos milli tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 249 li jikkonċernaw id-drittijiet ta' l-Istat kostali fir-rigward tal-proġett tar-riċerka xjentifika marittima.

2. L-Istat kostali għandu jkollu d-dritt li jkun jeħtieġ il-waqfien ta' xi attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima fil-każ ta' xi nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 248 li jammontaw għal kambjament maġġuri fil-proġett ta' riċerka jew fl-attivitajiet tar-riċerka.

3. Stat kostali jista wkoll li jkun jeħtieġ it-twaqqif ta' l-attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima jekk ikun hemm, tas-sitwazzjonijiet ikkontemplati fil-paragrafu 1 ma jkunux rettifikati f'perjodu raġonevoli ta' żmien.

4. Wara n-notifika mill-Istat kostali tad-Deċisjoni tiegħu li jordna s-sospensjoni jew il-waqfien, l-Istati jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima għandhom iwaqqfu l-attivitajiet tar-riċerka li huma s-suġġett tat-tali notifika.

5. Ordni għal sospensjoni permezz tal-paragrafu 1 għandha tkun irtirata mill-Istat kostali u l-attivitajiet tar-riċerka xjentifika marittima jitħallew li jkomplu la darba l-Istat tar-riċerka jew l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jkunu saru konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa permezz ta' l-Artikoli 248 u 249.

Artikolu 254

Id-drittijiet ta' l-Istati fil-qrib li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati ġeografikament żvantaġġati

1. L-Istati u l-organizzazzjonijiet kompetenti li jkunu ppreżentaw lejn l-Istat kostali proġett li jwettqu r-riċerka xjentifika marittima msemmija fl-Artikolu 249(3) għandhom jagħtu avviż lill-Istati tal-qrib li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar jew lill-Istati ġeografikament żvantaġġati jew il-proġett tal-riċerka kif proponut, u għandu jinnotifika lill-Istat kostali dwar dan.

2. Wara li l-kunsens ikun ingħata għall-proġett tar-riċerka xjentifika marittima kif proponut mill-Istat kostali kkonċernat, b'konformità ma' l-Artikolu 246 u tad-disposizzjonijiet relevanti l-oħrajn ta' din il-Konvenzjoni, l-Istati u l-ornaginazzazzjonijiet internazzjonali kompetenti li jidħlu għal proġett bħal dan għandhom jipprovdu lill-Istati tal-qrib li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u lill-Istati ġeografikament żvantaġġati, fuq it-talba tagħhom u meta xieraq, l-informazzjoni relevanti kif speċifikat fl-Artikolu 248 u l-Artikolu 249(1)(f).

3. L-Istati tal-qrib li m'għandhomx aċċess dirett lejn il-baħar u l-Istati ġeografikament żvantaġġati għandhom, fuq it-talba tagħhom, jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw, kull meta jkun prattikabbli, fil-proġett tar-riċerka xjentifika marittima permezz ta' l-esperti kwalifikati appontati minnhom u li ma jkunx hemm oġġezzjoni dwarhom mill-Istati kostali, skond il-kondizzjonijiet mifthiema għal-proġett, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, bejn l-Istati kostali kkonċernati u l-Istat jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti li jwettqu r-riċerka xjentifika marittima.

4. L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-Istati msemmija hawn fuq li m'għandhomx aċċess dirett għal-baħar u l-Istati ġeografikament żvantaġġati, fuq it-talba tagħhom, l-informazzjoni u l-għajnuna speċifikata fl-Artikolu 249(1)(d), bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 249(2).

Artikolu 255

Miżuri li jiffaċilitaw ir-riċerka xjentifika marittima u l-għajnuna lill-vapuri tar-riċerka

L-Istati għandhom jagħmlu sforz sabiex jadottaw regoli, regolamenti u proċeduri raġjonevoli sabiex iħeġġu u jiffaċilitaw ir-riċerka xjentifika marittima mwettqa skond din il-Konvenzjoni lil hinn mill-baħar territorjali tagħhom u kif xieraq, li jiffaċċilitaw, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti, l-aċċess għall-portijiet tagħhom u li jħeġġu l-għajnuna lill-vapuri tar-riċerka xjentifika marittima li huma konformi mad-disposizzjonijiet relevanti ta' din il-parti.

Artikolu 256

Riċerka xjentifika marittima fiż-żona

L-Istati kollha, irrispettivament mil-lokalità ġeografika tagħhom, u l-awtoritajiet internazzjonali kompetenti, għandhom id-dritt, b'konformità mad-disposizzjonijiet tal-Parti XI, li jwettqu r-riċerka xjentifika marittima fiż-żona.

Artikolu 257

Riċerka xjentifika marittima f'kolonna tal-baħar lil hinn miż-żona ekonomika esklusiva

L-Istati kollha, irrispettivament mil-lokalità ġeografika tagħhom, u l-awtoritajiet internazzjonali kompetenti, għandhom id-dritt, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, li jwettqu r-riċerka xjentifika marittima fil-kolonna tal-baħar lil hinn mil-limiti taż-żona ekonomika esklussiva.

SEZZJONI 4

INSTALLAZZJONI TAR-RIĊERKA XJENTIFIKA JEW IT-TAGĦMIR TA' L-AMBJENT MARITTIMU

Artikolu 258

It-tifrix u l-użu

It-tifrix u l-użu ta' xi tip ta' stallazzjonijiet jew tagħmir tar-riċerka xjentifika fi kwalunkwe żona ta' l-ambjent marittimu għandu jkun suġġett għall-istess kondizzjonijiet kif inhuma preskritti f'din il-Konvenzjoni għat-twettieq tar-riċerka xjentifika marittima li kwalunkwe żona bħal din.

Artikolu 259

L-istatus legali

L-installazzjonijiet u t-tagħmir msemmi f'din is-sezzjoni ma jgawdix l-istatus ta' gżejjer. Dawn m'għandhom l-ebda baħar territorjali tagħhom, u l-preżenza tagħhom ma taffetwax id-delimitazzjoni tal-baħar territorjali, taż-żona ekonomika esklussiva jew tas-sikka kontinentali.

Artikolu 260

Żoni ta' sigurtà

Żoni ta' sigurtà ta' wisa' raġjonevoli li ma teċċedix distanza ta' 500 metru jistgħu jkunu maħluqa madwar stallazzjonijiet ta' riċerka xjentifika b'konformità mad-disposizzjonijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni. L-Istati kollha għandhom jassiguraw li żoni tas-sigurtà bħal dawk għandhom ikunu rrispettati mill-vapuri tagħhom.

Artikolu 261

Nuqqas ta' interferenza mar-rotot tat-tbaħħir

It-tixrid u l-użu ta' xi tip ta' installazzjonijiet jew tagħmir tar-riċerka xjentifika m'għandux jikkostetwixxi ostakolu għal rotot internazzjonali stabbiliti tat-tbaħħir.

Artikolu 262

Marki ta' l-identifikazzjoni u sinjali tat-twissija

L-installazzjonijiet u t-tagħmir msemmija f'din is-sezzjoni għandhom ikollhom il-marki ta' l-dentifikazzjoni li jindikaw l-Istat jew ir-reġistru ta' l-organizzazzjoni internazzjonali li għalih jappartienu u għandhom ikollhom sinjali tat-twissija adekwati internazzjonalment mifthiema sabiex jassiguraw is-sigurtà fil-baħar u s-sigurtà tan-navigazzjoni ta' l-ajru, billi jitqiesu r-regoli u n-normi stabbiliti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti.

SEZZJONI 5

RESPONSABBILTÀ U OBBLIGAZZJONIJIET

Artikolu 263

Responsabbiltà u obbligazzjonijiet

1. L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għandhom ikunu responsabbli sabiex jassiguraw li r-riċerka xjentifika marittima mibdija minnhom jew f'isimhom, tkun imwettqa b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

2. L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għandhom ikunu responsabbli u obbligati għall-miżuri li huma jieħdu b'kontravenzjoni ta' din il-Konvenzjoni fir-rigward tar-riċerka xjentifika marittima mwettqa minn Stati oħrajn, jew minn persuni naturali jew ġuridiċi inkella minn organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, u għandhom jipprovdu kumpens għad-danni li jirriżultaw minn tali miżuri.

3. L-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għandhom ikunu responsabbli u obbligati permezz ta' l-Artikolu 235 għad-danni kkaġunati mit-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu li jirriżulta mir-riċerka xjentifika marittima mibdija minnhom jew f'isimhom.

SEZZJONI 6

SOLUZZJONI GĦAL TILWIM U MIŻURI TRANSITORJI

Artikolu 264

Soluzzjoni għal Tilwim

Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni f'dak li jirrigwarda r-riċerka xjentifika marittima għandhom ikunu mwettqa b'konformità mal-Part XV, is-Sezzjonijiet 2 u 3.

Artikolu 265

Miżuri transitorji

Sakemm iseħħ it-twettieq ta' kwistjoni b'konformità mal-Parti XV, is-Sezzjonijiet 2 u 3, l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti awtorizzata li twettaq il-proġett tar-riċerka xjentifika marittima m'għandhiex tippermetti attivitajiet ta' riċerka li jibdew jew li jkomplu mingħajr il-kunsens espress ta' l-Istat kostali kkonċernat.

PARTI XIV

L-IŻVILUPP U T-TRASFERIMENT TAT-TEKNOLOĠIJA MARITTIMA

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 266

It-tħeġġiġ ta' l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija marittima

1. L-Istati, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom jikkoperaw skond il-kapaċitajiet tagħhom sabiex iħeġġu attivitament l-iżvilupp u t-trasferiment tax-xjenza marittima u t-teknoloġija marittima b'termini u kondizzjonijiet ġusti u raġġjonevoli.

2. L-Istati għandhom iħeġġu l-iżvilupp tal-kapaċità xjetifika u teknoloġika marittima ta' l-Istati li jistgħu jkunu jeħtieġu u jitolbu għajnuna teknika f'dan il-qasam, partikolarment l-Istati li għadhom jiżviluppaw, inklużi dawk li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar jew l-Istati ġeografikament żvantaġġati, fir-rigward ta' l-esplorazzjoni, l-esplojtazzjoni, il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi marittimi, il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu, ir-riċerka xjentifika marittima u l-attivitajiet l-oħrajn fl-ambjent marittimu kompatib bli ma' din il-Konvenzjoni, bil-għan li jaċċelleraw l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw.

3. L-Istati għandhom jagħmlu sforz sabiex iħeġġu kondizzjonijiet ekonomiċi u legali favorevoli għat-trasferiment tat-teknloġija marittima għall-benefiċċji tal-partijiet ikkonċernati kollha fuq bażi ekwitabbli.

Artikolu 267

Il-protezzjoni ta' l-interessi leġittimi

L-Istati, fit-tħeġġiġ tal-koperazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 266, għandhom iqisu l-interessi leġittimi kollha, inklużi, inter alia, id-drittijiet u d-doveri tad-detenturi, il-fornituri u r-riċevituri tat-teknoloġija marittima.

Artikolu 268

Obbjettivi bażiċi

L-Istati għandhom, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, iħeġġu:

(a) l-akkwist, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni tat-tagħrif tat-teknoloġija marittima u jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni u dettalji bħal dawn;

(b) l-iżvilupp tat-teknoloġija marittima xierqa;

(ċ) l-iżvilupp ta' l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa sabiex jiffaċilita t-trasferiment tat-teknoloġija marittima;

(d) l-iżvilupp tar-riżorsi umani permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni ta' ċittadini ta' l-Istati u l-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw u speċjalment iċ-ċittadini ta' dawk l-anqas żviluppati fosthom;

(e) koperazzjoni internazzjonali fil-livelli kollha, partikolarment fuq livelli reġjonali, subreġjonali u bilaterali.

Artikolu 269

Miżuri sabiex jintlaħqu l-obbjettivi bażiċi

Sabiex jintlaħqu l-obbjettivi msemmija fl-Artikolu 268, l-Istati, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom jagħmlu sforz, inter alia, sabiex:

(a) jistabbilixxu programmi ta' koperazzjoni teknika għat-trasferiment effettiv tat-tipi kollha tat-teknoloġija marittima lejn l-Istati li jistgħu jkollhom il-ħtieġa u jitolbu l-għajnuna teknika f'dan il-qasam, partikolarment l-iżvilupp ta' l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati ġeografikament żvantaġġati, kif ukoll l-Istati l-oħrajn li għadhom jiżviluppaw li ma kienux setgħu jew li jistabbilixxu jew li jiżviluppaw il-kapaċità teknoloġika tagħhom fix-xjenza marittima u fl-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi marittimi jew li jiżviluppaw l-infrastruttura teknoloġika bħal din;

(b) iħeġġu l-kondizzjonijiet favorevoli għall-konklużjoni ta' ftehim, kuntratti u arranġamenti simili permezz tal-kondizzjonijiet ekwitabbli u raġjonevoli;

(ċ) jorganizzaw konferenzi, seminars u symposia dwar suġġetti xjentifiċi u teknoloġiċi, partikolarment dwar strateġiji u metodi għat-trasferiment tat-teknoloġija marittima;

(d) iħeġġu l-iskambju ta' xjenzati u ta' esperti teknoloġiċi u esperti oħrajn;

(e) jidħlu għal proġetti u jħeġġu impriżi konġunti u għamliet oħrajn ta' koperazzjoni bilaterali u multilaterali.

SEZZJONI 2

KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 270

Ċirkostanzi u mezzi tal-koperazzjoni internazzjonali

Il-koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija marittima għandha titwettaq, meta prattika u xierqa, permezz ta' programmi bilaterali, reġjonali jew multilaterali eżistenti, u wkoll permezz ta' programmi estiżi u ġodda sabiex jiffaċilitaw ir-riċerka xjentifika marittima, it-trasferiment tat-teknoloġija marittima, partikolarment f'oqsma ġodda, il-fondi internazzjonali xierqa għal riċerka u l-iżvilupp oċeaniku.

Artikolu 271

Linji ta' gwida, kriterja u normi

L-Istati, direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom iħeġġu l-istabbiliment tal-linji ta' gwida, l-kriterja u n-normi ġeneralment aċċettati għat-trasferiment tat-teknoloġija marittima fuq bażi bilaterali jew fi ħdan il-qafas ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u fora oħrajn, billi jkunu meqjusa, partikolarment, l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw.

Artikolu 272

Il-kordinament ta' programmi internazzjonali

Fil-qasam tat-trasferiment tat-teknoloġija marittima, l-Istati għandhom jagħmlu sforz sabiex jassiguraw li l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom, inklużi xi programmi reġjonali jew globali, billi jkunu meqjusa l-interessi u l-ħtiġiet ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw, partikolarment l-Istati li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar u l-Istati ġeografikament żvantaġġati.

Artikolu 273

Il-koperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Awtorità

L-Istati għandhom jikkoperaw attivitament ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u ma l-Awtorità sabiex jinkorraġġixxu u jiffaċilitaw it-trasferiment lejn l-Istati li għandhom jiżviluppaw, lejn iċ-ċittadini tagħhom u s-sengħa ta' l-impriża u t-teknoloġija marittima fir-rigward ta' l-attivitajiet fiż-żona.

Artikolu 274

L-obbjettivi ta' l-Awtorità

Bla ħsara għall-interessi leġittimi kollha, inklużi, inter alia, id-drittijiet u d-doveri tad-detenturi, tal-fornituri u tar-riċevituri ta' teknoloġija, l-Awtorità, fir-rigward ta' l-attivitajiet fiż-żona, għandhom jassiguraw li:

(a) fuq il-bażi tal-prinċipju tad-distribuzzjoni ġeografika ekwitabbli, iċ-ċittadini ta' l-Istati li għadhom jiżviluppaw, seww jekk kostali, dawk li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar, jew ġeografikament żvantaġġati, għandhom iseħħu għall-iskopijiet tat-taħriġ bħala membri ta' l-amministrazzjoni, tar-riċerka, u tal-persunal tekniku kif kostitwit għall-impriżi tagħhom;

(b) id-dokumentazzjoni teknika rigward it-tagħmir, il-makkinarju, l-apparati u l-proċessi relevanti ikunu disponibbli għall-Istati kollha, partikolarment l-Istati li għadhom jiżviluppaw li jkunu jistgħu jeħtieġu u jitolbu għajnuna teknika f'dan il-qasam;

(ċ) li disposizzjoni adekwata issir mill-Awtorità u li tiffaċilita l-akkwist ta' l-għajnuna teknika fil-qasam tat-teknoloġija marittima mill-Istati li jistgħu jeħtieġu u jitolbu għaliha, partikolarment l-Istati li għadhom jiżviluppaw, u l-akkwist miċ-ċittadini tagħhom tas-sengħa u l-esperjenza, inkluż it-taħriġ professjonali;

(d) L-Istati li jkunu jeħtieġu jew jitolbu għajnuna teknika f'dan il-qasam, partikolarment l-Istati li għadhom jiżviluppaw, huma mgħejjuna fl-akkwist tat-tagħmir, il-proċessi u l-impjant meħtieġa u l-esperjenza teknika oħra permezz ta' xi arranġamenti finanzjarji li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni.

SEZZJONI 3

ĊENTRI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI MARITTIMI NAZZJONALI U REĠJONALI

Artikolu 275

Twaqqif taċ-ċentri nazzjonali

1. L-Istati, direttament jew permez ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u l-Awtorità, għandhom iħeġġu t-twaqqif, partikolarment fl-iżvilupp ta' l-Istati kostali, ta' ċentri nazzjonali tar-riċerka xjentifika u teknoloġika marittima u tat-tisħiħ taċ-ċentri nazzjonali eżistenti, sabiex jistimulaw l-avvanz ta' l-imġieba tar-riċerka xjentifika marittima mill-Istati kostali li għadhom jiżviluppaw u sabiex ikabbru l-kapaċitajiet nazzjonali tagħhom li jutilizzaw u jippreservaw ir-riżorsi marittimi għall-benefiċċju ekonomiku.

2. L-Istati, permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u l-Awtorità, għandhom jagħtu appoġġ adekwat sabiex jiffaċilitaw it-twaqqif u t-tisħieħ ta' tali ċentri nazzjonali hekk li jipprovdu għal faċilitajiet u t-tagħmir għat-taħriġ avvanzat, is-sena u l-esperjenza kif ukoll l-esperti tekniċi lill-dawk l-Istati li jkunu jeħtieġu u jitolbu għajnuna bħal dik.

Artikolu 276

Twaqqif ta' ċentri reġjonali

1. L-Istati, b'kordinazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, l-Awtorità u l-istituzzjonijietmarittimi nazzjonali xjentifiċi u teknoloġiċi, għandhom iħeġġu t-twaqqif ta' ċentri marittimi reġjonali xjentifiċi u teknoloġiċi, partikolarment fi Stati li għadhom jiżviluppaw, sabiex jistimulaw u javvanzaw it-twettieq tar-riċerka xjentifika marittima minn l-Istati li għadhom jiżviluppaw u jħeġġu t-trasferiment tat-teknoloġija marittima.

2. L-Istati kollha ta' reġjun għandhom jikkoperaw maċ-ċentri reġjonali t'hemmhekk sabiex jassiguraw l-akkwist aktar effettiv ta' l-objettivi tagħhom.

Artikolu 277

Il-funzjonijiet taċ-ċentri reġjonali

Il-funzjonijiet ta' dawn iċ-ċentri reġjonali għandhom jinkludu, inter alia:

(a) il-programmi ta' taħriġ u edukazzjonali fil-livelli kollha dwar id-diversi aspetti tar-riċerka xjentifika u teknoloġika marittima, partikolarment il-bioloġija marittima, inkluża l-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' riżorsi ħajjin, l-idrografija, l-inġinerija, l-esplorazzjoni ġeoloġika ta' qiegħ il-baħar, u t-teknloġiji tal-minjieri u d-desalinazzjoni;

(b) studji ta' l-amministrazzjoni;

(ċ) programmi ta' studji relatati mal-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu u l-prevenzjoni, t-tnaqqis u l-kontrol tat-tniġġiż;

(d) l-organizzazzjoni ta' konferenzi, seminars u symposia reġjonali;

(e) l-akkwist u l-ipproċessar ta' dettalji u informazzjoni xjentifika u teknoloġika marittima;

(f) id-diseminazzjoni f'waqta tar-riżultati tar-riċerka xjentifika u teknoloġika marittima f'pubblikazzjonijiet disponibli mingħajr tbagħtija;

(g) il-pubblikazzjoni ta' strateġiji nazzjonali fir-rigward tat-trasferiment tat-teknoloġija marittima u l-istudju sistematiku komparattiv ta' dawk l-istrateġiji;

(h) l-ikkompilar u s-sistemasizzizzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-marketing ta' teknoloġija u dwar il-kuntratti u arranġamenti oħrajn li jikkonċernaw il-privattivi;

(i) koperazzjoni teknika ma l-Istati l-oħrajn tar-reġjun.

SEZZJONI 4

KOPERAZZJONI FOST L-ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 278

Koperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet internazzjonali

L-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti msemmija f'din il-Parti u fil-Parti XIII għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jassiguraw, jew direttament inkella b'koperazzjoni mill-qrib bejnjiethom, it-twettieq effettiv tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet permezz ta' din il-Parti.

PARTI XV

SOLUZZJONI GĦAL TILWIM

SEZZJONI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 279

Obbligazzjoni li jsibu soluzzjoni għal tilwim b'mezzi paċifiċi

L-Istati Partijiet għandhom isolvu xi tilwima bejniethom li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni b'mezzi paċifiċi b'konformità ma' l-Artikolu 2, il-paragrafu 3, tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u għal dan il-għan, għandhom ifittxu soluzzjoni bil-mezzi indikati fl-Artikolu 33(1) tal-Karta.

Artikolu 280

Soluzzjoni għal tilwim bi kwalunkwe mezzi paċifiċi magħżula mill-partijiet

Xejn f'din il-Parti ma jnaqqas mid-dritt ta' xi Stati Partijiet li jaqblu fi kwalunkwe żmien li jsolvu tilwim bejnjiethom li jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni bi kwalunkwe mezzi paċifiċi ta' l-għażla tagħhom.

Artikolu 281

Proċedura meta l-ebda soluzzjoni ma tkun seħħet bejn il-partijiet

1. Jekk l-Istati Partijiet li huma parti ta' xi kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni jkunu qablu li jfittxu soluzzjoni għal tilwim b'mezzi paċifiki ta' l-għażla tagħhom, il-proċeduri li hemm provvediment dwarhom f'din il-Parti japplikaw biss meta l-ebda soluzzjoni ma tkun intlaħqet b'rikors għall-użu ta' mezzi bħal dawk u l-ftehim bejn il-partijiet ma jkunx jeskludi proċedura ulterjuri.

2. Jekk il-partijiet ikunu wkoll qabblu dwar limitu ta' żmien, il-paragrafu 1 ikun japplika biss ma' l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien.

Artikolu 282

Obbligi permezz ta' ftehim ġenerali, reġjonali jew bilaterali

Jekk l-Istati Partijiet li huma partijiet għal tilwimli jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni jkunu qabblu, permezz ta' ftehim ġenerali, reġjonali jew bilaterali, jew mod ieħor, li tali tilwim għandu, mat-talba ta' waħda mill-partijiet fit-tilwima, tkun ippreżentata għal proċedura li tinvolvi Deċisjoni li torbot, dik il-proċedura għandha tkun tapplika minflok il-proċeduri li hemm provvediment dwarhom f'din il-Parti, sakemm il-partijiet fit-tilwima ma jkunux qablu mod ieħor.

Artikolu 283

Obbligi ta' skambju ta' ideat

1. Meta tinħoloq tilwima bejn l-Istati Partijiet li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, il-partijiet fit-tilwima għandhom jipproċedu mingħajr dewmien għal skambju ta' ideat rigward is-soluzzjoni bin-negozjati jew b'mezzi paċifiċi oħrajn.

2. Il-partijiet għandhom ukoll jipproċedu mingħajr dewmien għal skambju ta' ideat meta proċedura għas-soluzzjoni għal tali tilwim tkun intemmet mingħajr twettieq jew meta soluzzjoni tkun intlaħqet u ċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu konsultazzjoni rigward il-manjiera ta' l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni.

Artikolu 284

Konċiljazzjoni

1. Stat Parti li huma parti ta' kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni jista jistieden lill-parti jew lill-partijiet l-oħrajn li jippreżentaw il-kwistjoni għal konċiljazzjoni b'konformità mal-proċedura permezz ta' l-Anness V, is-Sezzjoni 1, jew għal xi proċedura oħra ta' konċiljazzjoni.

2. Jekk l-istedina tkun aċċettata u jekk il-partijiet jaqblu dwar il-proċedura ta' konċiljazzjoni li għandha tkun applikata, kwalunkwe parti tista tippreżenta dik il-kwistjoni għall-dik il-proċedura.

3. Jekk l-istedina ma tkunx aċċetata jew jekk il-partijiet ma jkunux jaqblu dwar il-proċedura, il-proċedimenti tal-konċiljazzjoni għandhom ikunu meqjusa bħala mitmuma.

4. Sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor, meta kwistjoni tkun ġiet ippreżentata għall-konċilljazzjoni, il-proċedimenti jistgħu jkunu tterminati biss b'konformità mal-proċedura mifthiema tal-konċiljazzjoni.

Artikolu 285

L-applikazzjoni ta' din is-sezzjoni dwar kwistjonijiet ippreżentati permezz tal-Parti XI

Din is-sezzjoni tapplika għal kwalunkwe kwistjoni li bis-saħħa tal-Parti XI, is-Sezzjoni 5, għandha tkun imwettqa b'konformità mal-proċeduri li hemm provvediment dwarhom f'din il-Parti. Jekk entità oħra apparti milli Stat Parti tkun parti ta' kwistjoni tali, din is-sezzjoni tkun tapplika mutatis mutandis.

SEZZJONI 2

PROĊEDURI OBBLIGATORJI LI JINVOLVU DEĊIŻJONIJIET LI JORBTU

Artikolu 286

L-applikazzjoni tal-proċeduri permezz ta' din is-sezzjoni

Bla ħsara għas-Sezzjoni 3, kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni għandha, meta l-ebda soluzzjoni ma tkun instabet b'rikors lejn is-Sezzjoni 1, tkun ippreżentata fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet tal-kwistjoni lejn il-qorti jew tribunal li jkollu l-ġurisdizzjoni permezz ta' din is-sezzjoni.

Artikolu 287

L-għażla tal-proċedura

1. Meta jiffirma, jirratifika jew jissieħeb ma din il-Konvenzjoni, jew fi kwalunkwe żmien aktar il-quddiem, Stat għandu jkun ħieles li jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub, wieħed jew aktar mezzi għat-twettieq ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni:

(a) it-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar stabbilit b'konformità ma' l-Anness VI;

(b) il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja;

(ċ) tribunat ta' l-arbitrazzjoni kostitwit b'konformità ma' l-Anness VII;

(d) tribunal speċjali ta' l-arbitrazzjoni kostitwit b'konformità ma' l-Anness VIII għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' kwistjonijiet speċifikati hemmhekk.

2. Dikjarazzjoni magħmulha permezz tal-paragrafu 1 m'għandhiex taffettwa jew li tkun affettwata bl-obbligi ta' Stat Parti li jaċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ il-Baħar tat-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar sal-limitu li u bil-manjiera li hemm provvediment dwarha fil-Parti XI, is-Sezzjoni 5.

3. Stat Parti, li huwa parti ta' kwistjoni mhux koperta b'dikjarazzjoni fis-seħħ, għandu jkun meqjus bħala li jkun aċċetta l-arbitrazzjoni b'konformità ma' l-Anness VII.

4. Jekk il-Partijiet ta' kwistjoni jkunu aċċettaw l-istess proċedura għat-twettieq ta' kwistjoni, din tista' tkun ippreżentata biss skond dik il-proċedura, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor.

5. Jekk il-Partijiet ta' kwistjoni ma jkunux aċċettaw l-istess proċedura għat-twettieq ta' kwistjoni, din tista tkun ippreżentata biss għall-arbitraġġ b'konformità ma' l-Anness VII, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor.

6. Dikjarazzjoni magħmulha permezz tal-paragrafu 1 għandha tibqa fis-seħħ sa tlett xhur minn meta l-avviż tar-revoka jkun ġie ddepożitat mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

7. Dikjarazzjoni ġdida, notifika ta' revoka jew l-iskadenza ta' dikjarazzjoni m'għandhomx bl-ebda mod jaffettwaw il-proċedimenti li jkunu pendenti quddiem qorti jew tribunal li jkollu l-ġurisdizzjoni permezz ta' dan l-Artikolu, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor.

8. Id-dikjarazzjonijiet u n-notifiki msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu ddepositati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandu jittrasmetti kopji tagħhom lill-Istati Partijiet.

Artikolu 288

Ġurisdizzjoni

1. Qorti jew tribunal kif msemmija fl-Artikolu 287 għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni fuq kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni meta tkun ippreżentata b'konformità ma' din il-Parti.

2. Qorti jew tribunal kif msemmija fl-Artikolu 287 għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni fuq kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' ftehim internazzjonali relatat mal-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, meta tkun ippreżentata b'konformità ma' dak il-ftehim.

3. Il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ il-Baħar tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar stabbilita b'konformità ma' l-Anness VI, u xi kamra jew tribunal ta' l-arbitraġġ oħrajn msemmija fil-Parti XI, is-Sezzjoni 5, għandhom ikollhom ġurisdizzjoni fuq kwalunkwe materja li tkun ippreżentata lilhom b'konformità ma' dan.

4. Fil-każ ta' kwistjoni dwar jekk qorti jew tribunal ikollhomx ġurisdizzjoni, il-materja għandha tkun imwettqa b'Deċisjoni ta' dak il-qorti jew tribunal.

Artikolu 289

Esperti

Fi kwalunkwe kwistjoni li tinvolvi materji xjentfiċi jew tekniċi, qorti jew tribunal li jeżerċita l-ġurisdizzjoni permezz ta' din is-Sezzjoni jista', fuq it-talba ta' parti jew proprio motu, tagħżel b'konsultazzjoni mal-partijiet mhux anqas minn żewġ esperti xjentifiċi jew tekniċi, magħżula preferibbilment minn fost lista relevanti ppreparata bi qbil ma l-Anness VIII, l-Artikolu 2, sabiex jgħinu lill-qorti jew lit-tribunal imma mingħajr id-dritt tal-vot.

Artikolu 290

Miżuri proviżorji

1. Jekk kwistjoni tkun ġiet ippreżentata kif suppost quddiem qorti jew tribunal li jikkonsidra prima facie li huwa jkollu l-ġurisdizzjoni permezz ta' din il-Parti jew tal-Parti XI, is-Sezzjoni 5, il-qorti jew it-tribunal jistgħu jippreskrivu dawk il-miżuri proviżorji li huma jikkunsidraw bħala xierqa permezz taċ-ċirkostanti sabiex jippreservaw id-drittijiet rispettivi tal-partijiet ta' dik il-kwistjoni jew sabiex ma jħallux li sseħħ ħsara serja għall-ambjent marittimu, sakemm ikun hemm Deċisjoni finali.

2. Il-miżuri proviżorji jistgħu jkunu mmodifikati jew revokati malli ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ikunu nbidlu jew ma jibqgħux aktar jeżistu.

3. Il-miżuri proviżorji jistgħu ikunu preskritti, modifikati jew revokati permezz ta' dan l-Artikolu biss fuq it-talba ta' parti mall-kwistjoni u wara li l-partijiet ikollhom l-opportunità li jkunu mismuha.

4. Il-qorti jew it-tribunal għandhom mill-ewwel jagħtu avviż lill-partijiet għal dik il-kwistjoni, u lil xi Stati Partijiet oħrajn skond ma huma jikkunsidraw bħala xierqa, tal-preskrizjoni, l-modifika jew ir-revoka tal-miżuri proviżorji.

5. Sa kemm ikun kostitwit tribunal ta' l-arbitrazzjoni li lilhu kwistjoni tkun ippreżentata permezz ta' din is-sezzjoni, kwalunkwe qorti jew tribunal li jkun hemm ftehim dwaru mill-partijiet jew, jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan fi żmien ġimgħatejn mid-data tat-talba għal miżuri proviżorji, it-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar jew, fir-rigward ta' attivitajiet fiż-żona, il-Kamra tal-Kwistjonijiet dwar Qiegħ il-Baħar, jista jippreskrivi, jimmodifika jew jirrevoka miżuri proviżorji b'konformità ma' dan l-Artikolu jekk huwa jikkonsidra li prima facie it-tribunal li għandu jkun maħtur sejjer ikollu l-ġurisdizzjoni u li dik l-urġenza tas-sitwazzjoni hekk tkun teħtieġ. La darba kostitwit, it-tribunal li lilu l-kwistjoni tkun ġiet ippreżentata, jista jimmodifika, jirrevoka jew jafferma dawk il-miżuri proviżorji, billi jaġixxi b'konformità mal-paragrafi 1 sa 4.

6. Il-partijiet għall-kwistjoni għandhom ikunu konformi fil-pront ma' xi miżuri proviżorji preskritti permezz ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 291

Aċċess

1. Il-proċeduri kollha dwar it-twettieq ta' kwistjoni kif speċifikat f'din il-Parti għandhom ikunu miftuħa għall-Istati Partijiet.

2. Il-proċeduri għat-twettieq ta' kwistjoni kif stabbiliti f'din il-parti għandhom ikunu miftuħa għall-entitajiet apparti milli l-Istati Partijiet, biss kif speċifikament hemm provvediment dwar dan f'din il-Konvenzjoni.

Artikolu 292

Rilaxx fil-pront ta' vapuri u l-ekwipaġġ

1. Meta l-awtoritajiet ta' Stat Parti jkunu żammew vapur li jtajjar il-bandiera ta' Stat Parti ieħor u jkun allegat li dak l-Istat tad-detenzjoni ma kienx konformi mad-disposizzjonjiet ta' din il-Konvenzjoni għar-rilaxx fil-pront tal-vapur jew ta' l-ekwipaġġ tiegħu mall-preżentazzjoni ta' garanzija reġjonevoli jew ta' sigurtà oħra finanzjarja, il-kwistjoni tar-rilaxx mid-detenzjoni tista tkun ippreżentata lejn xi qorti jew tribunal kif mifthiem mill-Partijiet jew, f'nuqqas ta' ftehim bħal dan fi żmien 10 t'ijiem mid-data tad-detenzjoni, lejn qorti jew tribunal aċċettat mill-Istat tad-detenzjoni permezz ta' l-Artikolu 287 jew lejn it-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar, sakemm il-partijiet ma jkunux fthiemu mod ieħor.

2. L-applikazzjoni għar-rilaxx tista' ssir biss minn jew f'isem l-Istat tal-bandiera tal-vapur.

3. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jittrattaw mingħajr dewmien ma' din l-applikazzjoni għar-rilaxx u għandhom jittrattaw biss mal-kwistjoni tar-rilaxx, mingħajr preġudizzju għall-meriti ta' xi każ quddiem il-forum domestiku xieraq kontra dak il-vapur, il-propjetarju jew l-ekwipaġġ tiegħu. L-awtoritajiet ta' l-Istat tad-detenzjoni jibqgħu kompetenti għar-rilaxx tal-vapur jew ta' l-ekwipaġġ tiegħu fi kwalunkwe żmien.

4. Mall-preżentazzjoni tal-garanzija jew ta' sigurtà finanzjarja oħra kif determinata mill-qorti jew mit-tribunal, l-awtoritajiet ta' l-Istat tad-detenzjoni għandhom fil-pront ikunu konformi mad-Deċisjoni tal-qorti jew tat-tribunal li tkun tikkonċerna r-rilaxx tal-vapur jew ta' l-ekwipaġġ.

Artikolu 293

Il-liġi applikabbli

1. Qorti jew tribunal li jkollu l-ġurisdizzjoni permezz ta' din is-Sezzjoni għandu japplika din il-Konvenzjoni u r-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali li ma jkunux mhux-kompatibbli ma din il-Konvenzjoni.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux ikun ta' preġudizzju għall-poteri tal-qorti jew tat-tribunal li jkollu l-ġurisdizzjoni permezz ta' din is-sezzjoni li jiddeċiedi każ ex aequo et bono, jekk il-partijiet hekk jaqblu.

Artikolu 294

Proċedimenti preliminarji

1. Il-qorti jew it-tribunali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 387 li lilhom applikazzjoni tkun saret fir-rigward ta' kwistjoni kif msemmija fl-Artikolu 297 għandu jiddetermina, fuq talba ta' xi parti, jew jista jiddetermina proprio motu, jekk it-talba tikkostitwix abbuż ta' proċess legali jew jekk prima facie tkun ibbażata sewwa. Jekk il-qorti jew it-tribunal jiddetermina li talba tikkostitwixxi abbuż ta' proċess legali jew li prima facie ma tkunx ibbażata sewwa, hu m'għandhux jieħu aktar azzjoni f'dak il-każ.

2. Mal-wasla ta' l-applikazzjoni, il-qorti jew it-tribunal għandu immedjatament jinnotifika lill-parti jew lill-partijiet l-oħrajn b'dik l-applikazzjoni, u għandu jistabbilixxi limitu raġjonevoli ta' żmien li fih huma jkunu jistgħu jitolbu li dan jiddetermina b'konformità mal-paragrafu 1.

3. Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa d-dritt ta' xi parti għal kwistjoni milli tagħmel oġġezzjonijiet preliminarji b'konformità mar-regoli tal-proċedura kif applikabbli.

Artikolu 295

L-eżawriment tar-rimedji lokali

Kwalunkwe kwistjoni bejn l-Istati Partijiet li tikkonċerna l-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni tista tkun ippreżentata għall-proċeduri, li hemm provvediment dwarhom f'din is-sezzjoni, biss wara li r-rimedji lokali jkunu ġew eżawriti meta hekk meħtieġ bil-liġi internazzjonali.

Artikolu 296

Il-finalità u l-qawwa tar-rabta ta' Deċisjonijiet

1. Kwalunkwe Deċisjoni mogħtija minn qorti jew tribunal li jkollhom ġurisdizzjoni permezz ta' din is-Sezzjoni għandha tkun finali u jrid ikun hemm konformità magħha mill-partijiet kollha tal-kwistjoni.

2. Xi Deċisjoni tali m'għandha jkollha l-ebda qawwa ta' rabta apparti milli bejn il-partijiet u fir-rigward ta' dik il-kwistjoni partikolari.

SEZZJONI 3

LIMITAZZJONIJIET U EĊĊEZZJONIJIET DWAR L-APPLIKABBILITÀ TAS-SEZZJONI 2

Artikolu 297

Limitazzjonijiet dwar l-applikabblità tas-Sezzjoni 2

1. Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-eżerċitar minn Stat kostali tad-drittijiet sovrani jew tal-ġurisdizzjoni tiegħu li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri li hemm provvediment dwarhom fis-Sezzjoni 2, f'dawn il-każi li ġejjin:

(a) meta jkun allegat li Stat kostali jkun aġixxa b'kontravenzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni fir-rigward tal-libertajiet u d-drittijiet tan-navigazzjoni, titjiriet u t-tqegħid ta' fili u pajpijiet ta' taħt il-baħar, jew fir-rigward ta' xi użu internazzjonali legali tal-baħar kif speċifikat fl-Artikolu 58;

(b) meta jkun allegat li Stat fl-eżerċitar tal-libertajiet, id-drittijiet jew l-użu msemmi qabel ikun aġixxa b'kontravenzjoni ta' din il-Konvenzjoni jew tal-liġijiet jew tar-regolamenti adottati mill-Istat kostali b'konformità ma din il-Konvenzjoni u mar-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali li ma jkunux mhux-kompatibbli ma' din il-Konvenzjoni; jew

(ċ) meta ikun allegat li Stat kostali jkun aġixxa b'kontravenzjoni tar-regoli u n-normi internazzjonali speċifiċi għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu li huma applikabbli għall-Istat kostali u li kienu ġew stabbiliti b'din il-Konvenzjoni jew permezz ta' l-organizzazzjoni internazzjonali kompetenti jew b'konferenza diplomatika, b'konformità ma din il-Konvenzjoni.

2. (a) Il-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni f'dak li jirrigwarda ir-riċerka xjentifika marittima għandhom ikunu mwettqa b'konformità mas-Sezzjoni 2, apparti li dak l-Istat kostali ma jistax ikun obligat li jaċċetta l-preżentazzjoni ta' twettieq tali dwar xi kwistjoni li toriġina minn:

(i) l-eżerċitar mill-Istat kostali ta' dritt jew diskrezzjoni b'konformità ma' l-Artikolu 246; jew

(ii) Deċisjoni mill-Istat kostali li jordna s-sospensjoni jew il-waqfien ta' proġett ta' riċerka b'konformità ma' l-Artikolu 253.

(b) Kwistjoni li toriġina minn allegazzjoni mill-Istat li jwettaq ir-riċerka, li, fir-rigward ta' proġett speċifiku, l-Istat kostali ma jkunx eżerċita d-drittijiet tiegħu permezz ta' l-Artikoli 246 u 253 b'manjiera kompatibbli ma' din il-Konvenzjoni, għandha tkun ippreżentata, bit-talba ta' kwalunkwe parti, għall-konċiljazzjoni permezz ta' l-Anness V, is-Sezzjoni 2, basta li l-Kummissjoni tal-Konċilljazzjoni ma tqajjimx is-suġġett dwar dak eżerċitat mill-Istat kostali dwar id-deskrizzjoni tiegħu li jinnomina żoni speċifiċi kif msemmija fl-Artikolu 246(6), jew tad-diskrezzjoni tiegħu li jiċħad il-kunsens b'komformità ma' l-Artikolu 246(5).

3. (a) Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni fir-rigward tas-sajd għandhom ikunu mwettqa b'konformità mas-Sezzjoni 2, apparti milli l-Istat kostali m'għandux ikunu obbligat li jaċċetta li jkun suġġett għal twettieq bħal dak ta' xi kwistjoni li tirrigwarja id-drittijiet tas-sovranità tiegħu fir-rigward tar-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva jew fl-eżerċitar tagħhom, inklużi l-poteri diskrezjonarji għad-determinazzjoni tal-qabda permissibbli, il-kapaċità tiegħu tal-ġbir, l-allokazzjoni taż-żejjed lejn l-Istati l-oħrajn u t-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolament tagħhom dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni.

(b) Meta l-ebda twettieq ma jkun intlaħaq bl-użu tas-Sezzjoni 1 ta' din il-Parti, kwistjoni għandha tkun ipprezentata għall-konċilljazzjoni permezz ta' l-Anness V, is-Sezzjoni 2, fuq it-talba ta' xi parti għal-kwistjoni, meta jkun allegat li:

(i) l-Istat kostali jkun manifestament naqas milli jkun konformi ma l-obbligi tiegħu sabiex jassigura permezz tal-miżuri xierqa tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żona ekonomika esklussiva ma jkunux serjament ipperikolati;

(ii) Stat kostali li jkun arbitrarjament ċaħad li jiddetermina, fuq talba ta' Stat ieħor, il-qabda permissibbli u l-kapaċità tiegħu li jiġbor ir-riżorsi ħajjin fir-rigward tal-ħażniet li dak l-Istat l-ieħor ikun interessat li jistad; jew

(iii) Stat kostali jkun arbitrarjament ċaħad li jalloka lil xi Stat, permezz ta' l-Artikoli 62, 69 u 70 u permezz tat-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istat kostali konsistenti ma' din il-Konvenzjoni, it-total jew parti taż-żejjed li huwa jkun iddikjara li jeżisti.

(ċ) Fl-ebda każ m'għandha l-Kummissjoni tal-Konċiljazzjoni tibdel id-diskrezzjoni tagħha għal dak l-Istat kostali.

(d) Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-Konċilljazzjoni għandu jkun ikkomunikat lejn l-organizzazzjoni-jiet internazzjonali xierqa.

(e) Fin-negozjati tal-ftehim permezz ta' l-Artikoli 69 u 70, l-Istati Partijiet, sakemm ma jkunx miftihem mod ieħor, għandhom jinkludu klawsola dwar il-miżuri li huma għandhom jieħdu sabiex jimminimizzaw il-possibilità ta' nuqqas ta' ftehim li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-ftehim, u dwar kif għandhom jipproċedu jekk nuqqas ta' ftehim xorta waħda jirriżulta.

Artikolu 298

Eċċezzjonijiet voluntarji dwar l-applikabbilità tas-Sezzjoni 2

1. Meta jiffirma, jirratifika jew jissieħeb ma' din il-Konvenzjoni, jew fi kwalunkwe żmien wara dan, Stat jista, mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joriġinaw permezz tas-Sezzjoni 1, jiddikjara bil-miktub li hu ma jkunx jixtieq li jaċċetta xi waħda mill-proċeduri li hemm provvediment dwarhom fis-Sezzjoni 2 fir-rigward ta' waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin dwar kwistjonijiet:

(a) (i) kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 15, 74 u 83 li jirrigwardaw mad-delimitazzjonijiet tal-fruntieri mal-baħar, jew dawk li jinvolvu il-bajjiet jew it-titoli storiċi, basta li l-Istat li jkun għamel tali dikjarazzjoni għandu, meta kwistjoni toriġina sussegwentament għad-dħul b'effett ta' din il-Konvenjoni u meta l-ebda ftehim fi żmien perjodu raġjonevoli ta' żmien ma jkun intlaħaq fin-negozjati bejn il-partijiet, mat-talba ta' waħda mill-partijiet tal-kwistjoni, jaċċetta l-preżentazzjoni ta' din il-materja għall-konċiljazzjoni permezz ta' l-Anness V, is-Sezzjoni 2; u basta aktar minn hekk li xi kwistjoni li neċessarejament tinvolvi l-kunsiderazzjoni konkorrenti ta' xi kwistjoni mhux imwettqa li tikkonċerna s-sovranità jew id-drittijiet l-oħrajn dwar l-art territorjali kontinentali jew insulari għandhom ikunu esklużi minn preżentazzjonijiet bħal dawk;

(ii) wara li l-Kummissjoni tal-Konċilljazzjoni tkun ippreżentat ir-rapport tagħha, li għandu jistqarr ir-raġunijiet li fuqhom ikun ibbażat, il-partijiet għandhom jinnegozjaw ftehim fuq il-bażi ta' dak ir-rapport; jekk dawn in-negozjati ma jirriżultawx fi ftehim, il-partijiet għandhom, b'kunsens reċiproku, jippreżentaw is-suġġett għal waħda mill-proċeduri li hemm provvediment dwarhom fis-Sezzjoni 2, sakemm il-partijiet ma jiftiehmux mod ieħor;

(iii) dan is-subparagrafu ma japplikax għal xi kwistjoni tal-fruntieri tal-baħar finalment solvuta b'arranġament bejn il-partijiet, jew dwar xi kwistjoni li għandha tkun solvuta bi qbil mal-ftehim bilaterali jew multilaterali li jkun jorbot fuq dawk il-partijiet;

(b) Il-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet militari, inklużi l-attivitajiet militari minn vapuri u ajruplani governattivi ingaġġati f'servizz mhux-kummerċjali, u l-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet ta' l-infurzar tal-liġi fir-rigward ta' l-eżerċitar tad-drittijiet sovrani jew tal-ġurisdizzjoni, esklużi mill-ġurisdizzjoni ta' qorti jew tribunal permezz ta' l-Artikolu 287(2) jew (3);

(ċ) kwistjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jkun jeżerċita il-funzjonijiet assenjati lilu bil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, sakemm il-Kunsill tas-Sigurtà ma jiddeċidix li jwarrab il-materja mill-aġenda tiegħu jew li jsejjaħ lill-partijiet li jsolvuha bil-mezzi li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni.

2. Stat Parti li jkun għamel dikjarazzjoni permezz tal-paragrafu 1 jista fi kwalunkwe żmien jirtirha, jew jaqbel li jippreżenta l-kwistjoni eskluża minn dikjarazzjoni bħal dik għal xi proċedura speċifikata f'din il-Konvenzjoni.

3. Stat Parti li jkun għamel dikjarazzjoni permezz tal-paragrafu 1 m'għandux ikun intitolat li jippreżenta xi kwistjoni li tidħol fi ħdan l-eċċezzjoni ta' dik il-kategorija ta' kwistjonijiet għal xi proċedura ta' din il-Konvenzjoni kontra Stat Parti ieħor, mingħajr il-kunsens ta' dik il-Parti.

4. Jekk wieħed mill-Istati Partijiet ikun għamel dikjarazzjoni permezz tal-paragrafu 1(a), kwalunkwe Stat Parti ieħor jista jippreżenta tali kwistjoni li tidħol fi ħdan l-eċċezzjoni ta' dik il-kategorija kontra l-parti dikjaranti tal-proċedura speċifikata f'dikjarazzjoni bħal dik.

5. Dikjarazzjoni ġdida, jew l-irtirar ta' dikjarazzjoni, bl-ebda mod ma jaffettwaw il-proċedimenti li jkunu pendenti quddiem qorti jew tribunal skond dan l-Artikolu, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor.

6. Id-dikjarazzjonijiet u n-notifiki ta' l-irtirar ta' dikjarazzjonijiet permezz ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ddepositati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandu jittrasmetti kopji tagħhom lill-Istati Partijiet.

Artikolu 299

Id-dritt tal-partijiet li jaqblu dwar proċedura

1. Kwistjoni eskluża permezz ta' l-Artikolu 297 jew li jkun hemm eċċezzjoni b'dikjarazzjoni magħmulha permezz ta' l-Artikolu 298mill-proċeduri għat-twettieq tal-kwistjoni li hemm provvediment dwarhom fis-Sezzjoni 2 tista tkun ippreżentata biss għal tali proċeduri bi ftehim tal-partijiet tal-kwistjoni.

2. Xejn f'din is-sezzjoni ma jnaqqas id-dritt tal-partijiet għal kwistjoni li jifthiemu għal xi proċedura oħra dwar it-twettieq ta' tali kwistjoni jew li jilħqu soluzzjoni amikevoli.

PARTI XVI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 300

Ir-rieda tajba u l-abbuż tad-drittijiet

L-Istati Partijiet għandhom iwettqu b'rieda tajba l-obbligi kif aċċettati permezz ta' din il-Konvenzjoni u għandhom jeżerċitaw id-drittijiet, il-ġurisdizzjoni u l-libertajiet rikonoxxuti f'din il-Konvenzjoni b'manjiera li ma tkunx tikkostitwixxi xi abbuż ta' dritt.

Artikolu 301

L-użu paċifiku ta' l-ibħra

Fl-eżerċitar tad-drittijiet u fit-twettieq tad-doveri tagħhom permezz ta' din il-Konvenzjoni, l-Istati Partijiet għandhom jibqgħu lura minn xi theddid jew l-użu ta' forza kontra l-integrità territorjali jew l-indipendenza politika ta' xi Stat, jew minn xi manjiera oħra li tkun inkonsistenti mal-prinċipji tal-liġi internazzjonali kif inkorporata fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 302

Żvelar ta' l-informazzjoni

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Parti li jirrikorri għall-proċeduri għat-twettieq ta' kwistjonijiet li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni, xejn f'din il-Konvenzjoni ma għandu jkun meqjus bħala li jkun jeħtieġ li Stat Parti, fit-twettieq ta' l-obbligi tiegħu permezz ta' din il-Konvenzjoni, li jforni informazzjoni li l-iżvlar tagħha jkun kuntrarju ta' l-interessi essenzjali għas-sigurtà tiegħu.

Artikolu 303

Oġġetti arkeoloġiċi u storiċi misjuba fil-baħar

1. L-Istati għandhom id-dritt li jipproteġu oġġetti ta' natura arkeoloġika u storika misjuba fil-baħar u għandhom jikkoperaw għan dan l-iskop.

2. Sabiex ikun ikkontrollat it-traffiku ta' l-oġġetti bħal dawn, l-Istat kostali jista, fl-applikar ta' l-Artikolu 33, jassumi li t-tneħija tagħhom minn qiegħ il-baħar fiż-żona msemmi f'dak l-Artikolu mingħajr l-approvazzjoni tiegħu tkun tirriżulta fi ksur fit-territorju tiegħu jew fil-baħar territorjali tiegħu tal-liġijiet u r-regolamenti msemmija f'dak l-Artikolu.

3. Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa d-drittijiet ta' sidien identifikati, il-liġi tas-salvataġġ jew ir-regoli l-oħrajn ta' l-ammiraljat, jew tal-liġijiet u l-prattiċi fir-rigward ta' l-iskambji kulturali.

4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzjoni għall-ftehim internazzjonali l-oħrajn u għar-regoli tal-liġi internazzjonali li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' l-oġġetti ta' natura arkeoloġika u storika.

Artikolu 304

Responsabbiltà u l-obbligi għad-danni

Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni jirrigwardaw ir-responsabbiltà u l-obbligi għal danni huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli eżistenti u l-iżvilupp ta' aktar regoli rigward ir-responsabbiltà u l-obbligi permezz tal-liġi internazzjonali.

PARTI XVII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 305

Firma

1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħha għall-iffirmar minn:

(a) l-Istati kollha;

(b) In-Namibja, rappreżentata mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Namibja;

(ċ) l-Istati kollha assoċċjati li għandhom is-self-government li jkunu għażlu l-istatus f'att ta' deteriminazzjoni għalihom infushom li jkunu taħt is-superviżjoni u approvati min-Nazzjonijiet Uniti b'konformità mar-Reżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 1514 (XV) u li jkollhom il-kompetenza fuq il-materji rregolati b'din il-Konvenzjoni, inkluża l-kompetenza li jidħlu fi trattati fir-rigward ta' dawk il-materji;

(d) l-Istati kollha assoċċjati li għandhom is-self-government li, b'assoċċjazzjoni ma' l-istrumenti rispettivi tagħhom ta' assoċċjazzjoni, jkollhom il-kompetenza fuq il-materji rregolati b'din il-Konvenzjoni, inkluża l-kompetenza li jidħlu fi trattati fir-rigward ta' dawk il-materji;

(e) l-Istati kollha assoċċjati li jgawdu is-self-government intern sħiħ li huma rikonoxxuti bħala tali min-Nazzjonijiet Uniti, imma li ma jkunux laħqu l-indipendenza sħiħa b'konformità mar-Reżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 1514 (XV) u li jkollhom il-kompetenza fuq il-materji rregolati b'din il-Konvenzjoni, inkluża l-kompetenza li jidħlu fi trattati fir-rigward ta' dawk il-materji;

(f) organizzazzjonijiet internazzjonali, b'konformità ma l-Anness IX.

2. Din il-Konvenzjoni għandha tibqa miftuħha għall-firma sa-9 ta' Diċembru 1984 fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Ġamajka u wkoll, mill-1 ta' Lulju 1983 sad-9 ta' Diċembru 1984, fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.

Artikolu 306

Ir-ratifika u l-konferma uffiċjali

Din il-Konvenzjoni hija suġġetta għal ratifika mill-Istati u mil-entitajiet l-oħrajn msemmija fl-Artikolu 305(1)(b), (ċ), (d) u (e), u għal konferma formali, b'konformità ma' l-Anness IX, mill-entitajiet msemmija fl-Artikolu 305(1)(F). L-istrumenti tar-ratifika u l-konferma formali għandhom ikunu ddepositati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 307

Adeżjoni

Din il-Konvenzjoni għandha tibqa miftuħha għall-Adeżjoni mill-Istati u mill-entitajiet l-oħrajn msemmija fl-Artikolu 305. L-adeżjoni mill-entitajiet msemmija fl-Artikolu 305(1)(f) għandha tkun b'konformità ma l-Anness IX. L-istrumenti ta' adeżjoni għandhom ikunu ddepositati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 308

Dħul fis-seħħ

1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ 12-il xahar wara d-data tad-depożitu tas-60 l-istrument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni.

2. Għal kull Stat li jirratifika jew li jwettaq l-adeżjoni ma' din il-Konvenzjoni wara d-depożitu tas-60 l-istrument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum li jsegwu d-depożitu ta' l-istrument tiegħu tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni, bla ħsara għall-paragrafu 1.

3. L-Assemblea ta' l-Awtorità għandha tiltaqgħa fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni u għandha teleġġi il-Kunsill ta' l-Awtorità. L-ewwel kunsill għandu jkun iffurmat b'manjiera konsistenti ma' l-iskop ta' l-Artikolu 161 jekk id-disposizzjonijiet ta' dak l-Artikolu ma jkunux jistgħu jiġu strettament applikati.

4. Ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri abbozzati mill-Kummissjoni Preparatorja għandhom ikunu japplikaw proviżjonalment sakemm isseħħ l-adozzjoni formali tagħhom mill-Awtorità b'konformità mal-Parti XI.

5. L-Awtorità u l-organi tagħha għandhom jaġixxu b'konformità mar-Riżoluzzjoni II tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar li tirrigwarda l-investiment preparatorju u mad-Deċisjonijiet tal-Kummissjoni Preparatorja meħuda bis-saħħa ta' dik ir-Riżoluzzjoni.

Artikolu 309

Riservi w eċċezzjonijiet

L-ebda riservi jew eċċezzjonijiet ma jistgħu isiru għal din il-Konvenzjoni sakemm ma jkunux espressament permissibbli mill-Artikoli l-oħrajn ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 310

Dikjarazzjoni u stqarrijiet

L-Artikolu 309 ma jfixkilx lil xi Stat, meta jiffirma, jirratifika jew jissieħeb ma' din il-Konvenzjoni, milli jagħmel dikjarazzjonijiet jew stqarrijiet, independentament minn kif ifformulati jew imsejjħa, bil-għan li, inter alia, ta' l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti tiegħu mad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, basta li dawk id-dikjarazzjonijiet jew l-istqarrijiet ma jkunux tali li jeskludu jew li jimmodifikaw l-effett legali tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni fl-applikazzjoni tagħhom għal dak l-Istat.

Artikolu 311

Relazzjoni ma' konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali oħrajn

1. Din il-Konvenzjoni għandha jkollha prevalenza, bħal bejn l-Istati Partijiet, fuq il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra dwar il-Liġi tal-Baħar tad-29 ta' April 1958.

2. Din il-Konvenzjoni m'għandhiex tibdel id-drittijiet u l-obbligi ta' l-Istati Partijiet li joriġinaw minn ftehim ieħor li huma kompatibbli ma din il-Konvenzjoni u li ma jaffetwawx it-tgawdija mill-Istati Partijiet l-oħrajn tad-drittijiet tagħhom jew tat-twettieq ta' l-obbligi tagħhom permezz ta' din il-Konvenzjoni.

3. Tnejn jew aktar Stati Partijiet jistgħu jikkonkludu ftehim li jimmodifikaw jew li jissospendu l-operat tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, applikabbli solament għar-relazzjonijiet bejnjiethom, basta li ftehim tali ma jkunx jirrigwarda għal xi disposizzjoni, li deroga minnha tkun inkompatibbli ma l-eżekuzzjoni effettiva ta' obbjettiv u l-iskop ta' din il-Konvenzjoni, u basta wkoll li ftehim tali ma jkollux l-effett ta' l-applikazzjoni fuq il-prinċipji bażiċi kif inkorporati hemmhekk, u li d-disposizzjonijiet ta' ftehim bħal dawk ma jkollux effett fuq it-tgawdija minn Stati Partijiet oħrajn tad-drittijiet jew tat-twettieq ta' l-obbligi tagħhom permezz ta' din il-Konvenzjoni.

4. L-Istati Partijiet li għandhom l-intenzjoni li jikkonkludu ftehim kif msemmi fil-paragrafu 3 għandhom jinnotifikaw lill-Istati Partijiet l-oħrajn permezz tad-depożitarji ta' din il-Konvenzjoni bl-intenzjoni tagħhom li jikkonkludu l-ftehim jew tal-modifika jew tas-sospensjoni li hija tipprovdi.

5. Dan l-Artikolu ma jaffetwax ftehim internazzjonali espressament ippermettut jew imħares minn Artikoli oħrajn ta' din il-Konvenzjoni.

6. L-Istati Partijiet jaqblu li m'għandu jkun hemm l-ebda emendi għall-prinċipju bażiku li jirrigwarda l-wirt komuni ta' l-umanità kif stabbilit fl-Artikolu 136 u li huma m'għandhomx ikunu parti għal xi ftehim b'deroga minn dan.

Artikolu 312

Emenda

1. Wara l-iskadenza ta' perjodu ta' 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, Stat Parti jista, b'komunikazzjoni bil-miktub indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jipproponi emendi speċifiċi għal din il-Konvenzjoni, apparti minn dawk li jirrigwardaw l-attivitajiet fiż-żona, u talba ħalli tkun imsejħa konferenza sabiex tikkunsidra dawk l-emendi kif proponuti. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jiċċirkola tali komunikazzjoni lill-Istati Partijiet kollha. Jekk, fi żmien 12 il-xahar mid-data taċ-ċirkolazzjoni tal-komunikazzjoni, mhux anqas minn nofs ta' l-Istati Partijiet iwieġbu fl-affermattiv għat-talba, is-Segretarju-Ġenerali għandu jsejjaħ il-laqgħa.

2. Il-proċedura tat-teħid-tad-Deċisjonijiet applikabbli għall-Konferenza ta' l-emendi għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli fit-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Konferenza. Il-Konferenza għandha tagħmel kull sforz sabiex tilħaq ftehim dwar l-emendi permezz ta' kunsens u m'għandu jkun hemm l-ebda votazzjoni dwarhom sakemm l-isforzi kollha sabiex jintlaħaq kunsens ikunu ġew eżawriti.

Artikolu 313

Emendi bi proċedura simplifikata

1. Stat Parti jista, b'komunikazzjoni bil-miktub indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jipproponi emenda għal din il-Konvenzjoni, apparti milli emenda li tirrigwarda l-attivitajiet fiż-żona, li għandha tkun adottata bi proċedura simplifikata kif stabbilita f'dan l-Artikolu mingħajr ma tissejjaħ konferenza. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jiċċirkola l-komunikazzjoni lill-Istati Partijiet kollha.

2. Jekk, fi żmien 12 il-xahar mid-data taċ-ċirkolazzjoni tal-komunikazzjoni, Stat Parti joġġezzjona għall-emenda kif proponuta jew għall-proposta ta' l-adozzjoni tagħha bi proċedura simplifikata, l-emenda għandha tkun meqjusa bħala li hija miċhudha. Is-Segretarju-Ġenerali għandu immedjatament jinnotifika lil-Istati Partijiet kif xieraq.

3. Jekk, fi żmien 12 il-xahar mid-data taċ-ċirkolazzjoni tal-komunikazzjoni, l-ebda Stat Parti ma jkun oġġezzjona għall-emenda kif proponuta jew għall-proposta ta' l-adozzjoni tagħha bi proċedura simplifikata, l-emenda proponuta għandha tkun meqjusa bħala li hija adottata. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jinnotifika lil-Istati Partijiet kollha li l-emenda proponuta tkun ġiet adottata.

Artikolu 314

Emendi għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni li jirrigwardaw esklussivament l-attivitajiet fiż-żona

1. Stat Parti jista, b'komunikazzjoni bil-miktub indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Awtorità, jipproponi emenda għad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni li jirrigwardaw esklussivament għall-attivitajiet fiż-żona, inkluż l-Anness VI, is-Sezzjoni 4. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jiċċirkola tali komunikazzjoni lill-Istati Partijiet kollha. L-emenda proponuta għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni mill-Assemblea wara li tkun ġiet approvata mill-Kunsill. Ir-rappreżentanti ta' l-Istati Partijiet f'dawk l-organi għandhom ikollhom il-poteri kollha sabiex jikkunsidraw u japprovaw l-emenda proponuta. L-emenda proponuta kif approvata mill-Kunsill u mill-Assemblea għandha tkun ikkunsidrata bħala adottata

2. Qabel l-approvazzjoni ta' xi emenda permezz tal-paragrafu 1, il-Kunsill u l-Assemblea għandhom jassiguraw li din ma tippreġudikax is-sistema ta' l-esplorazzjoni għal, u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi taż-żona, sakemm ikun hemm il-Konferenza tar-Reviżjoni b'konformità ma' l-Artikolu 155.

Artikolu 315

Il-firma, ir-ratifika ta', l-adeżjoni ma' u l-awtentiċità tat-testi ta' l-emendi

1. La darba adotatti, l-emendi għal din il-Konvenzjoni għandhom ikunu miftuħa għall-iffirmar mill-Istati Partijiet għal 12 il-xahar mid-data ta' l-adozzjoni, fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, sakemm ma jkunx ġie pprovdut mod ieħor fl-emenda nnifisha.

2. L-Artikoli 306, 307 u 320 japplikkaw għall-emendi kollha ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 316

Dħul fis-seħħ ta' l-emendi

1. L-emendi għal din il-konvenzjoni, apparti minn dawk msemmija fil-paragrafu 5, għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Istati Partijiet li jirratifikaw jew li jissieħbu magħhom fit-30 jum li jsegwu d-depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni b'żewġ terzi ta' l-Istati Partijiet jew minn 60 Stati Partijiet, liema minnhom ikun l-akbar. Emendi bħal dawn m'għandhomx jaffettwaw it-tgawdija mill-Istati Partijiet l-oħrajn tad-drittijiet tagħhom jew tat-twettieq ta' l-obbligi tagħhom permezz ta' din il-Konvenzjoni.

2. Emenda tista tipprovdi li numru akbar ta' ratifiki jew adeżjonijiet ikunu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha milli minn dak meħtieġ b'dan l-Artikolu.

3. Għal kull Stat li jirratifika jew li jwettaq l-adeżjoni ma' din l-emenda msemmija fil-paragrafu 1 wara d-depożitu tan-numru meħtieġ ta' l-istrument tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum li jsegwu d-depożitu ta' l-istrument tiegħu tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni tagħha.

4. Stat li jkun sar parti ta' din il-Konvenzjoni wara d-dħul b'effett ta' emenda b'konformità mal-paragrafu 1 għandu, sakemm ma jkunx hemm espressjoni ta' intenzjoni differenti minn dak l-Istat:

(a) ikun meqjus bħala parti ta' din il-Konvenzjoni hekk kif emendata; u

(b) ikun meqjus bħala parti tal-Konvenzjoni mhux emendata b'relazzjoni ma' xi Stat Parti li ma jkunx marbut bl-emenda.

5. Xi emenda li tirrigwarda esklussivament l-attivitajiet fiż-żona u xi emenda għall-Anness VI għandha tidħol fis-seħħ għall-Istati Partijiet kollha fi żmien sena waħda wara d-depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika jew ta' l-adeżjoni minn tlieta minn erba ta' l-Istati Partijiet.

6. Stat li jkun sar parti ta' din il-Konvenzjoni wara d-dħul b'effett ta' emendi b'konformità mal-paragrafu 5 għandu jkun meqjus bħala parti ta' din il-Konvenzjoni hekk kif emendata.

Artikolu 317

Denunzja

1. Kwalunkwe Stat Parti jista, b'notifika bil-miktub indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jiddenunzja minn din il-Konvenzjoni u jista jindika r-raġunijiet għal dan. Nuqqas li jindika r-raġunijiet m'għandux jaffettwa l-validità tad-denunzja. Id-denunzja għandha jkollha effett sena waħda minn wara d-data tan-notifika, sakemm in-notifika ma tindikax data aktar tard.

2. L-Istat m'għandux ikunu rilaxxat minħabba d-denunzja mill-obbligazzjonijiet finanzjarji u kontrattwali li jkunu akkumulaw waqt li huwa jkun parti ta' din il-Konvenzjoni, l-anqas m'għandha d-denunzja taffettwa xi dritt, obbligu jew sitwazzjoni legali ta' dak l-Istat li tkun inħolqot permezz ta' l-eżekuzzjoni ta' din il-Konvenzjoni qabel it-terminazzjoni tagħha għal dak l-Istat.

3. Id-denunzja m'għandha bl-ebda mod taffettwa d-dover ta' xi Stat Parti milli jwettaq xi obbligi tiegħu kif inkorporati f'din il-Konvenzjoni li magħha huwa jkun suġġett permezz tal-liġi internazzjonali independentament minn din il-Konvenzjoni.

Artikolu 318

L-Istatus ta' l-Annessi

L-Annessi jifformaw parti ntegrali ma din il-Konvenzjoni u, sakemm ma jkunx ipprovdut espressament mod ieħor, referenza għal din il-Konvenzjoni jew għal waħda mill-partijiet tagħha, tinkludi referenza għall-Annesss li huma marbuta magħha.

Artikolu 319

Depositarju

1. Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkun id-depositarju ta' din il-Konvenzjoni u ta' l-emendi tagħha.

2. B'żieda mal-funzjonijiet tiegħu bħala depositarju, is-Segretarju-Ġenerali għandu:

(a) jirraporta lejn l-Istati Partijiet kollha, lejn l-Awtorità u lejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti dwar kwistjonijiet ta' natura ġenerali li jinqalgħu fir-rigward ta' din il-Konvenzjoni;

(b) jinnotifika lill-Awtorità rigward ir-ratifiki u l-konfermi formali ta' u l-adeżjonijiet ma din il-Konvenzjoni u l-emendi għaliha, kif ukoll bid-denunzji għal din il-Konvenzjoni;

(ċ) jinnotifika lill-Istati Partijiet dwar il-ftehim b'konformità ma' l-Artikolu 311(4);

(d) jiċċirkola l-emendi adottati b'konformità ma' din il-Konvenzjoni lill-Istati Partijiet għar-ratifika jew l-adeżjoni;

(e) isejjaħ il-laqgħat meħtieġa mill-Istati Partijiet b'konformità ma' din il-Konvenzjoni.

3. (a) Is-Segretarju-Ġenerali għandu wkoll jitrasmetti lejn l-osservaturi msemmija fl-Artikolu 156:

(i) ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 2(a);

(ii) in-notifiki msemmija fil-paragrafu 2(b) u (ċ); u

(iii) it-testi ta' l-emendi msemmija fil-paragrafu 2(d), għall-informazzjoni tagħhom.

(b) Is-Segretarju-Ġenerali għandu wkoll jistieden lill-dawk l-osservaturi sabiex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat ta' l-Istati Partijiet msemmija fil-paragrafu 2(e).

Artikolu 320

Testijiet awtentiċi

L-oriġinal ta' din il-Konvenzjoni, li tiegħu it-testi bl-Arbi, ċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu u l-Ispanjol huma ugwalment awtentiċi, għandu, bla ħsara għall-Artikolu 305(2), ikun iddepositat mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

B'xhieda ta' dan, aħna l-plenipotenzarji hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif meħtieġ dwar dan, iffirmajna din il-Konvenzjoni.

Magħmula fil-Bajja ta' Montego, dan l-għaxar jum ta' Diċembru, elf disa' mija u tnejn u tmenin.

--------------------------------------------------

Ftehim

dwar l-implimentazzjoni tal-Parti XI tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982

L-ISTATI LI HUMA PARTIJIET GĦAL DAN IL-FTEHIM,

JAGĦRFU l-kontribuzzjoni importanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982 (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa" il-Konvenzjoni') għaż-żamma tal-paċi, ġustizzja u progress għall-popli kollha tad-dinja,

ISOSTNU li l-qiegħ tal-baħar u l-qiegħ ta' l-oċean u s-sottoswol tagħhom, oltre l-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa" iż-żona), kif ukoll ir-riżorsi f'din iż-żona, huma wirt komuni ta' l-umanità,

KONXJI ta' l-importanza tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu u tat-tħassib dejjem jikber dwar l-ambjent dinji,

WARA LI IKKUNSIDRAW ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet informali bejn Stati, magħmula mill-1990 sa l-1994 dwar kwistjonijiet pendenti marbuta mal-Parti XI u dwar disposizzjonijiet relatati tal-Konvenzjoni (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa" Parti XI'),

JIEĦDU NOTA tal-bidliet politiċi u ekonomiċi, inklużi ideali indirizzati lejn is-suq, li jolqtu l-implimentazzjoni tal-Parti XI,

XEWQANA li jħaffu l-parteċipazzjoni universali fil-Konvenzjoni,

IQISU li ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Parti XI huwa l-aħjar mod biex jiksbu l-għan tagħhom,

FTEHMU kif ġej:

Artikolu 1

Implimentazzjoni tal-Parti XI

1. L-Istati li huma Partijiet għal dan il-Ftehim jintrabtu li jimplimentaw il-Parti XI skond dan il-Ftehim.

2. L-Anness huwa parti integrali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Relazzjoni bejn dan il-Ftehim u l-Parti XI

1. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u tal-Parti XI għandhom ikunu interpretati u applikati flimkien bħallikieku kienu strument wieħed. F'każ li jkun hemm xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u l-Parti XI, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jirbħu.

2. L-Artikoli 309 sa 319 tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw għal dan il-Ftehim bħal ma japplikaw għall-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Firma

Dan il-Ftehim għandu jibqa' miftuħ fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-iffirmar mill-Istati u mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 305(1)(a), (c), (d), (e) u (f) tal-Konvenzjoni, għal 12-il xahar mill-jum ta' l-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 4

Kunsens tar-rabta

1. Wara l-adozzjoni ta' dan il-Ftehim, kull strument ta' ratifika jew konferma formali ta' jew adeżjoni mal-Konvenzjoni għandhom jirrappreżentaw ukoll il-kunsens li jkunu marbuta b' dan il-Ftehim.

2. L-ebda Stat jew entità ma' jistgħu jistabbilixxu l-kunsens tagħhom li jintrabtu minn dan il-Ftehim jekk ma jkunux esprimew minn qabel jew jekk ma jesprimux fl-istess ħin il-kunsens tagħhom li jkunu marbuta mill-Konvenzjoni.

3. Stat jew entità imsemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jesprimu l-kunsens tagħhom li jkunu marbuta minn dan il-Ftehim permezz ta:

(a) firma li mhix suġġetta għal ratifika, konferma formali jew għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5;

(b) firma li hija suġġetta għal ratifika jew konferma formali u li tkun segwita minn ratifika jew konferma formali;

(c) firma li hija suġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5;

jew

(d) adeżjoni.

4. Konferma formali mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 305(1)(f) tal-Konvenzjoni għandha tkun skond l-Anness IX tal-Konvenzjoni.

5. L-istrumenti ta' ratifika, konferma formali jew adeżjoni għandhom ikunu iddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 5

Proċedura ssimplifikata

1. Stat jew entità li, qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' dan il-Ftehim, ikunu iddepożitaw strument ta' ratifika jew konferma formali ta' jew adeżjoni mal-Convention and which has signed this Agreement in accordance with Article 4(3)(c) għandhom jitqiesu bħallikieku esprimew il-kunsens tagħhom li jkunu marbuta minn dan il-Ftehim 12-il xahar wara d-data ta' l-adozzjoni tiegħu, sakemm dak l-Istat jew entità ma jinnotifikawx bil-miktub lid-depożitarju, qabel dik id-data, li mhux jew mhix ħa tagħmel użu mill-proċedura issimplifikata stabbilita f'dan l-Artikolu.

2. F'każ li ssir notifika bħal din, il-kunsens biex ikunu marbuta minn dan il-Ftehim għandu jkun espress skond l-Artikolu 4(3)(b).

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 30 jum wara l-jum li fih 40 Stat ikunu esprimew l-kunsens tagħhom li jkunu marbuta skond l-Artikoli 4 u 5, bil-kondizzjoni iżda li dawn l-Istati jkunu jinkludu ta' l-anqas sebgħa mill-Istati msemmija fil-paragrafu 1(a) tar-Riżoluzzjoni II tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa" ir-Riżoluzzjoni II') u li ta' l-anqas ħamsa minn dawk l-Istati jkunu Stati żviluppati. Jekk dawn il-kondizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ ikunu sodisfatti qabel is-16 ta' Novembru 1994, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta' Novembru 1994.

2. Fir-rigward ta' kull Stat jew entità li jesprimu l-kunsens tagħhom li jkunu marbuta minn dan il-Ftehim wara li l-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jkunu sodisfatti, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 30 jum wara d-data ta' l-espressjoni tal-kunsens li jkunu marbuta.

Artikolu 7

Applikazzjoni provviżorja

1. Jekk, sas-16 ta' Novembru 1994, dan il-Fttehim ma jkunx daħal fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu, sakemm jiddaħħal fis-seħħ, ikun applikat b'mod provviżorju minn:

(a) Stati li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-adozzjoni tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, minbarra dawk l-Istati li minkejja li jkunu taw il-kunsens tagħhom b'dan il-mod, qabel is-16 ta' Novembru 1994, jinnotifikaw bil-miktub lid-depożitarju li mhux ħa japplikaw dan il-Ftehim b'mod provviżorju jew li huma ħa jagħtu l-kunsens tagħhom għall-applikazzjoni provviżorja biss meta jiffirmaw jew meta jagħmlu notifika bil-miktub;

(b) Stati u entitajiet li jiffirmaw dan il-Ftehim, minbarra dawk l-Istati jew entitajiet li minkejja li iffirmaw jinnotifikaw bil-miktub lid-depożitarju meta jiffirmaw li mhumiex ħa japplikaw dan il-Ftehim b'mod provviżorju;

(ċ) Stati u entitajiet li jagħtu l-kunsens tagħhom li dan il-Ftehim jkun applikat b'mod provviżorju billi jinnotifikaw bil-miktub lid-depożitarju;

(d) Stati li jiffirmaw dan il-Ftehim.

2. Dawn l-Istati u l-entitajiet kollha għandhom japplikaw dan il-Ftehim b'mod provviżorju skond il-liġijiet u regolamenti nazzjonali jew interni tagħhom, b'effett mis-16 ta' Novembru 1994 jew mid-data tal-firma, notifika tal-kunsens jew adeżjoni, jekk din tkun aktar tard.

3. L-applikazzjoni b'mod provviżorju għandha tintemm fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni provviżorja għandha tintemm fis-16 ta' Novembru 1998 jekk sa dak il-jum il-ħtieġa fl-Artikolu 6(1) li jkun hemm il-kunsens tar-rabta minn dan il-Ftehim minn ta' l-anqas sebgħa mill-Istati (li minnhom ta' l-anqas ħamsa jridu jkunu Stati żviluppati) imsemmija fil-paragrafu 1(a) tar-Riżoluzzjoni II, ma tkunx sodisfatta.

Artikolu 8

Stati li huma Partijiet

1. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, "Stati li huma Partijiet" tfisser Stati li jkunu taw il-kunsens tagħhom li jkunu marbuta minn dan il-Ftehim u li fir-rigward tagħhom huwa fis-seħħ dan il-Ftehim.

2. Dan il-Ftehim japplika, mutatis mutandis, għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 305(1)(c), (d), (e) u (f) tal-Konvenzjoni li saru partijiet għal dan il-Ftehim skond il-kondizzjonijiet li japplikaw għal kull waħda minnhom. Għaldaqstant, u sa dak il-limitu, "Stati li huma Partijiet" tirreferi wkoll għal dawn l-entitajiet.

Artikolu 9

Depożitarju

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Testi awtentiċi

L-oriġinali ta' dan il-Ftehim, redatt fl-ilsna Għarbi, Ċiniż, Ingliż, Franċiż, Russu u Spanjol, is-sitt testi bl-istess awtentiċità, għandu jkun iddepożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

B'xhieda ta' dan, il-plenipotenzarji hawn taħt iffirmati, li huma awtorizzati biex jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi New York, illum it-28 jum ta' Lulju, elf disa'mija u erbgħa u disgħin.

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-ISTRUMENT TAL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-KONFERMA FORMALI

Il-Komunità Ewropea tippreżenta l-awguri tagħha lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u għandha l-unur li tiddepożita l-istrument tagħha tal-konferma formali tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-28 ta' Lulju 1994 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Parti XI tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Diċembru 1982 tal-Liġi tal-Baħar.

Bid-depożitu ta' dan l-istrument, il-Komunità għandha l-unur li tiddikjara l-aċċettazzjoni tagħha, fir-rigward tal-materji li dwarhom il-kompetenza ġiet ittrasferita lilha minn dawk l-Istati Membri tagħha li huma partijiet tal-Konvenzjoni, tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti għall-Istati fil-Konvenzjoni u l-Ftehim. Id-dikjarazzjoni li tikkonċerna l-kompetenza li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5(1) ta' l-Anness IX tal-Konvenzjoni hija mhemuża hawnhekk.

Il-Komunità tixtieq ukoll tiddikjara, b'konformità ma l-Artikolu 310 tal-Konvenzjoni, l-oġġezzjoni tagħha għal xi dikjarazzjoni jew posizzjoni li teskludi jew li temenda l-iskop legali tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u partikolarment dawk li jirrigwardaw l-attivitajiet tas-sajd. Il-Komunità ma tikkunsidrax il-Konvenzjoni bħala li tirrikonoxxi d-drittijiet jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati kostali rigward l-esplojtazzjoni, il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi tal-ħut apparti milli l-ispeċje sedentarji il-barra miż-żona ekonomika esklussiva.

Il-Komunità tirridserva d-dritt li tagħmel dikjarazzjonijiet sussegwenti fir-rigward tal-Konvenzjoni u tal-Ftehim u b'reazzjoni ta' dikjarazzjonijiet u posizzjonijiet futuri.

Il-Komunità tieħu din l-apportunità li tistqarr mill-ġdid lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti l-assigurazzjoni ta' l-għola kunsiderazzjoni tagħha.

--------------------------------------------------

ANNEX III

IL-MANDAT TAL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR IL-LIĠI TAL-BAĦAR

Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi tal-Baħar jitratta l-eżami kontinwu tas-suġġetti li jirrigwardaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li daħlet fis-seħħ fis-16 ta' Novembru 1994. Ix-xogħol tiegħu ħejja t-triq għad-diskussjonijiet tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u b'hekk jikontribwixxi fil-preparazzjoni tal-politika tal-Komunità fiż-żoni ta' relevanza għal-Liġi tal-Baħar. Fil-preparazzjoni għal-laqgħat tal-Kunsill, dana jipprovdi lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (u, meta relevanti, il-Kumitat Politiku) bl-opinjonijiet dwar il-kompatibilità ta' tali politika mal-liġi internazzjonali, u partikolarment il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, jew fuq it-talba ta' dak il-Kumitat jew inkella bl-inizjattiva tiegħu stess.

Il-mandat tal-Grupp ta' Ħidma jinvolvi:

1. il-preparazzjoni tad-Deċisjoni tal-Kunsill li kkonkludiet il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim relatati ma l-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha;

2. il-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 5(1) u (4) ta' l-Anness IX tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

3. il-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 287 u 310 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

4. il-preparazzjoni, dwar l-aspetti fi ħdan il-kompetenza tal-Komunità, ta' l-abbozzi tal-posizzjonijiet tal-Komunità fi ħdan korpi stabbiliti permezz tal-Konvenzjoni;

5. il-kordinazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha fl-Awtorità Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar u l-korpi tagħha, u konsultazzjonijiet bil-għan ta' l-abbozzar ta' posizzjonijiet komuni dwar l-aspetti ta' interess ġenerali li jidħlu fl-istrateġija estera u tas-sigurtà komuni (CFSP/SESK);

6. l-abbozzar tal-posizzjonijiet komuni dwar l-aspetti tal-politika estera ta' interess ġenerali li tikkonċerna l-iżvilupp tal-Liġi tal-Baħar u r-riperkussjonijiet tagħha fuq il-politika estera ta' l-Unjoni Ewropea;

7. l-eżami tal-konsistenza ta' proġetti u proposti ippreżentati lejn il-Kunsill bil-liġi internazzjonali li tikkonċerna il-liġi tal-baħar, u partikolarment il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

Il-Posizzjonijiet dwar kwistjonijiet fi ħdan il-kompetenza tal-Komunità huma adottati bi proċedura normali.

Il-kwistjonijiet li jidħlu fi ħdan il-politika estera ta' l-Unjoni Ewropea huma rregolati bit-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------

Top