EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21996D1114(02)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 li temenda l-Anness XVIII (Saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol, liġi tax-xogħol u trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) għall-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 291, 14.11.1996, p. 32–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 002 P. 76 - 76
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 055 P. 134 - 134
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 055 P. 134 - 134
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 031 P. 40 - 40

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/42(2)/oj

21996D1114(02)



Official Journal L 291 , 14/11/1996 P. 0032 - 0032


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 42/96

tat-28 ta' Ġunju 1996

li temenda l-Anness XVIII (Saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol, liġi tax-xogħol u trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XVIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/96 tas-26 ta' April 1996 [1],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KEE tat-23 ta' Novembru 1993 dwar ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni ta' ħin tax-xogħol [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 27 (Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE) fl-Anness XVIII għall-Ftehim:

"28. 393 L 0104: Id-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KEE tat-23 ta' Novembru 1993 dwar ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni ta' ħin tax-xogħol (ĠU L 307, tat-13.12.1993, p. 18)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjoni tal-lingwa rispettiva ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Diċembru 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 186, tat-25.7.1996, p. 82.

[2] ĠU L 307, tat-13.12.1993, p. 18.

--------------------------------------------------

Top