EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21991A0204(01)
International Agreement on Jute and Jute Products, 1989
Ftehim internazzjonali dwar ġuta u prodotti ta' ġuta, 1989
Ftehim internazzjonali dwar ġuta u prodotti ta' ġuta, 1989
OJ L 29, 4.2.1991, p. 4–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 016 P. 195 - OP_DATPRO
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 016 P. 195 - OP_DATPRO
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 017 P. 244 - 259
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 006 P. 186 - 201
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 006 P. 186 - 201
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 036 P. 42 - 56
No longer in force, Date of end of validity: 11/04/2000
Official Journal L 029 , 04/02/1991 P. 0004 - 0018
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0195
Ftehim internazzjonali dwar ġuta u prodotti ta' ġuta, 1989 PREAMBOLU IL-PARTIJIET GĦAL DAN IL-FTEHIM, FILWAQT LI JIRRIEVOKAW id-dikjarazzjoni u l-programm ta' azzjoni dwar l-istabbiliment ta' ordni ekonomiku internazzjonali ġdid [1] , FILWAQT LI JIRRIEVOKAW ir-riżoluzzjonijiet 93 (VI) , 124 (V) u 155 (VI) dwar il-programm integrat għal komoditajiet adottat mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kummerċ u Żvilupp fir-raba', ħames u sitt sessjoni tagħha, u l-Kapitolu II, Taqsima B ta' l-Att Finali tal-UNCTAD VII, FILWAQT LI JIRRIEVOKAW iktar il-programm ta' azzjoni ġdid sustanzjali għas-snin 1980 għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, u b'mod prtikolari il-paragrafu 82 tiegħu [2] , FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-ġuta u prodotti tal-ġuta fl-ekonomiji ta' ħafna pajjiżi esportaturi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-koperazzjoni internazzjonali stretta biex isibu soluzzjonijiet għall-problemi li jiffaċċjaw din il-komodita għandha tmexxi ‘l quddiem l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi esportaturi u ssaħħaħ il-koperazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi esportaturi u importaturi, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-kontribuzzjoni sinifikanti mogħtija mill-Ftehim Internazzjonali dwar il-Ġuta u Prodotti tal-Ġuta, 1982, lejn koperazzjoni tali bejn pajjiżi esportaturi u importaturi, FTIEHMU DAN LI ĠEJ: IL-KAPITOLU I GĦANIJIET Artikolu 1 Għanijiet 1. Għall-benefiċċju kemm tal-membri esportaturi kif ukoll importaturi, u bil-ħsieb li jinkisbu l-għanijiet relevanti adottati mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kummerċ u Żvilupp fir-riżoluzzjonijiet tagħha 93 (IV) , 124 (V) u 155 (VI) dwar il-Programm Integrat għal Komoditajiet filwaqt li jqisu r-riżoluzzjoni tagħha 98 (IV) u Kapitolu II, Taqsima B ta' l-Att Finali tal-UNCTAD VII, l-għanijiet tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Ġuta u Prodotti tal-Ġuta, 1989 (hawn iżjed "il quddiem issir referenza għalih bħala" dan il-Ftehim') għandhom ikunu: (a) li jipprovdi qafas effettiv għal koperazzjoni u konsultazzjoni bejn il-membri esportaturi u importaturi fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' l-ekonomija tal-ġuta; (b) li jippromwovi l-espanzjoni u diversifikazzjoni tal-kummerċ internazzjonali f'ġuta u prodotti tal-ġuta; (ċ) li jtejjeb il-kondizzjonijiet strutturali fis-suq tal-ġuta; (d) li jagħti lill-aspetti ambjentali konsiderazzjoni dovuta f'attivitajiet ta' l-Organizzazzjoni, b'mod partikolari billi joħloq għarfien ta' l-effetti benefiċi ta' l-użu tal-ġuta bħala prodott naturali; (e) li jżid il-kompetittivita tal-ġuta u prodotti tal-ġuta; (f) li jżomm u jkabbar is-swieq eżistenti kif ukoll jiżviluppa swieq ġodda għall-ġuta u prodotti tal-ġuta; (g) li jtejjeb l-informazzjoni dwar is-suq bil-ħsieb li jiżgura trasparenza ikbar fis-suq internazzjonali tal-ġuta; (h) li jiżviluppa użijiet aħħarin ġodda tal-ġuta inklużi prodotti tal-ġuta ġodda bil-ħsieb li tikber id-domanda għall-ġuta; (i) li jinkoraġġixxi pproċessar iżjed u iktar tal-ġuta u prodotti tal-ġuta kemm fil-pajjiżi importaturi kif ukoll esportaturi; (j) li jiżviluppa l-produzzjoni tal-ġuta bil-ħsieb li jtejjeb, inter alia, l-unita tar-redditu tagħha u l-kwalità tagħha għall-benefiċċju tal-pajjiżi importaturi u esportaturi; (k) li jiżviluppa l-produzzjoni ta' prodotti tal-ġuta bil-ħsieb li jtejjeb, inter alia, il-kwalità tagħhom u jnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni; (l) li jiżviluppa l-produzzjoni, esportazzjoni u importazzjoni tal-ġuta u prodotti tal-ġuta fir-rigward ta' kwantita biex ir-rekwiżiti tad-domanda u fornitura dinjija jkunu ssodisfatti. 2. L-għanijiet li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ssodisfatti, b'mod partikolari, permezz ta': (a) proġetti ta' riċerka u żvilupp, promozzjoni tas-suq u tnaqqis ta' spejjeż, inklużi riżorsi umani ta' żvilupp; (b) kollazzjoni u tixrid ta' informazzjoni, inkluża informazzjoni tas-suq, konnessa ma' ġuta u prodotti tal-ġuta; (ċ) konsiderazzjoni ta' kwistjonijiet importanti dwar ġuta u prodotti tal-ġuta, bħall-kwistjonijiet ta' stabbilizzazzjoni ta' prezzijiet u fornituri u ta' kompetizzjoni ma' sintetiċi u sostituti; (d) li jsiru studji ta' tendenzi fil-problemi ta' terminu qasir u ta' terminu twil ta' l-ekonimija dinjija tal-ġuta. IL-KAPITOLU II DEFINIZZJONIJIET Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim: 1. "ġuta" tfisser ġuta naturali, kenaf u fibri assoċjati oħra, inklużi Urena lobata, Abutilon avicennae i Cephalonema polyandrum; 2. "prodotti tal-ġuta" tfisser prodotti magħmula interament jew kważi interament mill-ġuta, jew prodotti li l-akbar komponent tagħhom bil-piż ikun ġuta; 3. "membru" tfisser gvern jew organizzazzjoni intergovermentali kif jipprovdi l-Artikolu 5 li jkun ikkonsenta/tkun ikkonsentat tintrabat b'dan il-Ftehim b'mod provviżorju jew definittiv; 4. "membru esportatur" tfisser membru li l-esportazzjonijiet ta' ġuta u prodotti tal-ġuta tiegħu jeċċedu l-importazzjonijiet ta' ġuta u prodotti tal-ġuta tiegħu u li jkun iddikjara lilu nnifsu li huwa membru esportatur; 5. "membru importatur" tfisser membru li l-importazzjonijiet tal-ġuta u prodotti tal-ġuta tiegħu jeċċedu l-esportazzjonijiet tal-ġuta u prodotti tal-ġuta tiegħu u li jkun iddikjara lilu nnfisu li huwa membru importatur; 6. "Organizzazzjoni" tfisser l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Ġuta li jirreferi għaliha l-Artikolu 3; 7. "Kunsill" tfisser il-Kunsill Internazzjonali tal-Ġuta stabbilit skond l-Artikolu 6; 8. "vot speċjali" tfisser vot li jirrikjedi għall-inqas żewġ terzi tal-voti mitfugħa minn membri esportaturi preżenti u jivvotaw u għall-inqas żewġ terzi tal-voti mitfugħa minn membri importaturi preżenti u jivvotaw, magħduda separatament, bil-kondizzjoni li dawn il-voti jintefgħu minn maġġoranza ta' membri esportaturi u għall-inqas erba' membri importaturi preżenti u jivvotaw; 9. "Vot ta' maġġoranza sempliċi ddistribwita" tfisser vot li jirrikjedi iktar min-nofs tat-total tal-voti tal-membri esportaturi preżenti u jivvotaw u iktar min-nofs tat-total ta' voti ta' membri importaturi preżenti u jivvotaw magħduda separatament. Il-voti rekwiżiti għal membri esportaturi għandhom jintefgħu minn maġġoranza ta' membri esportaturi preżenti u jivvotaw; 10. "Sena finanzjarja" tfisser il-perjodu 1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju inkluż; 11. "sena tal-ġuta" tfisser il-perjodu 1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju inkluż; 12. "gvern ospiti" tfisser il-gvern tal-pajjiż li l-uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni huwa llokat; 13. "esportazzjonijiet tal-ġuta" jew "esportazzjonijiet ta' prodotti tal-ġuta" tfisser kull ġuta jew prodotti tal-ġuta li jħallu t-territorju doganali ta' kull membru; u "importazzjonijiet tal-ġuta" jew "importazzjonijiet ta' prodotti tal-ġuta" tfisser kull ġuta jew prodotti tal-ġuta li jidħlu fit-territorju doganali ta' kull membru, sakemm, għall-finijiet ta' dawn id-definizzjonijiet, territorju doganali għandu, fil-każ ta' membru li jikkomprendi iktar minn territorju doganali wieħed, jitqies li jirreferi għat-territorji doganali kkombinati ta' dak il-membru; u 14. "munita użabbli b'mod liberu" tfisser il-mark Ġermaniż, il-frank Franċiż, il-yen Ġappuniż, il-lira sterlina, id-dollaru ta' l-Istati Uniti u kull munita oħra li minn żmien għal żmien kienet indikata minn organizzazzjoni monetarja internazzjonali kompetenti bħala li hija fil-fatt użata biex isiru pagamenti għal transazzjonijiet internazzjonali u kkummerċjata b'mod wiesa' fis-swieq prinċipali tal-kambju. IL-KAPITOLU III ORGANIZZAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI Artikolu 3 Uffiċċju prinċipali, struttura u kontinwazzjoni ta' l- Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Ġuta1. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Ġuta, stabbilita taħt il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Ġuta u prodotti tal-Ġuta, 1982, għandu jissokta jeżisti għall-għan biex jamministra d-disposizzjonijiet u jissorvelja l-operat ta' dan il-Ftehim. 2. L-Organizzazzjoni għandha tiffunzjona permezz tal-Kunsill Internazzjonali tal-Ġuta u l-Kumitat dwar Proġetti bħala korpi permanenti, u d-Direttur Eżekuttiv u l-istaff. Il-Kunsill jista', b'vot speċjali, jistabbilixxi għal għanijiet speċifiċi kumitati u gruppi tax-xogħol b'termini ta' referenza speċifiċi. 3. L-Uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni għandu jkun f'Dhaka, Bangladesh. 4. L-Uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni għandu jkun dejjem fit-territorju ta' membru. Artikolu 4 Sħubija fl-Organizzazzjoni 1. Għandu jkun hemm żewġ kategoriji ta' sħubija fl-Organizzazzjoni, jiġifieri: (a) li tesporta; u (b) li timporta. 2. Membru jista' jbiddel il-kategorija tas-sħubija tiegħu b'kondizzjonijiet tali kif il-Kunsill għandu jistabbilixxi. Artikolu 5 Sħubija minn organizzazzjonijiet intergovernamentali 1. Kull referenza f'dan il-Ftehim għal "gvernijiet" għandha tkun interpretata bħala li tinkludi l-Komunità Ekonomika Ewropea u kull organizzazzjoni intergovernamentali oħra li għandha responsabbilitajiet fir-rigward tan-negozjati, konklużjoni jew applikazzjoni ta' ftehim internazzjonali, b'mod partikolari ftehim dwar komodita. F'dan is-sens, kull referenza f'dan il-Ftehim għal firma, ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew għal notifika ta' applikazzjoni provviżorja, jew ta' adeżjoni għandha, fil-każ ta' organizzazzjonijiet intergovernamentali tali, tkun interpretata bħala li tinkludi referenza għal firma, ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew għal notifika ta' applikazzjoni provviżorja, jew ta' adeżjoni, minn organizzazzjonijiet intergovernamentali tali. 2. Fil-każ ta' vvotar fuq materji fil-kompetenza tagħhom, organizzazzjonijiet intergovernamentali tali għandhom jivvotaw b'numru ta' voti ugwali għan-numru totali ta' voti li jista' jkun attribwit lill-Istati membri tagħhom skond l-Artikolu 10. F'dawn il-każijiet, l-Istati membri ta' organizzazzjonijiet intergovernamentali tali m'għandhomx ikunu intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet individwali ta' vvotar tagħhom. IL-KAPITOLU IV KUNSILL INTERNAZZJONALI TAL-ĠUTA Artikolu 6 Komposizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Ġuta 1. L-ogħla awtorità ta' l-Organizzazzjoni għandha tkun il-Kunsill Internazzjonali tal-Ġuta, li għandu jikkonsisti mill-membri kollha ta' l-Organizzazzjoni. 2. Kull membru għandu jkun irrappreżentat fil-Kunsill minn delegat wieħed, u jista' jaħtar alterni (sostituti) u konsulenti biex jattendu sessjonijiet tal-Kunsill. 3. Delegat altern (sostitut) għandu jingħata s-setgħa li jaġixxi u jivvota f'isem id-delegat matul l-assenza ta' dan ta' l-aħħar jew f'ċirkostanzi speċjali. Artikolu 7 Setgħat u funzjonijiet tal-Kunsill 1. Il-Kunsill għandu jeżerċita is-setgħat kollha tali u jwettaq jew jorganizza t-twettiq tal-funzjonijiet kollha tali kif ikunu meħtieġa biex jeżegwixxi d-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. 2. Il-Kunsill għandu, b'vot speċjali, jadotta regoli u regolamenti tali kif ikunu meħtieġa biex jeżegwixxi d-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u jkunu konsistenti miegħu, inklużi r-regoli interni tiegħu proprji u r-regolamenti finanzjarji u ta' l-istaff ta' l-Organizzazzjoni. Regoli u regolamenti finanzjarji tali għandhom jirregolaw, inter alia, id-dħul u l-ħruġ ta' fondi fil-kontijiet amministrattivi u speċjali. Il-Kunsill jista', fir-regoli interni tiegħu, jipprovdi għal proċedura li biha jkun jista', mingħajr laqgħa, jiddeċiedi kwistjonijiet speċifiċi. 3. Il-Kunsill għandu jżomm reġistri tali għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan il-Ftehim. Artikolu 8 President u viċi-President tal-Kunsill 1. Il-Kunsill għandu jeleġġi għal kull sena tal-ġuta president u viċi-president, li m'għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. 2. Il-president u l-viċi-president għandhom ikunu eletti, wieħed minn fost ir-rappreżentanti tal-membri esportaturi u l-ieħor minn fost ir-rappreżentanti tal-membri importaturi. Dawn l-uffiċċji għandhom jalternaw kull sena bejn iż-żewġ kategoriji ta' membri, sakemm, madankollu, dan ma jipprojbixxix l-elezzjoni mill-ġdid ta' wieħed minnhom jew it-tnejn, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, b'vot speċjali tal-Kunsill. 3. Fl-assenza temporanja tal-president, il-viċi-president għandu jaġixxi minfloku. Fl-assenza temporanja kemm tal-president kif ukoll tal-viċi-president jew fl-assenza permanenti ta' wieħed jew it-tnejn minnhom, il-Kunsill jista' jeleġġi uffiċjali ġodda minn fost ir-rappreżentanti tal-membri esportaturi u/jew minn fost ir-rappreżentanti tal-membri importaturi, skond kif ikun il-każ, fuq bażi temporanja jew permanenti. Artikolu 9 Sessjonijiet tal-Kunsill 1. Blala regola ġenerali, il-Kunsill għandu jagħmel sessjoni regolari waħda f'kull nofs tas-sena tal-ġuta. 2. Il-Kunsill għandu jiltaqa' f'sessjoni speċjali kull meta jiddeċiedi hekk jew fuq it-talba ta': (a) id-Direttur Eżekuttiv, bi qbil mal-president tal-Kunsill; jew (b) maġġoranza ta' membri esportaturi jew maġġoranza ta' membri importaturi; jew (ċ) membri li għandhom għall-inqas 500 vot. 3. Sessjonijiet tal-Kunsill għandhom isiru fl-uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni ħlief jekk il-Kunsill, b'vot speċjali, jiddeċiedi mod ieħor. Jekk wara stedina ta' xi membru l-Kunsill jiltaqa' xi mkien ieħor barra l-uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni, dak il-membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali talli l-laqgħa tkun saret barra l-uffiċċju prinċipali u jagħti privileġġi u immunitajiet komparabbli għal dawk ipprovdi għal konferenzi internazzjonali simili. 4. Avviż ta' kull sessjoni u l-agenda, flimkien ma' dokumentazzjoni msemmija fiha, għas-sessjoni għandhom ikunu kkomunikati lill-membri mid-Direttur Eżekuttiv għall-inqas 30 jum minn qabel, ħlief f'każijiet ta' emerġenza meta avviż għandu jkun ikkomunikat għall-inqas sebat ijiem minn qabel. Artikolu 10 Distribuzzjoni tal-voti 1. Il-membri esportaturi għandhom flimkien ikollhom 1000 vot u membri importaturi għandhom flimkien ikollhom 1000 vot. 2. Il-voti tal-membri esportaturi għandhom ikunu ddistribwiti kif ġej: 150 vot għandhom ikunu diviżi ugwalment fost il-membri esportaturi kollha sa' l-eqreb vot sħiħ għal kull membru; il-voti li jibqgħu għandhom ikunu ddistribwiti fi proporzjoni tal-volum medju ta' l-esportazzjonijiet netti ta' ġuta u prodotti tal-ġuta tagħhom matul it-tliet snin tal-ġuta preċedenti, sakemm in-numru massimu ta' voti ta' kull membru esportatur jeċċedi l-450. Il-voti li jifdal ‘il fuq mill-massimu għandhom ikunu ddistribwiti lill-membri esportaturi kollha li jkollhom inqas minn 250 vot individwalment, fi proporzjoni ta' l-ishma tal-kummerċ tagħhom. 3. Il-voti ta' membri importaturi għandhom ikunu ddistribwiti kif ġej: kull membru importatur għandu jkollu sa' ħames voti inizjali sakemm it-total tal-voti inizjali ma jeċċedix il-150. Il-voti li jibqa' għandhom ikunu importazzjonijiet netti rispettivi ta' ġuta u prodotti tal-ġuta matul il-perjodu ta' tliet snin li jibda erba' snin kalendarji qabel id-distribuzzjoni tal-voti. 4. Il-Kunsill għandu jiddistribwixxi l-voti ta' kull sena finanzjarja fil-bidu ta' l-ewwel sessjoni ta' dik is-sena skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Distribuzzjoni tali għandha tibqa' fis-seħħ għall-bqija ta' dik is-sena, ħlief kif jipprovdi l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. 5. Kull meta s-sħubija ta' l-Organizzazzjoni tinbidel jew meta xi membru jkollu d-drittijiet ta' vvotar tiegħu sospiżi jew restitwiti taħt xi disposizzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jiddistribwixxi mill-ġdid il-voti ġewwa l-kategorija jew kategoriji ta' membri milquta skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi d-data li fiha d-distribuzzjoni mill-ġdid ta' voti għandha tidħol fis-seħħ. 6. M'għandux ikun hemm voti frazzjonali. 7. Biex tasal (tqarreb) għall-eqreb vot sħiħ, kull frazzjoni ta' inqas minn 0,5 għandha titnaqqas u frazzjoni ta' iktar minn jew ugwali għal 0,5 għandha tiżdied. Artikolu 11 Proċedura ta' vvotar fil-Kunsill 1. Kull membru għandu jkun intitolat jitfa' n-numru ta' voti li għandu u ebda membru ma jkun intitolat jiddividi l-voti tiegħu. Membru jista', madankollu, jitfa' b'mod differenti minn voti tali kull voti li huwa awtorizzat jitfa' taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. 2. B'notifika bil-miktub lill-president tal-Kunsill, kull membru esportatur jista' jawtorizza kull membru esportatur ieħor, u kull membru importatur jista' jawtorizza kull membru importatur ieħor, biex jirrappreżenta l-interessi tiegħu u jitfa' l-voti tiegħu f'kull laqgħa jew sessjoni tal-Kunsill. 3. Membru awtorizzat minn membru ieħor biex jitfa' l-voti li għandu l-membru li jawtorizza taħt l-Artikolu 10 għandu jitfa' l-voti tali skond l-istruzzjonijiet tal-membru li jawtorizza. 4. Meta jastjeni, membru għandu jitqies li ma tefax il-voti tiegħu. Artikolu 12 Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill 1. Il-Kunsill għandu jagħmel sforz biex jieħu d-deċiżjonijiet, u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet kollha, b'konsensus. Jekk konsensus ma jintlaħaqx, id-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill għandħom jittieħdu, u r-rakkomandazzjonijiet kollha għandhom jintgħamlu, b'vot b'maġġoranza sempliċi ddistribwita, ħlief jekk dan il-Ftehim jipprovdi għal b'vot speċjali. 2. Fejn il-membru jipprofitta ruħu mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(2) u l-voti tiegħu jintefgħu f'laqgħa tal-Kunsill, membru tali għandu, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jitqies bħala preżenti u vvota. 3. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kunsill għandhom ikunu konsistenti mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Artikolu 13 Quorum għall-Kunsill 1. Il-quorum għal kull laqgħa tal-Kunsill għandha tkun il-preżenza ta' maġġoranza ta' membri esportaturi u maġġoranza ta' membri importaturi, sakemm membri tali jkollhom għall-inqas żewġ terzi tal-voti totali fil-kategoriji rispettivi tagħhom. 2. Jekk m'hemmx quorum skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-jum stabbilit għal-laqgħa u għall-jum ta' wara, il-quorum fit-tielet jum u wara għandha tkun il-preżenza ta' maġġoranza ta' membri esportaturi u maġġoranza ta' membri importaturi, sakemm membri tali jkollhom maġġoranza tal-voti totali fil-kategoriji rispettivi tagħhom. 3. Rappreżentanza skond l-Artikolu 11(2) , għandha titqies bħala preżenza. Artikolu 14 Koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet oħra 1. Il-Kunsill għandu jagħmel l-arranġamenti kollha li jkunu xierqa għal konsultazzjoni u koperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji speċjalizzati tagħha bħall-Organizzazzjoni dwar l-Ikel u l-Agrikultura tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni dwar l-Iżvilupp Industrijali tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-korpi sussidjarji tagħha bħall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kummerċ u Żvilupp, il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, Iċ-Ċentru Internazzjonali tal-Kummerċ, il-UNCTAD/GATT u l-Programm dwar l-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti, u ma' organizzazzjonijiet intergovernamentali u non-governamentali oħra kif ikun xieraq. 2. L-Organizzazzjoni għandha, sal-punt massimu possibbli, tutilizza l-faċilitajiet, is-servizzi u l-kompetenza tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tkun evitata dupplikazzjoni ta' sforzi fil-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim u jitjiebu l-komplimentarita u l-effiċjenza ta' l-attivitajiet tiegħu. 3. Il-Kunsill, filwaqt li jżomm f'rasu l-parti partikolari tal-UNCTAD fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali f'komoditajiet, għandu kif xieraq, iżomm dik l-organizzazzjoni informata bl-attivitajiet u l-programm tax-xogħol tiegħu. Artikolu 15 Ammissjoni ta' osservaturi Il-Kunsill jista' jistieden kull pajjiż mhux membru jew kull organizzazzjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 14 li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ internazzjonali tal-ġuta jew ma' l-industrija tal-ġuta biex jattendu bħala osservaturi kull waħda li jridu mill-laqgħat tal-Kunsill. Artikolu 16 Direttur Eżekuttiv u staff 1. Il-Kunsill għandu, b'vot speċjali, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. 2. It-termini u kondizzjonijiet tal-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu ddeterminati taħt ir-regoli interjuri tal-Kunsill. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun l-uffiċjal amministrattiv prinċipali ta' l-Organizzazzjoni u għandu jkun responsabbli lejn il-Kunsill għall-amministrazzjoni u operat ta' dan il-Ftehim skond id-deċiżjonijiet tal-Kunsill. 4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar l-istaff skond ir-regolamenti stabbiliti mill-Kunsill. Il-Kunsill għandu, b'vot speċjali, jiddeċiedi fuq in-numru ta' staff ta' servizz eżekuttiv, professjonali u ġenerali li l-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar. Kull bidliet fin-numru ta' postijiet għandha tkun deċiża mill-Kunnsill b'vot speċjalih. L-istaff għandu jkun responsabbli lejn id-Direttur Eżekuttiv. 5. La d-Direttur Eżekuttiv lanqas xi membru ta' l-istaff m'għandu jkollu xi interess finanzjarju fl-industrija jew fil-kummerċ tal-ġuta, jew f'attivitajiet kummerċjali assoċjati. 6. Fit twettiq ta' dmirijiethom, id-Direttur Eżekuttiv u staff ieħor m'għandhomx ifittxu (jitolbu) jew jirċievu struzzjonijiet minn xi membru jew awtorità oħra esterna għall-Organizzazzjoni. Għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li tista' tirrifletti fuq il-posizzjoni tagħhom bħala uffiċjali internazzjonali responsabbili fl-aħħar mill-aħħar lejn il-Kunsill. Kull membru għandu jirrispetta l-karattru internazzjonali b'mod eżekuttiv tad-Direttur Eżekuttiv u staff ieħor u m'għandux ifittex li jinfluwenzhom fit-twettiq tar-responsabbilita tagħhom. IL-KAPITOLU V PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET Artikolu 17 Privileġġi u immunitajiet 1. L-organizzazzjoni għandu jkollha personalita legali. Għandu b'mod partikolari jkollha l-kapaċita li tikkuntrattja, li tikseb u tiddisponi minn proprjeta mobbli u immobbli u li tistitwixxi proċeduri ġudizzjarji. 2. L-Organizzazzjoni għandha tissokta topera taħt l-Ftehim dwar Uffiċċju Prinċipali mal-gvern ospiti (li huwa l-Gvern tal-Bangladesh, fejn qiegħed bħalissa l-uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni) . Il-Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali mal-gvern ospiti għandhu x'jaqsam ma' kwistjonijiet bħal status, privileġġi u immunitajiet ta' l-Organizzazzjoni, tad-Direttur Eżekuttiv tagħha, l-istaff u l-esperti tagħha, u delegazzjonijiet tal-membri, li huma raġonevolment meħtieġa għall-għan li taqdi l-funzjonijiet tagħha. 3. Jekk l-uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni jittieħed f'pajjiż ieħor li jkun membru ta' l-Organizzazzjoni, dak il-membru għandu, kemm jista' jkun malajr, jikkonkludi ma' l-Organizzazzjoni ftehim dwar uffiċċju prinċipali li għandu jkun approvat mill-Kunsill. 4. Sakemm ikun konkluż il-ftehim dwar uffiċju prinċipali li jirreferi għalih il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Organizzazzjoni għandha titlob lill-gvern ospiti biex jagħti, fil-limitu tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, eżenzjoni minn tassazzjoni fuq rimunerazzjoni mħallsa mill-Organizzazzjoni lill-impjegati tagħha, u fuq l-assi, introjtu jew proprjeta oħra ta' l-Organizzazzjoni. 5. L-Organizzazzjoni tista' tikkonkludi, ma' pajjiż jew iktar, ftehim li għandu jkun approvat mill-Kunsill konness ma' privileġġi u immunitajiet tali kif jista' jkun meħtieġ għall-iffunzjonar xieraq ta' dan il-Ftehim. 6. Il-Ftehim dwar Uffiċċju Prinċipali għandu jkun indipendenti minn dan il-Ftehim. Huwa għandu, madankollu, jintemm: (a) bi ftehim bejn il-gvern ospitu u l-Organizzazzjoni; (b) fil-każ li l-uffiċċju prinċipali ta' l-Organizzazzjoni jitneħħa mill-pajjiż tal-gvern ospitu; or (ċ) fil-każ li l-Organizzazzjoni ma tibqax teżisti. IL-KAPITOLU VI FINANZI Artikolu 18 Kontijiet finanzjarji 1. Għandhom ikunu stabbiliti żewġ kontijiet: (a) il-kont amministrattiv; u (b) il-kont speċjali. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dawn il-kontijiet u l-Kunsill għandu jagħmel provvediment fir-regoli interni tiegħu għal dan il-għan. Artikolu 19 Għamliet ta' pagament 1. Kontribuzzjonijiet lill-kont amministrattiv għandhom ikunu pagabbli f'muniti użabbli b'mod liberu u għandhom ikunu eżenti minn restrizzjonijiet ta' kambju esteru. 2. Kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-kont speċjali għandhom ikunu pagabbli f'muniti użabbli b'mod liberu u għandhom ikunu eżenti minn restrizzjonijiet ta' kambju esteru. 3. Il-Kunsill jista' wkoll jiddeċiedi jaċċetta għamliet oħra ta' kontribuzzjonijiet lill-kont speċjali, inkluż tgħammir jew xogħol xjentifiku u tekniku, biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' proġetti approvati. Artikolu 20 Verifika u pubblikazzjoni ta' kontijiet 1. Il-Kunsill għandu jaħtar awdituri għall-għanijiet ta' vverifikar tal-kotba tal-kontijiet. 2. Rendikont ivverifikat b'mod indipendenti tal-kontijiet amministrattivi u tal-kontijiet speċjali għandu jitqiegħed għad-disposizzjoni tal-membri malajr kemm jista' possibbli wara l-għeluq tas-sena tal-ġuta, imma mhux iktar tard minn sit xhur wara dik id-data, u għandu jkun ikkunsidrat għal approvazzjoni mill-Kunsill fis-sessjoni li tmiss tiegħu, kif ikun xieraq (proprju) . Sommarju tal-kontijiet ivverifikati u karta tal-bilanċ għandhom wara jkunu ppubblikati. Artikolu 21 Kontijiet amministrattivi 1. L-ispejjeż meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jinġiebu fil-kont amministrattiv u għandhom jitħallsu minn kontribuzzjonijiet annwali mill-membri skond il-proċeduri kostituzzjonali jew istituzzjonali rispettivi tagħhom stmati skond il-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. 2. L-ispejjeż għal delegazzjonijiet għall-Kunsill, għall-Kumitat dwar Proġetti u għall-kumitati u gruppi tax-xogħol li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(2) għandhom jitħallsu mill-membri kkkonċernati. F'każijiet fejn membru jitlob servizzi speċjali mill-Organizzazzjoni, il-Kunsill għandu jirrikjedi li dak il-membru jħallas l-ispejjeż għal servizzi tali. 3. Matul it-tieni nofs ta' kull sena finanzjarja, il-Kunsill għandu japprova l-estimi amministrattivi ta' l-Organizzazzjoni għas-sena finanzjarja li jmiss u għandu jistima l-kontribuzzjoni ta' kull membru lil dawk l-estimi. 4. Il-kontribuzzjoni ta' kull membru lill-estimi amministrattivi għal kull sena finanzjarja għandha tkun fil-proporzjon li n-numru tal-voti tiegħu fil-ħin li l-estimi amministrattivi għal dik is-sena finanzjarja jkunu approvati jkollu tat-total ta' voti tal-membri kollha. Fl-istima ta' kontribuzzjonijiet, il-voti ta' kull membru għandhom ikunu kkalkolati mingħajr ma jingħata każ tas-suspensjoni ta' drittijiet ta' vvutar ta' xi membru jew xi distribuzzjoni mill-ġdid ta' voti bħala riżultat ta' hekk. 5. Il-kontribuzzjoni inizjali ta' kull membru li jingħaqad ma' l-Organizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għandha tkun stmata mill-Kunsill fuq il-bażi tan-numru ta' voti li ser ikollu u l-perjodu li jibqa' fis-sena finanzjarja kurrenti, imma l-istima li tkun saret għal membri oħra għas-sena finanzjarja kurrenti m'għandhiex b'hekk tinbidel. 6. Kontribuzzjonijiet għall-estimi amministrattivi għandhom isiru dovuti fl-ewwel jum ta' kull sena finanzjarja. Kontribuzzjonijiet ta' membri fir-rigward tas-sena finanzjarju li jingħaqdu fl-Organizzazzjoni għandhom ikunu dovuti fid-data li jsiru membri. 7. Jekk membru ma jkunx ħallas il-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu lill-estimi amministrattivi fi żmien erba xhur wara li kontribuzzjoni tali ssir dovuta skond il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lil dak il-membru biex jagħmel pagament kemm jista' jkun malajr. Jekk dak il-membru jibqa' ma jkunx ħallas il-kontribuzzjoni tiegħu fi żmien xahrejn minn talba tali, dak il-membru għandu jintalab jiddikjara r-raġunijiet ta' l-inabilita tiegħu li jagħmel pagament. Jekk fl-iskadenza ta' seba' xhur mid-data li fiha l-kontribuzzjoni tkun dovuta dak il-membru ikun għadu ma ħallasx il-kontribuzzjoni tiegħu, id-drittijiet ta' vvotar tiegħu għandhom ikunu sospiżi u ħlas ta' mgħax għandu jkun impost fuq il-kontribuzzjoni tardiva tiegħu bir-rata tal-bank ċentrali tal-pajjiż ospitu sa meta huwa jkun ħallas b'mod sħiħ il-kontribuzzjoni tiegħu, sakemm il-Kunsill, b'vot speċjali, ma jiddeċidix mod ieħor. 8. Membru li d-drittijiet tiegħu kienu sospiżi taħt il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu għandu b'mod partikolari jibqa' responsabbli jħallas il-kontribuzzjoni tiegħu. 9. Il-bilanċ mhux minfuq ta' l-estimi amministrattivi ta' kull sena għandu jkun akkreditat lill-gvernijiet membri bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sena ta' wara fl-istess proporzjon kif oriġinarjament stmati. Artikolu 22 Kontijiet speċjali 1. Żewġ sub-kontijiet għandhom ikunu stabbiliti taħt il-kont speċjali (a) is-sub-kont ta' qabel il-proġett; u (b) is-sub-kont tal-proġett. 2. L-ispejjeż kollha għas-sub-kont ta' qabel il-proġett għandhom jitħallsu mis-sub-kont tal-proġett jekk proġetti jkunu sussegwentement approvati u nħarġu flus għalihom. Jekk fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim il-Kunsill ma jirċievi ebda fondi għas-sub-kont ta' qabel il-proġett, huwa għandu jirrevedi s-sitwazzjoni u jieħu azzjoni xierqa. 3. Ir-riċevimenti kollha li jappartienu lil proġetti speċifiċi identifikabbli għandhom jinġiebu fil-kont speċjali. L-ispejjeż kollha minfuqa fuq proġetti tali, inklużi remunerazzjoni u spejjeż ta' vjaġġi tal-konsulenti u esperti, għandhom jitħallsu mill-kont speċjali. 4. Is-sorsi possibbli tal-finanzi tal-kont speċjali għandhom ikunu: (a) it-tieni kont tal-Fond Komuni għal Komoditajiet; (b) istituzzjoni finanzjarji reġjonali u internazzjonali, jiġifieri, il-programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Bank Dinji, il-Bank ta' Żvilup Asjatiku, il-Bank ta' Żvilupp Inter-Amerikan u il-Bank ta' Żvilupp Afrikan, eċċ.; u (ċ) kontribuzzjonijiet voluntarji. 5. Il-Kunsill għandu, b'vot speċjali, jistabbilixxi termini u kondizzjonijiet li skonthom hu jkun jista', meta u fejn xieraq, jisponsorja proġetti għal iffinanzjar ta' self, fejn membru jew membri jkunu voluntarjament daħlu għall-obbligi u r-responsabbilitajiet kollha ta' self tali. L-Organizzazzjoni m'għandu jkollha ebda responsabbilta għal self tali. 6. Il-Kunsill jista' jaħtar u jisponsorja kull entita bil-kunsens ta' dik l-entita, inkluż membru jew membri, biex tirċievi self għall-iffinanzjar ta' proġetti approvati u li timpenja ruħha tieħu l-obbligi involuti, ħlief, li l-Organizzazzjoni tirriżerva għaliha nfisha d-dritt li timmonitorja l-użu tar-riżorsi u ssegwi l-implimentazzjoni tal-proġetti hekk iffinanzjati. Madankollu, l-Organizzazzjoni m'għandhiex tkun responsabbli għall-garanziji mogħtija minn membri individwali jew entitajiet oħra. 7. Ebda membru ma jkun responsabbli minħabba s-sħubija tiegħu fl-Organizzazzjoni għal xi responsabbilta li toħroġ minn self jew tislif minn xi membru jew entita oħra f'konnessjoni ma' proġetti. 8. Fil-każ ta' fondi voluntarji mingħajr speċifiċita jkunu offruti lill-Organizzazzjoni, il-Kunsill jista' jaċċetta fondi tali. Fondi tali jistgħu jkunu utilizzati għal attivitajiet ta' qabel il-proġett kif ukoll għal proġetti approvati. 9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel sforz li jfittex, fuq termini u kondizzjonijiet tali kif il-Kunsill jista' jiddeċiedi, finanzjament adegwat u assigurat għal proġetti approvati mill-Kunsill. 10. Ir-riżorsi tal-kont speċjali għandhom jitużaw għall-approvazzjoni ta' proġetti jew għall-attivitajiet ta' qabel il-proġett biss. 11. Kontribuzzjonijiet għall-proġetti approvati speċifiċi għandhom jintużaw biss għal proġetti li għalihom kienu oriġinarjament maħsuba sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor bi qbil mal-kontributur Wara it-temm ta' proġett, l-organizzazzjoni għandha tirritorna lil kull kontributur għal proġetti speċifiċi, il-bilanċ ta' fondi li jibqa' pro rata għal kull sehem ta' kontributur fit–total tal-kontribuzzjonijiet li oriġinarjament kienu disponnibbli għall-finanzjament tal-proġett, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-kontritubur. 12. Il-Kunsill jista', meta xieraq, jirrevedi l-finanzjament tal-kont speċjali. IL-KAPITOLU VII RELAZZJONI MAL-FOND KOMUNI GĦAL KOMODITAJIET Artikolu 23 Relazzjoni mal-Fond Komuni għal Komoditajiet L-Organizzazzjoni għandha tieħu vantaġġ sħiħ tal-faċilitajiet tal-Fond Komuni għal Komoditajiet, inkluż, jekk applikabbli, dħul fi ftehim li jkun reċiprokament aċċettabbli mal-Fond Komuni skond il-prinċipji miġbura fil-Ftehim li jistabbilixxi l-Fond Komuni għal Komoditajiet. IL-KAPITOLU VIII ATTIVITAJIET OPERAZZJONALI Artikolu 24 1. Biex jikseb l-għanijiet miġbura fl-Artikolu 1, il-Kunsill għandu, fuq bażi kontinwa u skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1), jidentifika, jagħmel arranġamenti għall-preparazzjoni u implimentazzjoni ta', u, bil-ħsieb li jiżgura l-effiċjenza tagħhom, isegwi, jimmonitorja u jistima proġetti fl-oqsma tar-riċerka u żvilupp, promozzjoni tas-suq u tnaqqis ta' spiża, li tista' tinkludi żvilupp ta' riżorsi umani, u proġetti relevanti oħra approvati mill-Kunsill. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti proposti dwar proġetti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lill-Kumitat dwar Proġetti. Proposti tali għandhom ikunu ċċirkolati lill-membri kollha mill-inqas xahrejn qabel is-sessjoni tal-Kumitat li fiha għandhom ikunu kkonsidrati. Fuq il-bażi ta' dawn il-proposti, il-Kumitat għandu jiddeċiedi liema attivitajiet ta' qabel il-proġett għandhom jinbdew. Attivitajiet ta' qabel il-proġett tali għandhom ikunu organizzati mid-Direttur Eżekuttiv skond ir-regoli u regolamenti li għandhom ikunu adottati mill-Kunsill. 3. Ir-riżultati ta' l-attivitajiet ta' qabel il-proġett, inklużi spejjeż iddettaljati, benefiċċji possibbli, tul ta' żmien, lokalita u aġenziji ta' eżekuzzjoni possibbli, għandhom ikunu ssottomessi mid-Direttur Eżekuttiv lill-Kumitat wara ċirkulazzjoni lill-membri kollha għall-inqas xahrejn qabel is-sessjoni tal-Kumitat li fiha għandhom ikunu kkonsidrati. 4. Il-Kumitat għandu jikkunsidrar-riżultati ta' attivitajiet ta' qabel il-proġett tali u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-proġett lill-Kunsill. 5. Il-Kunsill għandu jikkunsidrar-rakkomadazzjonijiet u għandu, b'vot speċjali, jiddeċiedi dwar il-proġetti proposti għal iffinanzjar skond l-Artikoli 22 u 28. 6. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-prijorita relattiva tal-proġetti. 7. Il-Kunsill għandu jikseb l-approvazzjoni ta' membru qabel ma japprova proġett fit-territorju ta' dak il-membru. 8. Il-Kunsill jista', b'vot speċjali, itemm l-isponsorship ta' kull proġett. Artikolu 25 Riċerka u żvilupp Proġetti konnessi ma' riċerka u żvilupp għandu, inter alia, jkollhom il-għan li: (a) jtejbu l-produttivita ta' l-agrikoltura u l-kwalità tal-fibra; (b) jtejbu l-proċessi tal-manifattura għal prodotti eżistenti u ġodda; (ċ) jfittxu utilizzazzjonijiet ġodda u jtejbu prodotti eżistenti; (d) jinkoraġġixxu l-ipproċessar dejjem iktar u ifjen tal-ġuta u prodotti tal-ġuta. Artikolu 26 Promozzjoni tas-suq Proġetti konnessi mal-promozzjoni tas-suq għandu, inter alia, jkollom il-għan li jżommu u jespandu swieq għal prodotti eżistenti u jsibu swieq għal prodotti ġodda. Artikolu 27 Tnaqqis ta' spiża Il-proġetti konnessi mat-tnaqqis ta' spiża għandu, inter alia, jkollhom il-għan, sakemm huwa xieraq, li jtejbu l-proċessi u metodi ta' teknika konnessi mal-produttivita ta' l-agrikoltura u kwalità ta' fibra, kif ukoll it-titjib tal-proċessi u metodi ta' teknika konnessi ma' spejjeż ta' xogħol, materjali u kapital fl-industrija tal-manifattura tal-ġuta, u li jiżviluppaw u jżommu, għall-użu tal-membri, informazzjoni tal-proċessi u metodi ta' teknika l-iktar effiċjenti desponibbli fil-preżent għall-ekonomija tal-ġuta. Artikolu 28 Kriterji għal approvazzjoni ta' proġetti Approvazzjoni ta' proġetti mill-Kunsill għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin: (a) huma għandu jkollhom il-potenzal li jibbenefikaw, fil-preżent jew fil-futur, iktar minn membru wieħed, li minnhom għall-inqas wieħed ikun membru esportatur, u jkunu ta' benefiċċju lill-ekonomija tal-ġuta b'mod ġenerali; (b) huma għandhom ikunu konnessi maż-żamma jew espansjoni tal-kummer internazzjonali tal-ġuta u prodotti tal-ġuta; (ċ) huma għandhom joffru prospetti għal riżultati ekonomiċi favorevoli konnessi ma' spejjeż fit-terminu qasir jew fit-terminu twil; (d) huma għandhom ikunu ppjanati biex ikunu konsistenti mal-kummerċ internazzjonali tal-ġuta u prodotti tal-ġuta; (e) huma għandu jkollhom il-potenzal li jtejbu l-kompetittivita ġenerali jew prospetti ta' swieq tal-ġuta u prodotti tal-ġuta. Artikolu 29 Kumitat dwar Proġetti 1. Kunitat dwar Proġetti (hawn iżjed "il quddiem issir referenza għalih bħala" il-Kumitat) huwa b'dan stabbilit. Huwa għandu jkun responsabbli lejn, u jaħdem taħt id-direzzjoni ġenerali ta', il-Kunsill. 2. Partiċipazzjoni fil-Kumitat għandha tkun miftuħa għall-membri kollha. Ir-regoli interni kif ukoll id-distribuzzjoni tal-voti għandhom ikunu dawk tal-Kunsill mutatis mutandis. Il-Kumitat għandu normalment jiltaqa' darbtejn fis-sena. Huwa jista', madankollu, jiltaqa' iktar frekwentement fuq il-talba tal-Kunsill. 3. Il-funzjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu: (a) li jikkunsidrau jistima teknikament u jivvaluta l-proposti tal-proġett li jirreferi għalihom l-Artikolu 24; (b) li jiddeċiedi dwar attivitajiet ta' qabel il-proġett; u (ċ) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill konnessi ma' proġetti. IL-KAPITOLU IX KONSIDERAZZJONI TA' KWISTJONIJIET IMPORTANTI DWAR IL-ĠUTA U PRODOTTI TAL-ĠUTA Artikolu 30 Konsiderazzjoni ta' stabilizzazzjoni, kompetizzjoni ma' sintetiċi u kwistjonijiet oħra 1. Il-Kunsill għandu jissokta l-konsiderazzjoni tal-kwistjonijiet ta' stabilizzazzjoni ta' prezzijiet u fornituri ta' ġuta u prodotti tal-ġuta għal esportazzjoni bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet għalihom. Wara konsiderazzjoni tali, kull soluzzjoni maqbula li tinvolvi miżuri li mhux diġa hemm ipprovdut għalihom espliċitement f'dan il-Ftehim tista' biss tkun implementata b'emenda ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 42. 2. Il-Kunsill għandu jikkunsidra kwistjonijiet konnessi ma' kompetizzjoni bejn ġuta u prodotti tal-ġuta minn naħa l-waħda, u sintetiċi u sostituti mill-oħra. 3. Il-Kunsill għandu jagħmel arranġamenti għall-issoktar ta' konsiderazzjoni ta' kwistjonijiet importanti oħra relevanti għal ġuta u prodotti tal-ġuta. IL-KAPITOLU X STATISTIKI, STUDJI U INFORMAZZJONI Artikolu 31 Statistiki, studji u informazzjoni 1. Il-Kunsill għandu jagħmel kull arranġamenti li huma xierqa mal-korpi msemmija taħt l-Artikolu 14(1), biex jiżgura d-disponibilita ta' data u informazzjoni reċenti u ta' min joqgħod fuqhom dwar il-fatturi kollha li jolqtu l-ġuta u prodotti tal-ġuta. L-Organizzazzjoni għandha tiġbor, torganizza u kif meħtieġ tippubblika informazzjoni statistika tali dwar il-produzzjoni, kummerċ, fornitura, ħażniet, konsum u prezzjijiet ta' ġuta, prodotti tal-ġuta, sintetiċi u sostituti kif ikun meħtieġ għall-operat ta' dan il-Ftehim. 2. Membri għandhom jagħtu statistika u informazzjoni fi żmien raġonevoli kemm jista' jkun kompleta mhux inkonsistenti mal-leġislazzjoni nazzjonali. 3. Il-Kunsill għandu jorganizza biex isiru studji tat-tendenzi u tal-problemi f'terminu qasir u twil ta' l-ekonomija dinjija tal-ġuta. 4. Il-Kunsill għandu jiżgura li ebda informazzjoni ippubblikata m'għandha tippreġudika s-segretezza ta' l-operati ta' persuni jew kumpaniji li jipproduċu, jipproċessaw jew ibiegħu ġuta, prodotti tal-ġuta, sintentiċi u sostituti. 5. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri tali li jkunu mejusa meħtieġa biex jagħti pubbliċita lil u informazzjoni dwar ġuta u prodotti tal-ġuta. Artikolu 32 Rapport annwali u rapport dwar stima u reviżjoni 1. Il-Kunsill għandu, fi żmien sitt xhur mill-għeluq ta' kull sena tal-ġuta, jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Organizzazzjoni u informazzjoni oħra tali kif iqis xieraq. 2. Il-Kunsill għandu annwalment jistima u jirrevedi s-sitwazzjoni u l-prospetti dinjija tal-ġuta, inkluż l-istat tal-kompetizzjoni ma' sintentiċi u sostituti, u għandu jgħarraf lill-membri bir-riżultati tar-reviżjoni. 3. Ir-reviżjoni għandha titwettaq fid-dawl ta' l-informazzjoni mogħtija mill-membri in konnessjoni mal-prodotti, ħażniet, esportazzjonijiet u importazzjonijiet, konsum u prezzijiet nazzjonali, tal-ġuta u prodotti tal-ġuta u sintetiċi u sostituti u informazzjoni oħra tali kif tista' tkun disponibbli lill-Kunsill kemm direttament kif ukol permezz l-organizzazzjonijiet proprji fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-UNCTAD u FAO, u organizzazzjonijiet intergovernamentali mhux governamentali proprji. IL-KAPITOLU XI MIXXELLANJI Artikolu 33 Ilmenti u tilwim Kull ilment li membru jkun naqas li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim u kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu rriferiti lill-Kunsill għal deċiżjoni. Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar dawn il-materji għandhom ikunu finali u jorbtu (vinkolanti) . Artikolu 34 Obbligi ġenerali tal-membri 1. Membri għandhom tul iż-żmien ta' dan il-Ftehim jużaw l-ikbar sforzi tagħhom u jikkoperaw biex jippromwovu il-ksib ta' l-għanijiet tiegħu u jevitaw azzjoni f'kontradizzjoni magħhom. 2. Il-Membri jimpenjaw ruħhom li jaċettaw bħala li jorbtu (vinkolanti) deċiżjonijiet tal-Kunsill taħt id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, u għandhom ifittxu li joqogħdu lura milli jimplimentaw miżuri li jkollhom l-effett li jillimitawhom jew imorru kontra tagħhom. 3. Ir-responsabbilta tal-membri li toħroġ mill-operat ta' dan il-Ftehim, kemm lejn l-Organizzazzjoni kif ukoll lejn partijiet terzi, għandha tkun limitata sal-punt ta' l-obbligi tagħhom rigward kontribuzzjonijiet skond il-Kapitolu VI. Artikolu 35 Ħelsien minn obbligi 1. Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali jew emerġenza jew forza maġġuri li espressament ma jipprovdix għalihom dan il-Ftehim, il-Kunsill jista', b'vot speċjali, jeħles membru minn obbligu taħt dan il-Ftehim jekk ikun issodisfatt bi spjegazzjoni minn dak il-membru rigward ir-raġunijiet għax l-obbligu ma jistax ikun osservat. 2. Il-Kunsill, meta jagħti ħelsien lil membru taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jiddikjara b'mod espliċitu t-termini u kondizzjonijiet li fuqhom, u l-perjodu li għalih, membru nħeles minn obbligu tali u r-raġunijiet li għalihom ingħata l-ħelsien. Artikolu 36 Miżuri differenzali u remedjali 1. Membri importaturi li għadhom qegħdin jiżviluppaw li l-interessi tagħhom jintlaqtu avversament minn miżuri meħuda taħt dan il-Ftehim jistgħu japplikaw lill-Kunsill għal miżuri differenzali u remedjali xierqa. Il-Kunsill għandu jikkunsidra jieħu miżuri xierqa skond it-Taqsima III, il-paragrafi 3 u 4, tar-riżoluzzjoni 93 (IV) tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kummerċ u Żvilupp. 2. Mingħajr preġudizzju għall-interessi ta' membri esportaturi oħra, il-Kunsill għandu, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jagħti konsiderazzjoni speċjali lill-ħtiġiet ta' membri esportaturi l-inqas żviluppat partikolari. IL-KAPITOLU XII DISPOSIZZJONIJIET FINALI Artikolu 37 Firma, ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni 1. Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għal firma fl-Uffiċċju Prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1990 inklussiv minn gvernijiet mistiedna għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ġuta u Prodotti tal-Ġuta, 1989. 2. Kull gvern li jirreferi għalih il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista': (a) fil-ħin li jiffirma dan il-Ftehim, jiddikjara li b'firma tali huwa jesprimi l-kunsens tiegħu li jintrabat b'dan il-Ftehim; (b) wara li jiffirma dan il-Ftehim, jirratifikah, jaċċettah u japprovah bid-depożitu ta' strument biex iseħħ dan mad-depożitarju. Artikolu 38 Depożitarju Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti huwa b'dan maħtur bħala d-depożitarju ta' dan il-Ftehim. Artikolu 39 Notifika ta' applikazzjoni provviżorja 1. Gvern firmatarju li għandu l-intenzjoni jirratifika, jaċċetta jew approva dan il-Ftehim, jew gvern li għalih il-Kunsill stabbilixxa kondizzjonijiet għal adeżjoni imma għadu ma setax jiddepożita l-istrumenti tiegħu, jista, f'kull ħin, jinnotifika lid-depożitarju li huwa ser japplika dan il-Ftehim b'mod provviżorju jew meta jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 40 jew, jekk ikun diġa fis-seħħ, f'data speċifika. Fil-ħin tan-notifika tiegħu ta' applikazzjoni provviżorja, kull Gvern għandu jiddikjara li huwa nnifsu hu membru esportatur jew membru importatur. 2. Gvern li jkun innotifika taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li huwa għandu japplika dan il-Ftehim kemm meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ kif ukoll, jekk dan il-Ftehim huwa diġa fis-seħħ, f'data speċifikata għandu, minn dak il-ħin, ikun membru provviżorju ta' l-Organizzazzjoni, sakemm jiddepożita l-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tiegħu u hekk isir membru. Artikolu 40 Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ b'mod definittiv fl-1 ta' Jannar 1991 jew f'xi data oħra wara dik, jekk sa dik id-data tliet gvernijiet li jkollhom għall-inqas 85 % ta' l-importazzjonijiet netti kif jidher fl-Anness A ma' dan il-Ftehim, u 20 gvern ikollu għall-inqas 65 % ta' l-importazzjonijiet netti kif jidher fl-Anness B ta' dan il-Ftehim, ikunu ffirmaw dan il-Ftehim skond l-artikolu 37(a) , jew ikunu ddepożitaw l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom. 2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ b'mod provviżorju fl-1 ta' Jannar 1991 jew f'xi data wara dik, jekk sa dik id-data tliet gvernijiet ikollhom għall-inqas 85 % ta' l-esportazzjonijiet netti kif jidher fl-Anness A ma' dan il-Ftehim, u 20 gvern ikollu għall-inqas 65 % ta' l-importazzjonijiet netti kif jidher fl-Anness B ma' dan il-Ftehim, ikunu ffirmaw dan il-Ftehim skond l-artikolu 37(2) (a) , jew ikunu ddepożitaw l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew ikunu nnotifikaw lid-depożitarju taħt l-Artikolu 39 li ser japplikaw dan il-Ftehim b'mod provviżorju. 3. Jekk ir-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ taħt il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma kinux issodisfatti fl-1 ta' Jannar 1991, is-Segretarji-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jistieden lil dawk il-gvernijiet li ffirmaw dan il-Ftehim skond l-Artikolu 37(2) (a) , jew iddepożitaw strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew innotifikaw lid-depożitarju li huma ser japplikaw dan il-Ftehim b'mod provviżorju, biex jiltaqgħu fl-iktar żmien kmieni prattikabbli u jiddeċiedu li jqiegħdu dan il-Ftehim fis-seħħ b'mod provviżorju jew definittiv bejniethom fl-intier tiegħu jew parti minnu. Filwaqt li dan il-Ftehim ikun fis-seħħ b'mod provviżorju bejniethom fl-intier tiegħu jew parti minnu għandhom ikunu membri provviżorji. Dawk taħt dan il-paragrafu, dawk il-gvernijiet li ddeċidew li jqegħdu fis-seħħ dan il-Ftehim b'mod provviżorju gvernijiet jistgħu jiltaqgħu biex jirrevedu s-sitwazzjoni u jiddeċiedu jekk dan il-Ftehim għandux jidħol fis-seħħ b'mod definittiv bejniethom, jew jissoktax fis-seħħ b'mod provviżorju, jew jintemmx. 4. Għal kull gvern li jiddepożita l-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, huwa għandu jidħol fis-seħħ għal dak il-gvern fid-data ta' depożitu tali. 5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' l-ewwel sessjoni tal-Kunsill kemm jista' jkun possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Artikolu 41 Adeżjoni 1. Dan il-Ftehim għandu jinfetaħ għal adeżjoni mill-gvernijiet ta' l-Istati kollha fuq kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill, li għandhom jinkludu limitu ta' żmien għad-depost ta' strumenti ta' adeżjoni. Il-Kunsill jista', madankollu, jagħti estensjonijiet ta' żmien lil gvernijiet li ma jistgħux jiddepożitaw l-istrumenti ta' adeżjoni tagħhom fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-kondizzjonijiet ta' adeżjoni. 2. Adeżjoni tidħol fis-seħħ bid-depost ta' strument ta' adeżjoni mad-depożitarju. Artikolu 42 Emendi 1. Il-Kunsill jista', b'vot speċjali, jirrakkomanda emenda għal dan il-Ftehim lill-membri. 2. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi data li sa fiha l-membri għandhom jinnotifikaw lid-depożitarju l-aċċettazzjoni tagħom ta' l-emenda. 3. Emenda għandha tidħol fis-seħħ 90 jum wara li d-depożitarju jkun irċieva notifiki ta' aċċettazzjoni minn membri li jikkostitwixxu għall-inqas żewġ terzi tal-membri esportaturi u li jkollhom għall-inqas 85 %, tal-voti tal-membri esportaturi, u minn membri li jikkostitwixxu għall-inqas żewġ terzi tal-membri importaturi u li għandhom għall-inqas 85 % tal-voti tal-membri importaturi. 4. Wara li d-depożitarju jgħarraf lill-Kunsill li r-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ ta' l-emenda kienu ssodisfatti, u minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li għandhom x'jaqsmu mad-data stabbilita mill-Kunsill, membru jkun għadu jista' jinnotifika lid-depożitarju l-aċċettazzjoni tiegħu ta' l-emenda, sakemm notifika tali tintgħamel qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-emenda. 5. Kull membru li ma jkunx innotifika l-aċċettazzjoni tiegħu ta' emenda sad-data li fiha emenda tali tidħol fis-seħħ għandu jieqaf li jkun parti ta' dan il-Ftehim minn dik id-data, ħlief jekk membru tali jkun issodisfa lill-Kunsill li l-aċċettazzjoni tiegħu ma setgħetx tinkiseb minħabba diffikulatajiet fl-ikkompletar tal-proċeduri kostituzzjonali jew istituzzjonali tiegħu, u l-Kunsill jiddeċiedi li jestendi l-perjodu għal aċċettazzjoni ta' l-emenda għal dak il-membru. Membru tali ma jkunx marbut mill-emenda qabel ma jkun innotifika l-aċċettazzjoni tagħha. 6. Jekk ir-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ ta' l-emenda ma jkunux issodisfatti sad-data stabbilita mill-Kunsill skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-emenda għandha tiqies li kienet irtirata. Artikolu 43 Irtirar 1. Membru jista' jirtira minn dan il-Ftehim f'kull żmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim billi jagħti avviż ta' rtirar bil-miktub lid-depożitarju. Dak il-membru għandu simultanjament jgħarraf lill-Kunsill bl-azzjoni li tkun ittieħdet. 2. L-irtirar jidħol fis-seħħ 90 jum wara li n-notifika tkun irċevuta mid-depożitarju. Artikolu 44 Esklużjoni Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li xi membru ikun kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim u jiddeċiedi wkoll li ksur tali jdgħajjef l-operat ta' dan il-Ftehim b'mod sinifikanti, huwa jista', b'vot speċjali, jeskludi dak il-membri minn dan il-Ftehim. Il-Kunsill għandu immedjatament jgħarraf b'dan lid-depożitarju. Sena wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill, dak il-membru għandu jieqaf li jkun parti ta' dan il-Ftehim. Artikolu 45 Ftehim finanzjarju ma' membri li ser jirtiraw jew ser ikunu esklużi jew membri li ma jistgħux jaċċettaw emenda 1. Skond dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jiddetermina kull ftehim finanzjarju ma' membru li jieqaf li jkun parti ta' dan il-Ftehim minħabba: (a) Mingħajr-aċċettazzjoni ta' emenda għal dan il-Ftehim taħt l-Artikolu 42; (b) Irtirar minn dan il-Ftehim taħt l-Artikolu 43; or (ċ) Esklużjoni minn dan il-Ftehim taħt l-Artikolu 44. 2. Il-Kunsill għandu jżomm kull kontribuzzjoni mħallsa lill-kont amministrattiv minn membru li jieqaf ikun parti ta' dan il-Ftehim. 3. Membru li jkun irċieva rimborż xieraq taħt dan l-Artikolu m'għandux ikun intitolat għal xi sehem mill-introjtu ta' likwidazzjoni jew ta' assi oħra ta' l-Organizzazzjoni. L-anqas ma membru tali m'għandu responsabbli għal xi żbilanċ minfuq mill-Organizzazzjoni wara li jkun sar rimborż tali. Artikolu 46 Tul ta' żmien, estensjoni u temma 1. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu sakem il-Kunsill, b'vot speċjali, ma jiddeċidix li jestendih, jinnegozjah mill-ġdid jew itemmu skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. 2. Il-Kunsill jista', b'vot speċjali, jiddeċiedi li jestendi dan il-Ftehim għal mhux iktar minn żewġ perjodi ta' sentejn-il wieħed. 3. Jekk, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin li jirreferi għalih il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' estensjoni li jirreferi għalih il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, skond kif ikun il-każ, ftehim ġdid ikun ġie nnegozjat biex jissostitwixxi dan il-Ftehim imma ma jkunx għadu daħal fis-seħħ kemm b'mod definittiv kif ukoll b'mod provviżorju, il-Kunsill jista', b'vot speċjali, jestendi dan il-Ftehim sad-dħul fis-seħħ provviżorju jew definittiv tal-ftehim il-ġdid. 4. Jekk ftehim ġdid ikun ġie nnegozjat u jidħol fis-seħħ matul il-perjodu ta' estensjoni ta' dan il-Ftehim taħt il-paragrafu 2 jew il-paragraph 3 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim, kif estiż, għandu jintemm mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim il-ġdid. 5. Il-Kunsill jista' f'kull ħin, b'vot speċjali, jiddeċiedi li jtemm dan il-Ftehim b'effet minn data tali skond kif tkun iddeterminata. 6. Minkejja t-temma ta' dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jissokta jeżisti għal perjodu li ma jeċċedix 18-il xahar biex iwettaq il-likwidazzjoni ta' l-organizzazzjoni, inkluż il-ftehim finanzjarju, u, suġġett għal deċiżjonijiet relevanti li għandhom jittieħdu b'vot speċjali, għandu jkollu matul dak il-perjodu setgħat tali kif jistgħu jkunu meħtieġa għal dawn l-għanijiet. 7. Il-Kunsill għandu jinnotifika lid-depożitarju b'kull deċiżjoni meħuda taħt dan l-Artikolu. Artikolu 47 Riservi Riservi jistgħu ma jintgħamlux fir-rigward ta' kull waħda mid-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. F'xhieda ta' dan il-firmatarji hawn iktar ‘l isfel, dovutement awtorizzati għal dan il għan, niżżlu l-firem tagħhom taħt dan il-Ftehim fid-dati indikati. Magħmul f'Ġinevra, dan it-tielet jum ta' Novembru, elf disa' mija u disgħa u tmenin, it-testi ta' dan il-Ftehim fil-lingwi Ċiniża, Franċiża, Ingliża, Għarbija, Russa u Spanjola huma ugwalment awtentiċi. [1] Riżoluzzjonijiet ta' l-Assemblea Ġenerali 3201 (S-VI) u 3202 (S-VI) ta' l-1 ta' Mejju 1974. [2] Ara Rapport tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (Pubblikazzjonijiet an-Nazzjonijiet Uniti, Nru tal-Bejgħ E.82.I.8), l-ewwel parti, Taqsima A. -------------------------------------------------- ANNESS A Ishma ta' pajjiżi esportaturi individwali f'total ta' esportazzjonijiet netti ta' ġuta u prodotti tal-ġuta ta' pajjiżi parteċipanti fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ġuta u Prodotti, 1989, kif stabbiliti għall-finijiet ta' l-Artikolu 40 | (Perċentwali) | Il-Bangladesh | 61,578 | Iċ-Ċina | 8,681 | L-Indja | 18,869 | In-Nepal | 1,703 | It-Tajlandja | 9,169 | Total | 100,00 | -------------------------------------------------- ANNESS B Ishma ta' pajjiżi importaturi individwali u gruppi ta' pajjiżi f'total ta' importazzjonijiet netti ta' ġuta u prodotti tal-ġuta ta' pajjiżi parteċipanti fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ġuta u Prodotti tal-Ġuta, 1989, kif stabbiliti għall-finijiet ta' l-Artikolu 40 | (Perċentwali) | L-Alġerija | 1,443 | L-Arġentina | 0,363 | L-Awstralja | 6,905 | L-Awstrija | 0,143 | Il-Kanada | 1,311 | Il-Komunità Ekonomika Ewropea | 24,008 | Il-Belġju/il-Lussemburgu | 6,200 | Id-Danimarka | 0,242 | Franza | 1,949 | Il-Ġermanja | 3,128 | Il-Greċja | 0,330 | L-Irlanda | 0,363 | L-Italja | 1,399 | L-Olanda | 2,434 | Il-Portugall | 0,275 | Ir-Renju Unit | 1,627 | Spanja | 1,421 | | | L-Eġittu [1] | 2,390 | Il-Filippini | 0,066 | Il-Finlandja | 0,077 | Il-Ġappun | 6,542 | L-Indonesja | 2,269 | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | 14,097 | L-Isvezja | 0,044 | L-Isvizzera | 0,198 | Il-Jugoslavja [1] | 1,234 | Il-Marokk | 0,815 | In-Norveġja | 0,055 | Il-Pakistan | 12,974 | Il-Polonja [1] | 1,795 | Ir-Repubblika Għarbija Sirjana | 3,943 | It-Turkija | 1,718 | L-Unjoni ta' Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti | 17,610 | Total | 100,00 | --------------------------------------------------