Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21990A1212(01)

Protokoll li jġedded il-ftehim ta' Kooperazzjoni bejn ir-Renju tat-Tajlandja u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka

ĠU L 347, 12.12.1990, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/1990/637/oj

Related Council decision

21990A1212(01)



Official Journal L 347 , 12/12/1990 P. 0024 - 0025


Protokoll

li jġedded il-ftehim ta' Kooperazzjoni bejn ir-Renju tat-Tajlandja u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

minn naħa waħda,

IL-GVERN TAR-RENJU TAT-TAJLANDJA,

minn naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW il-konsultazzjonijiet li ntalbu mill-Gvern tar-Renju tat-Tajlandja taħt l-Artikolu 1 tal-Protokoll, iffirmat fit-23 ta' Mejju 1986, li jġedded il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, marketing u kummerċ tal-manjoka, iffirmat nhar it-23 ta' Marzu 1986, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "il-Ftehim ta' Koperazzjoni";

WARA LI KKUNSIDRAW il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Koperazzjoni, ir-Renju tat-Tajlandja sar Parti Kontraenti tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT);

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Ftehim ta' Koperazzjoni ġie applikat korrettament;

WARA LI KKUNSIDRAW li l-għanijiet ta' żvilupp agrikolu u diversifikazzjoni fit-Tajlandja ma setgħux jintlaħqu kollha tul il-perjodu inizjali ta' disa' snin u li, għalhekk, l-isforzi f'dan il-qasam għandhom jitkomplew, inkluż, jekk meħtieġ, stħarriġ f'livell ministerjali;

JIKKONFERMAW ir-rieda tagħhom li jkomplu l-Ftehim ta' Koperazzjoni;

IDDEĊIDEW li jġeddu l-Ftehim ta' Kooperazzjoni hekk kif supplimentat u emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Artikoli 1, 3, 6 u 9 permezz ta' dan il-Protokoll u għal dan il-għan innominaw bħala plenipotenzarji tagħhom:

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

IL-GVERN TAR-RENJU TAT-TAJLANDJA

LI, wara li skambjaw bejniethom il-Poteri Totali tagħhom, li nstabu li kienu fil-forma korretta u dovuta,

FTIEHMU LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni għandu jiġi estiż għal perjodu ieħor ta' erba' snin li jibda mill-1 ta' Jannar 1991. Minn dakinhar il-quddiem għandu jkompli japplika għal perjodi sussegwenti ta' erba' snin-il wieħed skond il-kwantitajiet stabbiliti għall-perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 1991 sal-31ta' Diċembru 1994, kemm-il darba ma jiġix ddenunzjat minn parti jew oħra ta' lanqas sena qabel tmiem l-ewwel jew kwalunkwe perjodu sussegwenti ta' erba' snin. Denunzja tkun effettiva minn tmiem il-perjodu ta' erba' snin li tulu tkun ġiet notifikata. Iżda, qabel tiġi notifikata d-denunzja tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet għandhom jikkonsultaw mal-parti l-oħra bil-għan li tinstab soluzzjoni li tkun reċiprokament aċċettabli jew sabiex jintlaħaq ftehim fuq amendi, li jwasslu sabiex il-Ftehim ta' Koperazzjoni jibqa' fis-seħħ.

Artikolu 2

1. Għall-perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 1991 sal-31ta' Diċembru 1994 u għal kull perjodu sussegwenti ta' erba' snin il-kwantità totali għall-esportazzjoni ghandha tkun 21 miljun tunnellata metrika għal kull perjodu. Madankollu, il-kwantità esportata m'għandha f'ebda sena teċċedi total ta' 5750000 tunnellata metrika.

2. Sabiex tinżamm provvista kontinwa ta' manjoka bejn is-snin 1990 u 1991 u bejn estensjonijiet sussegwenti mill-1995 'l quddiem u bla ħsara għall-kwantità massima annwali hekk kif speċifikata fil-paragrafu 1, jistgħu jinħarġu permessi għall-esportazzjoni sabiex ikopru l-esportazzjoni mir-Renju tat-Tajlandja ta' kwantità addizzjonali ta' mhux aktar minn 750000 tunnellata metrika fl-aħħar sitt xhur ta' l-1990 u ta' mhux aktar minn 650000 tunnellata metrika fl-aħħar sitt xhur ta' l-1994 u fl-aħħar sena ta' kwalunkwe perjodu sussegwenti ta' erba' snin. Din il-kwantità għandha tiġi addebitata kontra il-kwantitajiet għall-esportazzjoni prefissi għall-perjodu ta' erba' snin li jkun imiss.

Artikolu 3

1. Għall-kwantitajiet miftehma il-Komunità sejra tkompli tapplika imposta ta' importazzjoni massima ta' 6 % ad valorem fuq l-għeruq tal-manjoka u prodotti li bħalissa qed jiġu importati taħt il-Ftehim ta' Koperazzjoni, inklużi dawk il-gerbubiet iebsa li jirriżultaw mill-proċess li tulu l-għeruq tal-manjoka jiġu midħuna fi smid qabel jiġi msawwra f'gerbubiet. Huwa rikonoxxut li avvanzi teknoloġiċi fl-ipproċessar tal-manjoka sabiex jiġi faċilitat it-trasport tagħha u/jew jissolvew problemi ambjentali għandhom jinżammu taħt reviżjoni mill-kumitat konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 mhux se jiġu ppreġudikati bid-dħul fis-seħħ tas-sistema armonizzata ġdida ta' klassifikazzjoni tat-tariffi.

3. Id-dispożizzjonijiet preżenti f'dan l-Artikolu, madankollu, ma jaffetwawx jew jippreġudikaw id-definizzjoni futura jew:

(a) tal-prodotti li jaqgħu taħt l-obbligi inizjali tal-Komunità taħt il-GATT, li fil-preżent jinsabu sospiżi; jew

(b) ta'dawk il-prodotti li jaqgħu taħt l-arranġamenti preżenti tal-GATT, li jikkonsistu f'sospensjoni temporanja ta' l-obbligi tal-Komunità taħt il-GATT li ġew sostitwiti minn kwoti li għalihom tapplika tariffa.

4. Ebda definizzjoni jew interpretazzjoni futura ta' l-obbligi tal-Komunità taħt il-GATT u lanqas l-arranġamenti speċifikati fil-paragrafu 3 m'għandhom jaffettwaw il-Ftehim ta' Koperazzjoni.

Artikolu 4

Il-Komunità tikkonferma li l-għajnuna prevista taħt l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni se tkompli tingħata.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll ġie prodott f'żewġ kopji bil-lingwa Daniza, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Tajlandiza, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

F'isem il-Kunsill

tal-Komunitajiet Ewropej

Ray Mac Sharry

Għall-Gvern tar-

Renju tat-Tajlandja

Amaret Sila-On

--------------------------------------------------

Top