EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E346

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SEBA' PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI - Artikolu 346 (ex Artikolu 296 TKE)

OJ C 115, 9.5.2008, p. 194–194 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_346/oj

12008E346

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SEBA' PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI - Artikolu 346 (ex Artikolu 296 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0194 - 0194


Artikolu 346

(ex Artikolu 296 TKE)

1. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati m'għandhomx ikunu inkompatibbli mar-regoli li ġejjin:

a) l-ebda Stat ma jkun obbligat li jagħti tagħrif li l-kxif tiegħu ikun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu.

b) kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurta’ tiegħu, u li jkollhom x'jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ ta' l-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri ma għandhomx ifixklu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-għanijiet speċifikament militari.

2. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel tibdiliet għal-lista, li hu kien ħejja fil- 15 ta' April 1958, għal prodotti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).

--------------------------------------------------

Top