Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E102

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni - Taqsima 1: Regoli li japplikaw għal impriżi - Artikolu 102 (ex Artikolu 82 TKE)

OJ C 115, 9.5.2008, p. 89–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

12008E102

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni - Taqsima 1: Regoli li japplikaw għal impriżi - Artikolu 102 (ex Artikolu 82 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0089 - 0089


Artikolu 102

(ex Artikolu 82 TKE)

Safejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista’ jiġi milqut, kull abbuż minn impriża waħda jew iktar minn pożizzjoni dominanti fi ħdan is-suq intern, jew fi ħdan parti sostanzjali tiegħu, jkun inkompatibbli mas-suq intern u jkun projbit.

Eżempji ta' abbuż bħal dan huma:

a) l-impożizzjoni diretta jew indiretta ta' prezzijiet inġusti ta' l-akkwist jew tal-bejgħ, jew kondizzjonijiet oħra inġusti ta' kummerċ,

b) il-limitazzjoni tal-produzzjoni, tas-swieq jew ta' l-iżvilupp tekniku bi ħsara għall-konsumaturi,

ċ) l-applikazzjoni ta' kondizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra, l i b' hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv,

d) is-suġġettar tal-konklużjoni ta' kuntratti għall-aċċettazzjoni mill-parti l-oħra, ta' obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

--------------------------------------------------

Top