This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R2290-20240216
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/2290 of 21 December 2021 laying down rules on the methods for the calculation of the common output and result indicators set out in Annex I to Regulation (EU) 2021/2115 of the European Parliament and of the Council establishing rules on support for strategic plans to be drawn up by Member States under the common agricultural policy (CAP Strategic Plans) and financed by the European Agricultural Guarantee Fund (EAGF) and by the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) and repealing Regulations (EU) No 1305/2013 and (EU) No 1307/2013
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2290 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2290 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2290/2024-02-16
02021R2290 — MT — 16.02.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2290 tal-21 ta’ Diċembru 2021 (ĠU L 458 22.12.2021, p. 486) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2141 tat-13 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
16.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2290
tal-21 ta’ Diċembru 2021
li jistabbilixxi regoli dwar il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013
Artikolu 1
Il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
METODI GĦALL-KALKOLU TAL-INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT U TAR-RIŻULTATI STABBILITI FL-ANNESS I TAR-REGOLAMENT (UE) 2021/2115
INDIKATURI TAL-OUTPUT
Metodi ta’ kalkolu għall-indikaturi tal-output li għandhom jintużaw għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni
1. Meta jikkalkolaw l-indikaturi għall-fini tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu dan li ġej:
l-ippjanar tal-outputs għandu jsir għal kull sena finanzjarja agrikola u għandu jsir kif ġej:
għal kull intervent. Jekk jiġu stabbiliti diversi ammonti unitarji għal intervent, l-outputs jistgħu jiġu ppjanati jew għal kull ammont unitarju, għal gruppi ta’ ammonti unitarji, jew għall-ammonti unitarji kollha. Jekk tiġi stabbilita aktar minn unità ta’ kejl waħda għall-indikatur tal-output tal-intervent, għandu jsir ippjanar għal kull unità ta’ kejl;
għal kull settur għall-interventi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, fis-settur tal-ħops, fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u fis-setturi l-oħra msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 42, tar-Regolament (UE) 2021/2115;
ir-rapportar tal-outputs għandu jsir għal kull sena finanzjarja agrikola u għandu jsir għall-interventi kollha li għalihom ikunu saru l-pagamenti fis-sena finanzjarja agrikola kkonċernata kif ġej:
għal kull unità ta’ ammont;
għal kull programm operazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-settur tal-ħops, is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u fis-setturi l-oħra msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 42, tar-Regolament (UE) 2021/2115;
outputs iġġenerati minn intervent għandhom jiġu ppjanati u rrapportati darba biss skont l-indikatur tal-output assoċjat ma’ dak l-intervent fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;
fil-każ li intervent ikun jinkludi appoġġ fil-forma ta’ għotjiet u strument finanzjarju, l-indikatur tal-output għandu jiġi kkalkolat għal kull forma ta’ appoġġ;
il-valur tal-output irrapportat għandu jikkorrispondi għall-proporzjon tan-nefqa effettivament imħallsa għal dak il-prodott fis-sena finanzjarja agrikola kkonċernata. Għandhom jiġu rrapportati outputs parzjali għal interventi parzjalment ikkompletati fis-sena finanzjarja agrikola partikolari.
Rapportar ta’ pagamenti bil-quddiem fl-indikaturi tal-output li għandhom jintużaw għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni
2. L-interventi li għalihom ikunu saru pagamenti fil-forma ta’ pagamenti bil-quddiem kif imsemmi fl-Artikolu 32(4), il-punt (a) u fl-Artikolu 32(5) u fl-Artikolu 44(3) u (3a) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) qabel ma jingħata l-output korrispondenti ma għandhomx jiġu inklużi fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena finanzjarja agrikola li fiha jkun tħallas il-pagament bil-quddiem. Dawk il-pagamenti bil-quddiem għandhom jiġu rrapportati għas-sena finanzjarja agrikola li fiha l-output jitħallas kollu.
Rapportar tal-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output u tal-valuri tal-indikaturi tal-output O.3 u O.34 li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ monitoraġġ, ta’ komunikazzjoni u ta’ evalwazzjoni
3. Dan li ġej għandu japplika meta jiġu rrapportati l-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output u valuri oħra tal-output:
meta jirrapportaw l-indikaturi tal-output użati għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll il-valuri aggregati li ġejjin:
l-output totali għal kull intervent;
l-output totali għal kull unità ta’ kejl fil-każ li jiġu stabbiliti diversi unitajiet ta’ kejl għal intervent;
meta jkun hemm diversi ammonti unitarji fi ħdan intervent, l-output totali għandu jiġi stabbilit għal kull kategorija stabbilita hawn taħt:
l-output totali għal kull indikatur tal-output;
l-output totali għal kull kategorija msemmija fil-punt 3(a)(iii), jekk rilevanti għall-indikatur tal-output;
l-output totali għal kull tip ta’ intervent, skont kif ikun xieraq;
l-output totali għal kull unità ta’ kejl u, skont kif ikun xieraq, l-output totali bl-użu ta’ unità komuni ta’ kejl fil-każ li l-indikatur tal-output jew it-tip ta’ intervent jinkludi diversi interventi li l-output tagħhom jitkejjel b’unitajiet differenti ta’ kejl;
l-għadd ta’ riċevituri finali tal-appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, għal kull intervent u indikaturi tal-output ikkonċernati;
kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu valuri għall-indikaturi tal-output li ġejjin li ma ntużawx għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni:
indikatur tal-output O.3:
indikatur tal-output O.34:
Metodi ta’ kalkolu għall-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ monitoraġġ, ta’ komunikazzjoni u ta’ evalwazzjoni
4. Meta jiġu kkalkolati l-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output, l-outputs għandhom jingħaddu kif ġej:
għall-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output relatati mal-interventi koperti mis-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 (is-“sistema integrata”) u mal-interventi mħallsa bis-sħiħ fis-sena finanzjarja u mhux koperti mis-sistema integrata, l-outputs għandhom dejjem jingħaddu bis-sħiħ;
għall-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output relatati ma’ interventi mhux koperti mis-sistema integrata li jitħallsu f’pagamenti parzjali differenti fuq diversi snin, għandhom jingħaddu l-outputs parzjali.
Finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-indikaturi tal-output
5. Meta l-appoġġ jingħata bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 (“il-finanzjament nazzjonali addizzjonali”) għandu japplika dan li ġej:
l-outputs ippjanati għandhom jinkludu l-outputs iġġenerati minn finanzjament nazzjonali addizzjonali;
l-outputs iġġenerati minn finanzjament nazzjonali addizzjonali għandhom jiġu rrapportati b’mod separat mill-outputs iġġenerati min-nefqa pubblika għajr il-finanzjament nazzjonali addizzjonali;
l-outputs iġġenerati minn finanzjament nazzjonali addizzjonali ma għandhomx jitqiesu għall-fini tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni;
l-outputs iġġenerati minn finanzjament nazzjonali addizzjonali għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output għall-fini ta’ monitoraġġ, ta’ komunikazzjoni u ta’ evalwazzjoni.
Regoli għall-evitar tal-għadd doppju tal-indikaturi tal-output li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ monitoraġġ, ta’ komunikazzjoni u ta’ evalwazzjoni
6. Biex jiġu kkalkolati l-valuri aggregati tal-indikaturi tal-output mingħajr għadd doppju, għandu japplika dan li ġej:
fil-każ li unità ta’ output tkun koperta minn interventi rilevanti, jew minn operazzjonijiet multipli fl-istess intervent, dik l-unità tal-output għandha tingħadd darba biss meta jiġi kkalkolat il-valur aggregat;
il-valuri aggregati għall-indikaturi tal-output relatati mal-intervent kopert mis-sistema integrata u rrapportati fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għas-sena finanzjarja agrikola N-1 għandhom jinkludu l-għadd ta’ unitajiet li jkunu rċevew pagament parzjali jew sħiħ fis-sena finanzjarja agrikola N-1 b’rabta mal-interventi mitluba fis-sena N-2;
fil-każ li jiġu applikati drittijiet għal pagament jew limiti massimi, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw iż-żona rilevanti ddeterminata bħala eliġibbli għall-pagament wara l-kontrolli amministrattivi u qabel ma japplikaw dawk il-limiti skont l-indikaturi tal-output rilevanti.
INDIKATURI TAR-RIŻULTATI
Rabta bejn l-objettivi speċifiċi, l-indikaturi tar-riżultati u l-interventi
7. Fil-pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw ir-rabtiet bejn l-objettivi speċifiċi, l-indikaturi tar-riżultati u l-interventi kif ġej;
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw rabta bejn l-indikaturi tar-riżultati u l-objettivi speċifiċi. Indikatur tar-riżultati jista’ jkun marbut ma’ aktar minn objettiv speċifiku wieħed;
l-interventi għandhom ikunu marbuta mal-indikatur(i) tar-riżultati kollha li jikkontribwixxu għalihom direttament u b’mod sinifikanti;
l-operazzjonijiet fi ħdan intervent li jikkontribwixxu direttament u b’mod sinifikanti għal indikatur tar-riżultati biss għandhom jiġu attribwiti għal dan l-indikatur tar-riżultat;
intervent wieħed, jew operazzjoni waħda fi ħdan intervent wieħed, tista’ tikkontribwixxi għal aktar minn indikatur tar-riżultati wieħed;
il-valur tal-output iġġenerat minn operazzjoni għandu dejjem jiġi attribwit b’mod sħiħ lill-indikatur(i) tar-riżultati rilevanti, inkluż meta jkun marbut ma’ aktar indikaturi tar-riżultati;
l-impenji ta’ ġestjoni u l-investimenti li jikkontribwixxu għall-istess skop għandhom ikunu marbuta ma’ indikaturi separati tar-riżultati, ħlief għall-indikaturi tar-riżultati R.43 u R.44;
l-indikatur tar-riżultati R.35 għandu jkun marbut mal-interventi fis-settur tal-apikultura inklużi fit-tip ta’ intervent imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 55(1), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Dawn l-interventi għandhom jiġu rrapportati biss skont l-indikatur tar-riżultati R.35;
iż-żoni li huma soġġetti biss għal SMR u KAAT ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-indikaturi tar-riżultati, ħlief għall-indikatur tar-riżultati R.4, li huwa mfassal speċifikament biex ikopri s-sehem taż-żona agrikola li tirċievi appoġġ għall-introjtu tal-PAK u soġġett għall-kondizzjonalità.
Metodi ta’ kalkolu dettaljati għall-indikaturi tar-riżultati
8. Meta jiġu ppjanati u rrapportati l-indikaturi tar-riżultati fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, għandhom jitqiesu l-punti li ġejjin:
il-valuri għall-indikaturi tar-riżultati għandhom jiġu rrapportati bis-sħiħ għas-sena finanzjarja agrikola tal-ewwel pagament, anki jekk ikun sar pagament parzjali biss fis-sena finanzjarja agrikola kkonċernata;
permezz ta’ deroga mill-punt (a), għall-indikatur tar-riżultat R.37, il-valuri għandhom jingħaddu bis-sħiħ fil-ħin tat-tlestija tal-operazzjoni;
il-valuri relatati mal-pagamenti fil-forma ta’ pagamenti bil-quddiem imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) u fl-Artikolu 32(5), u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(2), u fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 ma għandhomx jingħaddu fil-kwantifikazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati relatati qabel ma jingħata l-output korrispondenti;
il-valuri annwali għandhom jiġu rrapportati għall-indikaturi tar-riżultati R.4, R.5, R.6, R.7, R.8, R.11, R.12, R.13, R.14, R.19, R.20, R.21, R.22, R.23, R.24, R.25, R.29, R.30, R.31, R.33,R.34, R.43 u R.44;
il-valuri kumulattivi għandhom jiġu rrapportati għall-indikaturi tar-riżultati R.1, R.2, R.3, R.9, R.10, R.15, R.16, R.17, R.18, R.26, R.27, R.28, R.32, R.35, R.36, R.37, R.38, R.39, R.40, R.41 u R.42;
l-indikatur tar-riżultati R.4 jirrigwarda ż-żona koperta mit-tipi kollha ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif ukoll l-appoġġ għal żona b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona msemmija fl-Artikolu 71 ta’ dak ir-Regolament u għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji msemmija fl-Artikolu 72 ta’ dak ir-Regolament;
l-indikatur tar-riżultati R.6 jirrigwarda t-tipi kollha ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/2115, ħlief il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton imsemmi fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament;
l-indikatur tar-riżultati R.7 jirrigwarda t-tipi kollha ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 ħlief il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton imsemmi fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll l-appoġġ għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona msemmija fl-Artikolu 71 ta’ dak ir-Regolament u għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji msemmija fl-Artikolu 72 ta’ dak ir-Regolament;
b’deroga mill-punt (h), meta l-Istati Membri jfasslu interventi f’konformità mal-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li jappoġġaw żoni forestali biss, tali interventi jistgħu jkunu marbuta mal-indikatur tar-riżultati R.30, soġġett għal dan li ġej:
l-indikatur tar-riżultati R.38 jirrigwarda l-interventi għal LEADER imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 77(1), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Fil-pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom, meta jippreżentawh għall-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mira għall-indikatur tar-riżultati R.38 li tindika l-popolazzjoni rurali mistennija koperta minn strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Ladarba jkunu ntgħażlu l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali kollha skont Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimmodifika l-Pjan Strateġiku tal-PAK kif ikun rilevanti biex iżid mal-valuri fil-mira eżistenti l-kontribuzzjoni addizzjonali mistennija mill-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali magħżula. Dan jista’ jinkludi rabtiet addizzjonali bejn l-interventi għal LEADER u l-indikaturi tar-riżultati komuni stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115;
l-indikaturi tar-riżultati relatati maż-żona R.12, R.14, R.19, R.20, R.21, R.22, R.23, R.24, R.29, R.31, R.33 u R.34 huma relatati biss ma’ prattiki ambjentali volontarji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji mħallsa f’ettari skont l-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115, skont l-impenji agroambjentali klimatiċi msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll skont l-interventi rilevanti f’ċerti setturi msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115;
b’deroga mill-punt (k), l-Istati Membri jistgħu jorbtu wkoll l-indikaturi tar-riżultati R.12, R.14, R.19, R.20, R.21, R.22, R.23, R.24, R.29, R.31, R.33 u R.34 ma’ interventi għajr dawk imsemmija fil-punt (k), dment li l-prattiki appoġġati jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji rilevanti u jikkontribwixxu b’mod sinifikanti u dirett għall-indikaturi tar-riżultati rilevanti;
Il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għandu jitqies għall-kalkolu tal-indikaturi tar-riżultati.
Regoli biex jiġi evitat l-għadd doppju fl-indikaturi tar-riżultati
9. Biex jiġu kkalkolati l-indikaturi tar-riżultati mingħajr għadd doppju, għandu japplika dan li ġej:
jekk unità li tikkontribwixxi għall-kwantifikazzjoni ta’ indikatur tar-riżultati tkun koperta minn diversi interventi, jew minn diversi operazzjonijiet fl-istess intervent, li jkunu marbuta mal-istess indikatur tar-riżultati, din l-unità għandha tingħadd darba biss fil-kwantifikazzjoni ta’ dak l-indikatur tar-riżultati;
l-indikaturi tar-riżultati li jirrigwardaw l-intervent kopert mis-sistema integrata u rrapportati fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għas-sena finanzjarja agrikola N-1 għandhom jinkludu l-għadd ta’ unitajiet li jkunu rċevew pagament parzjali jew sħiħ fis-sena finanzjarja agrikola N-1 b’rabta mal-interventi mitluba fis-sena N-2;
fil-każ li jiġu applikati drittijiet għal pagament jew limiti massimi, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw iż-żona rilevanti ddeterminata bħala eliġibbli għall-pagament wara l-kontrolli amministrattivi u qabel ma japplikaw dawk il-limiti skont l-indikaturi tar-riżultati rilevanti;
B’deroga mill-punt (a), jista’ jiġi aċċettat għadd doppju għall-indikaturi tar-riżultati R.1, R.2, R.3, R.10 u R.28.
Denominaturi tal-indikaturi tar-riżultati
10. Dan li ġej għandu japplika għad-denominaturi:
il-valuri tal-indikaturi tal-kuntest li jintużaw bħala denominaturi tal-indikaturi tar-riżultati għandhom jiġu ffissati għall-perjodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Jekk ikun debitament ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jaġġornaw dawn il-valuri bħala parti minn emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115;
b’deroga mill-punt (a), għar-rapportar, id-denominaturi għall-indikaturi tar-riżultati R.6, R.7, u R.11 għandhom jiġu aġġornati kull sena.
Diżaggregazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati għar-rapportar
11. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw valur wieħed biss għal kull indikatur tar-riżultati rilevanti. B’deroga mill-ewwel sentenza, jeħtieġ li jsiru d-diżaggregazzjonijiet li ġejjin:
skont is-settur għall-indikatur tar-riżultati R.11;
skont is-subkategoriji għall-indikatur tar-riżultati R.17;
skont il-konverżjoni u l-manutenzjoni tal-biedja organika għall-indikatur tar-riżultati R.29;
skont it-tip ta’ art għall-indikatur tar-riżultat R.33;
skont il-ġeneru għall-indikatur tar-riżultati R.36;
skont l-ispeċi tal-bhejjem għall-indikaturi tar-riżultati R.43 u R.44.
Koeffiċjenti għall-konverżjoni tal-annimali f’unitajiet ta’ bhejjem
12. Il-punti li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu tal-koeffiċjenti ta’ konverżjoni:
Għall-indikaturi tal-output u għall-indikaturi tar-riżultati, għandhom jintużaw il-koeffiċjenti tal-Eurostat għall-konverżjoni tal-annimali f’unitajiet ta’ bhejjem, kif ikun rilevanti;
B’deroga mill-punt (a), jistgħu jintużaw il-koeffiċjenti ta’ konverżjoni simplifikati pprovduti fit-tabella li ġejja:
Speċijiet |
Età/kategorija |
Koeffiċjent |
Annimali bovini |
taħt is-sitt xhur |
0,4 |
|
minn sitt xhur sa sentejn |
0,6 |
|
aktar minn sentejn |
1,0 |
Annimali ekwini |
iktar minn sitt xhur |
1,0 |
Nagħaġ u mogħoż |
|
0,15 |
Ħnieżer |
ħnieżer tal-għalla > 50 kg |
0,5 |
|
ħnieżer oħra |
0,3 |
Pollam |
|
|
|
tiġieġ tal-bajd |
0,014 |
|
pollam ieħor |
0,03 |
il-koeffiċjenti ta’ konverżjoni pprovduti fit-tabella stabbilita fil-punt (b) jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu f’każijiet debitament ġustifikati u spjegati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK filwaqt li titqies l-evidenza xjentifika;
kategoriji oħra ta’ annimali jistgħu eċċezzjonalment jiżdiedu fit-tabella stabbilita fil-punt (b) f’każijiet debitament ġustifikati, u l-koeffiċjent ta’ konverżjoni għal kwalunkwe kategorija bħal din għandu jiġi stabbilit u spjegat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK filwaqt li titqies l-evidenza xjentifika.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).