EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R1222-20211201

Consolidated text: Regolament ta'' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 tat-8 ta'' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta'' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta'' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta'' subkategoriji ta'' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (Test b''rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1222/2021-12-01

02014R1222 — MT — 01.12.2021 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA'' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1222/2014

tat-8 ta'' Ottubru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta'' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta'' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta'' subkategoriji ta'' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti

(Test b''rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 330 15.11.2014, p. 27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1608 tas-17 ta'' Mejju 2016

  L 240

1

8.9.2016

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/539 tal-11 ta’ Frar 2021

  L 108

10

29.3.2021




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1222/2014

tat-8 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jispeċifika l-metodoloġija skont liema l-awtorità msemmija fl-Artikolu 131(1) tad-Direttiva 2013/36/UE (minn hawn 'il quddiem imsejħa “awtorità rilevanti”) ta' Stat Membru tidentifika, fuq bażi konsolidata, entità rilevanti bħala istituzzjoni globali sistemikament importanti (G-SII), u l-metodoloġija għad-definizzjoni ta' subkategoriji tal-G-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs għal dawk is-subkategoriji abbażi tal-importanza sistemika tagħhom u, bħala parti mill-metodoloġija, skedi ta' żmien u d-dejta li għandha tintuża għall-identifikazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M2

(1) 

“Entità rilevanti” tfisser grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE;

▼B

(2) 

“Valur tal-indikatur” tfisser għal kull indikatur stabbilit fl-Artikolu 6 u għal kull entità rilevanti tal-kampjun il-valur individwali tal-indikatur u għal kull bank awtorizzat f'pajjiż terz, valur individwali komparabbli divulgat pubblikament skont l-istandards miftiehma internazzjonalment;

(3) 

“Denominatur” tfisser għal kull indikatur, il-valur aggregat totali tal-valuri tal-indikaturi tal-entitajiet rilevanti u l-banek awtorizzati f'pajjiżi terzi tal-kampjun;

(4) 

“Punteġġ limitu” tfisser valur tal-punteġġ li jiddetermina l-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn il-ħames subkategoriji kif definiti fl-Artikolu 131(9) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 3

Parametri komuni għall-metodoloġija

1.  
L-ABE tidentifika kampjun ta' istituzzjonijiet jew gruppi li l-valuri tal-indikatur tagħhom għandhom jintużaw bħala valuri ta' referenza li jirrappreżentaw is-settur bankarju globali għall-fini tal-kalkolu tal-punteġġi, b'kunsiderazzjoni tal-istandards miftiehma internazzjonalment, b'mod partikolari l-kampjun użat mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja għall-identifikazzjoni ta' banek globali sistemikament importanti u tinnotifika l-awtoritajiet rilevanti tal-entitajiet rilevanti inklużi fil-kampjun sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

Il-kampjun jikkonsisti minn entitajiet u banek rilevanti awtorizzati f'pajjiżi terzi u jinkludi l-akbar 75 minnhom, abbażi tal-iskopertura totali kif definita fl-Artikolu 6(1), kif ukoll entitajiet rilevanti li ġew maħtura bħala G-SIIs u banek f'pajjiżi terzi li kienu nominati bħala globali sistemikament importanti fis-sena preċedenti.

L-ABE teskludi jew iżżid entitajiet jew banek rilevanti awtorizzati f'pajjiżi terzi, jekk ikun neċessarju biex tiġi żgurata sistema ta' referenza adegwata għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika tas-swieq finanzjarji globali u l-ekonomija dinjija u sa dan il-punt, b'kunsiderazzjoni għall-istandards miftiehma internazzjonalment inkluż il-kampjun użat mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja.

▼M2

2.  

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena l-awtorità rilevanti għandha tirrapporta lill-ABE l-valuri tal-indikaturi ta’ kull entità rilevanti awtorizzata fil-ġurisdizzjoni tagħha b’kejl tal-iskopertura totali, ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 429(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), ta’ aktar minn EUR 200 biljun. Il-valuri tal-indikatur għandhom jinġabru mill-awtorità rilevanti b’kont meħud tal-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tad-data sottostanti kif stabbiliti fi kwalunkwe linja gwida żviluppata mill-ABE skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). L-awtorità rilevanti għandha tiżgura li l-valuri tal-indikatur ikunu identiċi għal dawk ippreżentati lill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja.

▼B

3.  
L-ABE tikkalkula d-denominaturi, abbażi tal-valuri tal-indikatur irrappurtati mill-awtorità rilevanti skont il-paragrafu 2, b'kunsiderazzjoni tal-istandards miftiehma internazzjonalment, b'mod partikolari d-denominaturi ppubblikati mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja għal dik is-sena, u tinnotifikahom lill-awtoritajiet rilevanti. Id-denominatur tal-indikatur ikun l-ammont aggregat tal-valuri tal-indikatur bejn l-entitajiet u l-banek rilevanti kollha awtorizzati f'pajjiżi terzi fil-kampjun, kif irrappurtat għall-entitajiet rilevanti skont il-paragrafu 2 u divulgat mill-banek awtorizzati f'pajjiżi terzi fil-31 ta' Lulju tas-sena rilevanti.

▼M2

Artikolu 4

Il-proċedura tal-identifikazzjoni

1.  
L-awtorità rilevanti għandha tikkalkula l-punteġġi tal-entitajiet rilevanti li huma inklużi fil-kampjun notifikat mill-ABE u li huma awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena.
2.  
Jekk l-awtorità rilevanti, fl-eżerċizzju ta’ ġudizzju superviżorju tajjeb, talloka G-SII mill-ġdid minn subkategorija aktar baxxa għal subkategorija ogħla jew tinnomina entità rilevanti bħala G-SII skont l-Artikolu 131(10)(a) jew (b) tad-Direttiva 2013/36/UE, rispettivament, l-awtorità rilevanti għandha tipprovdi dikjarazzjoni dettaljata bil-miktub lill-ABE dwar ir-raġunijiet tal-valutazzjoni tagħha sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru ta’ kull sena.
3.  
Jekk l-awtorità rilevanti, fl-eżerċizzju ta’ ġudizzju superviżorju tajjeb, talloka G-SII mill-ġdid minn subkategorija ogħla għal subkategorija aktar baxxa f’konformità mal-Artikolu 131(10)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità rilevanti għandha tipprovdi dikjarazzjoni dettaljata bil-miktub lill-ABE dwar ir-raġunijiet tal-valutazzjoni tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.
4.  
Ir-riallokazzjoni jew id-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara s-sena kalendarja li fiha d-denominaturi jkunu ġew notifikati lill-awtoritajiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 3(3). Jekk G-SII tiġi allokata għal subkategorija aktar baxxa milli fil-proċess ta’ identifikazzjoni tas-sena preċedenti, ir-rekwiżit ta’ riżerva għall-G-SII aktar baxxa għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena li ssegwi r-riallokazzjoni, sakemm l-awtorità rilevanti ma teżerċitax il-ġudizzju superviżorju tajjeb tagħha biex tittardja l-applikazzjoni ta’ dak ir-rekwiżit sad-data msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu.
5.  
L-identifikazzjoni ta’ entità rilevanti bħala G-SII mill-awtorità rilevanti għandha tinkludi l-Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifiers, LEIs) tal-entitajiet ġuridiċi kollha inklużi fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni tal-G-SII. Sa l-1 ta’ Marzu tas-sena li ssegwi s-sena tal-eżerċizzju ta’ identifikazzjoni, l-entità rilevanti identifikata mill-awtorità rilevanti għandha tiżvela l-istruttura tal-grupp tagħha billi tipprovdi, fejn disponibbli, l-LEIs tal-entitajiet konsolidati kollha fil-grupp. L-entità rilevanti għandha tiżgura li l-istruttura tal-grupp tagħha żvelata permezz tal-bażi tad-data globali tal-LEI tiġi aġġornata b’mod permanenti.

▼B

Artikolu 5

L-identifikazzjoni bħala G-SII, id-determinazzjoni tal-punteġġi u l-allokazzjoni għal subkategoriji

1.  
Il-valuri tal-indikatur ikunu bbażati fuq dejta rrapportata tal-entità rilevanti ta' tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, fuq bażi kkonsolidata, u għal banek awtorizzati f'pajjiżi terzi fuq dejta divulgata f'konformità ma' standards miftiehma internazzjonalment. L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jużaw valuri tal-indikatur ta' entitajiet rilevanti li t-tmiem tas-sena finanzjarja tagħhom huwa t-30 ta' Ġunju bbażat fuq il-pożizzjoni tagħhom fil-31 ta' Diċembru.

▼M2

1a.  
B’deroga mill-paragrafu 1, il-valuri tal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 6(2), punti (a), (b) u (c), u fl-Artikolu 6(4), punti (a) u (b), għandhom jinkludu wkoll sussidjarji tal-assigurazzjoni.

▼M2

2.  
L-awtorità rilevanti għandha tiddetermina l-punteġġ ta’ kull entità rilevanti tal-kampjun bħala l-medja sempliċi tal-punteġġi tal-kategorija soġġett għal punteġġ massimu tal-kategorija ta’ 500 punt bażi għall-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà.

Il-punteġġ ta’ kull kategorija, ħlief il-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi u tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp, għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja sempliċi tal-valuri li jirriżultaw mid-diviżjoni ta’ kull valur tal-indikatur ta’ dik il-kategorija bid-denominatur tal-indikatur notifikat mill-ABE.

Il-punteġġ għall-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi u tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp għandu jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-valuri tal-indikaturi ta’ dik il-kategorija. Għal dak il-għan, l-indikaturi għal assijiet f’kustodja skont l-Artikolu 6(3)(a), u għall-attività tal-pagamenti skont l-Artikolu 6(3)(b), għandhom jiġu ppeżati b’mod sħiħ, u l-indikaturi għat-tranżazzjonijiet sottoskritti fis-swieq tad-dejn u tal-ekwità skont l-Artikolu 6(3)(c), u għall-volum ta’ negozjar skont l-Artikolu 6(3)(d), għandhom jiġu ppeżati b’50 %.

Il-punteġġi għandhom jiġu espressi f’punti bażi u jiġu mqarrba lejn l-eqreb punt bażi sħiħ.

▼B

3.  

L-inqas punteġġ limitu jkun ta' 130 punt bażi. Is-subkategoriji jiġu allokati kif ġej:

(a) 

is-subkategorija 1 tinkludi punteġġi minn 130 sa 229 punt bażi;

(b) 

is-subkategorija 2 tinkludi punteġġi minn 230 sa 329 punt bażi;

(c) 

is-subkategorija 3 tinkludi punteġġi minn 330 sa 429 punt bażi;

(d) 

is-subkategorija 4 tinkludi punteġġi minn 430 sa 529 punt bażi;

(e) 

is-subkategorija 5 tinkludi punteġġi minn 530 sa 629 punt bażi.

4.  
L-awtorità rilevanti tidentifika entità rilevanti bħala G-SII meta l-punteġġ ta' dik l-entità jkun daqs jew ogħla minn l-inqas punteġġ limitu. Deċiżjoni biex tinħatar entità rilevanti bħala G-SII fl-eżerċizzju ta' ġudizzju superviżorju tajjeb skont l-Artikolu 131(10)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' jekk il-falliment tagħha jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali.
5.  
L-awtorità rilevanti talloka G-SII għal subkategorija skont il-punteġġ tagħha. Deċiżjoni biex G-SII tiġi allokata mill-ġdid minn subkategorija baxxa għal waħda iktar għolja fl-eżerċizzju ta' ġudizzju superviżorju tajjeb skont l-Artikolu 131(10)(a), tad-Direttiva 2013/36/UE tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' jekk il-falliment tagħha jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali.

▼M2

5a.  
L-awtorità rilevanti għandha tiddetermina punteġġ globali addizzjonali għal kull entità rilevanti b’attivitajiet transfruntieri fl-Istati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) billi ssegwi l-proċess stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, imma għandha tissostitwixxi l-valuri tal-indikaturi tal-entità rilevanti skont l-Artikolu 6(5)(a) u (b) b’dawk ikkalkolati f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għandha tissostitwixxi d-denominaturi korrispondenti bid-denominaturi riveduti pprovduti mill-ABE.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità rilevanti għandha tqis nazzjonali l-pretensjonijiet u l-passivi kollha fil-konfront tal-kontropartijiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 131(2), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità rilevanti għandha tqis l-istess valuri tal-indikaturi mhux mibdula rrapportati mill-entità rilevanti u d-denominaturi notifikati mill-EBA.;

5b.  
Fuq il-bażi tal-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 5a, deċiżjoni ta’ riallokazzjoni ta’ G-SII minn subkategorija ogħla għal subkategorija aktar baxxa, fl-eżerċizzju ta’ ġudizzju superviżorju tajjeb f’konformità mal-Artikolu 131(10)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta’ jekk il-falliment tal-G-SII jkollux impatt negattiv aktar baxx fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali. Fejn xieraq, din il-valutazzjoni għandha tqis kwalunkwe fehma jew riżerva adottata mill-BCBS f’konformità mal-metodoloġija tagħha disponibbli pubblikament għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika ta’ banek globali sistemikament importanti.

Il-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 5a jista’ jiddetermina r-riallokazzjoni tal-G-SII mill-awtorità rilevanti għas-subkategorija iktar baxxa li jmiss skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Ir-riallokazzjoni tal-G-SII għal subkategorija aktar baxxa għandha tkun limitata għal massimu ta’ livell wieħed ta’ subkategorija.

▼M2

6.  
Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 5b għandhom jiġu appoġġati minn indikaturi anċillari, li ma jkunux indikaturi tal-probabbiltà li l-entità rilevanti tfalli. Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dokumentata sew u verifikabbli.

▼M1

Artikolu 6

Indikaturi

1.  
Il-kategorija li tkejjel id-daqs tal-grupp tikkonsisti minn indikatur wieħed daqs l-iskopertura totali tal-grupp.
2.  

Il-kategorija li tkejjel l-interkonnettività tal-grupp mas-sistema finanzjarja tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin:

(a) 

assi intra sistemi finanzjarji;

(b) 

obbligazzjonijiet intra sistemi finanzjarji;

(c) 

titoli pendenti.

3.  

Il-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi jew tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin:

(a) 

assi f'kustodja;

(b) 

attività tal-pagamenti;

(c) 

tranżazzjonijiet sottoskritti fi swieq tad-dejn u tal-ekwità;

▼M2

(d) 

volum ta’ negozjar.

▼M1

4.  

Il-kategorija li tkejjel il-kumplessità tal-grupp tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin:

(a) 

ammont nozzjonali ta' derivattivi barra l-borża;

(b) 

assi inklużi fil-livell 3 tal-valur ġust imkejjel skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 ( 4 );

(c) 

titoli għan-negozjar u disponibbli għall-bejgħ.

5.  

Il-kategorija li tkejjel l-attività transfruntiera tal-grupp tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin:

(a) 

pretensjonijiet transġuriżdizzjonali;

(b) 

obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali.

6.  
Għad-dejta rappurtata f'muniti oħra minbarra l-Euro, l-awtorità rilevanti għandha tuża rata tal-kambju xierqa filwaqt li tqis ir-rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew li tkun applikabbli fil-31 ta' Diċembru u l-istandards internazzjonali. Għall-indikatur tal-attività tal-ħlas kif imsemmi fil-paragrafu 3(b), l-awtorità rilevanti għandha tuża r-rati tal-kambju medji għas-sena rilevanti.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1 —————



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 12, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju Nru 1 u 13, u l-Interpretazzjoni Nru 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rappurtar Finanzjarju (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78).

Top