EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R2201-20050301

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta'Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2201/2005-03-01

2003R2201 — MT — 01.03.2005 — 001.006


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2201/2003

tas-27 ta'Novembru 2003

dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000

(ĠU L 338 23.12.2003, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2116/2004 tat-2 ta' Diċembru 2004

  L 367

1

14.12.2004


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 082, 22.3.2013, p.  63 (2201/2003)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2201/2003

tas-27 ta'Novembru 2003

dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 3 )

Billi:

(1)

il-Komunitajiet Ewropej iffissaw l-oġġettiv li joħolqu żona ta' libertà, siġurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu talpersuni huwa assigurat. Għal din il-għan, il-Komunità għandha taddotta, fost affarijiet oħra, miżuri fl-oqsma ta' koperazzjoni ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili li huma neċessarji gżat-tħaddim kif suppost tas-suq intern.

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere ndorsja l-prinċipju tar- rikonoxximent reċiproku ta' deċizjonijiet ġudizzjarji bħala bażi għall-ħolqien ta' żona ġuridika ġenwina, u identifikat id-dritt taż- żjara bħala prijorità.

(3)

Il-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 ( 4 ) jistabbilixxi r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri għall-minuri taż-żewġ konjuġi fl-okkażjoni ta' l-proċedimenti matrimonjali. Il-kontenut ta' dan ir-Regolament ġie sostanzjalment meħud mill-Konvenzjoni tat-28 ta' Mejju 1998 dwar l-istess suġġett ( 5 )

(4)

Fit-3 ta' Lulju 2000 Franza ppreżentat inizjattiva għall-Regolament ta' l-Kunsill dwar l-infurzar reċiproku ta' sentenzi dwar id-drittijiet ta' aċċess għal minuri ( 6 )

(5)

Sabiex l-ugwaljanza għal minuri kollha tkun assigurata, dan ir-Regolament ikopri d-deċizjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri, inkluzi l-miżuri ta' protezzjoni għall-minuri, indipendentement minn xi konnessjoni ma' xi proċedura matrimonjali.

(6)

Ladarba l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri ta' sikwit titfaċċa fil-kuntest ta' proċedimenti matrimonjali, ikun aktar xieraq li jkun hemm strument wieħed għall-kwistjonijiet ta' divorzju u r-responsabilità ta' l-ġenituri.

(7)

L-iskop ta' dan ir-Regolament ikopri kwistjonijiet ċivili, tkun x'tkun in-natura ta' l-qorti jew tribunal.

(8)

Fir-rigward ta' sentenzi dwar divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg, dan ir-Regolament għandu japplika biss għax-xoljiment tar-rabtiet matrimonjali u m'għandux jittratta ma' kwistjonijiet bħal raġunijiet għal divorzju, il-proprjetà bħala konsegwenza taż-żwieg jew kwalsiasi miżuri oħra anċillari.

(9)

Fir-rigward ta' l-proprjetà ta' l-minuri, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-miżuri għall-protezzjoni ta' l-minuri, i.e. (i) in-nomina u l-funzjonijiet ta' persuna jew korp li għandu l-karigu ta' l-proprjetà ta' l-minuri, li jirrapreżenta jew li jgħin lill-minuri, u (ii) l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni, jew il-ħelsien ta' l-proprjetà ta' l-minuri. F'dan il-kuntest, dan ir-Regolament għandu, per ezempju, japplika f'każijiet fejn il-ġenituri qegħdin jargumentaw fir-rigward ta' l-amministrazzjoni ta' l-proprjetà ta' l-minuri. Dawk il-Miżuri relatati mal-proprjetà ta' l-minuri li ma jikkonċernawx il-protezzjoni ta' l-minuri għandhom ikomplu jiġu rregolati mir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi ta' l-qorti fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali ( 7 )

(10)

Dan il-Regolament mhuwiex maħsub biex japplika għall-kwistjonijiet ta' siġurtà soċjali, miżuri pubbliċi ta' natura ġenerali fi kwistjonijiet ta' edukazzjoni jew saħħa jew għall-deċiżjonijiet dwar id-dritt ta' l-ażil u dwar l-immigrazzjoni. Barra minn dan, huwa m'għandux japplika għall-istabbiliment ta' l- paternità u l-maternità, peress li din hija kwistjoni differenti mill-attribuzzjoni tar-responsabbilità ta' l-ġenituri, u lanqas għall- kwistjonijiet oħra konnessi ma' l-istatus ta' l-persuni. Minbarra dan, m'għandux japplika għall-miżuri meħuda bħala riżultat ta' reati kriminali magħmula mill-minuri.

(11)

L-obligazzjonijiet ta' manteniment huma esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament peress li dawn huma diġà koperti mir-Regolament ta' l-Kunsill Nru 44/2001. Il-qrati li għandhom il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament ġeneralment għandhom il-ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-obbliġazzjonijiet ta' manteniment billi japplikaw l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' l-Kunsill Nru 44/2001.

(12)

Ir-raġunijiet ta' l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbilità ta' l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta' l-qrubija. Dan ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta' l-minuri jew skond ftehim bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità.

(13)

Fl-interess ta' l-minuri, dan ir-Regolament jippermetti, permezz ta' eċċezzjoni u taħt ċerti kondizzjonijiet, li l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni tista' tittrasferixxi każ għal qorti oħra ta' Stat Membru jekk din il-qorti hija f'posizzjoni aħjar biex tisma' l-każ. Madankollu, f'dan il-każ it-tieni qorti m'għandiex titħalla tittrasferixxi l-każ għal qorti terza.

(14)

Dan ir-Regolament għandu jieħu effett mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-liġi internazzjonali pubblika dwar l-immunità diplomatika. Fejn taħt dan ir-Regolament ma tistax tiġi applikata l-ġurisdizzjoni minħabba l-eżistenza ta' l-immunità diplomatika skond il-liġi nternazzjonali, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi applikata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih il-persuna kkonċernanta ma tgawdix minn din l-immunità.

(15)

Ir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri tad-dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'materji ċivili jew kummerċjal ( 8 ) għandu japplika għan-notifika ta' dokumenti fi proċedimenti mibdija skond dan ir-Regolament.

(16)

Dan ir-Regolament m'għandux jimpedixxi lill-qrati ta' xi Stat Membru milli jieħdu miżuri proviżorji, inkluzi dawk protettivi, f'każijiet urġenti, fir-rigward ta' persuni jew proprjetà li tinstab f'dak l-Istat.

(17)

F'każijiet ta' tneħħija jew żamma nġusta ta' minuri, ir-ritorn ta' l-minuri għandu jinkiseb mingħajr dewmien, u għal dan il-għan għandha tkompli tapplika l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-25 ta' Ottubru 1980 kif kumplementata mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u partikolarrment l-Artikolu 11. Il-qrati ta' l-Istati Membri liema jew li minnhom il-minuri ġew imneħħija nġustament jew miżmuma għandhom ikun jistghu jopponu r-ritorn tiegħu f'każijiet speċifici jew skond kif ġustifikati. Madankollu, deċiżjoni bħal din tista' tiġi sostitwita minn deċiżjoni sussegwenti mill-qorti ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' l-minuri qabel it-tneħħija jew żamma nġusta. Jekk dik is-sentenza tobbliga r-ritorn ta' l-minuri, ir-ritorn għandu jiġi magħmul mingħajr l-ebda proċedura speċjali neċessarja għar-rikonoxximent u l-enfurzar ta' dik is-sentenza fl-Istat Membru liema jew f'liema l-minuri ġew imneħħija jew miżmuma.

(18)

Fejn il-qorti ddeċidiet li ma tirritornax il-minuri skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, hija għandha tinforma l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni jew awtorità ċentrali fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta. Kemm-il darba l-qorti f'dan l-aħħar Stat Membru ma ħaditx pussess ta' dan, din il-qorti jew l-awtorità centrali għandha tinnotifika l-partijiet. Din l-obligazzjoni m'għandhiex titħalla topponi l-awtorità ċentrali milli tinnotifika wkoll l-awtoritajiet rilevanti pubbliċi skond il-liġi nazzjonali.

(19)

Is-smiegħ ta' l-minuri tilgħab parti mportanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għalkemm dan l-instrument mhux maħsub sabiex jimmodifika l-proċedimenti nazzjonali fejn applikabli.

(20)

Is-smigħ ta' l-minuri fi Stat Membru ieħor jista' isir taħt arranġamenti stabbiliti fir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fejn tittieħed ix-xiehda fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali ( 9 ).

(21)

Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi mogħtija fi Stat Membru għandu jiġi bbażat fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka u l-bażi għal nuqqas ta' rikonoxximent għandu jinżamm għall-minimu neċessarju.

(22)

L-istrumenti awtentiċi u l-ftehim bejn partijiet li huma nfurzabbli fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu ttrattati bħala ugwali għal “sentenzi” għall-iskop ta' l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar.

(23)

Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere kkunsidra fil-konklużjonijiet tiegħu (punt 34) li sentenzi fil-qasam tat-tilwim familjari għandhom ikunu “awtomatikament rikonoxxuti f'kull parti ta' l-Unjoni mingħajr ebda proċedimenti intermedji jew bażi għar-rifjut ta' l-infurzar”. Huwa għalhekk li sentenzi dwar id-drittijiet ta' aċċess u sentenzi dwar ir-ritorn li ġew ċertifikati ġewwa l-Istati Membri fejn oriġinaw skond id-disposizzjoniet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati fl-Istati Membri kollha mingħajr ma tkun neċessarja ebda proċedura oħra. L-arranġamenti għall-infurzar ta' dawn is-sentenzi jkomplu jiġu rregolati mil-liġi nazzjonali.

(24)

Iċ-ċertifikat maħruġ sabiex jiffaċilita l-infurzar tas-sentenza m'għandux ikun suġġett għall-appell. Għandu jiġi kkoreġut biss fejn hemm żball materjali, jiġifieri fejn ma jirriflettix b'mod korrett is-sentenza.

(25)

L-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkoperaw fi kwistjonijiet ġenerali kif ukoll f'każijiet speċifiċi, inklużi wkoll ir-raġunijiet li jiffavurixxu soluzzjoni ta' ħbiberija ta' tilwim familjari, fi kwistjonijiet ta' responsabbilità ta' l-ġenituri. Għal din il-fini l-awtoritajiet ċentrali għandhom jipparteċipaw fin-Network Ġudizzjarja Ewropea fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali ( 10 ).

(26)

Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-disposizzjoni ta' l-pubbliku u taġġorna l-listi ta' l- qrati u proċedimenti għat-tiswija ta' l-inġustizzji, ikkomunikati mill-Istati Membri.

(27)

Il-miżuri neċessarji ghall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċizjoni ta' l-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi il-proċeduri għall-ezerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 11 ).

(28)

Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 li qed jiġi b'dan revokat.

(29)

Għat-tħaddim kif suppost ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tipproponi dawk l-emendi li jidrilha li huma neċessarji.

(30)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda, bi qbil ma' l-Artikolu 3 ta' l-Protokoll dwar il-pożizzjoni dwar ir-Renju Unit u l-Irlanda li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u dwar it-Trattat li jistabilixxi l-Kommunità Ewropea, taw avviż tax-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(31)

Id-Danimarka, skond l-Artikolu 1 u 2 ta' l-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Kommunità Ewropea, mhux se tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għaldaqstant mhijiex marbuta u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(32)

Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu suffiċjentament milħuqa mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jiġu milħuqa aħjar mil-livell ta' l-Komunità, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx aktar lil' hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(33)

Dan ir-Regolament jirrikonoxxi d-drittijiet fondamentali u josserva l-prinċipji ta' l-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, ifittex li jassigura r-rispett għad-drittijiet fondamentali ta' l-minuri kif stabbiliti fl-Artikolu 24 ta' l-Karta tat-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta' l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:

(a) id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ;

(b) l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta' l-ġenituri.

2.  Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu1(b) jistgħu, partikolarment, jittrattaw fi:

(a) drittijiet ta' kustodja u drittijiet ta' aċċess;

(b) kuratura, tutela w istituzzjonijiet simili;

(ċ) in-nomina u l-funzjonijiet ta' xi persuni jew korp li għandhom l-inkarigu ta' l-minuri jew ta' l-proprjetà, ir-rappreżentanza jew l-għajnuna ta' l-minuri;

(d) it-tqegħid ta' l-minuri ma' familja tar-rispett jew f' kustodja stituzjonali;

(e) il-miżuri għall-protezzjoni ta' l-minuri dwar l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni u l-ħelsien ta' l-proprjetà tagħhom.

3.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) l-istabbiliment jew kontestazzjoni ta' relazzjonijiet bejn minuri u ġenituri;

(b) id-deċizjonijiet dwar l-adozzjoni, il-miżuri preparatorji għall-adozzjoni, jew l-annullament jew ir-revoka ta' l-adozzjoni;

(ċ) l-isem u l-ewwel ismijiet ta' l-minuri;

(d) l-emanċipazzjoni;

(e) l-obbliġazzjonijiet ta' manteniment;

(f) il-fondi fiduċjarji jew ta' suċċessjoni;

(g) il-miżuri meħuda bħala rizultat ta' xi reati kriminali magħmula mill-minuri.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

1. ll-kelma “qorti” għandha tkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt u li huma nkluzi fil-kompetenza ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 1;

2. il-kelma “imħallef” għandha tfisser imħallef jew uffiċjal li għandu l-poteri ekwivalenti ghall dawk ta' imħallef fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza ta'dan ir-Regolament;

3. il-kliem “L-Istati Membri” għandhom ifissru l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;

4. il-kelma “sentenza” għandha tfisser divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ, kif ukoll sentenza dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri, iddikjarata minn qorti ta' Stat Membru, hu x'inhu t-terminu li tista' tiġi msejjħa bih is-sentenza, inkluzi diġriet, ordni jew deċiżjoni;

5. il-kliem “l-oriġini ta' l-Istati Membri” għandhom ifissru l-Istat Membru fejn is-sentenza li għandha tiġi nfurzata ġiet maħruġa;

6. il-kliem “L-Istati Membru ta' l-infurzar” għandu jfisser l-Istat Membru fejn qed tipprova tiġi nfurzata s-sentenza;

7. il-kliem “responsabbilità ta' l-ġenituri” għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta' l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b'sentenza, bl-operazzjoni ta' l-liġi jew b'xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta' kustodja u d-drittijiet ta' l-aċċess;

8. il-kliem “min għandu r-responsabilità ta' l-ġenituri” se tfisser kwalunkwe persuna li għandha r-responsabilità ta' l-ġenituri fuq il-minuri;

9. il-kliem “drittijiet ta' kustodja” għandhom jinkludu drittijiet u responsabbilitajiet dwar il-kura ta' l-persuna ta' l-minuri, u partikolarment id-drittijiet li jiddeterminaw il-post ta' residenza ta' l-minuri;

10. il-kliem “drittijiet ta' aċċess” għandhom jinkludu partikolarment id-dritt li tieħu l-minuri f'post ‘l barra minn dak li huwa l-post residenzali proprju, għal perjodu ta' żmien limitat;

11. il-kliem “tneħħija nġusta jew iż-żamma” għandhom ifissru t-tneħħija ta' l-minuri jew iż-żamma fejn;

(a) hemm ksur ta' liġi tad-drittijiet ta' kustodja akkwistati permezz ta' sentenza jew b'operat ta' liġi jew b'xi fteħim li għandu effett legali taħt il-liġi ta' l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma;

u

(b) iżda, f'dak iż-żmien tat-tneħħija jew iż-żamma, id-drittijiet ta' kustodja kienu attwalment eżerċitati, konġuntament jew unikament, jew kieku kienu ikunu hekk eżerċitati minħabba t-tneħħija jew iż-żamma. Il-kustodja se tiġi kkunsidrata biex tiġi eżerċitata konġuntament meta, skond sentenza jew b'operat ta' liġi, wieħed mill-ġenituri li għandu jew għandha r-responsabbilità ma tistax tiddeċiedi dwar il-post ta' residenza ta' l-minuri mingħajr il-kunsens ta' persuna oħra li għandha r-responsabbilità ta' l-ġenitur.



KAPITOLU II

IL-ĠURISDIZZJONI



TAQSIMA 1

Id-divorzju, is-separazzjoni legali u l-annullament taż-żwieġ

Artikolu 3

Il-ġurisdizzjoni ġenerali

1.  Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa' taħt il-kompetenza ta' l-qrati ta' l-Istat Membru

(a) f'liema territorju:

 il-konjuġi huma abitwalment residenti, jew

 il-konjuġi kienu joqgħodu hemm l-aħħar, peress illi xi ħadd minnhom għadu/għadha residenti hemm, jew

 il-konvenut huwa abitwalment residenti, jew

 fil-każ ta' applikazzjoni konġunta, wieħed jew waħda mill-konjuġi huwa abitwalment residenti, jew

 L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu joqgħodu hemm mill-inqas sena mmedjatament qabel ma' saret l-applikazzjoni, jew

 L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu residenti hemm mill-inqas sitt xhur immedjatament qabel saret l-applikazzjoni u jekk wieħed jew waħda minnhom huwa ċittadin ta' l-Istat Membru in kwistjoni jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha “id-domiċilju” hemmhekk;

(b) dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar “id-domiċilju” taz-żewġ konjuġi.

2.  Għar-raġunijiet ta' kompetenza ta' dan ir-Regolament, “domiċilju” se jkollu l-istess tifsira kif għandu taħt is-sistemi legali tar-Renju Unit u l-Irlanda.

Artikolu 4

Il-Kontro talba

Il-Qorti f'liema l-proċedimenti huma pendenti skond il-bażi ta' l-Artikolu 3 għandu jkollha wkoll il-ġurisdizzjoni sabiex teżamina kontro talba, inkwantu din ta' l-aħħar taqa' taħt il-kompetenza ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-Bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, qorti ta' Stat Membru li qatgħat sentenza dwar is-separazzjoni legali għandha jkollha wkoll il-ġurisdizzjoni biex tibdel dik is-sentenza f'divorzju, kemm il-darba l-liġi ta' dak l-Istat Membru jippermetti.

Artikolu 6

In-natura esklussiva ta' l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 3, 4 u 5

Il-konjuġi li:

(a) huwa/hija abitwalment residenti fit-territorju ta' Stat Membru; jew

(b) huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha “id-domiċilju” fit-territorju f'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri,

jista' jiġi mħarrek/imħarrka fi Stat Membru ieħor skond l-Artikoli 3, 4 u 5 biss.

Artikolu 7

Il-Ġurisdizzjoni residwa

1.  Fejn l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġurisdizzjoni skond l-Artikoli 3,4 u 5, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata, f'kull Stat Membru, skond il-liġijiet ta' dak l-Istat.

2.  Kontrarju ta' konvenut li m'huwiex abitwalment residenti u lanqas huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, m'għandux/iex “id-domiċilju” fit-territorju ta' dawn l-aħħar Stati Membri, kwalunkwe ċittadin ta' Stat Membru li huwa/hija abitwalment residenti fit-territorju ta' xi Stat Membru ieħor jista'/tista', bħaċ-cittadini ta' dak l-Istat, jagħmlu wżu mir-regoli ta' ġurisdizzjoni li huma applikabbli f'dak l-Istat.



TAQSIMA 2

IR-Responsabbilità ta' l-ġenituri

Artikolu 8

Il-Ġurisdizzjoni ġenerali

1.  Il-qrati ta' Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbilità ta' l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.

2.  Il-Paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 9, 10 u 12.

Artikolu 9

Il-Kontinwità ta' l-gurisdizzjoni tar-residenza abitwali ta' qabel ta' l-minuri

1.  Fejn minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru wieħed għall-ieħor u jakkwistaw residenza abitwali ġdida hemmhekk, il-qrati ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' qabel se, skond eċċezzjoni għall-Artikolu 8, iż-żomm il-ġurisdizzjoni matul perjodu ta' tlett xhur wara ċ-ċaqliqa għall-iskop ta' modifika ta' sentenza dwar drittijiet ta' aċċess maħruġa f'dak l-Istat Membru qabel il-minuri ġew imċaqalqin, fejn il-pussessur tad-drittijiet ta' aċċess skond is-sentenza dwar id-drittijiet ta' aċċess ikompli jkollu jew ikollha r-residenza abitwali fl-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' qabel, ta' l-minuri.

2.  Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika jekk il-pussessur tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 aċċetta l-ġurisdizzjoni ta' l-qrati ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida ta' l-minuri billi jipparteċipa fi proċedimenti quddiem dawk il-qrati mingħajr jopponi l-ġurisdizzjoni tagħhom.

Artikolu 10

Il-Ġurisdizzjoni f'każijiet ta' ħtif ta' minuri

F'każ ta' tneħħija jew żamma nġusta ta' minuri, il-qrati ta' l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta għandhom iżommu l-ġurisdizzjoni sakemm il-minuri jakkwistaw residenza abitwali fi Stat Membru ieħor u:

(a) kull persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom drittijiet ta' kustodja taw il-kunsens tagħhom għat-tneħħija jew żamma;

jew

(b) il-minuri kellhom residenza f'dak l-Istat Membru l-ieħor għall-perjodu ta' mill-inqas sena wara li l-persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom drittijiet ta' kustodja kellhom jew setgħaw kellhom informazzjoni fejn qegħdin il-minuri u l-minuri ġew issistemati fl-ambjent ġdid tagħhom u mill-inqas waħda mill kondizzjonijiet segwenti ġiet milqugħa:

(i) Fi żmien sena wara li l-pussessur tad-drittijiet ta' kustodja kellu/ha jew seta' kellu/ha nformazzjoni dwar fejn kienu l-minuri, ma saret l-ebda talba għar-ritorn ppreżentatquddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn il-minuri ġew imneħħija jew miżmuma;

(ii) talba għar-ritorn reġistrata mill-pussessur tad-drittijiet ta' kustodja ġiet irtirata u l-ebda talba ġdida ma ġiet ippreżentata fiż-żmien limitu skond il-paragrafu (i);

(iii) każ quddiem qorti fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta ġiet magħluq skond l-Artikolu 11(7);

(iv) sentenza dwar kustodja li ma tikkunsidrax li t-talba tar-ritorn ta' l-minuri tkun inħarġet mill-qrati ta' l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija nġusta jew iż-żamma.

Artikolu 11

Ir-Ritorn ta' l-minuri

1.  Fejn persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom id-drittijiet ta' kustodja japplika ma' l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru biex joħroġu sentenza dwar il-bażi ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-25 ta' Ottubru 1980 dwar l- Aspetti Ċivili dwar il-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (hawnhekk iżjed ‘il quddiem “il-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980”), ħalli tikseb ir-ritorn ta' l-minuri li ġew inġustament imneħħija jew miżmuma fi Stat Membru barra dak li huwa l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta, għandhom japplikaw paragrafi 2 sa 8.

2.  Meta jiġu applikati l-Artikoli 12 u 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, għandu jiġi assigurat li l-minuri għandhom jiġu mogħtija l-opportunità li tinstema' x-xhieda tagħhom waqt il-proċedimenti sakemm dan ma jidhirx li dan ma jkunx xieraq minħabba l-età ta' l-minuri jew il-livell ta' maturità tagħhom.

3.  Qorti li fiha hemm applikazzjoni għar-ritorn ta' l-minuri kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha taġixxi bil-ħeffa fil-proċedimenti dwar l-applikazzjoni, billi tuża l-aktar proċedimenti ħfief fix-xogħol li huma disponibbli fil-liġi nazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-qorti għandha, ħlief fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jagħmlu dan impossibli, taqta' is-sentenza tagħha sa mhux aktar tard minn sitt gimgħat wara li l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata.

4.  Qorti ma tistax tirrifjuta milli tirritorna minuri a bażi ta' l-Artikolu 13b ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980 jekk jiġi stabbilit li saru l-arranġamenti xierqa sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta' l-minuri wara r-ritorn tiegħu jew tagħha.

5.  Qorti ma tistax tirrifjuta milli tirritorna minuri sakemm il-persuna li talbet ir-ritorn ta' l-minuri tkun ingħatat l-opportunità li tinstema'.

6.  Jekk qorti ħarġet ordni kontra r-ritorn skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, il qorti għandha immedjatament titrasmetti jew direttament jew mill-awtorità ċentrali tagħha,, kopja ta' l-ordni ta' l-qorti dwar l- sabiex ma jsirx ir-ritorn u d-dokumenti rilevanti, u partikolarment traskrizzjoni tas-seduti quddiem il-qorti, lill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni jew lill-awtorità ċentrali fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta, kif determinati mil-liġi nazzjonali. Il-Qorti għandha tirċievi d-dokumenti kollha msemmija fi żmien xahar mid-data ta' l-ordni sabiex ma jsirx ir-ritorn.

7.  Kemm-il darba il-qrati fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta ġew diġa fil-pussess ta' wieħed mill-partijiet, il-qorti jew l-awtorità ċentrali li tirċievi l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tinnotifika lill-partijiet u tistedinhom jagħmlu s-sottomissjonijiet lill-qorti, skond il-liġi nazzjonali, fi żmien tlett xhur tad-data ta' notifika ħalli l-qorti tkun tista' teżamina l-kwistjoni ta' l-kustodja ta' l-minuri.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni li jinstabu f'dan ir-Regolament, il-qorti għandha tagħlaq il-każ jekk ebda sottomissjoni ma tiġi reġistrata mill-qorti fiż-żmien limitu.

8.  Minkejja sentenza biex ma jsirx ir-ritorn skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, kwalunkwe sentenza li tiġi wara li tirrekjedi r-ritorn ta' l-minuri maħruġa minn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament għandha tkun infurzabbli skond it-Taqsima 4 ta' l-Kapitolu III li tinstab aktar l-isfel ħalli jiġi tassigurat ir-ritorn ta' l-minuri.

Artikolu 12

Il-Proroga ta' l-ġurisdizzjoni

1.  Il-qrati ta' xi Stat Membru li jeżerċitaw l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 dwar l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar kwalsijasi kwistjoni dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri li għandha x'taqsam ma' dik l-applikazzjoni fejn:

(a) mill-inqas wieħed mill-konjuġi għandu jew għandha r-responsabbilità bħala ġenituri fir-rigward tal-minuri

u

(b) il-ġurisdizzjoni ta' l-qrati ġiet aċċettata espressament jew xort'oħra f'mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta' dan, u tkun fl-aqwa nteressi ta' l-minuri.

2.  Il-ġurisdizzjoni mogħtija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf jekk kif:

(a) is-sentenza li tippermetti jew tirrifjuta l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg ġiet finalizzata;

(b) f'dawk il-każijiet fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri għadhom pendenti fid-data imsemmija f' (a), sentenza f'dawn il-proċedimenti giet iffinalizzata;

(ċ) il-proċedimenti msemmija f' (a) u f'(b) ġew mitmuma għal raġuni oħra.

3.  Il-qrati ta' Stat Membru għandu jkollhom ukoll il-ġurisdizzjoni dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri fi proċedimenti minn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fejn:

(a) il-minuri għandhom konnessjoni sostanzjali ma' dak l-Istat Membru, u partikolarment bis-saħħa ta' l-fatt li bejn wieħed minn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità huwa/hija abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru jew li l-minuri huma ċittadini ta' dak l-Istat Membru;

u

(b) il-ġurisdizzjoni ta' l-qrati ġiet espressament aċċettata jew xort'oħra f'mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess u dan fl-ahjar interess għall-minuri.

4.  Fejn il-minuri għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta' xi Stat terz li mhuwiex parti kontrattanti mal-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-koperazzjoni dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri u l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal, il-ġurizdizzjoni taħt dan l-Artikolu għandha tiġi meqjusa li tkun għall-aħjar interessi ta' l-minuri, u partikolarment jekk jinstab li huwa impossibbli li jinżammul-proċedimenti f'dak l-Istat terz in kwistjoni.

Artikolu 13

Il-ġurisdizzjoni ibbażata fuq il-preżenza ta' l-minuri

1.  Fejn ir-residenza abitwali ta' l-minuri ma tistax tiġi stabbilita u l-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata dwar il-bażi ta' l-Artikolu 12, il-qrati ta' l-Istat Membru fejn il-minuri huma preżenti għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni.

2.  il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għat- tfal li huma refuġjati jew tfal li huma nternazzjonalment spustati minħabba f'xi nkwiet f'pajjiżhom.

Artikolu 14

Il-Ġurisdizzjoni residwa

Fejn ebda qorti ta' xi Stat Membru għandha l-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 8 sa 13, il-ġurisdizzjoni għandha tkun determinata, f'kull Stat Membru, mil-liġijiet ta' dak l-Istat.

Artikolu 15

It-Trasferiment għal qorti li tinstab f'post aħjar sabiex jinstema' l-każ

1.  B'mod ta' eċċezzjoni, il-qrati ta' xi Stat Membru li għandhom il-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza ta' l-kwistjoni jistgħu, jekk jikkunsidraw li qorti ta' Stat Membru ieħor, li magħha l-minuri għandu konnessjoni partikolari, u fejn dan huwa fl-aħjar interessi ghall-minuri, tkun f'posizzjoni aħjar biex jisimgħu l-każ, jew parti speċifika minnu:

(a) twaqqaf l-każ jew parti minnu fil-kwistjoni u tistieden lill-partijiet biex jippreżentaw talba quddiem il-qorti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor skond il-paragrafu 4; jew

(b) titlob qorti ta' Stat Membru ieħor biex tassumi l-ġurisdizzjoni skond il-paragrafu 5.

2.  Il-Paragrafu 1 għandu japplika:

(a) malli ssir l-applikazzjoni minn parti waħda; jew

(b) fuq mozzjoni proprja ta' l-qorti: jew

(ċ) ma' l-applikazzjoni minn xi qorti ta' Stat Membru ieħor li miegħu l-minuri għandu konnessjoni partikolari, skond il-paragrafu 3.

Trasferiment magħmul fuq mozzjoni ta' l-qorti proprja jew b'applikazzjoni minn xi qorti ta' Stat Membru ieħor għandu jiġi aċċettat mill-inqas minn wieħed mill-partijiet.

3.  Il-minuri għanhom ikunu kkunsidrati li għandhom konnessjoni partikolari ma xi Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 1, jekk dak l-Istat Membru;

(a) ikun sar ir-residenza abitwali ta' l-minuri wara li l-qorti msemmija fil paragrafu 1 tkun ħadet il-pussess; jew

(b) hija r-residenza abitwali ta' qabel ta' l-minuri; jew

(ċ) huwa l-post taċ-ċittadinanza ta' l-minuri; jew

(d) huwa r-residenza abitwali tad-detentur tar-responsabilità bejn il-ġenituri; jew

(e) huwa l-post fejn tinstab proprjetà ta' l-minuri u l-każ jikkonċerna miżuri għall-protezzjoni ta' l-minuri dwar l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni jew ħelsien ta' din il-proprjetà.

4.  Il-qrati ta' l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza ta' l-kwistjoni għandhom jiffissaw żmien limitat b'liema l-qrati ta' dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jieħdu l-pussess skond il-paragrafu 1.

Jekk il-qrati ma jkunux ħadu pussess f'dak iż-żmien, il-qorti li kellha l-pussess għandha tkompli teżerċita l-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 8 sa 14.

5.  Il-qrati ta' dak l-Istat Membru l-ieħor jistgħu', fejn minħabba għall-cirkustanzi speċifiċi ta' l-każ, dan ikun fl-aħjar interess għall-minuri, jaċċettaw il-ġurisdizzjoni fi żmien sitt ġimgħat mill-pussess tagħhom skond il-paragrafu 1(a) jew 1(b). F'dan il-każ, il-qorti li ħadet il-pussess l-ewwel għandha tirrinunzja għall-ġurisdizzjoni; Inkella, il-qorti li ħadet il-pussess l-ewwel għandha tkompli teżerċita l-ġurisdizzjoni skond l-Artikoli 8 sa 14.

6.  Il-qrati għandhom jikkoperaw għar-raġunijiet ta' dan l-Artikolu, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet ċentrali maħtura skond l-Artikolu 53.



TAQSIMA 3

Id-Disposizzjonijiet komuni

Artikolu 16

Il-Pussess ta' Qorti

1.  Qorti għandha tiġi kkunsidrata li hija fil-pussess;

(a) fiż-żmien li d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġu ppreżentati l-qorti, dement li l-applikant ma naqasx/sitx sussegwentement milli jieħu/tieħu l-passi neċessarji li kienu dovuti li sabiex issir in-notifika fuq il-konvenut;

jew

(b) jekk id-dokument għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat il-qorti, waqt iż-żmien li jiġi riċevut mill-awtorità responsabbli għas-servizz, dement li l-applikant ma jonqosx milli jieħu l-passi li kellu jieħu biex id-dokument jiġi ppreżentat il-qorti.

Artikolu 17

L-Eżaminazzjoni nkwantu għall-ġurisdizzjoni

Fejn qorti ta' Stat Membru għandha l-pussess dwar każ li m'għandiex il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament u dwar liema xi qorti ta' Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, għandha tiddikjara b'mozzjoni proprja li m'għandhiex ġurisdizzjoni.

Artikolu 18

L-Eżaminazzjoni nkwantu għall-ammissibbilità

1.  Fejn il-konvenut huwa/hija abitwalment residenti fi Stat li ma jkunx dak l-Istat Membru fejn ittieħdet l-azzjoni u ma jidirx/tidhirx, il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni għandha żżomm il-proċedimenti sakemm ikun jista' jiġi ppruvat li l-konvenut kellu/ha l-possibiltà li jirċevi/tirċevi d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew document ekwivalenti fi żmien suffiċjenti li tħalliħ/ha jirranġa/tirranġa għad-difiża tiegħu/tagħha, jew li l-passi neċessarji kollha ttieħdu għal dan il-għan.

2.  L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) No 1348/2000 għandu japplika minflok id-disposizzjonijiet ta' l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk id-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew document ekwivalenti kellu jiġi mgħoddi minn Stat Membru wieħed għall-ieħor skond dak ir-Regolament.

3.  Fejn id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) No 1348/2000 ma japplikawx, l-Artikolu 15 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-15 ta' Novembru 1965 dwar in-notifikabarranija ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġuduzzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjail għandhom japplikaw jekk id-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew document ekwivalenti kellu jiġi trażmess barra skond dik il-Konvenzjoni.

Artikolu 19

Lis pendens u azzjonijiet dipendenti

1.  Fejn il-proċedimenti dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg bejn l-istess partijiet jinġiebu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, it-tieni qorti li tkun ħadet il-pussess għandha b'mozzjoni proprja żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta' l-qorti li tkun ħadet il-pussess l-ewwel tigi stabbilita.

2.  Fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri dwar l-istess minuri u li tinkludi l-istess kawża se jidħru quddiem qrati fi Stati Membri differenti, it-tieni qorti li ħadet il-pussess għandha b'mozzjoni tagħha stess żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta' l-ewwel qorti tiġi stabbilita.

3.  Fejn il-ġurisdizzjoni ta' l-ewwel qorti li ħadet il-pussess tiġi stabbilita, it-tieni qorti bil-pussess għandha iċċedi l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.

F'dak il-każ, il-parti li tkun ġabet il-kawza relevanti quddiem il-qorti li ħadet il-ta' l-pussess wara, tista' ġġib dik il-kawza quddiem il-qorti li ħadet ita' l-pussess l-ewwel.

Artikolu 20

Il-Miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi

1.  F'każijiet urgenti, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhux se jħallu l-qrati ta' Stat Membru milli jieħu dawk il-miżuri provviżorji, inkluzi dawk protettivi fir-rigward ta' persuni jew assi f'dak l-Istat kif huma disponibbli taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru, anke jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qorti ta' Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni nkwantu għas-sustanza ta' l-kwistjoni.

2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jibqgħu japplikaw meta l-qorti ta' l-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament nkwantu għas-sustanza ta' l-kwistjoni, ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa.



KAPITOLU III

IR-RIKONOXXIMENT U L- INFURZAR



TAQSIMA 1

Ir-Rikonoxximent

Artikolu 21

Ir-Rikonoxximent ta' sentenza

1.  Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta' ebda proċedura speċjali.

2.  Partikolarment, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, l-ebda proċedura speċjali m'għandha tkun meħtieġa għall-aġġornament ta' l-atti uffiċjali ta' l-istat ċivili ta' Stat Membru dwar il-bażi ta' sentenza dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg mogħti fi Stat Membru ieħor u kontra liema m'hemm l-ebda appell ieħor taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

3.  Mingħajr preġudizzju għal Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu, kwalsijasi parti nteressata tista', skond il-proċedimenti imsemmija f'Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, tapplika għal deċizjoni li s-sentenza tiġi jew ma tiġix rikonoxxuta.

Il-ġurisdizzjoni lokali ta' l-qorti li tidħer fil-lista notifikata f'kull Stat Membru lill- Kummissjoni skond l-Artikolu 68 għandha tiġi ddeterminata skond il-liġi nterna ta' l-Istat Membru li fih jinġiebu l-proċedimenti għar-rikonoxximent jew għan-nuqqas ta' rikonoxximent.

4.  Fejn ir-rikonoxximent ta' xi sentenza titressaq bħala kwistjoni nċidentali f'qorti ta' xi Stat Membru, dik il-qorti tista' tiddetermina dik il-kwistjoni.

Artikolu 22

Ir-Raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent ta' sentenzi dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ

Sentenza dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg m'għandhiex tiġi rikonoxxuta:

(a) jekk jidher ċar li l-imsemmi rikonoxximent huwa kuntrarju għall-politika pubblika ta' l-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub;

(b) Fejn ġie mogħti b'kontumaċja, jekk il-konvenut ma ġiex/tx notifikat bid-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li jħallu l-konvenut jirranġaw għad-difiża tagħhom ħlief jekk huwa ddeterminat li l-konvenut aċċetta s-sentenza inekwivokabilment;

(ċ) jekk hija rrekonċiljabbli ma' sentenza mogħtija fi proċedimenti bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li fih qiegħed jiġi mitlub r-rikonoxximent; jew

(d) jekk hija rrekonċiljabbli ma' sentenza mogħtija qabel fi Stat Membru ieħor jew fi Stat li m'huwiex Membru bejn l-istess partijiet, kemm-il darba s-sentenza li ngħatat qabel tissodisfa l-kondizzjonijiet neċessarji għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru fejn huwa mitlub ir-rikonoxximent.

Artikolu 23

Ir-Raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent tas-sentenzi dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri

Sentenza dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri m'għandhiex tiġi rikonoxxuta:

(a) Jekk l-imsemmi rikonoxximent jidħer ċar li huwa kuntrarju għall-politika pubblika ta' l-Istat Membru li fih r-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub wara li jiġu kkunsidrati l-aħjar interessi ta' l-minuri;

(b) Jekk ġie mogħti, ħlief f'każ ta' emerġenza, mingħajr ma l-minuri ingħata l-opportunità biex jinstema, bi ksur ta' l-prinċipji fondamentali ta' l-proċedimenti ta' l-Istat Membru fejn huwa mitlub ir-rikonoxximent;

(ċ) Fejn ġiet mogħtija b'kontumaċja jekk il-kontumaċi ma kienx/itx notifikat bid-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew b'xi document ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li ħalla dik il-persuna tirranġa għad-difiża tagħha ħlief jekk jiġi ddeterminat li dik il-persuna aċċettat is-sentenza b'mod inekwivokabbli;

(d) dwar it-talba ta'pretensjoni minn kwalsijasi persuna li s-sentenza tikser d-drittijiet tagħhom tar-responsabbilità bħala ġenituri, jekk ġiet mogħtija mingħajr ma' din il-persuna tkun ingħatat l-opportunità li tinstema';

(e) jekk hija rrekonċiljabbli ma' xi sentenza dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri mogħtija aktar tard fi Stat Membru fejn hemm it-talba ta' rikonoxximent;

(f) Jekk hija rrekonċiljabbli ma' sentenza mogħtija aktar tard dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri fi Stat Membru ieħor jew f'xi Stat li m'huwiex Membru tar-residenza abitwali ta' l-minuri kemm-il darba l-aħħar sentenza tkopri l-kondizzjonijiet neċessarji għar-rikonoxximent fl-Istat Membru fejn saret it-talba għar- rikonoxximent;

jew

(g) jekk il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 ma ġietx imħarsa.

Artikolu 24

Il-Projbizzjoni ta'reviżjoni ta' ġurisdizzjoni fil-qrati ta' l-oriġini

Il-ġurisdizzjoni ta' l-qorti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini ma tistax tiġi riveduta. Il-prova ta' l-politika pubblika imsemmija fl-Artikoli 22(a) u 23(a) ma tistax ssir fuq ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni imsemmija fl-Artikolu 3 sa 14.

Artikolu 25

Id-Differenzi fil-liġi ta' l-applikabilità

Ir-rikonoxximent ta' xi sentenza ma tistax tiġi rrifjutata minħabba li l-liġi ta' l-Istat Membru fejn huwa mitlub dan ir-rikonoxximent ma jħallie id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg fuq l-istess provi.

Artikolu 26

In-nuqqas ta' reviżjoni nkwantu għas-sustanza

Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandha sentenza tiġi riveduta nkwantu għas-sustanza tagħha.

Artikolu 27

Il-Waqfien ta' l-proċedimenti

1.  Qorti ta' Stat Membru li fih huwa mitlub ir-rikonoxximent ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' twaqqaf il-proċedimenti jekk jiġi ppreżentat appell ordinarju kontra s-sentenzappreżentat.

2.  Qorti ta' Stat Membru li fih hija mitluba r-rikonoxximent ta' sentenza mogħtija fl-Irlanda jew fir-Renju Unit tista' twaqqaf il-proċedimenti jekk l-infurzar huwa sospiż fl-Istat Membru ta' l-oriġini permezz ta' appell.



TAQSIMA 2

L-applikazzjoni għall-dikjarazzjoni ta' Infurzabilità

Artikolu 28

Is-Sentenzi ta' l-li jistgħu jiġu nfurzati

1.  Sentenza dwar l-eżerċitar tar-responsabbilità ta' l-ġenituri dwar il-minuri mogħtija fi Stat Membru li hija nfurzabbli f'dak l-Istat Membru u li ġiet notifikata għandha tigi nfurzata fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni ta' kwalsijasi parti nteressata, ġiet iddikjarata nfurzabbli hemmhekk.

2.  Madanakollu, fir-Renju Unit, l-imsemmija sentenza għandha tiġi nfurzata fl-Inġilterra u f'Wales, fl-Iskożja u fl-Irlanda ta' Fuq biss meta, fuq applikazzjoni ta' kwalsijasi parti, ġiet rreġistrata għall-infurzar f'dik il-parti tar-Renju Unit.

Artikolu 29

Il-Ġurisdizzjoni ta' l-qrati lokali

1.  Applikazzjoni għall-dikjarazzjoni dwar l-infurzabilità għandha tiġi sottomessa lill-qorti li tidher fil-lista notifikata f'kull Stat Membru ta' l-Kummissjoni skond l-Artikolu 68.

2.  Il-ġurisdizzjoni lokali għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-post tar-residenza abitwali ta' l-persuna li kontriha huwa mitlub l-infurzar jew b'referenza għar-residenza abitwali ta' l-minuri dwar li għalih tirreferi l-applikazzjoni.

Fejn ma jistgħu jinstabu l-ebda mill-postijiet imsemmija fl-ewwel sotto-paragrafu fl-Istat Membru ta' l-Infurzar, il-ġurisdizzjoni lokali għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-post ta' l-infurzar.

Artikolu 30

Il-Proċedura

1.  Il-proċedura biex issir l-applikazzjoni għandha tiġi rregolata mil-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

2.  L-applikant għandhom jagħtu ndirizz għan-notifika fiż-żona ta' l-ta' l-ġurisdizzjoni ta' l-qorti fejn saret l-applikazzjoni. Madanakollu, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-Infurzar ma tipprovdix għall-produzzjoni ta' l-imsemmi ndirizz, l-applikant jistgħu jaħtru rappreżentant ad litem.

3.  Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 37 sa 39 għandhom jiġu mehmuża ma' l-applikazzjoni.

Artikolu 31

Id-Deċizjoni ta' l-qorti

1.  Il-qorti li tkun saritilha l-applikazzjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. La l-persuna li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar, u lanqas il-minuri m'għandhom, f'dan l-istadju ta' l-proċedimenti, ikunu ntitulati jagħmlu xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.

2.  L-applikazzjoni tista' tiġi rifjutata biss għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 22,23 u 24.

3.  Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandha sentenza titħalla tiġi riveduta nkwantu għas-sustanza tagħha.

Artikolu 32

L-avviż tad-deċiżjoni

L-uffiċjal ta' l-qorti inkarigat ta' l-għandu mingħajr dewmien iġib għall-attenżjoni ta' l-applikant id-deċiżjoni mogħtija dwar l-applikazzjoni skond il-proċedimenti stabbiliti mill-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

Artikolu 33

L-appell kontra d-deċiżjoni

1.  Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità tista' tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.

2.  L-appell għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li tidher fil-lista notifikata minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 68.

3.  L-appell għandu jinstema skond ir-regoli li jirregolaw il-proċedimenti fi kwistjonijiet kontradittorji.

4.  Jekk l-appell jiġi ppreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità, il-parti li kontriha huwa mitlub l-infurzar għandha tiġi mħarrka sabiex tidħer quddiem il-qorti ta' l-appell. Jekk l-imsemmija persuna tonqos milli tidħer, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 18.

5.  Kull appell kontra dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità għandu jiġi ppreżentat fi zmien xahar min-notifika tiegħu. Jekk il-parti li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar hija abitwalment residenti fi Stat Membru li mhux dak li fih ingħatat id-dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità, iż-żmien għall-appell għandu jkun ta' xaharejn u għandu jibda jiddekorri mid-data tan-notifika, jew fuq ismu jew fuq ir-residenza tiegħu. Ma tista' tingħata ebda estensjoni ta' żmien minħabba d-distanza.

Artikolu 34

Il-Qorti ta' l-appell u l-mezzi ta' kontestazzjoni

Is-sentenza mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss mill-proċedimenti msemmija fil-lista notifikata minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni skond l-Artikoli 68.

Artikolu 35

Waqfien tal-proċedimenti

1.  Il-qorti li magħha jsir l-appell ppreżentat taħt l-Artikolu 33 jew 34 tista', fuq applikazzjoni ta' l-parti li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar, twaqqaf il-proċedimenti jekk ikun ġie ppreżentat appell ordinarju ppreżentat fl-Istat Membru ta' l-oriġini, jew jekk iż-żmien li fih jista' jsir l-imsemmi appell għadu m'għalaqx. F'dan l-aħħar każ, il-qorti tista' tispeċifika ż-żmien li fih l-appell jista' jiġi ppreżentat.

2.  Fejn is-sentenza ngħatat fl-Irlanda jew fir-Renju Unit, kwalsijasi forma ta' appell disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiġi ttrattat bhala appell ordinarju għar-raġunijiet ta' l-paragrafu 1.

Artikolu 36

L-Infurzar parzjali

1.  Fejn sentenza ġiet mogħtija fir-rigward ta' bosta kwistjonijiet u l-infurzar ma jistgħax jiġi awtorizzat għalihom kollha, il-qorti għandha tawtorizza l-infurzar fuq wieħed jew aktar minnhom.

2.  L-applikant jista' jitlob l-infurzar parzjali ta' sentenza.



TAQSIMA 3

Id-Disposizzjonijiet komuni għal Taqsima 1 u 2

Artikolu 37

Id-Dokumenti

1.  Parti li tkun qedha tfittex jew tikkontesta r-rikonoxximent jew li tkun qeda tapplika għall-dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità għandha tipproduċi

(a) kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji biex tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha;

u

(b) iċ-certifikat imsemmi fl-Artikolu 39.

2.  Barra dan, fil-każ ta' sentenza mogħtija nkontumaċja, l-parti li qedha tfittex ir-rikonoxximent jew l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità għandha tipproduċi:

(a) L-oriġinali jew kopja vera ċċertifikata tad-dokument li jistabbilixxi li l-kontumaċi kien ġie notifikat bid-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew b'xi dokument ekwivalenti;

jew

(b) kwalunkwe dokument li jindika li l-konvenut aċċetta s-sentenza b'mod inekwivokabbli.

Artikolu 38

In-nuqqas ta' dokumenti

1.  Jekk id-dokumenti imsemmija fl-Artikoli 37(1)(b) jew (2) ma jiġux ippreżentati, il-qorti tista' tispeċifika żmien għall-produzzjoni tagħhom, taċċetta dokumenti ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li għandha biżżejjed informazzjoni quddiemha, tgħaddi mingħajr il-preżentazzjoni tagħhom.

2.  Jekk il-qorti hekk tirrekjedi, għandha tiġi ppreżentata traduzzjoni ta' l-imsemmija dokumenti. It-traduzzjoni għandha tiġi ċċertifikata minn persuna kkwalifikata biex tagħmel dan f'wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 39

Iċ-ċertifikati dwar sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u ċ-ċertifikati dwar sentenzi dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri

Il-qorti kompetenti jew l-awtorità ta' Stat Membru ta' l-oriġini għandha, fuq talba minn kwalsijasi parti nteressata, toħroġ ċertifikat billi tuża l-forma standard kif stabbilita fl-Anness I (sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali) jew fl-Anness II (sentenzi dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri).



TAQSIMA 4

L-infurzabilità ta' ċerti sentenzi dwar id-drittijiet ta' l-aċċess u ċerti sentenzi li jeħtieġu r-ritorn ta' l-minuri

Artikolu 40

L-Iskop

1.  Din it-taqsima għandha tapplika għal:

(a) drittijiet ta' aċċess;

u

(b) ir-ritorn ta' l-minuri bħala konsegwenza ta' sentenza mogħtija skond l-Artikolu 11(8).

2.  Id-disposizzjonijiet ta' din it-Taqsima m'għandhomx iċaħħdu lil min għandu r-responsabbilità ta' l-ġenituri milli jfittex ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenza skond id-disposizzjonijiet fit-Taqsima 1 u 2 ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 41

Id-drittijiet ta' aċċess

1.  Id-drittijiet ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a) mogħtija f'sentenza nfurzabbli li tkun ingħatat fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti u jkunu nfurzabbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta' dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità u mingħajr ebda possibilità li ssir opposizzjoni għar-rikonoxximent tagħhom jekk is-sentenza tkun ġiet iċcertifikata fl-Istat Membru ta' l-oriġini skond il-paragrafu 2.

Anke jekk il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għall-infurzabilità bl-operat ta' l-liġi ta' sentenza li tikkonċedi d-drittijiet ta' aċċess, il-qorti ta' l-oriġini tista' tiddikjara li s-sentenza għandha tiġi nfurzata, minkejja li jkun sar appell.

2.  L-imħallef ta' l-oriġini għandu joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 billi juża l-forma standard li tinstab fl-Anness III (ċertifikat dwar id-drittijiet ta' aċċess) biss jekk:

(a) Fejn is-sentenza ingħatat f'kontumaċja, il-kontumaċi ġie notifikat bid-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew b'xi document ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li ħalla lil dik il-persuna tħejji d-difiża tagħha, jew, il-persuna ġiet notifikata bid-dokument iżda mhux f'konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet, ġie madankollu stabbilit li hu jew hija aċċettaw b'mod inekwivokabbli din id-deċiżjoni;

(b) il-partijiet kollha konċernati ġew mogħtija l-opportunità li jinstemgħu;

u

(ċ) il-minuri ġie mogħti l-opportunità li jinstema, ħlief jekk seduta ġiet ikkunsidrata bħala li mhix xierqa fir-riġward ta' l-età jew il-livell ta' maturità tiegħu jew tagħha.

Iċ-ċertifikat għandu jiġi ffinalizzat fl-ilsien tas-sentenza.

3.  Fejn id-drittijiet ta' aċċess jinkludu sitwazzjoni ta' qsim ta' fruntiera bejn pajjiż u ieħor fi żmien ta' l-għoti tas-sentenza, iċċertifikat għandu jinħareġ ex ufficju meta s-sentenza ssir infurzabbli, anke jekk b'mod provviżorju biss. Jekk is-sitwazzjoni sussegwentement ssir ta' natura ta' qsim ta' fruntieri bejn il-pajjiżi, iċ-ċertifikat għandu jinħareġ fuq talba ta' wieħed mill-partijiet.

Artikolu 42

Ir-ritorn ta' l-minuri

1.  Ir-ritorn ta' l-minuri imsemmija fl-Artikolu 40(1)(b) bħala konsegwenza ta' sentenza ta' l-infurzar mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta u nfurzabbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta' dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità u mingħajr ebda possibilità li topponi r-rikonoxximent tagħha jekk is-sentenza ġiet iċċertifikata fl-Istat Membru ta' l-oriġini skond il-paragrafu 2.

Anke jekk il-liġi nazzjonali ma tipprovdiex għall-infurzabilità b'operat ta' l-liġi, minkejja kwalunkwe appell, ta' xi sentenza li teħtieġ ir-ritorn ta' l-minuri imsemmija fl-Artikolu 11(b)(8), il-qorti ta' l-oriġini tista' tiddikjara s-sentenza bħala nfurzabbli.

2.  L-Imħallef ta' l-oriġini li qata' s-sentenza msemmija fl-Artikolu 40(1)(b) għandu joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk:

(a) il-minuri ingħata l-opportunità li jinstema, ħlief jekk seduta ġiet ikkunsidrata li mhix xierqa wara li ġew ikkunsidrati l-età jew livell ta' maturità tiegħu;

(b) il-partijiet ġew mogħtija opportunità li jinstemgħu; u

(ċ) il-qorti kkunsidrat waqt li kienet qed taqta' s-sentenza r-raġunijiet għal u x-xhieda wara ta' l-ordni maħruġa skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980.

Fil-każ li l-qorti jew kwalsijasi awtorità oħra tadotta miżuri biex tassigura l-protezzjoni ta' l-minuri wara r-ritorn tagħhom fl-Istat abitwali tar-residenza, iċ-certifikat għandu jinkludi fih id-dettalji dwar l-imsemmija miżuri.

L-Imħallef ta' l-oriġini għandu fuq mozzjoni tiegħu jew tagħha stess joħrog dak iċ-ċertifikat billi juża l-forma standard li tinstab fl-Anness IV (iċ-ċertifikat dwar ir-ritorn ta' l-minuri).

Iċ-ċertifikat għandu jiġi finalizzat fl-ilsien tas-sentenza.

Artikolu 43

Il-Korrezzjoni taċ-ċertifikat

1.  Il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini għandha ssir applikabbli għal kull korrezzjoni fiċ-ċertifikat.

2.  M'għandu jkun hemm l-ebda appell kontra l-ħrug taċ-ċertifikat skond l-Artikoli 41(1) or 42(1).

Artikolu 44

L-Effetti taċ-ċertifikat

Iċ-ċertifikat għandu jkollu effett biss fil-limiti ta' l-infurzabilità tas-sentenza.

Artikolu 45

Id-Dokumenti

1.  Parti li qegħda titlob l-infurzar ta' sentenza għandha tipproduċi:

(a) kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet neċessarji biex tistabilixxi l-awtentiċità tagħha;

u

(b) iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 41(1) jew fl-Artikolu 42(1).

2.  Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu,

 iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 41(1) għandu jiġi kkumpanjat bi traduzzjoni ta' l-punt 12 dwar l-arranġamenti għall-eserċitar tad-drittijiet ta' l-aċċess,

 iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 42(1) għandu jiġi kkumpanjat minn traduzzjoni ta' l-punt 14 tiegħu dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' l-miżuri meħuda biex jassiguraw ir-ritorn ta' l-minuri.

It-traduzzjoni għandha tkun fl-ilsien uffiċjali jew wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar jew f'xi lingwa oħra li l-Istat Membru ta' l-infurzar jaċċetta espressament. It-traduzzjoni għandha tiġi iċċertifikata minn persuna kkwalifikata biex tagħmel dan f'wieħed mill-Istati Membri.



TAQSIMA 5

L-istrumenti u l-fteħim awtentiċi

Artikolu 46

Id-dokumenti li jkunu ġew formalment magħmula jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi u li jkunu nfurzabbli fi Stat Membru wieħed u kif ukoll il-ftehim bejn il-partijiet li huma nfurzabbli fl-Istat Membru fejn ġew konkluzi għandhom jiġu rikonoxxuti u ddikjarati li huma nfurzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet tas-sentenzi.



TAQSIMA 6

Disposizzjonijiet oħra

Artikolu 47

Il-Proċedura ta' l-Infurzar

1.  Il-proċedura ta' l-infurzar hija rregolata mil-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

2.  Kwalsijasi sentenza maqtugħa minn qorti ta' Stat Membru ieħor u ddikjarata li hija nfurzabbli skond it-Taqsima 2 jew li ġiet iċċertifikata skond l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 42(1) għandha tiġi nfurzata fl-Istat Membru ta' l-infurzar bl-istess kondizzjonijiet daqs li kieku ġiet maqtugħa f'dak l-Istat Membru.

Partikolarment, sentenza li tkun ġiet iċċertifikata skond l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 42(1) ma tistax tiġi nfurzata jekk ma tkunx konċiljabbli ma xi sentenza ta' l-infurzar sussegwenti.

Artikolu 48

L-Arranġamenti prattiċi għall-eżerċitar tad-drittijiet ta' l-aċċess

1.  Il-qrati ta' l-Istati Membri ta' l-infurzar jistgħu jagħmlu arranġamenti prattiċi għall-organiżazzjoni ta' l-eżerċitar tad-drittijiet ta' l-aċċess, jekk l-arranġamenti neċessarji m'humiex jew ma sarux b'mod suffiċjenti fis-sentenza maqtugħa mill-qrati ta' l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni dwar is-sustanza tal-kwistjoni u dement li l-elementi essenzjali ta' din is-sentenza jiġu rispettati.

2.  L-arranġamenti prattiċi magħmula skond il-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw skond sentenza mogħtija aktar tard mill-qrati ta' l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni nkwantu għas-sustanza tal-kwistjoni.

Artikolu 49

L-ispejjeż

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 4, għandhom japplikaw ukoll għall-kalkolu ta' l-ammont ta' spejjeż u infiq tal-proċedimenti taħt dan ir-Regolament u l-infurzar ta' kwalsijasi ordni ta' dwar l-imsemmija spejjeż u spejjeż.

Artikolu 50

L-għajnuna legali

L-Applikant li fl-Istat Membru ta' l-oriġini, kien ibbenefika minn għajnuna legali kompluta jew parzjali jew minn eżenzjoni mill-ispejjeż u infiq għandu jkun intitulat, fil-proċedimenti stabbiliti fl-Artikoli 21, 28, 41 u 48 biex jibbenefika mill-għajnuna legali li tkun l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-ispejjeż u infiq stabbiliti mil-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-Infurzar.

Artikolu 51

Titoli ta' Sigurtà, garanzija jew depożitu

Ebda titolu ta' sigurtà, garanzija jew depożitu, irrilevanti l-mod kif deskritti, m'għandhom ikunu meħtieġa minn xi parti li fi Stat Membru wieħed japplika għall-infurzar ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor dwar ir-raġunijiet seġwenti:

(a) li hu jew hija m'humiex abitwalment residenti fl-Istat Membru fejn huwa mitlub l-infurzar; jew

(b) li hu jew hija huma jew ċittadini barranin jew, fejn l-infurzar huwa mitlub fir-Renju Unit jew fl-Irlanda, m'għandux jew m'għandhiex id-“domiċilju” fl-ebda wieħed minn dwak l-Istati Membri.

Artikolu 52

Il-Legislazzjoni jew formalità oħra simili

Ebda legislazzjoni jew formalità simili oħra m'għandhom ikunu neċessarji fir-rigward ta' dokumenti imsemmija fl-Artikoli 37, 38 u 45 jew fir-rigward ta' dokument li jinnomina rappresentant ad litem.



KAPITOLU IV

IL-KOPERAZZJONI BEJN AWTORITAJIET CENTRALI F'KWISTJONIJIET TAR-RESPONSABILTÁ TA' L-GENITURI

Artikolu 53

Id-Denominazzjoni

Kull Stat Membru għandu jiddenomina wieħed jew aktar mill-awtoritajiet ċentrali biex jassistu bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandu jispeċifika l-ġurisdizzjoni ġeografika jew funżjonali ta' kull wieħed. Fejn Stat Membru ddenomina aktar minn awtorità ċentrali waħda, il-komunikazzjonijiet għandhom normalment jiġu mibgħuta direttament lill-awtorità ċentrali rilevanti li għandha l-ġurisdizzjoni. Fejn il-komunikazzjoni tiġi mibgħuta lill-awtorità ċentrali mingħajr ġurisdizzjoni, din ta' l-aħħar għandha tkun responsabbli biex tibgħata lill-awtorità ċentrali bil-ġurisdizzjoni u li tinforma lil min bagħtaha skond dan.

Artikolu 54

Il-Funżjonijiet Generali

L-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkommunikaw l-informazzjoni dwar il-proċedimenti u l-liġijiet nazzjonali u għandhom jieħdu miżuri biex itejjbu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom. Għal din ir-raġuni in-Network Ġudizzjarji Ewropea fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kkreati mid-Deċiżjoni Nru 2001/470/KE għandhom jintużaw.

Artikolu 55

Koperazzjoni dwar każijiet speċifiċi dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri

L-awtoritajiet ċentrali għandhom, fuq talba minn awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor jew minn min għandu r-responsabbilità tal-ġenituri, jikkoperaw dwar il-każijiet speċifiċi biex jakkwistaw l-iskopijiet ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, għandhom, jaġixxu direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi jew ta' korpi oħra, jieħdu l-passi neċessarji kollha skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru fi kwistjonijiet tal-protezzjoni personali tad- data biex:

(a) jiġbru u jaqsmu l-informazzjoni:

(i) dwar is-sitwazzjoni tal-minuri;

(ii) dwar kwalsijasi proċedimenti li jkunu għaddejjin; jew

(iii) dwar id-deċiżjonijiet meħuda li jikkonċernaw lill-minuri;

(b) jipprovdu nformazzjoni u għajnuna lil min għandu r-responsabbilità tal-ġenituri li qegħdin jitolbu r-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fit-territorju tagħhom, u partikolarment dwar id-drittijiet ta' aċċess u r-ritorn tal-minuri;

(ċ) jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet bejn il-qrati, u partikolarment għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(6) and (7) u l-Artikolu 15;

(d) jipprovdu l-imsemmija nformazzjoni u jagħtu l-għajnuna skond kif hemm bżonn mill-qrati biex japplikaw l-Artikolu 56; u

(e) jiffaċilitaw il-ftehim bejn min għandu r-responsabbilità tal-ġenituri permezz ta' medjazzjoni jew mezzi oħra, u jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn il-fruntieri tal-pajjiżi għal dan il-għan.

Artikolu 56

It-tqegħid tal-minuri fi Stat Membru ieħor

1.  Fejn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 8 sa 15 tikkontempla t-tqegħid tal-minuri f'istitut jew ma' familja tar-rispett u fejn l-imsemmi tqegħid għandu jseħħ fi Stat Membru ieħor, l-ewwel għandha tikkonsulta l-awtorità ċentrali jew xi awtorità ohra li għandha l-ġurisdizzjoni f'dak l-aħħar Stat fejn huwa meħtieġ l-intervent tal-awtorità pubblika f'dak l-Istat Membru għal każijiet domestiċi tat-tqegħid tal-minuri.

2.  Is-sentenza dwar it-tqegħid imsemmija fil-paragrafu 1 tista' ssir fl-Istat fejn hemm it-talba biss jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat mitlub tkun tagħat il-kunsens tagħha għal dan it-tqegħid.

3.  Il-proċedimenti għall-konsultazzjoni jew għall-kunsens imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rregolati mil-liġi nazzjonali ta' l-Istat mitlub.

4.  Fejn l-awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 8 sa 15 tiddeċiedi biex tqiegħed il-minuri ma' familja tar-rispett, u fejn dan it-tqegħid għandu jseħħ fi Stat Membru ieħor u fejn m'huwa meħtieġ l-ebda ntervent ta' xi awtorità pubblika f'dan l-aħħar Stat għall-każijiet domestiċi għat-tqegħid tal-minuri, hija għandha tinforma b'dan lill-awtorità ċentrali jew lill-awtorità oħra li għandha l-ġurisdizzjoni f'dan l-aħħar Stat.

Artikolu 57

Is-Sistema ta' kif isir ix-xogħol

1.  Kull min għandu r-responsabbilità tal- ġenituri jista' jissottometti, lill-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha, talba għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 55. Ġeneralment, it-talba għandha tinkludi kull informazzjoni disponibbli li tkun rilevanti għall-infurzar tagħha. Fejn it-talba għall-għajnuna tkun dwar ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta' sentenza dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri li jaqaw taħt il-kompetenza ta' dan ir-Regolament, min għandu r-responsabbilità tal- ġenituri għandu jehmeż iċ-ċertifikati relevanti msemmija fl-Artikoli 39, 41(1) or 42(1).

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni fl-ilsien uffiċjali jew fl-ilsna ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità barra dak li huwa tagħhom u li fihom jistgħu jiġu aċċettati il-komunikazzjonijiet ma' l-awtoritajiet ċentrali.

3.  L-għajnuna provduta mill-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 55 għandha tkun mingħajr ħlas.

4.  Kull awtorità ċentrali għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Artikolu 58

Is-Seduti

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ċentrali għandhom jiltaqgħu regolarment.

2.  Dawn is-seduti għandhom jiġu msejjħa skond id-Deċiżjoni Nru 2001/470/KE li tistabbilixxi n-Network Ġudizjali Ewropea fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.



KAPITOLU V

IR-RELAZZJONIJIET MA' STRUMENTI OHRA

Artikolu 59

Ir-Relazzjoni ma' strumenti oħra

1.  Bla ħsara għad-disposizzjonijet ta' l-Artikoli 60,63,64 u paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dan ir-Regolament għandu, għall-Istati Membri, iwarrab il-konvenzjonijiet eżistenti waqt iż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li kienu ġew konklużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar u jirrigwardaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

2.  

(a) Il-Finlandja u l-Isvezja għandu jkollhom l-għażla li jiddikjaraw li l-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Isvezja li tinkludi d-disposizzjonijiet tal-liġi nternazzjonali privata dwar iz-żwieg, l-adozzjoni u t-tutela, flimkien mal-Protokoll Finali tiegħu, għandhom japplikaw, fl-intier jew f'parti biss, fir-relazzjonijiet reċiproki, minflok ir-regoli ta' dan ir-Regolament. L-imsemmija dikjarazzjonijiet għandhom jiġu annessi ma' dan ir-Regolament u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Jistgħu jiġu rtirati, fl-intier jew f'parti, f'kwalsijasi ħin mill-imsemmija Stati Membri.

(b) Il-prinċipju li ma jkunx hemm diskriminazzjoni dwar ir-raġunijiet ta' nazzjonalità bejn iċ-ċittadini ta' l-Unjoni għandu jiġi rispettat.

(ċ) Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni fi kwalsijasi ftehim fil-futur li jrid jiġi konkluż bejn l-Istati Membri msemmija fis-sottoparagrafu (a) li jirrigwardaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(d) Is-sentenzi maqtugħa f'xi wieħed mill-Istati Nordiċi li ġia' għamlu d-dikjarazzjoni imsemmija fis-sottoparagrafu (a) taħt forum ta' ġurisdizzjoni li tikkorrispondi għal waħda minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati fl-Istati Membri l-oħra taħt ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni:

(a) kopja tal-fteħim u tal-liġijiet uniformi li jimplimentaw dawn il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (ċ);

(b) kull denunzja ta', jew emendi ta', dawk il-ftehim jew tal-liġijiet uniformi.

Artikolu 60

Ir-Relazzjonijiet ma' ċerti konvenzjonijiet multilaterali

Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jieħu preċedenza fuq il-konvenzjonijiet li ġejjin dement li jkunu jikkonċernaw kwistjonijiet li huma rregolati minn dan ir-Regolament:

(a) Il-Konvenzjoni ta' l-Aja tal-5 ta' Ottubru ta' l-1961 dwar il-Poteri ta' l-Awtoritajiet u l-Liġi Applikabbli fir-rigward tal-Protezzjoni tal-Minuri;

(b) Il-Konvenzjoni tal-Lussemburgu tat-8 ta' Settembru ta' l-1967 dwar ir-Rikonoxximent tad-Deċiżjonijiet Dwar il-Validità taż-Żwiġijiet;

(ċ) il-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1 ta' Ġunju ta' l-1970 dwar ir-Rikonoxximent tad-Divorzji u tas-Separazzjonijiet Legali;

(d) il-Konvenzjoni Ewropea ta' l-20 ta' Mejju ta' l-1980 dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tad-Deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-Kustodja tal-Minuri u ir-ritorn tal-Kustodja tal-Minuri;

u

(e) il-Konvenzjoni ta' l-Aja tal-25 ta' Ottubru ta' l-1980 dwar l-Aspetti Ċivili Internazzjonali tal- Htif tal-Minuri.

Artikolu 61

Ir-Relazzjonijiet mal-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-19 ta' Ottubru ta' l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Koperazzjoni fir-Rigward tar- Responsabbilità tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tal-Minuri

Dwar ir-relazzjoni mal-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-19 ta' Ottubru ta' l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Koperazzjoni fir-Rigward tar- Responsabbilità tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tal-Minuri, dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fejn il-minuri konċernat għandu/għandha r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fit-territorju ta' xi Stat Membru;

(b) dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenza maqtugħa f'qorti ta' Stat Membru fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, anki jekk il-minuri kkonċernat għandu r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fit-territorju ta' Stat terz li huwa Parti kontrattanti għall-imsemmija Konvenzjoni.

Artikolu 62

L-Iskop ta' l-effetti

1.  Il-ftehim u l-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 59(1), 60 u 61 għandhom ikomplu jkunu effettivi fir-rigward ta' kwistjonijiet li m'humiex irregolati minn dan ir-Regolament.

2.  Il-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60, u partikolarment il-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, ikomplu jipproduċu l-effetti bejn l-Istati Membri li huma parti fihom, skond l-Artikolu 60.

Artikolu 63

It-Trattati mas-Santa Sede

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-Trattat (Konkordat) Internazzjonali bejn is-Santa Sede u l-Portugall, iffirmat fil-Belt tal-Vatikan fis-7 ta' Mejju ta' l-1940.

2.  Kull deċiżjoni dwar l-invalidità taż-żwieg taħt dan it-Trattat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III, Taqsima 1.

3.  Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għat-Tratti (Konkordati) Internazzjoni mas-Santa Sede li ġejjin:

(a) Concordato lateranense” tal-11 ta' Frar ta' l-1929 bejn l-Italja u s-Santa Sede, immodifikat bil-ftehim, permezz ta' Protokoll addizzjonali ffirmat f'Ruma fit-18 ta' Frar ta' l-1984;

(b) Ftehim bejn is-Santa Sede u Spanja dwar il-kwistjonijiet legali tat-3 ta' Jannar ta' l-1979;

▼M1

(ċ) Ftehim tat-3 ta' Frar 1993 bejn is-Santa Sede u Malta dwar ir-rikonoxximent ta' l-effetti ċivili taż-żwiġijiet kanoniċi u tad-deċiżjonijiet ta' awtoritajiet u tribunali ekkeleżjastiċi fuq dawk iż-żwiġijiet, bit-tieni Protokoll Adizzjonali tas-6 ta' Jannar 1995

▼M1

4.  Ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 jistgħu, fi Spanja, fl-Italja jew f'Malta, jkunu suġġetti għall-istess proċeduri u għall-istess verifiki kif applikabbli għad-deċiżjoniiet tal-qrati ekkleżjastiċi mogħtija fi qbil mat-trattati internazzjonali konklużi mas-Sante Sede msemmija fil-paragrafu 3.

▼B

5.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni:

(a) kopja tat-Trattati msemmija fil-paragrafi 1 u 3;

(b) kull denunzja ta', jew emendi għal dawk it-Trattati.



KAPITOLU VI

ID-DISPOSIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 64

1.  Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall- proċedimenti ġudizzjarji stitwiti, għad-dokumenti li ġew formalment miktuba jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi u għall-kuntratti konklużi bejn il-partijiet wara d-data ta' l-applikazzjoni tagħha skond l-Artikolu 72.

2.  Sentenzi mogħtija wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fiproċedimenti stitwiti qabel id-data iżda wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru. 1347/2000 għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati skond id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament jekk il-ġurisdizzjoni kienet ibbażata fuq regoli li qablu ma' dawk provduti fil- Kapitolu II jew fir-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jew inkella f'konvenzjoni konkluża bejn l-Istat Membru ta' l-oriġini u l-Istat Membru ndirizzat li kien fis-seħħ meta l-proċedimenti ġew istitwiti.

3.  Is-sentenzi mogħtija qabel dik id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-proċedimenti stitwiti wara d-dħul tas-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati skond id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament kemm-il darba dawn jirrigwardaw id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg jew ir-responsabbilità tal-ġenituri għall-minuri konjugi t-tnejn fl-okkażjoni ta' dawn il-proċedimenti matrimonjali.

4.  Is-sentenzi mogħtija qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imma wara d-data tad-dħul tas-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 fil-proċedimenti stitwiti qabel id-data tad-dħul tas-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament kemm-il darba dawn jirrigwardaw id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg jew ir-responsabbilità tal-ġenituri għall-minuri taż-żewġ konjuġi fl-okkażjoni ta' dawn il-proċedimenti matrimonjali u dik il-ġurisdizzjoni kienet ibbażata dwar regoli li jaqblu ma' dawk imsemmija jew fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament jew fil-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jew inkella f'konvenzjoni konkluża bejn l-Istat Membru ta' l-oriġini u l-Istat Membru ndirizzat li kienet fis-seħħ meta l-proċedimenti ġew istitwiti.



KAPITOLU VII

ID-DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 65

Ir-Reviżjoni

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar ta' l-2012, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fornita mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi kkumpanjat jekk hemm bżonn bil-proposti ta' l-adattamenti.

Artikolu 66

L-Istati Membri li għandhom zewg sistemi legali jew aktar

Rigward Stat Membru f'liema tnejn jew aktar sistemi ta' l-liġi jew sett ta' regoli konċernati kwistjonijiet regolati minn dan ir-Regolament japplikaw f'unitajiet territorjali differenti:

(a) kull referenza għar-residenza abitwali f'dak l-Istat Membru għandha tirreferi għar-residenza abitwali ġewwa unità territorjali;

(b) kull referenza għan-nazzjonalità, jew fil-każ tar-Renju Unit “domiċilju”, għandha tirreferi għall-unità territorjali nominata mil-liġi ta' dak l-Istat;

(ċ) kull referenza għall-awtorità ta' Stat Membru għandha tirreferi għall-awtorità ta' unità territorjali f'dak l-Istat li huwa kkonċernat;

(d) kull referenza għar-regoli ta' l-Istat Membru mitlub għandha tirreferi għar-regoli ta' l-unità territorjali li fiha l-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar huwa nvokat.

Artikolu 67

Informazzjoni dwar l-awtoritajiet ċentrali u l-ilsna aċċettati

L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw mal-Kummissjoni fi żmien tlett xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament:

(a) l-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta' komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nominati skond l-Artikolu 53;

(b) l-ilsna aċċettati għall-komunikazzjonijiet ma' l-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 57(2);

u

(ċ) l-ilsna aċċettati għaċ-certifikat dwar id-drittijiet ta' aċċess skond l-Artikolu 45(2).

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil f'din l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-disposizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 68

Informazzjoni dwar il-qrati u l-proċedimenti għad-danni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista ta' qrati u l-proċedimenti għad-danni imsemmija fl-Artikoli 21, 29, 33 and 34 u kull emendi għalihom.

Il-Kummissjoni għandha taġġorna din l-informazzjoni u għandha tpoġġiha għad-disposizzjoni tal-pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u kull mod ieħor xieraq.

Artikolu 69

L-emendi lill-annessi

Kwalsijasi emendi għall-forom standard fl-Annessi I sa IV għandhom jiġu adottati skond il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 70

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat (kumitat).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA.

3.  Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura.

Artikolu 71

It-Tħassir tar-Regolament (KE) No 1347/2000

1.  Ir-Regolament (KE) No 1347/2000 għandu jiġi mħassar sa mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Kull referenza għar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi nterpretat bħala referenza għal dan ir-Regolament skond it-tabella komparattiva fl-Anness V.

Artikolu 72

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 t'Awissu ta' l-2004.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Marzu ta' l-2005, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 67,68, 69 u 70, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Awissu ta' l-2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.




ANNESS I

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 39 LI JIKKONĊERNA SENTENZI FI KWISTJONIJIET MATRIMONJALI ( 12 )

1.

Stat Membru ta' oriġini

2.

Qorti jew awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat

2.1.

Isem

2.2.

Indirizz

2.3.

Tel./fax/e-mail

3.

Żwieġ

3.1.

Mara

3.1.1.

Isem sħiħ

3.1.2.

Indirizz

3.1.3.

Pajjiż u post ta' twelid

3.1.4.

Data tat-twelid

3.2.

Raġel

3.2.1.

Isem sħiħ

3.2.2.

Indirizz

3.2.3.

Pajjiż u post ta' twelid

3.2.4.

Data tat-twelid

3.3.

Pajjiż, post (meta disponibbli) u data ta' żwieġ

3.3.1.

Pajjiż taż-żwieġ

3.3.2.

Post taż-żwieġ (meta disponibbli)

3.3.3.

Data taż-żwieġ

4.

Il-Qorti li tat is-sentenza

4.1.

L-Isem tal-Qorti

4.2.

Il-Post tal-Qorti

5.

Is-Sentenza

5.1.

Id-Data

5.2.

In-Numru ta' referenza

5.3.

It-Tip ta' sentenza

5.3.1.

Divorzju

5.3.2.

Annullament taż-żwieġ

5.3.3.

Separazzjoni legali

5.4.

Is-Sentenza ingħatat għal nuqqas ta' preżenza?

5.4.1.

Le

5.4.2.

Iva ( 13 )

6.

Ismijiet tal-partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

7.

Is-Sentenza hija soġġetta għal appell ulterjuri skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' oriġini?

7.1.

Le

7.2.

Iva

8.

Data ta' l-effett legali fl-Istat Membru fejn ingħatat is-sentenza

8.1.

Divorzju

8.2.

Separazzjoni legali

Magħmul f' …, data…

Firma u/jew timbru




ANNESS II

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 39 LI JIKKONĊERNA SENTENZI DWAR RESPONSABBILTÀ TAL-ĠENITURI ( 14 )

1.

L-Istat Membru ta' oriġini

2.

Il-Qorti jew l-awtorità li joħorġu ċ-ċertifikat

2.1.

L-Isem

2.2.

L-Indirizz

2.3.

Tel./Fax/e-mail

3.

Persuna(i) bi drittijiet ta' aċċess

3.1.

Isem sħiħ

3.2.

Indirizz

3.3.

Id-Data u l-post ta' twelid (meta disponibbli)

4.

Titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri ta' xort'oħra minn dawk imsemmija taħt 3 ( 15 )

4.1.

4.1.1.

Isem sħiħ

4.1.2.

Indirizz

4.1.3.

Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

4.2.

4.2.1.

Isem sħiħ

4.2.2.

Indirizz

4.2.3.

Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.3.

4.3.1.

Isem sħiħ

4.3.2.

Indirizz

4.3.3.

Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

5.

Il-Qorti li tat is-sentenza

5.1.

Isem tal-Qorti

5.2.

Il-Post tal-Qorti

6.

Is-Sentenza

6.1.

Data

6.2.

Numru ta' referenza

6.3.

Is-Sentenza ingħatat fin-nuqqas ta' preżenza?

6.3.1.

Le

6.3.2.

Iva ( 16 )

7.

Tfal li huma koperti mis-sentenza ( 17 )

7.1.

Isem sħiħ u data ta' twelid

7.2.

Isem sħiħ u data ta' twelid

7.3.

Isem sħiħ u data ta' twelid

7.4.

Isem sħiħ u data ta' twelid

8.

Ismijiet tal-partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

9.

Attestazzjoni ta' applikabilità u servizz

9.1.

Is-Sentenza hija applikabbli skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' oriġini?

9.1.1.

Iva

9.1.2.

Le

9.2.

Is-Sentenza ingħatat lill-parti li kontriha hemm rikors?

9.2.1.

Iva

9.2.1.1.

L-Isem sħiħ tal-parti

9.2.1.2.

L-Indirizz

9.2.1.3.

Id-Data ta' servizz

9.2.2.

Le

10.

Informazzjoni speċifika dwar sentenzi dwar drittijiet ta' aċċess meta jintalab “exequatur” taħt l-Artikolu 28. Din il-possibiltà hija prevista fl-Artikolu 40(2).

10.1.

Arranġamenti prattiċi għal eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess (sa fejn imsemmi fis-sentenza)

10.1.1.

Data u ħin

10.1.1.1.

Bidu

10.1.1.2.

Tmiem

10.1.2.

Post

10.1.3.

Obbligi sepċifiċi fuq titolari ta' responsabbiltà ta' ġenituri

10.1.4.

Obbliġi speċifiċi fuq il-persuna bi dritt ta' aċċess

10.1.5.

Kwalunkwe restrizzjonijiet annessi għall-eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess

11.

Informazzjoni speċifika għal sentenzi fuq ir-ritorn tal-wild f'każijiet fejn hija mitluba l-proċedura ta' “exequatur” taħt l-Artikolu 28. Din il-possibiltà hija prevista taħt l-Artikolu 40(2).

11.1.

Is-Sentenza tinvolvi r-ritorn tal-wild

11.2.

Persuna li lilha għandu jerġa' jingħata l-wild (sa fejn dikjarat fis-sentenza)

11.2.1.

Isem sħiħ

11.2.2

Indirizz

Magħmul f' …, data…

Firma u/jew timbru




ANNESS III

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 41(1) LI JIKKONĊERNA SENTENZI DWAR ID-DRITTIJIET TA' AĊĊESS ( 18 )

1.

L-Istat Membru ta' oriġini

2.

Il-Qorti jew l-awtorità li joħorġu ċ-ċertifikat

2.1.

L-Isem

2.2.

L-Indirizz

2.3.

Tel./Fax/e-mail

3.

Persuna(i) bi drittijiet ta' aċċess

3.1.

Isem sħiħ

3.2.

Indirizz

3.3.

Id-Data u l-post ta' twelid (meta disponibbli)

4.

Titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri ta' xort'oħra minn dawk imsemmija taħt 3 ( 19 ) ( 20 )

4.1.

4.1.1.

Isem sħiħ

4.1.2.

Indirizz

4.1.3.

Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

4.2.

4.2.1.

Isem sħiħ

4.2.2.

Indirizz

4.2.3.

Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.3.

Oħrajn

4.3.1.

Isem sħiħ

4.3.2.

Indirizz

4.3.3.

Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

5.

Il-Qorti li tat is-sentenza

5.1.

Isem tal-Qorti

5.2.

Il-Post tal-Qorti

6.

Is-Sentenza

6.1.

Data

6.2.

Numru ta' referenza

7.

Tfal li huma koperti bis-sentenza ( 21 )

7.1.

Isem sħiħ u data ta' twelid

7.2.

Isem sħiħ u data ta' twelid

7.3.

Full name and date of birth

7.4.

Isem sħiħ u data ta' twelid

▼C1

8.

Is-sentenza infurzabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

8.1.

Iva

8.2.

Le

▼B

9.

Meta s-sentenza ingħatat fin-nuqqas ta' preżenza, il-persuna li naqset li tidher ingħatat id-dokument li ta bidu għall-proċeduri jew kienet fornita b'dokument ekwivalenti f'ħin suffiċjenti u b'tali mod li kien possibbli li dik il-persuna tirranġa għad-difiża tiegħu jew tagħha, jew il-persuna ingħatat id-dokument iżda mhux in konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet, ikun madankollu stabbilit li hu jew hi aċċettaw id-deċiżjoni mingħajr ekwivoku.

10.

Il-Partijiet kollha konċernati ingħataw opportunità li jinstemgħu

11.

It-Tfal ingħataw opporutnità li jinstemgħu, sakemm seduta ma kienitx ikkunsidrata mhux approprjata b'qies għall-età jew il-grad ta' maturità tagħhom

12.

Arranġamenti prattiċi għal eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess (sa fejn dikjarat fis-sentenza)

12.1.

Data u ħin

12.1.1.

Bidu

12.1.2.

Tmiem

12.2.

Post

12.3.

Obbligi speċifiċi fuq titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri

12.4.

Obbligi speċifiċi fuq il-persuna b'dritt ta' aċċess

12.5.

Kwalunkwe restrizzjonijiet annessi ma' l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess

13.

Ismijiet ta' partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

Magħmul fi …, data…

Firma u/jew timbru




ANNESS IV

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 42(1) LI JIKKONĊERNA R-RITORN TAL-WILD ( 22 )

1.

L-Istat Membru ta' oriġini

2.

Il-Qorti jew l-awtorità li joħorġu ċ-ċertifikat

2.1.

L-Isem

2.2.

L-Indirizz

2.3.

Tel./Fax/e-mail

3.

Persuna li lilha għandu jiġi ritornat il-wild (sa fejn dikjarat fis-sentenza)

3.1.

Isem sħiħ

3.2.

Indirizz

3.3.

Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

4.

Titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri ( 23 )

4.1.

Omm

4.1.1.

Isem sħiħ

4.1.2.

Indirizz (meta disponibbli)

4.1.3.

Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.2.

Missier

4.2.1.

Isem sħiħ

4.2.2.

Indirizz (meta disponibbli)

4.2.3.

Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.3.

Oħrajn

4.3.1.

Isem sħiħ

4.3.2.

Indirizz (meta disponibbli)

4.3.3.

Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

5.

Riċevitur (meta disponibbli)

5.1.

Isem sħiħ

5.2.

Indirizz (meta disponibbli)

6.

Il-Qorti li tat is-sentenza

6.1.

L-Isem tal-Qorti

6.2.

Il-Post tal-Qorti

7.

Sentenza

7.1.

Data

7.2.

Numru ta' referenza

8.

Tfal li huma koperti mis-sentenza ( 24 )

8.1.

L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

8.2.

L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

8.3.

L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

8.4.

L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

9.

Is-Sentenza tinvolvi li jingħata lura l-wild

▼C1

10.

Is-Sentenza infurzabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

10.1.

Iva

10.2.

Le

▼B

11.

It-Tfal ingħataw l-opportunità li jinstemgħu, sakemm seduta ma kienitx ikkunsidrata approrpjata b'qies għall-età jew il-grad ta' maturità tagħhom

12.

Il-Partijiet ingħataw opportunità li jinstemgħu

13.

Is-Sentenza tinvolvi li t-tfal jingħataw lura u li l-qorti tkun ikkunsidrat fil-ħruġ tas-sentenza tagħha r-raġunijiet għal u provi għad-deċiżjoni maħruġa skond l-Artikolu 13 tal-konvenzjoni ta' l-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili ta' Sekwestru Internazzjonali tat-Tfal

14.

Meta applikabbli, dettallji ta' miżuri meħuda minn qrati jew awtoritajiet sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-wild wara r-ritorn tiegħu/tagħha lejn l-Istat Membru ta' residenza abitwali

15.

Ismijiet ta' partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

Magħmula f' …, data…

Firma u/jew timbru




ANNESS V

TABELLA PARAGUNATTIVA MAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1347/2000



Artikoli mħassra

Artikoli korrispondenti ta' test ġdid

1

1, 2

2

3

3

12

4

 

5

4

6

5

7

6

8

7

9

17

10

18

11

16, 19

12

20

13

2, 49, 46

14

21

15

22, 23

16

 

17

24

18

25

19

26

20

27

21

28

22

21, 29

23

30

24

31

25

32

26

33

27

34

28

35

29

36

30

50

31

51

32

37

33

39

34

38

35

52

36

59

37

60, 61

38

62

39

 

40

63

41

66

42

64

43

65

44

68, 69

45

70

46

72

Anness I

68

Anness II

68

Anness III

68

Anness IV

Anness I

Anness V

Anness II




ANNESS VI

Dikjarazzjonijiet mill-Isvezja u mill-Finlandja skond l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill li jikkonċernaw ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassru r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

Dikjarazzjoni mill-Isvezja:

Skond l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi f'kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000, l-Isvezja hawnhekk tiddikjara li l-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja, u l-Isvezja li tinkludi disposizzjonijiet internazzjonali ta' liġi privata dwar iż-żwieġ, l-adozzjoni u l-kustodja, flimkien mal-Protokoll Finali magħha, japplikaw kompletament relazzjonijiet bejn l-Isvezja u l-Finlanda, minflok ir-regoli tar-Regolament.

Dikjarazzjoni mill-Finalndja:

Skond l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000, il-Finlandja hawnhekk tiddikjara li l-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn il-Finalndja, id-Danimarka, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Isvezja li tinkludi disposizzjonijiet internazzjonali ta' liġi privata dwar iż-żwieġ, l-adozzjoni u l-kustodja, flimkien mal-Protokoll finali miegħu, japplikaw kompletament relazzjonijiet bejn il-Finlandja u l-Isvezja, minflok ir-regoli tar-Regolament.



( 1 ) (ĠU C 203 E, tas-27.8.2002, p. 155).

( 2 ) (Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Settembru 2002 (għad mħiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)).

( 3 ) (ĠU C 61, ta' l-14.3.2003, p. 76).

( 4 ) (ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 19).

( 5 ) (Waqt iż-żmien tal-ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) 1347/2000 il-Kunsill ħa nota tar-rapport spjegatorju konċernanti dik il-Konvenzjoni ppreparat minn Professur Alegria Borras (ĠU C 221, tas-16.7.1998, p. 27)).

( 6 ) (ĠU C 234, tal-15.8.2000, p. 7).

( 7 ) (ĠU L 12, tas-16.1.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendata mil Regolament tal-ta' l-Kummissjoni (KE) No 1496/2002 (ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 13)).

( 8 ) (ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 37).

( 9 ) (ĠU L 174, tas-27.6.2001, p. 1).

( 10 ) (ĠU L 174, tas-27.6.2001, p. 25).

( 11 ) (ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23).

( 12 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 li jikkonċerna ġurisdizzjoni u rikonoxximent u applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà ta' ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

( 13 ) Dokumenti msemmija fl-Artikolu 37(2) għandhom jiġu annessi.

( 14 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003li jikkonċerna ġurisdizzjoni u r-rikonoxzximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimojali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà ta' ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

( 15 ) F'każijiet ta' kustodja konġunta, persuna diġà msemmija taħt il-partita 3 tista' wkoll tissemma taħt il-partita 4.

( 16 ) Dokumenti msemmija fl-Artikolu 37(2) għandhom jiġu annessi.

( 17 ) Jekk huma koperti iktar minn erbat itfal, uża formola oħra.

( 18 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

( 19 ) F'każijiet ta' kustodja konġunta, persuna diġà msemmija taħt il-partita 3 tista' wkoll tissemma' fil-partita 4.

( 20 ) Jekk jogħġbok agħmel salib fil-kaxxa li tikkorrispondi għall-persuna li għandha tiġi applikata s-sentenza għaliha.

( 21 ) Jekk huma kkonċernati iktar minn erbat itfal, uża formola oħra.

( 22 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201 tas-27 ta' Novembru 2003 li jikkonċerna ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi f'kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà ta' ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

( 23 ) Din il-partita mhijiex obbligatorja.

( 24 ) Jekk huma koperti iktar minn erbat itfal, uża formola oħra.

Top