EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02002L0021-20091219
Directive 2002/21/EC of the European Parliament and of the Council of 7 March 2002 on a common regulatory framework for electronic communications networks and services (Framework Directive)
Consolidated text: Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)
Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)
No longer in force
)
2002L0021 — MT — 19.12.2009 — 003.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA 2002/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta' Marzu 2002 (ĠU L 108, 24.4.2002, p.33) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 717/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Ġunju 2007 |
L 171 |
32 |
29.6.2007 |
|
REGOLAMENT (KE) 544/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009 |
L 167 |
12 |
29.6.2009 |
|
L 337 |
37 |
18.12.2009 |
Ikkoreġut b'
ID-DIRETTIVA 2002/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Marzu 2002
dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara l-kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:
(1) |
Il-kwadru regolatorju preżenti għat-telekomunikazzjonijiet kellu suċċess fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni effettiva fis-setttur tat-telekomunikazzjonijiet matul it-transizzjoni mill-monopolju għall-kompetizzjoni sħiħa. |
(2) |
Fl-10 ta' Novembru 1999, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni imsejħa “Lejn kwadru ġdid għal infrastruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi assoċjati - ir-rivista tal-komunikazzjonijiet ta' l-1999”. F'dik il-komunikazzjoni, il-Kummisjoni rrevediet il-kwadru eżistenti regolatorju għat-telekomunikazzjonijiet, skond l-obbligazzjonijiet tagħha taħt Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/387/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar l-istabbiliment tas-suq intern għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta' l-implimentazzjoni ta' provista ta' network miftuħ ( 4 ). Preżentat ukoll serje ta' proposti politiċi għal kwadru ġdid regolatorju għall-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi assoċjati għall-konsultazzjoni pubblika. |
(3) |
Fis-26 ta' April 2000 il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fuq ir-rivista tal-komunikazzjonijiet ta' l-1999 u l-orjentazzjonijiet għall-kwadru ġdid regolatorju. Il-komunikazzjoni rrappurtat fil-qosor l-konsultazzjoni pubblika u niżżlet ċerti orjentazzjonijiet prinċipali għal preparazzjoni ta' kwadru ġdid għall-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi assoċjati. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 emfasizza l-potenzjal għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien ta' l-impiegi u l-bidla lejn ekonomija diġitali bażata fuq l-għerf. B'mod partikolari, emfasizza l-importanza biex in-negozji u ċ-ċittadini ta' l-Ewropa jkollhom aċċess għal infrastruttura ta' komunikazzjonijiet mhux għalja u ta' klassi dinjija u firxa wiesa’ ta' servizzi. |
(5) |
Il-konverġenza tat-telekomunikazzjonijiet, il-media u s-settturi tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni tfisser li n-networks kollha ta' trasmissjoni u servizzi għandhom ikunu koperti b'kwadru regolatorju wieħed. Dak il-kwadru regolatorju jikkonsisti f'din id-Direttiva u erba’ Direttivi speċifiċi: Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni tan-networks tat-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) ( 5 ), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal u interkonnessjoni ma’ networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva dwar l-Aċċess) ( 6 ), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2202 dwar dritt universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma’ networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Direttiva Servizz Universali) ( 7 ), id-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-setttur tat-telekomunikazzjonijiet ( 8 ), (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejħa “id-Direttivi Speċifiċi”). Huwa meħtieġ li ssir separazzjoni bejn ir-regolament tat-trasmissjoni u r-regolament tal-kontenut. Dan il-kwadru għalhekk ma jkoprix il-kontenut tas-servizzi mwassla fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw servizzi elettroniċi ta' komunikazzjonijiet, bħal kontenut tax-xandir, is-servizzi finanzjarji u ċerti servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni, u hija għalhekk bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali dwar dawk is-servizzi, b'konformità mal-liġi tal-Komunità, sabiex jippromwovu diversità kulturali u lingwistika u biex jiżguraw id-difiża tal-pluraliżmu fil-midja. Il-kontenut tal-programmi tat-televiżjoni huwa kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni ( 9 ). Is-separazzjoni bejn ir-regolament tat-trasmissjoni u r-regolament tal-kontenut ma tippreġudikax li jingħata kont tar-rabtiet li jeżistu bejniethom, b'mod partikolari biex jiġi garantit il-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali u l-protezzjoni tal-konsumatur. |
(6) |
Il-politika awdjoviżwali u r-regolament tal-kontenut huma mwettqa lejn il-ksib ta' miri ta' interess ġenerali, bħal-libertà ta' l-espressjoni, il-pluraliżmu tal-midja, l-imparzjalità, id-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali, l-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-minuri. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Prinċipji u linji gwida għall-politika tal-Komunità awdjoviżwali u l-era diġitali”, u l-konklużżjonijiet tas-6 ta' Ġunju 2000 jilqgħu din il-komunikazzjoni, jiffissaw l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu mill-Komunità għall-implimentazzjoni tal-politika tagħha awdjoviżwali. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-possibiltà li kull Stat Membru jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-protezzjoni ta' l-interessi tiegħu ta' sigurtà, biex jissalvagwardja l-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, u biex jippermettu l-investigazzjoni, l-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, nkluż it-twaqqif ta' awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta' obbligazzjonijiet speċifiċi u proporzjonali applikabbli għall-provdituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. |
(8) |
Din id-Direttiva ma tkoprix apparat fil-qasam ta' applikazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar l-apparat tar-radju u l-apparat terminali tat-telekomunikazzjonijiet u l-għarfien komuni tal-konformità tagħhom ( 10 ), iżda tkopri l-apparat tal-konsumatur użat għat-televixin diġitali. Huwa importanti għar-regolaturi li jinkoraġġixxi lill-operaturi tan-networks u lill-manifatturi ta' apparat terminali li jikkoperaw sabiex jiġi faċilitat l-aċċess mill-utenti b'diżabilità għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. |
(9) |
Is-servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni huma koperti bir-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta' servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) ( 11 ). |
(10) |
It-tifsira ta' “servizz tas-soċjeta ta' l-informazzjoni” f'Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tippreskrivi proċedura għall-provista ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-i standards tekniċi u regolamenti u tar-regoli tas-servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni ( 12 ) tkopri firxa wiesa’ ta' attivitajiet elettroniċi li jseħħu on-line. Il-parti l-kbira ta' dawn l-attivitajiet m'humiex koperti bl-iskop ta' din id-Direttiva għaliex ma jikkonsistux kollha kemm huma jew prinċipalment fit-twassil ta' sinjali fuq networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. It-telefonija bil-leħen u s-servizzi ta' twassil ta' posta elettronika huma koperti b'din id-Direttiva. L-istess impriża, per eżempju provditur ta' servizzi bl-Internet, jista joffri kemm servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal l-aċċess għall-Internet, u servizzi mhux koperti taħt din id-Direttiva, bħal provista ta' kontenut web-based. |
(11) |
Skond il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u operazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta' l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali regolatorji bil-ħsieb li jiżguraw l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Il-ħtieġa ta' l-indipendenza hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali u l-obbligazzjonijiet kostituzzjonali ta' l-Istati Membri jew tal-prinċipju ta' newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà preskritta f'Artikolu 295 tat-Trattat. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu fil-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa, fir-rigward tan-numru ta' impjegati, kapaċità, u mezzi finanzjarji, għat-twettieq tax-xogħol tagħhom. |
(12) |
Kull parti li hija s-suġġett ta' deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali regolatorja għandu jkollha d-dritt ta' appell lil korp li jkun indipendenti mill-partijiet involuti. Dan il-korp jista’ jkun qorti. B'żieda, kull impriża li tqies li l-applikazzjonijiet tagħha għall-għoti ta' drittijiet ta' faċilitajiet ta' stallazzjoni ma ġewx ittrattati skond il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva għandu jkollha d-dritt li tappella kontra dawk id-deċiżjonijiet. Din il-proċedura ta' appell hija mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan is-sistemi nazzjonali ġudizzjarji u tad-drittijiet ta' entitajiet legali u persuni naturali taħt il-liġi nazzjonali. |
(13) |
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom il-ħtieġa li jiġbru informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq sabiex iwettqu b'mod effettiv ix-xogħol tagħhom. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa wkoll li dik l-informazzjoni tinġabar għan-nom tal-Kummissjoni, biex tippermettilha li twettaq l-obbligazzjonijiet kollha tagħha taħt il-liġi tal-Komunità. Il-talbiet għall-informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u m'għandhomx jimponu piż żejjed fuq l-impriżi. L-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandha tkun pubblikament disponibbli, ħlief sal-limitu li tkun kunfidenzjali skodn ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u bla ħsara għall-liġi tal-Komunità u dik nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju. |
(14) |
Informazzjoni li hija meqjusa kunfidenzjali minn awtorità nazzjonali regolatorja, skond ir-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, tista’ tinbidel biss mal-Kummissjoni u ma awtoritajiet nazzjonali regolatorji oħra fejn dak il-bdil huwa strettament meħtieġ għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew tad-Direttivi speċifiċi. L-informazzjoni mibdula għandha tkun limitata għal dak li huwa relevanti u proporzjonat għall-għand ta' dak il-bdil. |
(15) |
Huwa iimportanti li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jikkonsultaw mal-partijiet kollha interessati dwar id-deċiżjonijiet proposti waqt li jingħata kont tal-kummenti tagħhom qabel ma tiġi adottata deċiżjoni finali. Sabiex jiġi żgurat li deċiżjonijiet f'livell nazzjonali ma jkollhomx effetti kuntrarji fuq is-suq wieħed jew miri oħra tat-Trattat, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ukoll jinnotifikaw ċerti abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji oħra biex jagħtuhom l-opportunità li jikkummentaw. Huwa xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jikkonsultaw mal-partijiet interssati fuq l-abbozzi kollha tal-miżuri li għandhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-każi fejn il-proċeduri msemmija f'Artikoli 6 u 7 japplikaw huma definiti f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Konsultazzjonijiet, li teħtieġ lill-awtorità nazzjonali regolatorja li tirtira abbozz ta' miżura fejn ikun jikkonċerna definizzjoni tas-swieq relevanti jew in-nomina jew le ta' impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq, u fejn dawk id-deċiżjonijiet joħolqu ostakolu għas-suq wieħed jew ikunu inkompattibbli mal-liġi tal-Komunitaà u b'mod partikolari mal-politika tal-miri li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom isegwu. Din il-proċedura hija bla preġudizzju għall-proċedura ta' notifikazzjoni li għaliha tipprovdi d-Direttiva 98/34/KE u tal-prerogattivi tal-Kummissjoni taħt it-Trattat dwar ksur tal-liġi tal-Komunità. |
(16) |
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandu jkollhom sett armonizzat ta' miri u prinċipji li jiggwidawhom, u għandhom, fejn meħtieġ, jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħom ma’ l-awtoritajiet regolatorji ta' l-Istati Membri l-oħra fit-twettieq tax-xogħol tagħhom taħt dan il-kwadru regolatorju. |
(17) |
L-attivitajiet ta' l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji stabbiliti taħt din id-Direttivi u d-Direttivi Speċifiċi jikkontribwixxu għat-twettieq ta' politika aktar wiesa’ fiż-żoni tal-kultura, l-impiegi, l-ambjent, il-koesjoni soċjali u l-ippjanar tal-bliet u rħula. |
(18) |
Il-ħtiġiet li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jagħtu l-akbar kont tax-xewqa li jsiru regolamenti teknoloġikament newtrali, jiġifieri li la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija, ma jipprekludux li jittieħdu passi proporzjonati biex jippromwovu ċerti servizzi speċifiċi fejn dan ikun ġustifikat, per eżempju t-televixin diġitali bħala mezz għaż-żieda ta' l-effikaċja fl-Ispettru. |
(19) |
Il-frekwenzi tar-radju huma kontribizzjoni essenzjali għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq ir-radju u, sal-limitu li jirrelataw ma’ dawk is-servizzi, għandhom għalhekk ikunu allokati u assenjati mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji skond settt ta' miri armonizzati u prinċipji li jirregolaw l-azzjoni tagħhom kif ukoll fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, waqt li jingħata kont ta' l-interessi demokratiċi, soċjali, lingwistiċi u kulturali relatati ma l-użu tal-frekwenza. Huwa importanti li l-allokazzjoni u l-assenjament tal-frekwenzi tar-radju jiġu amministrati bl-aktar mod effiċjenti possibbli. It-trasferiment tal-frekwenzi tar-radju jista’ jkun mezz effettiv biex jiżdied l-użu effiċjenti ta' l-Ispettru, sakemm ikun hemm salvagwardi suffiċjenti operattivi li jipproteġu l-interess pubblika, b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza u s-sorveljanza regolatorja ta' dawk it-trasferimenti. Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju għall-politika ta' l-Ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) ( 13 ) tistabbilixxi kwadru għall-armonizzazzjoni tal-frekwenzi tar-radju, u azzjoni meħuda taħt din id-Direttiva għandha tfittex li tiffaċilita x-xogħol taħt dik id-Deċiżjoni. |
(20) |
L-aċċess għar-riżorsi tan-numerazzjoni fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji huwa essenzjali għall-impriżi biex jikkompetu fis-setttur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-elementi kollha għall-pjani nazzjonali ta' numerazzjoni għandhom ikunu amministrati mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji, inklużi l-kodiċi tal-punti wżati fl-indirizzar tan-networks. Fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' l-armonizzazzjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni fil-Komunità biex jissostna l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropew, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni bl-użu tas-settgħat esekuttivi tagħha. Fejn dan ikun xieraq biex tiġi żgurata l-interoperabilita globali sħiħa tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-posizzjonijiet nazzjonali tagħhom skond it-Trattat f'organizzazzjonijiet internazzjonali u laqgħat fejn jittieħdu deċiżjonijiet dwar n-numerazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jistabbilixxu xi żoni ġodda ta' responsabbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji fil-qasam ta' l-ismijiet u l-indirizzar ta' l-Internet. |
(21) |
L-Istati Membri jistgħu jużaw, fost ħwejjeġ oħra, proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi għall-assenjament ta' frekwenzi tar-radju kif ukoll tan-numri b'valur ekonomiku eċċezzjonali. Fl-amministrazzjoni ta' dawk l-iskemi, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jagħtu kont tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8. |
(22) |
Għandu jkun żgurat li jkunu jeżistu proċeduri għall-għoti ta' drittijiet għall-istallazzjoni ta' faċilitajiet li jkunu f'waqthom, mhux diskriminatorji u trasparenti, sabiex jiġu garantiti l-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta u effettiva. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-esproprjazzjoni jew l-użu tal-proprjetà, eżerċizzju normali tad-drittijiet fuq il-proprjetà, l-użu normali tad-dominju pubbliku, jew għall-prinċipju tan-newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà. |
(23) |
Il-qsim tal-faċilitajiet jista’ jkun ta' benefiċċju għall-ippjanar ta' l-ibliet, is-saħħa pubblika jew raġunijiet ambjentali, u għandu jkun inkoraġġit mill-awtoritajiet nazzjonali regplatorji fuq il-bażi ta' patti ta' ftehim volontarji. Fil-każi fejn l-impriżi jiġu mċaħħda minn aċċess għal alternattivi vijabbli, il-qsim obbligatorju ta' faċiltajiet jew proprjetà jista jkun adattat. ikopri fost ħwejjeġ oħra: ko-lokazzjoni fiżika u kanali, bini, arbli, antenni jew qsim ta' sistemi ta' antenni. Il-qsim obbligatorju ta' faċilitajiet jew proprjetà għandu jiġi mpost fuq impriżi biss wara konsultazzjoni pubblika sħiħa. |
(24) |
Fejn operaturi mobbli jkunu meħtieġa li jaqsmu torrijiet jew arbli għal raġunijiet ambjentali, dakil-qsim mandatarju jista’ jwassal għal tnaqqis fil-leveli massimi tas-saħħa tat-trasmissjoni permissibbli għal kull operatur għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, u dan jista jeħtieġ lill-operaturi li jistallaw aktar siti biex jiżguraw kopertura nazzjonali. |
(25) |
Hemm il-ħtieġa ta' obbligazzjonijiet minn qabel f'ċerti ċirkostanzi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' suq kompetitttiv. It-tifsira ta' saħħa sinifikanti fis-suq fid-Direttiva 97/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997 dwar interkonnessjoni fit-telekomunikazzjonijiet fir-rigward ta' l-assigurazzjoni ta' servizz universali u interoperabilità permess ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-provista ta' retikolt miftuħ (ONP) ( 14 ) kienet effiċjenti fl-istadji inizjali tal-ftuħ tas-suq bħala limitu għall-obbligazzjonijiet, iżda issa hija meħtieġa li tiġi adattata biex isservi swieq aktar komplessi u dinamiċi. Għal din ir-raġuni, t-tifsira wżata f'din id-Direttiva hija ekwivalenti għall-konċett ta' dominanza kif definit fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Qorti ta' l-Ewwel Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. |
(26) |
Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li jkunu jgawdu pożizzjoni konġunta dominanti mhux biss fejn jeżistu rabtiet strutturali jew oħrajn bejniethom iżda wkoll fejn l-istruttura tas-suq relevanti hija konduttiva għal effetti koordinati, jiġifieri, tinkoraġġixxi komportament prallel jew allinejat anti-kompetittiv fis-suq. |
(27) |
Huwa essenzjali li obbligazzjonijiet regolatorji minn qabel għandhom jiġu imposti biss fejn ma jkunx hemm kompetizzjoni effettiva, jiġifieri fi swieq fejn ikun hemm impriża waħda jew aktar b'saħħa sinifikanti fis-suq, u fejn ir-rimedji tal-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Komunità ma jkunux suffiċjenti biex jindirizzaw dik il-problema. Huwa meħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tħejji linji gwida fil-livell Tal-Komunità kond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni biex l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jsegwu fl-istima jekk il-kompetizzjoni hijiex effettiva f'suq partikolari u fl-istima tas-saħħa sinifikanti fis-suq. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom janalizzaw jekk is-suq fi prodott partikolari jew servizz ikunx effettivament kompetittiv f'żona ġeografika partikolari, li tista’ tkun it-territorju kollu jew parti minnu ta' l-Istat Membru konċernat jew partijiet ġirien tat-territorji ta' l-Istati Membri meqjusa flimkien. Analiżi tal-kompetizzjoni effettiva għandu jinkludi analiżi dwar jekk is-suq hux prospettivament kompetittiv, u b'hekk jekk xi nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva hijiet dejjiema. Dawk il-linji gwida għandhom ukoll jindirizzaw il-kwistjoni ta' swieq ġodda emerġenti, fejn fil-fatt il-mexxej tas-suq x'aktarx li jkollu sehem sostanzjali tas-suq iżda m'għandux jiġi suġġett għal obbligazzjonijiet mhux adattati. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment il-linji gwida biex tassigura li jibgħqu adattati f'suq li jiżviluppa b'mod mgħaġġel. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom il-ħtieġa li jikkoperaw ma xulxin fejn jinstab li s-suq relevanti jkun transnazzjonali. |
(28) |
Biex jiġi stabbilit jekk impriża jkollhix saħħa sinifikanti fis-suq f'suq speċifiku, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jaġixxu skond il-liġi tal-Komunità u jagħtu l-akbar kont tal-linji gwida tal-Kummissjoni. |
(29) |
Il-Komunità u l-Istati Membri daħlu fi rbit b’relazzjoni ma’ l-istandards u l-kwadru regolatorju tan-networks u tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
(30) |
L-istandardizzazzjoni għandha tibqa’ primarjament proċess immexxi mis-suq. Iżda xorta waħda jista jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun adattat li tenħtieġ konformità ma’ standards speċifiċi fil-livell tal-Komunità biex tiġi assigurata l-interoperabilità fis-suq wieħed. Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE. Id-Direttiva 95/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1995 dwar l-użu ta' standards għat-trasmissjoni ta' sinjali televiżivi ( 15 ) m'għamlitx obbligatorja l-ħtieġa ta' xi sistema ta' trasmissjoni diġitali tat-televiżjoni jew servizz. Permezz tal-Grupp tax-Xandir Diġitali bil-Vidjo, il-parteċipanti tas-suq Ewropew żviluppaw familja ta' sistema ta' trasmissjoni televiżiva li ġiet standardised mill-Istitut ta' l-i standards Ewropew tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) li sara rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet. Kull deċiżjoni biex l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards issir mandatarja għandha ssegwi konsultazzjoni pubblika sħiħa. Il-proċeduri ta' l-istandardizzazzjoni taħt din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta' Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma'apparat elettroniku maħsub biex jintuża fil-limiti ta' ċerti vultaġġi ( 16 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-kompatibilità elettromanjetika ( 17 ). |
(31) |
L-interoperabilità ta' servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni u tagħmir imtejjeb tat-televiżjoni diġitali, fil-livell tal-konsumatur, għandha tiġi mħajra sabiex tiżgura t-tmexxija libera ta' l-informazzjoni, il-pluraliżmu fil-media u d-diversità kulturali. Huwa mixtieq li l-konsumaturi jkollhom il-kapaċità li jirċievu jkun x'ikun il-mod ta' trasmissjoni, is-servizzi kollha diġitali nterattivi tat-televiżjoni, wara li jingħata kont tan-newtralità teknoloġika, il-progress teknoloġiku futur, il-ħtieġa tal-promozzjoni tat-televiżjoni diġitali skond l-għażla, u l-istat tal-kompetizzjoni fis-swieq għas-servizzi diġitali tat-televiżjoni. L-operaturi tat-televiżjoni diġitali interattiva għandhom jippruvaw li jimplimentaw interface miftuħ ta' applikazzjoni tal-programm (API) li jikkonforma ma’ l-istandards jew speċifikazzjonijiet adottai mill-organizzazzjoni Ewropea ta' l-i standards. L-emigrazzjoni minn APIs għal APIs ġodda miftuħa għandha tkun inkoraġġita u organizzata, per eżempju b'Memorandi ta' Ftehim bejn il-partijiet kollha relevanti tas-suq. APIs miftuħa jiffaċilitaw l-interoperabilità, jiġifieri l-portabilità tal-kontenut interattiv bejn il-mekkaniżmi tat-twassil, u l-funzjonalità sħiħa ta' dan il-kontenut fuq apparat diġitali mtejjeb tat-televiżjoni. Iżda, l-ħtieġa li ma jkunx hemm tfixkil għall-iffunzjonar ta' l-apparat li jirċievi u biex jiġi protett minn attakki malizzjużi, per eżempju minn viruses, għandu jingħata kont tagħha. |
(32) |
Fil-każ ta' tilwim bejn żewġ impriżi fl-istess Stat membru f'żona koperta b’din id-Direttiva jew bid-Direttivi Speċifiċi, per eżempju li tirrelata ma’ obbligazzjonijiet għall-aċċess jew interkonnessjoni jew mal-mezzi tat-trasferimenti tal-listi ta' l-abbonati, il-parti milquta li tkun innegozjat in bona fede iżda li naqsett li tilħaq ftehim għandha tkun tista’ titlob lill-awtorità nazzjonali regolatorja biex tirriżolvi d-tilwim. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu jistgħu jimponu soluzzjoni fuq il-partijiet. L-intervent ta' awtorità nazzjonali regolatorja fir-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn intrapriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi jew servizzi fi Stat Membru għandu jfittex li jassigura l-konformità ma’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi. |
(33) |
B'żieda mad-drittijiet ta' rikors mogħtija taħt il-liġi nazzjonali jew tal-Komunità, hemm il-ħtieġa ta' proċedura sempliċi li għandha tinbeda fuq it-talba ta' xi wieħed mill-partijiet fid-tilwim, biex jiġu riżolti tilwim bejn il-fruntieri li huma barra l-kompetenza ta' awtorità nazzjonali regolatorja waħda. |
(34) |
Kumitat wieħed għandu jissostitwixxi “l-Kumitat ONP” maħtur b'Artikolu 9 tad-Direttiva 90/387/KEE u l-Kumitat tal-Liċenzi maħtur b'Artikolu 14 tad-Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' April 1997 dwar kwadru komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzi individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet ( 18 ). |
(35) |
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lill-xulxin bl-informazzjoni meħtieġa biex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, sabiex ikun jistgħu jikkoperaw għal kollox flimkien. Fir-rigward ta' l-informazzjoni mibdula, l-awtorità li tirċievi għandha tassigura l-istess livel ta' kunfidenzjalità bħall-awtorità li toriġina. |
(36) |
Il-Kummissjoni wriet il-ħsieb tagħha li tistabbilixxi grupp ta' regolaturi Ewropej għan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi li jikkostitwixxi mekkaniżmu adatta biex iħajjar il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali regolatorji, sabiex jippromwovi l-iżvilupp tas-suq intern għar-retikolai ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi, u biex ifittex li tinkiseb l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikolari fejn il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Komunità tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji settgħat kunsiderevoli ta' diskrezzjoni fl-applikazzjoni tar-regoli relevanti. |
(37) |
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu meħtieġa li jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b'mod trasparenti biex tiġi assigurata l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Il-koperazzjoni tista’ sseħħ, fost ħwejjeġ oħra, fil-Kumitat tal-Komunikazjonijiet jew fil-Grupp li jikkomprendi r-regolaturi Ewropew. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu liema korpi huma l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għall-għanijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Sepċifiċi. |
(38) |
Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri huma miżuri li jista’ jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq ix-xejra tal-Kummerċ bejn l-Istati Membri b'mod li jista’ jinħoloq ostakolu għas-suq wieħed. Jikkomprendu miżuri li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-operaturi jew l-utenti fi Stati Membri oħra, li jinkludu, fost ħwejjeġ oħra: miżuri li jeffettwaw il-prezzijiet għall-utenti fi Stati Membri oħra; miżuri li jeffettwaw l-abilità ta' mpriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li tipprovdi servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari miżuri li jeffettwaw l-abilità li jiġu offruti servizzi fuq bażi transnazzjonali; u miżuri li jeffettwaw l-istruttura tas-suq jew l-aċċess, li jwasslu għal riperkussjonijiet għal impriżi fi Stati Membri oħra. |
(39) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu riveduti perjodikament, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-ħtieġa ta' modifikazzjoni fid-dawl tal-kondizzjonijiet li jinbidlu teknoloġiċi u tas-suq. |
(40) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-settgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 19 ). |
(41) |
Minħabba li l-miri ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-ksib ta' kwadru armonizzat għar-regolament ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet asoċjati u servizzi assoċjati ma jistgħux suffiċjentement jinkisbu mill-Istati Membru u għandhom għalhekk, bir-raġuni ta' l-Ispettru u l-effetti ta' din l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulati f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proprozjonalità, kif stipulat f'dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx ’l hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dawk il-miri. |
(42) |
Ċerti direttivi u deċiżjonijiet f'dan il-qasam għandhom jiġu mħassra. |
(43) |
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja it-transizzjoni mill-wafas eżistenti għall-kwadru il-ġdid, u tista’ b'mod partikolari, fi żmien adattat, iġġib il-quddiem proposta biex tħassar ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 dwar aċċess mhux marbut għall-konnessjoni lokali ( 20 ), |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
IL-KAPITOLU I
IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI, L-GĦAN U T-TIFSIRIET
Artikolu 1
Il-qasam ta' applikazzjoni u miri
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi asssoċjati, u għal ċerti aspetti tat-tagħmir terminali sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-utenti finali b’diżabilità. Tistabbilixxi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tistabbilixxi lista ta’ proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f’kull parti tal-Komunità.
2. Din id-Direttiva kif ukoll id-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet iimposti bil-liġi nazzjonali skond il-liġi tal-Komunità jew bil-liġi tal-Komunità fir-rigward tas-servizzi provduti bl-użu ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.
3. Din id-Direttiva kif ukoll id-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità jew nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-Komunità, li jfittxu miri ta' interess ġenerali, b'mod partikolari li jirrelataw mar-regolament tal-kontenut u l-politika awdjo-viżwali.
3a. Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri fir-rigward tal-aċċess ta’, jew użu minn, utenti aħħarija ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.
Kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri fir-rigward tal-aċċess ta’, jew użu minn, utenti aħħarija ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom il-possibbiltà li jirrestrinġu dawk id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu adegwati, proporzjonati u meħtieġa fi ħdan soċjetà demokratika, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir konformement mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, inklużi dawk tal-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi u tal-proċess kif dovut. Konformement, dawn il-miżuri jittieħdu biss jekk b’rispett kif dovut għall-prinċipju tal-presunzjoni tal-innoċenza u għad-dritt tal-privatezza. Għandha tiġi garantita, minn qabel, proċedura ġusta u imparzjali, inkluż id-dritt tas-smigħ tal-persuna jew persuni konċernati, suġġett għall-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet xierqa u arranġamenti proċedurali xierqa f’każijiet ta’ urġenza sostanzjati kif dovut konformement mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Għandu jkun garantit id-dritt ta’ ri-eżami ġudizzjarju li jkun effikaċi u tempestiv.
4. Din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 1999/5/KE.
5. Din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kull miżura speċifika adottata għar-regolamentazzjoni tar-roaming internazzjonali fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet mobbli fi hdan il-Komunità.
Artikolu 2
Tifsiriet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
(a) “network ta’ komunikazzjoni elettronika” tfisser sistemi ta’ trażmissjoni u, fejn applikabbli, apparat għall-kommutazzjoni jew ta’ routing u riżorsi oħra, li jinkludi elementi ta’ network li mhumiex attivi, li jippermettu t-twassil ta’ sinjali permezz ta’ wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi oħra, inklużi networks tas-satellita, networks fissi (circuit- u packet-switched, inkluż l-Internet) u mobbli terrestri, sistemi ta’ kejbil tal-elettriku, sal-punt li jintużaw għall-għan ta’ trażmissjoni tas-sinjali, networks użati għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni, u networks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta’ informazzjoni mwassla;
(b) “swieq tranżnazzjonali” tfisser swieq identifikati skont l-Artikolu 15(4) li jkopru l-Komunità jew parti sostanzjali tagħha, li jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed.
(ċ) “sevizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser servizz normalment provdut bi ħlas li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu fit-twassil ta' sinjali fuq networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi servizzi ta' telekomunikazzjonijiet u servizzi ta' trasmissjoni f'servizzi wżati għax-xandir, iżda esklużi servizzi li jipprovdu, b'eżerċizzu ta' kontroll editorjali fuq, kontenut trasmess bl-użu ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi; ma jinkludix servizzi tas-soċjeta ta' l-informazzjoni, kif definiti f'Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE, li ma jikkonsistux kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom għat-twassil ta' sinjali b'networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;
(d) “network pubbliku tal-komunikazzjoni” tfisser network tal-komunikazzjoni elettronika użat kollu jew prinċipalment biex jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jissapportjaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti terminali tan-network;
(da) “punt tat-terminazzjoni tan-network” (NTP) tfisser il-punt fiżiku li bih l-abbonat jiġi provdut b’aċċess għal network pubbliku ta’ komunikazzjoni; fil-każ ta’ networks li jinvolvu l-iswiċċjar jew it-trasferiment, l-NTP huwa identifikat permezz ta’ indirizz speċifiku tan-network, li jista’ jitqabbad ma’ numru ta’ abbonat jew isem;
(e) “faċilitajiet assoċjati” tfisser dawk is-servizzi assoċjati, l-infrastrutturi fiżiċi u faċilitajiet jew elementi oħra assoċjati ma’ network tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissapportjaw il-provvista ta’ servizzi permezz ta’ dak in-network u/jew servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, inter alia, bini jew dħul għal bini, sistemi ta’ wajers tal-bini, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, tubi, kondjuwits, toqob tal-ispezzjonar u kaxxi tat-triq;
(ea) “servizzi assoċjati” tfisser dawk is-servizzi assoċjati ma’ network tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissapportjaw il-provvista ta’ servizzi permezz ta’ dak in-network u/jew servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, inter alia, traduzzjoni ta’ numri jew sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti, sistemi ta’ aċċess kundizzjonali u gwidi tal-programmi elettroniċi, kif ukoll servizzi oħra bħal servizz ta’ identità, lok u preżenza;
(f) “sistema ta' aċċess kondizzjonali” tfisser kull mezz tekniku u/jew arranġament li bih l-aċċess għal servizz protett tax-xandir bir-radju jew televiżjoni f'forma li tiftiehem ikun kondizzjonal bi sħubija forma oħra ta' awtorizzazzjoni ndividwali minn qabel;
(g) “awtorità nazzjonali regolatorja” tfisser il-korp jew kopri fdati minn Stat Membru b'xi wieħed mix-xogħlijiet regolatorji assenjati f'din id-Direttiva jew fid-Direttivi Speċifiċi;
(h) “utent” tfisser entità legali jew persuna naturali li tuża jew li titlob servizz pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;
(i) “konsumatur” tfisser kull persuna naturali li tuża jew titlob servizz pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għal għanijiet li huma barra n-negozju tiegħu jew tagħha, kummerċ jew professjoni;
(j) “servizz universali” tfisser is-settt minimu ta' servizzi, definit fid-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali), ta' kwalità speċifikata li huwa disponibbli għall-utenti kollha tkun xi tkun il-lokazzjoni ġeografika tagħhom u, fid-dawl ta' kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, bi prezz li jista jintlaħaq;
(k) “abbonat” tfisser kull persuna naturali jew entità legali li jew hija parti f'kuntratt mal-provditur ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għall-provista ta' dawk is-servizzi;
(l) “Direttivi Speċifiċi” tfisser id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( 21 );
(m) “provista ta' network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser l-istabbiliment, l-operazzjoni, il-kontroll jew it-tagħmil disponibbli ta' dak in-network;
(n) “utent finali” tfisser utent li ma jipprovdix networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jew servizzi pubbliċi ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.
(o) “apparat imtejjeb ta' televiżjoni diġitali” tfisser kaxxi sett-top maħsuba għall-konnessjoni ma setttijiet tat-televixin jew setttijiet tat-televixinx diġitali ntegrati, kapaċi li jirċievu servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni;
(p) “interface għall-programm ta' applikazzjoni (API)” tfisser interfaces ta' software bejn applikazzjonijiet, magħmula disponibbli minn xandara jew provdituri ta' servizz, u r-riżorsi ta' apparat imtejjeb diġitali tat-televiżjoni għal servizzi diġitali ta-televixin jew tar-radju;
(q) “allokazzjoni ta’ spettru” tfisser l-indikazzjoni ta’ medda ta’ frekwenzi għal użu minn tip wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju, fejn xieraq, taħt kondizzjonijiet speċifiċi;
(r) “interferenza ta’ ħsara” tfisser interferenza li tipperikola l-funzjonament ta’ servizz tan-navigazzjoni bir-radju jew ta’ servizzi oħra ta’ sigurtà jew li inkella tiddegrada serjament, tfixkel jew tinterrompi ripetutament servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju li joperaw skont ir-regolamenti tal-Komunità jew nazzjonali applikabbli;
(s) “sejħa” tfisser konnessjoni stabbilita permezz ta’ servizz telefoniku pubblikament disponibbli li jippermetti komunikazzjoni li taħdem f’żewġ direzzjonijiet.
IL-KAPITOLU II
AWTORITAJIET NAZZJONALI REGOLATORJI
Artikolu 3
Awtoritajiet nazzjonali regolatorji
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull wieħed mix-xogħlijiet assenjati lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji f'din id-Direttiva u fid-Direttiva Speċifiċi jitwettaq minn korp kompetenti.
2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta' l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji billi jassiguraw li jkun legalment distinti minn u funzjonalment indipendenti mill-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, apparat jew servizzi. L-Istati Membri li jżommu l-proprjetà jew jikkontrollaw intrapriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi għandhom jassiguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u tempestiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jkollhom ir-riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex iwettqu d-dmirijiet assenjati lilhom.
►C1 3a. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn impriżi skont l-Artikolu 20 jew 21 ta’ din id-Direttiva għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew ibiddlu deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew ◄ fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni f’awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jissodisfawx iktar il-kondizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tkeċċija. Il-kap imkeċċi tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli l-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta’ raġunijiet u għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-pubblikazzjoni tagħha, jekk din ma tkunx ser issir, f’liema każ hija tiġi pubblikata.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubblikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi umani u finanzjarji xierqa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) ( 22 ), kif ukoll jagħtu l-kontribut tagħhom lil dan il-Korp.
3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-BEREC fil-promozzjoni ta’ koordinazzjoni u koerenza regolatorja akbar huma aappoġġati b’mod attiv mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji rispettivi.
3c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ARN jieħdu kont sħiħ tal-opinjonijiet u l-pożizzjonijiet komuni adottati mill-BEREC meta jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom għas-swieq nazzjonali tagħhom.
4. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ix-xogħlijiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji f'forma faċilment aċċessibbli, b'mod partikolari fejn dawk ix-xogħlijiet huma assenjati lill-aktar minn korp wieħed. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, fejn xieraq, konsultazzjoni u koperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi tal-konsumatur, dwar kwistjonijiet ta' interess komuni. Fejn akatr minn awtorità waħda jkollha l-kompetenza li tindirizza dawk il-kwistjonijiet, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li x-xogħlijiet rispettivi ta' kull awtorità jiġu pubblikat f'forma faċilment aaċċessibbli.
5. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lill-xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Dwar l-informazzjoni mibdula, l-awtorità li tirċievi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħal ta' l-awtorità li toriġina.
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kollha assenjati xogħlijiet taħt din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 4
Dritt ta' appell
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu n-networks u/jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem entità ta’ appell li tkun indipendenti mill-partijiet involuti. Din l-entità, li tista’ tkun qorti, għandu jkollha l-kompetenza xierqa biex tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ jitqiesu kif xieraq u li jkun hemm mekkaniżmu ta’ appell effettiv.
Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa’ tgħodd, sakemm ma jkunux ingħataw miżuri interim skont il-liġi nazzjonali.
2. Fejn il-korp ta' l-appell imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ta, natura ġudizzjarja, raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tiegħu għandhom dejjem jingħataw. B'żieda, skond il-każ, id-deċiżjoni għandha tkun suġġetta għar-reviżjoni mill-qorti jew tribunal skond it-tifsira ta' Artikolu 234 tat-Trattat.
3. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġett ġenerali tal-appelli, in-numru ta’ talbiet għal appell, id-durata tal-proċedimenti ta’ appell u n-numru ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu biex jiġu konċeduti miżuri interim. L-Istati Membri għandhom jipprovdu tali informazzjoni lill-Kummisjoni u lill-BEREC wara talba motivata minn wieħed minnhom.
Artikolu 5
Provista ta' informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, jew mad-deċiżjonijiet meħuda skont dawn. B’mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lil dawk l-impriżi jippreżentaw informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-network jew fis-servizz li jistgħu jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa li jistgħu jkunu disponibbli għall-kompetituri. Impriżi b’qawwa tas-suq sinifikanti fuq is-swieq bl-ingrossa jistgħu jintalbu jippreżentaw data ta’ kontabbiltà dwar is-swieq tal-bejgħ bl-imnut li huma assoċjati ma’ dawk is-swieq bl-ingrossa.
L-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fil-pront kif tintalab u b’mod konformi mal-limiti ta’ żmien u fil-livell ta’ dettall mitluba mill- awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta’ dak il-kompitu. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni u għandha tittratta l-informazzjoni konformement mal-paragrafu 3.
2. L-Istati membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jipprovdu lill-Kummissjoni, wara talba raġonata, bl-informazzjoni meħtieġa għaliha biex twettaq ix-xogħlijiet tagħha taħt it-Trattat. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettieq ta' dawk ix-xogħlijiet. Fejn l-informazzjoni provduta tirreferi għal informazzjoni provduta qabel minn impriżi fuq it-talba ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja, dawk l-impriżi għandhom ikunu nformati b'dan. Sal-limitu meħtieġ, u sakemm l-awtorità li provdiet l-informazzjoni tkun għamlet talba espliċita u raġjonata għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni provduta disponibbli lill-awtorità oħra bħal dik fi Stat Membru ieħor.
Bla ħsara għall-ħtiġet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni mibgħuta lill-awtorità nazzjonali regolatorja tista’ tintgħamel disponibbli lill-awtorità oħra bħal dik fl-istess Stat Membru jew ieħor differenti, wara talba sostanzjata, fejn meħtieġ biex ikun permes għall-kull waħda mill-awtoritajiet li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha taħt il-liġi tal-Komunita.
3. Fejn informazzjoni tkun meqjusa kunfidenzjali mill-awtorità nazzjonali regolatorja skond ir-regoli tal-Komunità jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tal-kummerċ, il-Kummisjoni u l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji konċernati għandhom jassiguraw dik il-konfidenzjalità.
4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt li jaġixxu skond ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u bla ħsara għar-regoli tal-Komunità u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tal-kummerċ, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jippubblikaw dik l-informazzjoni li għandha tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv.
5. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippubblikaw it-termi għall-aċċes pubbliku għall-informazjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, inklużi l-proċeduri għall-ksib ta' dak l-aċċess.
Artikolu 6
Mekkaniżmu għall-konsultazzjoni u għat-trasparenza
Għajr f’każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 7(9), 20, jew 21, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri skont din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi, jew fejn jkollhom l-intenzjoni jipprovdu għal restrizzjonijiet skont l-Artikolu 9(3) u 9(4), li għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, huma jagħtu lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jikkummentaw fuq l-abbozz ta’ miżura fi żmien raġonevoli.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-proċeduri ta’ konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta’ informazzjoni li permezz tiegħu l-konsultazzjonijiet kollha għaddejjin jkunu aċċessibbli.
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ tal-informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Komunità u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalita’ tan-negozju.
Artikolu 7
It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
1. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont sħiħ tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, sa fejn dawk jirrelataw mat-tħaddim tas-Suq Intern.
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni u mal-BEREC b’mod trasparenti sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Għal dan il-għan, huma għandhom, b’mod partikolari, jaħdmu mal-Kummissjoni u l-BEREC biex jidentifikaw it-tipi ta’ strumenti u rimedji l-iktar adattati biex ikunu ttrattati tipi partikolari ta’ sitwazzjonijiet fis-suq.
3. Għajr fejn jipprovdu mod ieħor fir-rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida adottati skont l-Artikolu 7b, meta titlesta l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni tieħu miżura li:
(a) taqa’ fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 ta’ din id-Direttiva, jew l-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u
(b) tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri,
għandha tqiegħed l-abbozz ta’ miżura għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-BEREC u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri oħra, fl-istess ħin, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom tissejjes il-miżura, skont l-Artikolu 5(3), u tinforma lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biss fi żmien xahar. Dan il-perjodu ta’ xahar ma jistax jiġi estiż.
4. Fejn miżura maħsuba koperta mill-paragrafu 3 jkollha l-għan li:
(a) tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk definiti fir-Rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 15(1); jew
(b) tiddeċiedi jekk impriża tiġix nominata jew le bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, skont l-Artikolu 16(3), (4) jew (5);
u li tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hija tikkunsidra li l-abbozz ta’ miżura jkun joħloq barriera għas-suq uniku jew jekk hija jkollha dubji serji dwar il-kompatibilità tiegħu mal-liġi tal-Komunità u b’mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8, allura l-abbozz ta’ miżura m’għandux ikun adottat qabel xahrejn oħra. Dan il-perjodu ma jistax jiġi estiż. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħrajn bir-riżervi tagħha f’tali każ.
5. Fi żmien perijodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’:
(a) tista’ tiddeċiedi li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz ta’ miżura, u/jew
(b) tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha fir-rigward tal-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 4.
Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BEREC qabel ma toħroġ id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi ddettaljata u oġġettiva dwar x’wassal lill-Kummissjoni biex tikkonsidra li l-abbozz ta’ miżura m’għandux ikun adottat flimkien ma’ proposti biex ikun emendat l-abbozz ta’ miżura.
6. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 5 tirrikjedi lill-awtorità regolatorja nazzjonali tirtira l-abbozz ta’ miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Meta l-abbozz ta’ miżura jkun emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u għandha tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz ta’ miżura emendat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.
7. L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tieħu kont sħiħ tal -kummenti ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u tista’, ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4 u 5(a), tadotta l-abbozz ta’ miżura li jirriżulta u, meta tagħmel dan, għandha tikkomunikah lill-Kummissjoni.
8. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC l-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt l-Artikolu 7(3) (a) u (b).
9. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi sabiex tipproteġi l-kompetizzjoni u tħares l-interessi tal-utenti, permezz ta’ deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, hija tista’ tadotta minnufih miżuri proporzjonati u temporanji. Hija għandha, mingħajr dewmien, tikkommunika dawk il-miżuri, flimkien mar-raġunijiet sħaħ, lill-Kummissjoni, lill-awtorità regolatorja nazzjonali l-oħra, u lill-BEREC. Deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali regolatorja biex tirrendi permanenti dawk il-miżuri jew biex testendi ż-żmien li għalih huma applikabbli għandhom ikun suġġetti għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 7a
Proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji
1. Meta miżura maħsuba koperta mill-Artikolu 7(3) jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq operatur bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16 flimkien mal-Artikoli 5 u 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva dwar is-Servizz Universali), il-Kummissjoni tista’, fil- perjodu ta’ xahar stabbilit mill-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva), tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC dwar ir-raġunijiet għalfejn tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq komuni jew inkella li għandha dubji serji b’rabta mal-kompatibiltà tiegħu mal-liġi Komunitarja. F’każ bħal dan, l-abbozz tal-miżura m’għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni.
Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista’ tadotta l-abbozz ta’ miżura, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lil kull kumment magħmul mill-Kummissjoni, mill-BEREC jew minn kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra.
2. Fi żmien perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, filwaqt li jqisu b’mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti.
3. Fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmija fil-paragrafu 1, il-BEREC għandu, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, joħroġ opinjoni dwar in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tindika jekk iqisx li l-abbozz tal-miżura għandux jiġi emendat jew irtirat u, fejn hu xieraq, jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Din l-opinjoni għandha tkun raġunata u ssir disponibbli għall-pubbliku.
4. Jekk fl-opinjoni tiegħu, il-BEREC jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, hu għandu jikkopera mill-qrib mal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata bil-għan li tiġi identifikata l-aktar miżura xierqa u effettiva. Qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’:
(a) temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura tagħha billi jittieħed l-akbar kont tan-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll tal-opinjoni u l-pariri tal-BEREC;
(b) iżżomm l-abbozz ta’ miżura tagħha.
5. Fejn il-BEREC ma jaqbilx mad-dubji serji tal-Kummissjoni jew ma joħroġx opinjoni, jew fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali temenda jew iżżomm l-abbozz ta’ miżura tagħha skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’, fi żmien xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li tqis sew l-opinjoni tal- BEREC jekk ikun il-każ:
(a) toħroġ rakkomandazzjoni li tesiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura, inklużi proposti speċifiċi għal dak il-għan u tipprovdi raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rakkomandazzjoni tagħha, b’mod partikolari fejn il-BEREC ma jkunx jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, u proposti speċifiċi għal dak il-għan;
(b) Jieħu deċiżjoni li jneħħi r-riżervazzjonijiet tiegħu indikati skont il-paragrafu 1.
6. Fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 5 (a) jew tneħħi r-riżervi tagħha skont il-paragrafu 5(b), l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC il-miżura finali adottata.
Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż biex jippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li twettaq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 6.
7. Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li ma temendax jew tirtira l-abbozz tal-miżura fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 5 (a), din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni raġunata.
8. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira l-abbozz tal-miżura proposta fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.
Artikolu 7b
Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
1. Wara konsultazzjoni pubblika u konsultazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali u b’kont sħiħ meħud tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida fir-rigward tal-Artiklu 7 li jiddefenixxu l-forma, il-kontenut u l-livell ta’ dettalji li jridu jingħataw fin-notifiki meħtieġa skont l-Artikolu 7(3), iċ-ċirkostanzi li fihom in-notifiki ma jkunux meħtieġa, u l-kalkolu tal-limiti taż-żmien.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 22(2).
IL-KAPITOLU III
XOGĦLIJIET TA' L-AWTORITAJIET NAZZJONALI REGOLATORJI
Artikolu 8
Miri politiċi u prinċipji regolatorji
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fit-twettieq tax-xogħlijiet regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma mmirati lejn il-ksib tal-miri stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawk il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati ma’ dawk il-miri.
Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 9 dwar il-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-fatt li huwa mixtieq li r-regolamenti li jsiru jkunu newtrali teknoloġikament u għandhom jiżguraw meta jwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b’mod partikolari dawk maħsuba biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħmlu l-istess.
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji skond il-kompetenzi tagħhom biex jassigura l-implimentazzjoni tal-politika mmirata lejn il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll tal-pluraliżmu fil-midja.
2. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippromwovu l-kompetizzjoni fil-provista tan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati u servizzi billi fost ħwejjeġ oħra:
(a) jiżguraw li l-utenti, inklużi l-utenti b’diżabbiltà, l-utenti anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet speċjali jieħdu l-benefiċċju massimu f’termini ta’ għażla, prezz, u kwalità;
(b) jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, anke fit-trażmissjoni tal-kontenut;
▼M3 —————
(d) jinkoraġġixxu l-użu effiċjenti u jassiguraw l-amministrazzjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju u r-riżorsi tan-numerazzjoni.
3. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi fost ħwejjeġ oħra:
(a) ineħħu l-ostakoli li baqa’ għall-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati u servizzi u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi f'livell Ewropew;
(b) jinkoraġġixxu l-istabbilir u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej u l-interoperabilità ta' servizzi trans-Ewropej, u l-konnettività tarf ma’ tarf;
▼M3 —————
(d) jikkooperaw bejniethom, mal-Kummissjoni u mal-BEREC sabiex jiżguraw l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi;
4. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea billi fost ħwejjeġ oħra:
(a) jassiguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għas-servizzi universali speċifikati fid-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);
(b) jassiguraw livell għoli ta' protezzjoni ta' konsumaturi meta jittrattaw mal-provdituri, b'mod partikolari billi jassiguraw id-disponibilità ta' proċeduri sempliċi u mhux għaljin fir-riżoluzzjoni ta' tilwim mwettqa minn korp li jkun indipendenti mill-partijiet involuti;
(ċ) jikkontribwixxu billi jassiguraw livell għoli ta' protezzjoni tta-tagħrif personali u l-privatezza;
(d) jippromwovu l-provista ta' informazzjoni ċara, b'mod partikolari li teħtieġ trasparenza ta' tarifi u kondizzjonijiet għall-użu ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;
(e) jittrattaw il-bżonnijiet ta’ gruppi soċjali speċifiċi, b’mod partikolari l-utenti b’diżabilità, l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċifiċi;
(f) jassiguraw li l-integrità u s-sigurtà ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jiġu mantnuti;
(g) il-promozzjoni tal-ħila tal-utenti aħħarija li jkollhom aċċess u jiddistribwixxu informazzjoni jew jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma.
5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fis-segwitu tal-għanijiet politiċi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, japplikaw prinċipji regolatorji oġġettivi, trasparenti, non-diskriminatorji u proporzjonati billi, inter alia:
(a) jippromwovu l-prevedibilità regolatorja billi jiżguraw approċċ regolatorju konsistenti tul perjodi ta’ reviżjoni xierqa;
(b) jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta’ intrapriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjoni elettronika u servizzi;
(c) jissalvagwardjaw kompetizzjoni għall-benefiċċju ta’ konsumaturi u jippromwovu fejn xieraq kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura;
(d) jippromwovu investiment u innovazzjoni effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u mtejba, inkluż billi jkun żgurat li kwalunkwe obbligu ta aċċess iqis kif jixraq ir-riskju meħud mill-intrapriżi li jinvestu u billi jippermettu diversi arranġamenti koperattivi bejn l-investituri u l-partijiet li jitolbu l-aċċess sabiex ikun diversifikat is-sogru tal-investiment, filwaqt li jiżguraw li l-kompetizzjoni fis-suq u l-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni ikunu ppreservati;
(e) jieħdu kont debitu tal-varjetà ta’ kondizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni u l-konsumaturi li jeżistu f’żoni ġeografiċi varji fi Stat Membru;
(f) jimponu obbligi regolatorji ex-ante biss fejn m’hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva u sostenibbli u jirrilassawhom jew ineħħuhom hekk kif tkun issodisfata kundizzjoni tali.
Artikolu 8a
Ippjanar strateġiku u kordinazzjoni tal-politika tal-ispettru tar-radju.
1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni fl-ippjanar strateġiku, koordinazzjoni u armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea. Għal dan il-għan, huma għandhom jieħdu kont, inter alia, tal-aspetti ekonomiċi, ta’ saħħa, ta’ interess pubbliku, ta’ libertà ta’ espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politika tal-UE kif ukoll tal-varji interessi tal-komunitajiet ta’ utenti tal-ispettru tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispettru tar-radju u jiġu evitati interferenzi dannużi.
2. B’kooperazzjoni ma’ xulxin u mal-Kummissjoni l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koordinazzjoni tal-approċċi politiċi dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea u, fejn xieraq, dwar kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
3. Il-Kummissjoni, waqt li tqis l-opinjoni tal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju ( 23 ), jista’ jippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jistabbilixxi programmi plurijennali tal-politika tal-ispettru tar-radju. Programmi tali għandhom jistabbilixxu l-orjentamenti u l-objettivi politiċi għall-ippJannar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi.
4. Kull fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva tal-interessi tal-Komunità Ewropea f’organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tal-ispektrum tar-radju, il-Kummissjoni, waqt li tieħu l-akbar kont possibbli tal-opinjoni tal-RSPG, tista’ tipproponi għanijiet ta’ politika komuni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 9
Il-ġestjoni ta’ frekwenzi tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika
1. B’kont debitu meħud tal-fatt li l-frekwenzi tar-radju huma beni pubbliċi li għandhom valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva ta’ frekwenzi tar-radju għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 8 u 8a. Huma għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-ispettur użat għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u l-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali jew drittijiet individwali ta’ użu ta’ tali frekwenzi tar-radju minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati.
Bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali relevanti, inklużi r-Regolamenti tal-ITU tar-Radju, u jkunu jistgħu jqisu l-prospettivi tal-politika pubblika.
2. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju mal-Komunità kollha, b’konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu fi tfittxija għal benefiċċji għall-konsumatur bħal ekonomiji ta’ skala u interoperabbiltà ta’ servizzi. Waqt li jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu skont mal-Artikolu 8a u mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju).
3. Sakemm ma jipprovdux mod ieħor it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ teknoloġija użati għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jintużaw fil-meded ta’ frekwenzi tar-radju dikjarati disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fil-Pjan ta’ Allokazzjoni ta’ Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi Komunitarja.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta’ teknoloġija tan-network tar-radju jew tal-aċċess bla wajer użati għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, fejn dan ikun iġġustifikat biex:
(a) tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara;
(b) titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi;
(c) tiġi żgurata kwalità teknika ta’ servizz;
(d) jiġi żgurat li l-użu tal-frekwenza tar-radju kemm jista’ jkun jinqasam;
(e) ikun issalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispettru, jew
(f) jiġi żgurat li jinkiseb għan ta’ interess ġenerali taħt il-paragrafu 4.
4. Sakemm ma jipprovdux mod ieħor fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jkunu provduti fil-meded tal-frekwenzi tar-radju u dikjarati disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Pjan ta’ Allokazzjoni ta’ Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi Komunitarja. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li se jkunu pprovduti, inklużi, fejn hu meħtieġ, biex jiġi ssodisfatt rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-ITU dwar ir-Radju.
Miżuri li jeħtieġu li jiġi provdut servizz ta’ komunikazzjoni elettronika f’medda speċifika disponibbli għal servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkun ġustifikat sabiex jiġi żgurat is-sodisfazzjon ta’ għan ta’ interess ġenerali kif definit mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi Komunitarja, bħal u mhux limitat għal:
(a) sikurezza tal-ħajja,
(b) il-promozzjoni ta’ koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali,
(c) l-evitar ta’ użu ineffiċjenti ta’ frekwenzi tar-radju, jew
(d) il-promozzjoni ta’ diversità kulturali u lingwistika u pluraliżmu tal-media, per eżempju bil-forniment ta’ servizzi ta’ xandir bir-radju u t-televiżjoni.
Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta’ kull servizz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika f’medda speċifika tista’ tiġi prevista biss fejn tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti servizzi tas-sikurezza tal-ħajja. L-Istati Membri jistgħu b’eċċezzjoni jestendu wkoll tali miżura sabiex jissodisfaw għanijet ta’ interess ġenerali oħrajn kif iddefinit mill-Istati Membri skont il-liġi Komunitarja.
5. L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 u għandhom jagħmlu r-riżultati ta’ dawn ir-reviżjonijiet pubbliċi.
6. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw għall-ispettru allokat għall-użu tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, l-awtorizzazzjonijiet ġenerali maħruġa u d-drittijiet individwali ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju mogħtija wara l-25 ta’ Mejju 2011.
L-allokazzjonijiet tal-ispettru, l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet tal-użu individwali li eżistew sal-25 ta’ Mejju 2011 għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 9a.
7. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi Speċifiċi u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi nazzjonali rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli sabiex jevitaw l-ħżin tal-ispettru, b’mod partikolari billi jistabbilixxu skadenzi stretti għall-esplojtazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-użu mid-detentur tad-drittijiet u billi japplikaw penaltajiet, inkluż penali finanzjarji jew l-irtirar ta’ drittijiet ta’ użu f’każ ta’ non konformità mal-iskadenzi. Dawn ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti u applikati b’mod proporzjonat, non diskriminatorju u trasparenti.
Artikolu 9a
Reviżjoni tar-restrizzjonijiet għal drittijiet eżistenti
1. Għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-25 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-detenturi ta’ drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju li jkunu ngħataw qabel dik id-data u li ser jibqgħu validi għal perijodu ta’ mhux anqas minn ħames snin wara dik id-data, li jressqu applikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għal reviżjoni tar-restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom, skont l-Artikolu 9(3) u (4).
Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-drittijiet bir-reviżjoni mill-ġdid tagħha tar-restrizzjonijiet u tindika sa fejn jasal id-dritt konċernat wara r-reviżjoni u għandha tagħtih skadenza raġonevoli biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu.
Jekk id-detentur tad-drittijiet jirtira l-applikazzjoni tiegħu, id-dritt għandu jibqa’ bla tibdil sal-iskadenza tiegħu jew sa tmiem il-perjodu ta’ 5 snin, skont liema data hija l-aktar kmieni.
2. Wara l-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Artikolu 9(3) u (4) japplikaw għall-awtorizzazzjonijiet jew drittijiet individwali u allokazzjonijiet tal-ispettru użati għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li eżistew sal-25 ta’ Mejju 2011.
3. Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu l-kompetizzjoni ġusta.
4. Il-miżuri adottati fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu ma jikkostitwixxux l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu ġodda u għalhekk mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).
Artikolu 9b
It-trasferiment jew kiri ta’ drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impriżi oħra skont il-kundizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi tar-radju u skont il-proċeduri nazzjonali d-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-meded li għalihom huwa previst dan fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 3.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dispożizzjonijiet biex l-impriżi jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju lil impriżi oħra skont proċeduri nazzjonali.
Kondizzjonijiet marbuta ma’ drittijiet individwali għandhom jibqgħu japplikaw wara t-trasferiment jew il-kiri, sakemm mhux speċifikat mod ieħor mill-awtorità nazzjonali kompetenti.
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw ukoll li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw fejn id-dritt individwali tal-impriża li tuża frekwenzi tar-radju inizjalment ikun ingħata bla ħlas.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni tal-impriża li tittrasferixxi d-drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju, kif ukoll it-trasferiment effettiv ta’ dawn tkun innotifikata skont proċeduri nazzjonali lill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għall-assenjazzjoni ta’ drittijiet individwali ta’ użu u tkun ippubblikata. Meta l-użu tal-frekwenza tar-radju jkun ġie armonizzat permezz tal-applikazzjoni tad- id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju)jew ta’ miżuri oħra tal-Komunità, kull trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma’ dan l-użu armonizzat.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri addattati implimentattivi biex tidentifika l-meded li d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi. Dawn il-miżuri m’għandhomx ikopru frekwenzi li jintużaw għax-xandir.
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).
Artikolu 10
Numerazzjoni, ismijiet u indirizzar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jikkontrollaw l-għotja ta’ drittijiet ta’ użu tar-riżorsi kollha tan-numerazzjoni nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni. L-Istati Membri għandom jiżguraw li firxiet adegwati ta’ numri u numerazzjoni huma provduti għas-servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunkazzjonijiet elettroniċi. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jistabbilixxu proċeduri objettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-għotja ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni nazzjonali.
2. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiżguraw li l-pjani nazzjonali għan-numerazzjoni u l-proċeduri jiġu applikati b’mod li jagħti trattament ugwali lill-provdituri kollha ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tingħatala d-dritt ta’ użu għal serje ta’ numri ma tiddiskriminax kontra oħrajn li jippovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tas-sekwenzi tan-numri użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.;
3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pjani nazzjonali tagħhom ta' numerazzjoni, u ż-żidiet kollha sussegwenti jew emendi għalihom, jiġu ppubblikati, bla ħsara biss għall-limitazzjonijiet iimposti fuq il-bażi ta' sigurtà nazzjonali.
4. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-armonizzazzjoni ta’ numri speċifiċi jew firxiet ta’ numri fil-Komunità meta dik tippromwovi kemm il-funzjonament tas-suq intern kif ukoll tappoġġa l-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej. Il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi xierqa dwar din il-kwistjoni.
Dawn il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).
5. Fejn dan ikunu xieraq sabiex tiġi assigurata interoperabilità sħiħa globali ta' servizzi, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-posizzjonijiet tagħhom f'organizzazzjonijiet internazzjonali u laqgħat li fihom jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jirrelataw man-numerazzjoni, ismijiet u indirizzi ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.
Artikolu 11
Dritt ta' aċċess
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fejn awtorità kompetenti tqis:
— applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew
— applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,
l-awtorità kompetenti:
— taġixxi abbażi ta’ proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief f’każijiet ta’ esproprjazzjoni, u
— issegwi l-prinċipji ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni fil-kondizzjonijiet li hija tehmeż ma’ dawk id-drittijiet.
Il-proċeduri msemmija hawn fuq jistgħu jiddifferixxu skond jekk l-applikant jipprovdix networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jew le.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fejn awtoritajiet pubbliċi jew lokali jżommu l-proprjetà jew kontroll ta’ impriżi li joperaw networks ta’ komunikazzjoni elettronika pubbliċi u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, ikun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni responsabbli għall-għoti tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.
3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jeżistu mekkaniżmi effettivi li jippermettu li mpriżi jappellaw kontra deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet biex jistallaw faċilitajiet lil korp li huwa ndipendenti mill-partijiet involuti.
Artikolu 12
Il-ko-lokazzjoni u l-użu komuni ta’ elementi tan-network u faċilitajiet assoċjati għall-fornituri tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika
1. Meta l-impriża li tipprovdi n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkollha d-dritt skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistalla l-faċilitajiet fuq, minn fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata, jew tkun tista’ tieħu vantaġġ mill-proċedura għall-esproprjazzjoni jew użu ta’ proprjetà, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità, ikunu jistgħu jimponu l-użu komuni ta’ dawn il-faċilitajiet jew din il-proprjetà, inklużi l-binjiet, id-dħul fil-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini, l-arbli, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, it-tubi, il-kondjuwits, it-toqob, l-kaxxi tal-ispezzjonar.
2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lid-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jikkondividu l-faċilitajiet jew il-proprjetà (inkluża l-ko-lokazzjoni fiżika) jew jieħdu l-miżuri biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi sabiex ikunu protetti l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw l-għanijet tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja u biss wara perijodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet kollha interessati għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali, wara perjodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika li waqtu l-partijiet kollha interessati jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, ikollhom ukoll is-setgħa li jimponu l-obbligi għall-qsim tal-wiring fil-bini jew sal-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni fejn dan ikun jinsab barra mill-bini, fuq id-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u/jew fuq is-sid ta’ tali wiring, fejn dan ikun iġġustifikat mill-fatt li d-duplikazzjoni ta’ infrastruttura tali ikun ekonomikament ineffiċjenti jew fiżikament imprattikabbli. Dan l-użu komuni jew arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà, aġġustati għarr-iskju fejn ikun xieraq.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jirrikjedu lill-impriżi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa, jekk mitluba mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex dawn l-awtoritajiet, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ikunu jistgħu jistabbilixxu inventorju dettaljat tan-natura, disponibbiltà u lokazzjoni ġeografika tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u jagħmluh disponibbli lil partijiet interessati.
5. Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità regolatorja nazzjonali skont dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, non-diskriminatorji u proporzjonati. Fejn ikun relevanti, dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali.
Artikolu 13
Separazzjoni fl-accounting u rapporti finanzjarji
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jew servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li għandhom drittijiet speċjali jew esklussivi għall-provista ta' servizzi f'settturi oħra fl-istess Stat membru jew f'ieħor li:
(a) jżommu accounts separati għall-faċilitajiet assoċjati mal-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi, sal-limiti li kienu jkunu meħtieġa kieku dawn l-attivitajiet kienu mwettqa minn kumpaniji legalment indipendenti, sabiex jidentifikaw l-elementi kollha tan-nefqa u d-dħul, mal-bażi tal-kalkolazzjoni tagħhom u l-metodi dettaljati ta' attribuzzjoni wżati, li jirrelataw ma’ l-attivitajiet assoċjati tagħhom mal-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi inkluż tqassim dettaljat ta' l-assi fissi u n-nefqiet strutturali, jew
(b) jkollhom separazzjoni strutturali għall-attivitajiet assoċjati mal-provista ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-ħtiġiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal imprizi li l-bejgħ totali tagħhom ta' kull sena li tiegħu f'attivitajiet assoċjati ma’ networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi fl-Istat Membru jkun anqas minn EUR 50 miljun.
2. Fejn intrapriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikajiet elettroniċi ma jkunux suġġetti għall-ħtiġiet tal-liġi tal-kumpaniji u ma jissodisfawx il-kriterji ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju tar-regoli tal-liġi tal-Komunità dwar l-accounting ir-rapporti finanzjarji tagħhom għandhom jitħejjew u jintbagħtu għal verifika ndipendenti u ppubblikati. Il-verifika għandha titwettaq skond ir-regoli relevanti tal-Komunità u nazzjonali.
Din il-ħtieġa għandha wkoll tapplika għall-accounts separati meħtieġa taħt il-paragrafu 1(a).
KAPITOLU IIIa
IS-SIGURTÀ U L-INTEGRITÀ TAN-NETWORKS U S-SERVIZZI
Artikolu 13a
Is-sigurtà u l-integrità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati sabiex jimmaniġġaw adegwatament ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi. Meta tikkunsidra t-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta’ sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B’mod partikolari, il-miżuri għandhom jittieħdu biex jevitaw u jnaqqsu l-impatt tal-inċidenti ta’ sigurtà fuq l-utenti u n-networks li jkunu interkonnessi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità tan-networks tagħhom, u b’hekk jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tas-servizzi pprovduti minn fuq dawk in-networks.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi ksur tas-sigurtà jew telf tal-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi.
Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti nazzjonali kkonċernata għandha tgħarraf lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti nazzjonali fi Stati Membri oħra u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA). L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista’ tgħarraf lill-pubbliku jew titlob lill-impriżi kkonċernati biex jagħmlu dan, fejn tistabbilixxi li jkun fl-interess pubbliku li l-ksur ikun żvelat.
Darba fis-sena, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni u lil ENISA dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skont dan il-paragrafu.
4. Il-Kummissjoni, wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-ENISA, tista’ tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa bil-għan li jkunu armonizzati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inklużi l-miżuri li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika. Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi kemm jista’ jkun għandhom ikunu bbażati fuq standards Ewropej u internazzjonali, u m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw ħtiġijiet addizzjonali sabiex isegwu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).
Artikolu 13b
L-implimentazzjoni u l-infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jimplimentaw l-Artikolu 13a, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu, inklużi dawk dwar il-limiti taż-żmien għall-implimentazzoni, lill-impriżi li jipprovdu n-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex:
(a) jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà u/jew l-integrità tas-servizzi u n-networks tagħhom, inklużi d-dokumenti dwar il-politika ta’ sigurtà; kif ukoll
(b) jikkontribwixxu għal verifika tas-sigurtà mwettqa minn korp indipendenti kwalifikat jew awtorità nazzjonali kompetenti u tagħmel ir-riżultati ta’ din disponibbli lill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-ispiża tal-verifika għandha titħallas mill-impriżi.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta’ nuqqas ta’ konformità u l-effetti tagħhom fuq is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks.
4. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.
IL-KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 14
Impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq
1. Fejn id-Direttivi speċifiċi jeħtieġu l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji li jistabbilixxu jekk operaturi jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 ta' dan Artikolu għandhom japplikaw.
2. Impriża għandha titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jekk, jew individwalment jew konġuntement ma’ oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta' dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli ndipendentement mill-kompetituri, flijenti jew klijenti eventwali.
B'mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom, meta jagħmlu stima jeek żewġ impriżi jew aktar humiex f'pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, jaġixxi skond il-liġi tal-Komunità u jagħtu l-akbar kont tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti tas-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skond Artikolu 15. Il-kriterji li għandhom jintużaw fit-tagħmil ta' dik l-istima huma stipulati f'Anness II.
3. Fejn impriża jkollha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq speċifiku (l-ewwel suq), tista’ wkoll titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq relatat mill-qrib (it-tieni suq), fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq huma tali li jippermettu li s-saħħa fis-suq miżmuma fl-ewwel suq titferra’ fit-tieni suq, b’hekk issaħħaħ is-saħħa tas-suq tal-impriża. Konsegwentement, rimedji mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ tali trasferiment jistgħu jiġu applikati fit-tieni suq skont l-Artikoli 9, 10, 11 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-“Direttiva tal-Aċċess”) u fejn tali rimedji ma jkunux biżżejjed, jistgħu jiġu imposti rimedji skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-“Direttiva dwar is-Servizz Universali”).
Artikolu 15
Procedure for the identification and definition of markets
1. Wara l-konsultazzjoni pubblika fosthom mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni, skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2), għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti (ir-Rakkomandazzjoni). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta’ prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti fid-Direttivi Speċifiċi, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu definiti f’każijiet speċifiċi skont il-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.
Il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi r-rakkomandazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa l-aktar tard id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti fis-suq (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejħa “l-linji gwida”) li għandhom ikunu skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.
3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jieħdu kont sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u lil-Linji Gwida, għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju, skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.
4. Wara konsultazzjoni fosthom mal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji il-Kummissjoni tista’, wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, waqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3), tadotta deċiżjoni li tidentifika swieq transnazzjonali.
Artikolu 16
Proċedura ta' analiżi tas-suq
1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti b’kont meħud tas-swieq identifikati fir-Rakkomandazzjoni, u wara li jieħdu kont sħiħ tal-Linji Gwida. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.
2. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tintalab taħt il- paragrafi (3) jew (4) ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (“id-Direttiva dwar is-Servizz Universali”), jew l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (“id-Direttiva dwar l-Aċċess”) biex tiddetermina jekk timponix, iżżommx, temendax jew tirtirax l-obbligi fuq l-impriżi, hija għandha tiddetermina fuq il-bażi tal-analiżi tas-suq tagħha msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk is-suq rilevanti jkunx kompetittiv b’mod effettiv.
3. Fejn awtorità nazzjonali regolatorja tikkonkludi li s-suq huwa effetivament kompetittiv, m'għandhiex timponi jew iżżomm xi waħda mill-obbligazzjonijiet speċifiċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan Artikolu. F'każi fejn obbligazzjonijiet speċifiċi regolatorji fis-setttur jeżistu ġia, għandha tirtira dwak l-obbligazzjonijiet imqegħda fuq impriżi f'dak is-setttur relevanti. Perjodu xieraq ta' avviż għandu jingħata lill-partijiet affettwati b'dak l-irtirar ta' l-obbligazzjonijiet.
4. Fejn awtorità nazzjonali regolatorja tistabbilixxi li suq rilevanti mhux effettivament kompetittiv, hija għandha tidentifika impriżi li individwalment jew flimkien għandhom saħħa sinifikanti fuq dak is-suq skont l-Artikolu 14 u l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha timponi fuq dawk l-impriżi l-obbligazzjonijiet speċifiċi adatti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew iżżomm jew temenda dawk l-obbligazzjonijiet fejn diġa’ jeżistu.
5. Fil-każ tas-swieq transnazzjonali identifikati fid-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji konċernati għandhom konġuntement iwettqu analiżi tas-suq, waqt li jieħdu kont sħiħ tal-Linji Gwida u jiddeċiedu b’mod miftiehem dwar kwlaunkwe impożizzjoni, manutenzjoni, emenda jew irtirar tal-obbligazzjonijiet regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
6. Miżuri meħuda skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti u jinnotifikaw l-abbozz ta’ miżura korrispondenti skont l-Artikolu 7:
(a) fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-miżura preċedenti relatata ma’ dak is-suq; madankollu, b’mod eċċezzjonali, dak il-perijodu jista’ jiġi estiż sa tliet snin oħra, fejn l-awtorità nazzjonali regolatorja tkun notifikat estensjoni proposta b’raġuni lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni ma tkunx oġġezzjonat fi żmien xahar mill-estensjoni notifikata;
(b) fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni riveduta dwar is-swieq rilevanti, għas-swieq li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni, jew;
(c) fi żmien sentejn mill-adeżjoni tagħhom, għall-Istati Membri li għadhom kif issieħbu mal-Unjoni.
7. Meta awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx temmet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fl-Artikolu 16(6), il-BEREC għandu, fuq talba, jipprovdi assistenza lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata fit-tlestija tal-analiżi tas-suq speċifiku u l-obbligi speċifiċi li ser jiġu imposti. B’din l-assistenza, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha fi żmien sitt xhur tinnotifika l-abbozz ta’ miżura lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7.
Artikolu 17
Standardizzazzjoni
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(2), għandha tħejji u tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal- ►M3 istandards mhux obbligatorji ◄ u/jew speċifikazzjonijiet biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provista armonizzata ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati jew servizzi. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’, waqt li tagġixxi skond il-roċedura msemmija f'Artikolu 22(2) u wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 98/34/KE, titlob li l-i standards imħejjija mill-organizzazzjoni Ewropea dwar l-i standards (Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni (CEN), Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u l-Istitut Ewropew għall-i standards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI)).
2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għall-provista ta' servizzi, interfaces tekniċi, u/jew funzjonijiet tan-networks, sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi assigurata interoperabilità ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.
Sakemm l-i standards u/jew speċifikazzjonijiet ma jkunux ġew pubblikati skond il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-i standards.
Fin-nuqqas ta’ dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC);
Fejn jeżistu standards internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet ta' l-istandards Ewropej li jużawhom, jew il-partijiet relevanti tagħhom, bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief fejn dawk l-istandards internazzjonali jew partijiet relevanti jkunu ineffettivi.
3. Jekk l-i standards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew adegwatament implimentati sabiex l-interoperabilità ta' servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar ma tkunx tista’ tiġi assigurata, l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet tista’ tintgħamel obbligatorja taħt il-proċedura preskritta fil-paragrafu 4, sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi assigurata dik l-interoperabilità u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.
4. Fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tagħmel l-implimentazzjoni ta’ ċerti standards u/jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa u tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji fil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jikkontribwixxux aktar għall-provvista ta’ servizzi armonizzati ta’ komunikazzjoni elettronika, jew li ma jkunux għadhom jilħqu l-ħtiġiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha, waqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2), tneħħihom mil-lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
6. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 m'għadhomx jikkontribwixxu għall-provista ta' servizzi arminizzati ta' komunikazzjonijiet elettrroniċi, jew li m'għadhomx aktar jilħqu l-ħtiġiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha, ►M3 tieħu l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa u tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ◄ .
6a. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).
7. Dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward ta' xi waħda mill-ħtiġiet essenzjali, l-ispeċifikazzjonijiet ta' interface jew l-i standards armonizzati li għalihom id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/5/KE japplikaw.
Artikolu 18
Interoperabilità ta' servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni
1. Sabiex tiġi mħeġġa ċ-ċirkulazzjoni libera ta' l-informazzjoni, il-pluraliżmu fil-media u d-diversità kulturali, l-Istat Membri għandhom jinkoraġġixxu, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 17(2):
(a) lill-provdituri ta' servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni għat-tqassimm lill-pubbliku fil-Komunità fuq pjattaformi diġitali nterattivi tat-televiżjoni, jkun x'ikun il-mod tat-trasmissjoni, li jużaw API miftuħ;
(b) lill-provdituri ta' apparat imtejjeb diġitali tat-televiżjoni wżat biex jiġu riċevuti servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni fuq pjattaformi nterattivi diġitali tat-televiżjoni biex jikkonformaw ma' API miftuħ skond il-ħtiġiet minimi ta' l-istandards relevanti jew speċifikazzjonijiet;
(c) dawk li jipprovdu s-servizzi u t-tagħmir tat-TV diġitali biex jikkooperaw fil-provvista ta’ servizzi interoperabbli tat-TV għall-utenti fnali b’diżabbiltà.
2. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-proprjetarji ta' APIs li jagħmlu disponibbli fuq termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, kontra ħlas xieraq, dik l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex tippermetti lill-provdituri ta' servizzi diġitali nterattivi tat-televiżjoni biex jipprovdu s-servizzi kollha sostnuti mill-API f'forma sħiħa funzjonabbli.
▼M3 —————
Artikolu 19
Proċeduri ta’ armonizzazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva u tal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (“id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni”), fejn il-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi jistgħu joħolqu barriera għas-suq intern, il-Kummissjoni tista’, wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC,, toħroġ rakkomandazzjoni jew deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.
2. Meta l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, għandha taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu kont sħiħ ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Meta awtorità regolatorja nazzjonali tagħżel li ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, waqt li tagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha.
3. Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu biss l-identifikazzjoni ta’ strateġija armonizzata jew ikkoordinata bl-iskop li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a) l-implimentazzjoni inkonsistenti ta’ approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika fl-applikazzjoni tal-Artikoli 15 u 16, meta dan joħloq ostakolu għas-suq intern. Dawn id-deċiżjonijiet m’għandhomx jirreferu għal notifiki speċifiċi maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 7a;
F’każ tali, il-Kummissjoni m’għandhiex tipproponi abbozz ta’ deċiżjoni ħlief:
— wara li jkunu għaddew mill-inqas sentejn mill-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkun titratta l-istess kwistjoni, u;
— wara li jkun ittieħed ħafna qies ta’ opinjoni tal-BEREC dwar il-każ għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, li għandha tkun pprovduta mill-BEREC fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Kummissjoni;
(b) l-għoti ta’ numri, inklużi l-firxiet tan-numri, il-portabilità tan-numri u tal-elementi ta’ identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta’emerġenza tal-112.
4. Id-deċiżjoni, msemmija fil-paragrafu 1 maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).
5. Il-BEREC jista’ fuq l-inizjattiva tiegħu stess jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tiġi adottata skont il-paragrafu 1.
Artikolu 20
Riżoluzzjoni ta' tilwim bejn impriżi
1. Fil-każ ta’ disputa li tinqala’ b’konnessjoni ma’ obbligazzjonijiet eżistenti taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn impriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjoni elettronika jew servizzi fi Stat Membru, jew bejn tali impriżi u impriżi oħra fl-Istat Membru li jibbenefika mill-obbligi ta’ aċċess u/jew konnessjoni minn ġewwa li tirriżulta minn din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, għandha, fuq it-talba ta’ xi waħda mill-partijiet, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, toħroġ deċiżjoni li torbot biex tirriżolvi d-disputa fl-iqsar perijodu ta’ żmien possibbli u f’kull każ fi żmien erba’ xhur, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw kompletament mal-awtorità regolatorja nazzjonali.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jirrifjutaw li jirriżolvu t-tilwim permezz ta' deċiżjoni li torbot fejn mekkaniżmi oħra, inkluża l-mediazzjoni, jeżistu u jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fi żmien qasir skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8. L-awtorità nazzjonali regolatorja għandha tinforma lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba’ xhur it-tilwim ma jkunx riżolt, u jekk it-tilwim ma jkunx inġab quddiem il-qorti mill-parti li tkun qed tfittex rimedju, l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha toħroġ, fuq it-talba ta' xi waħda mill-partijiet, deċiżjoni li torbot biex tirriżolvi t-tilwim f'perjodu ta' żmien l-anqas possibbli u f'kull każ fi żmien erba’ xhur.
3. Fir-riżoluzzjoni ta' tilwim, l-awtorita nazzjonali regolatorja għandha tieħu deċiżjonijiet immirati lejn il-ksib tal-miri stipulati f'Artikolu 8. Kull obbligazzjonijiet iimposti fuq impriża mill-awtorità nazzjonali regolatorja fir-riżoluzzjoni ta' tilwim għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew id-Direttivi speċifiċi.
4. Id-deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha tkun aċċessibbli mill-pubbliku, wara li jingħata kont tal-ħtiġiet tal-kunfidenzjalità tal-kummerċ. Il-partijiet konċernati għandhom jingħataw dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun bażata.
5. Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 m'għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli ġġib azzjoni quddiem il-qrati.
Artikolu 21
Is-soluzzjoni ta’ tilwim transkonfinali
1. Fil-każ ta’ disputa transkonfinali taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn partijiet fi Stati Membri differenti, u meta d-disputa taqa’ fl-ambitu tal-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta’ iktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. Kwalunkwe parti tista’ tirreferi d-disputa lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji konċernati. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw mal-BEREC sabiex tinstab soluzzjoni għad-disputa, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.
Kwalunkwe obbligu impost fuq impriża mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex tinstab soluzzjoni għal tilwima għandu jkun konformi ma’ din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi.
Kwalunkwe awtorità nazzjonali regolatorja li għandha kompetenza f’tali disputa tista’ titlob lill-BEREC biex jadotta opinjoni dwar l-azzjoni li trid tittieħed skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas u/jew d-Direttivi Speċifiċi biex tiġi solvuta d-disputa.
Meta din it-talba tkun saret lill-BEREC, kwalunkwe awtorità nazzjonali regolatorja li jkollha l-kompetenza f’xi aspett tad-disputa għandha tistenna l-opinjoni tal-BEREC, qabel ma taġixxi biex tirriżolvi d-disputa. Dan m’għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji milli jieħdu l-miżuri urġenti meta jkun meħtieġ.
Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirriżolvi d-disputa għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi u jieħu kont sħiħ tal-opinjoni adottata mill-BEREC.
3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti biex flimkien ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwima b’mod f’waqtu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.
Huma għandhom jinfurmaw lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba’ xhur id-disputa ma tkunx riżolta, fejn id-disputa ma tkunx tressqet quddiem il-qrati mill-parti li tkun qed tfittex rimedju u jekk kwalunkwe waħda mill-partijiet titlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom sabiex jirriżolvu d-disputa, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 u b’kont sħiħ meħud ta’ kwalunkwe opinjoni adottata mill-BEREC.
4. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.
Artikolu 21a
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni li jkun ipprovdut għalihom għandhom ikunu xierqa, effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-25 ta’ Mejju 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 22
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat (“il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet”).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' Artikolu 8 tagħha.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
▼M3 —————
Artikolu 23
Skambju ta' informazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha relevanti lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet regolari mar-rappreżentanti ta' l-operaturi tan-networks, il-provdituri tas-servizzi, l-utenti, l-konsumaturi, il-manifatturi u t-trade unions, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
2. Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet għandu, waqt li jagħti kont tal-politika tal-Komunità dwar komunikazzjonijiet elettroniċi, iħajjar il-bdil ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta' l-attivitajiet regolatorji li jirrigwardaw networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.
Artikolu 24
Pubblikazzjoni ta' informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li nformazzjoni aġġornata li tappartjeni għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess faċilment għal dik l-informazzjoni. Għandhom jippubblikaw avviż fil-gazzetta nazzjonali uffiċjali tagħhom waqt li jiddeskrivu kif u fejn l-informazzjoni hija ppubblikata. L-ewwel avviż għandu jiġi pubblikat qabel id-data ta' l-applikazzjoni msemmija f'Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu, u wara avviż għandu jiġi ppubblikat kull meta jkun hemm tibdil fl-informazzjoni li tinsab fiha.
2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kopja ta' dawk l-avviżi kollha fil-waqt tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.
Artikolu 25
Proċeduri ta' reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi il-funzjonament ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fl-ewwel okkażjoni mhux aktar tard minn tlett snin wara d-data ta' l-applikazzjoni msemmija f’Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.
IL-KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
Tħassir
Id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet li ġejjin huma hawnhekk imħassra b'effett mid-data ta' l-applikazzjoni msemmija f'Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu:
— id-Direttiva 90/387/KEE,
— id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/396/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-introduzzjoni ta' numru wieħed Ewropew għas-sejħa ta' emerġenza ( 24 ),
— id-Direttiva tal-Kunsill 92/44/KEE tal-5 ta' Ġunju 1992 dwar l-applikazzjoni tal-provista ta' network miftuħ għal linji mikrija ( 25 ),
— id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/264/KEE tal-11 ta' Mejju 1992 dwar l-introduzzjoni ta' kodiċi ta' aċċess standard internazzjonali tat-telefon fil-Komunità ( 26 ),
— id-Direttiva 95/47/KE,
— id-Direttiva 97/13/KE,
— id-Direttiva 97/33/KE,
— id-Direttiva 98/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 1998 dwar l-applikazzjoni tal-provista ta' network miftuħ (ONP) għat-telefonija bil-leħen u servizz universali għat-telekomunikazzjonijiet f'ambjent kompetittiv ( 27 ).
▼M3 —————
Artikolu 28
Transposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-24 ta' Lulju 2003. Għandhom jinfurmaw b'dan minnufih lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-25 ta' Lulju 2003.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għall din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva u ta' kull emendi sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.
Artikolu 30
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
▼M3 —————
ANNESS II
Kriterji li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji meta ssir evalwazzjoni tad-dominanza konġunta skont it-tioeni subparagrafu tal-Artikolu 14(2).
Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li jkunu f’pożizzjoni ta’ dominanza konġunta fis-sens tal-Artikolu 14 jekk, anke fin-nuqqas ta’ struttura jew rabtiet oħra bejniethom, huma joperaw f’suq li huwa karatterizzat b’nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva u li fih l-ebda impriża ma għandha saħħa sinifikanti fis-suq. Skont il-liġi Komunitarja applikabbli u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar id-dominanza konġunta, dan x’aktarx ser ikun il-każ fejn is-suq huwa konċentrat u jesebixxi numru ta’ karatteristiċi xierqa li minnhom dawn li ġejjin jistgħu jkunu l-aktar rilevanti fil-kuntest tal-komunikazzjoni elettronika:
— elastiċità baxxa tad-domanda
— ishma simili fis-suq
— ostakoli legali jew ekonomiċi għolja għad-dħul
— integrazzjoni vertikali b’rifjut kollettiv ta’ forniment
— nuqqas ta’ poter ta’ kontrobilanċ min-naħa tax-xerrej
— nuqqas ta’ kompetizzjoni potenzjali.
Din ta’ hawn fuq hija lista indikattiva u m’hijiex eżawrjenti, lanqas il-kriterji ma huma kumulattivi. Anzi, l-lista hija maħsuba biex turi biss it-tip ta’ evidenza li tista’ tintuża biex issostni asserzjonijiet li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ dominanza konġunta.
( 1 ) ĠU Ċ 365 E, tad-19.12.2000, p. 198 u ĠU Ċ 270 E, tal-25.9.2001, p. 199.
( 2 ) ĠU Ċ 123, tal-25.4.2001, p. 56.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Marzu 2001 (ĠU Ċ 277, ta' l-1.10.2001, p. 91), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2001 (ĠU Ċ 337, tat-30.11.2001, p. 34) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2001 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2002.
( 4 ) ĠU L 192, ta' l-24.7.1990, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, tad-29.10.1997, p. 23).
( 5 ) Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 6 ) Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 7 ) Ara paġna 51 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 8 ) ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 1.
( 9 ) ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60).
( 10 ) ĠU L 91, 07.4.1999, p. 10.
( 11 ) ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1.
( 12 ) ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).
( 13 ) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 14 ) ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 32. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/61/KE (ĠU L 268, 03.10.1998, p. 37).
( 15 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 51.
( 16 ) ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.
( 17 ) ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.
( 18 ) ĠU L 117, 07.5.1997, p. 15.
( 19 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 20 ) ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 4.
( 21 ) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
( 22 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jwaqqaf il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju
( 23 ) ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49.
( 24 ) ĠU L 217, 06.8.1991, p. 31.
( 25 ) ĠU L 165, tad-19.6.1992, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/80/KE (ĠU L 14, ta' l-20.1.1998, p. 27).
( 26 ) ĠU L 137, ta' l-20.5.1992, p. 21.
( 27 ) ĠU L 101, 01.4.1998, p. 24.