Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01999D0478-20041220

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar Sajd u Akwakultura (innotifikat taħt id-dokument bin-numru C(1999) 2042) (1999/478/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/478/2004-12-20

1999D0478 — MT — 20.12.2004 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Lulju 1999

li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar Sajd u Akwakultura

(innotifikat taħt id-dokument bin-numru C(1999) 2042)

(1999/478/KE)

(ĠU L 187, 20.7.1999, p.70)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Diċembru 2004

  L 370

91

17.12.2004


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 133  (864/04)




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Lulju 1999

li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar Sajd u Akwakultura

(innotifikat taħt id-dokument bin-numru C(1999) 2042)

(1999/478/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

(1)

Billi huwa importanti għall-Kummissjoni li jkollha r-reazzjonijiet ta' l-interessi konċernati dwar il-kwistjonijiet imqajma bl-istabbiliment ta' politika komuni għas-sajd (PKS);

(2)

Billi fis-settur tas-sajd inħoloq kumitat ta' konsulenza (KKS) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 71/128/KEE ( 1 ) li t-test tagħha nbidel l-aħħar bid-Deċiżjoni 89/4/KEE ( 2 ), kif emendata bid-Deċiżjoni 97/246/KE ( 3 );

(3)

Billi jidher opportun li jitwessa', fi ħdan il-qafas tal-KKS, id-djalogu dwar l-iżvilupp u l-amministrazzjoni tal-PKS għall-partijiet kollha konċernati, partikolarment għas-settur ta' l-akwakultura u l-organizzazzjonijiet mhux professjonali; billi għal dan il-għan hu meħtieġ li terġa' tiġi eżaminata l-istruttura tal-Kumitat;

(4)

Billi, biex ikunu nkoraġġiti l-formolazzjoni ta' analiżi u ta' posizzjonijiet komuni fuq il-PKS, jaqbel li l-membri tal-KKS jiġu mistiedna biex qabel xejn jieħdu ħsieb kwistjonijiet li jirrigwardaw lilhom:

(5)

Billi fl-interess ta' l-effiċjenza hu meħtieġ li n-numru ta' membri fuq il-Kumitat ikun limitat;

(6)

Billi jaqbel li d-djalogu jittejjeb permezz ta' ħolqa aħjar bejn il-kumitat plenarju, imqabbad biex imexxi x-xogħol tal-Kumitat u jagħti opinjonijiet, u l-gruppi ta' ħidma nkarigati bit-tħejjija ta' dawn l-opinjonijiet;

(7)

Billi l-mandat tal-membri tal-Kumitat jintemm fil-31 ta' Lulju 1999 fl-aħħar ta' perjodu transitorju preskritt għar-riforma tal-Kumitat hawn fuq imsemmi u li għalhekk hu f'waqtu li t-test tad-Deċiżjoni jkun emendat fis-sens indikat hawn fuq;

(8)

Billi fl-interess taċ-ċarezza it-test tad-Deċiżjoni 71/128/KEE għandu jinbidel,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:



Artikolu 1

1.  Kumitat ta' Konsulenza għas-Sajd u l-Akwakultura jiġi stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni, magħmul minn kumitat plenarju wieħed minn hawn iżjed ‘il quddiem imsemmi “il-Kumitat” u erbgħa kumitati ta' ħidma imsemmija fl-Artikolu 7.

2.  Il-Kumitat hu magħmul minn rappreżentanti ta' l-interessi li ġejjin: organizzazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw il-kumpaniji produtturi, l-industrija tal-proċessar u negozjanti ta' prodotti tas-sajd u l-akwakultura u organizzazzjonijiet mhux professjonali li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, l-ambjent u l-iżvilupp.

3.  Esperti fis-settur tas-sajd li jirrappreżentaw korpi xjentifiċi u/jew ekonomiċi, il-banek u l-ewwel point-of-sale huma rappreżentati fil-gruppi definiti fl-Artikolu 7.

Artikolu 2

Il-Kumitat jista' jiġi konsultat mill-Kummissjoni dwar, jew jagħti bidu għal, fuq l-inizjattiva tal-president tiegħu jew fuq talba ta' xi membru wieħed jew aktar, kwistjonijiet dwar ir-regoli tal-politika komuni għas-sajd u b'mod partikolari dwar miżuri partikolari li l-Kummissjoni tista' tieħu fil-qafas ta' dawn ir-regoli kif ukoll kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali fis-settur tas-sajd, apparti dawk li jikkonċernaw, bħala sħab soċjali, lil min iħaddem u lil ħaddiema.

Artikolu 3

▼C1

Il-Kumitat hu magħmul minn 21 membru, minn issa ‘l quddiem “il-membri”.

▼B

1. Siġġu wieħed jingħata lil kull wieħed minn dawn il-11 interessi li ġejjin, innumerati minn (1) sa (11) Għal kull wieħed minn dawn il-11-il siġġu hu previst membru sħiħ u deputat membru:



Organizzazzjonijiet professjonali:

Kumpaniji tas-sajd:

1) sidien ta' bastimenti privati

2) sidien ta' bastimenti f'koperattivi

3) organizzazzjonijiet ta' produtturi

Kumpaniji ta' l-akwakultura:

4) dawk li jrabbu ħażniet ta' molluski u frott tal-baħar bil-qoxra

5) dawk li jrabbu ħażniet ta' ħut

Kumpaniji ta' max-xmajjar:

6) proċessuri

7)  negozjanti (importazzjoni/ esportazzjoni u bl-ingrossa)

Għaqdiet tal-ħaddiema:

8)  sajjieda u mpjegati ta' dawk il-kumpaniji b'salarju

▼M1

2. Dawn li ġejjin ukoll għandhom siġġu fuq il-Kumitat: il-president u l-viċi-president tal-Kumitat għad-djalogu settorjali tas-Sajd, il-president u l-viċi president tal-gruppi ta' ħidma 1, 2, 3 u 4 kif jissemma fl-Artikolu 7.

▼B

Artikolu 4

1.  Il-membri tal-Kumitat jiġu nominati mill-Kummissjoni fuq proposti mill-organizzazzjonijiet stabbiliti f'livell ta' Komunità li jirrappreżentaw l-aktar l-interessi speċifikati fl-Artikolu 3(1). Ir-rappreżentant tal-konsumaturi jkun propost mill-kumitat tal-konsumaturi ( 4 ).

Għal kull siġġu li jrid jimtela, ħlief għas-siġġijiet riservati għall-kumitat ta' djalogu settorjali għas-sajd, l-organizzazzjonijiet jipproponu żewġ kandidati ta' nazzjonalità differenti. Għas-siġġijiet allokati lill-interessi previsti fl-Artikolu 3(1) in-nominazzjonijiet għandhom jispeċifikawl-isem tal-membru sħiħ u dak tas-sostitut.

It-tul tal-kariga ta' membru tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin. Jista' jiġi mġedded. Ix-xogħolijiet imwettqa mhumiex suġġetti għal xi ħlas.

Wara li jgħaddi l-perjodu ta' tliet snin, il-membri tal-Kumitat jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm ikun deċiż jekk il-mandat tagħhom għandux jiġġedded.

Il-mandat ta' membru jasal fit-tmiem tiegħu qabel jiskadi l-perjodu ta' tliet snin minħabba riżenja jew mewt.

Jista' wkoll jintemm meta l-korp li jkun ressaq il-kandidatura tal-membru jitlob li hu jew hi jiġu sostitwiti.

Persuna tiġi nominata skond il-proċedura preskritta fil-paragrafu 1 biex tissostitwixxi membru bħal dan għall-kumplament tal-kariga tiegħu jew tagħha.

2.  Il-lista tal-membri tal-Kumitat għandha tiġi pubblikata mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Il-Kumitat għandu jeleġġi, għal perjodu ta' tliet snin, president wieħed u żewġ viċi presidenti. L-elezzjoni għandha ssir permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti.

Il-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandhom, bl-eċċezzjoni tas-sid ta' bastiment membru tal-kumitat ta' djalogu settorjali, jiffurmaw il-bureau tal-Kumitat.

Il-bureau għandu jeleġġi l-president tiegħu u jipprepara u jorganizza l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma imsemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 6

Fuq talba ta' waħda mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-president jista' jistieden delegat ta' din l-organizzazzjoni biex jattendi l-laqgħat tal-Kumitat. Hu jew hi jistgħu taħt l-istess kondizzjonijiet jistiednu biex jieħu parti fix-xogħol tal-Kumitat bħala espert lil kull persuna b'xi awtorità partikolari f'wieħed mis-suġġetti fuq l-aġenda. Deputati membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi bl-ispejjeż għalihom.

Artikolu 7

Il-Kumitat għandu jinnomina erba' gruppi ta' ħidma biex ikunu jistgħu jippreparaw l-opinjonijiet tiegħu.

L-ismijiet ta' dawn il-gruppi kif ukoll tal-presidenzi u l-komposizzjoni tagħhom jidhru fl-anness ta' din id-deċiżjoni.

Bi qbil mal-Kummissjoni, il-parteċipanti fil-gruppi ta' ħidma jintgħażlu skond l-aġenda ta' kull laqgħa mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi stabbiliti fl-ogħla livell tal-Komunità. Ir-rappreżentanti tal-bijoloġija jew ta' l-ekonomija jintgħażlu mill-STECF ( 5 ). Il-Kummissjoni tista', skond l-aġenda, tinnomina esperti addizzjonali.

Artikolu 8

1.  Il-Kumitat jiltaqa' wara notifika mill-Kummissjoni skond programm ta' xogħol annwali adottat bi ftehim mal-Kummissjoni. Il-bureau jiltaqa' wara notifika mill-president tiegħu u bi ftehim mal-Kummissjoni.

2.  Ir-rappreżentanti tas-servizzi tal-Kummissjoni jieħdu parti fil-laqgħat tal-Kumitat, tal-bureau u tal-gruppi ta' ħidma.

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu s-segretarjat tal-Kumitat, tal-bureau u tal-gruppi ta' ħidma.

4.  Bi qbil mal-Kummissjoni, il-Kumitat ifassal regoli dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xogħol, il-preparazzjoni għal-laqgħat, il-post fejn isiru l-laqgħat, rapporti, posizzjonijiet jew konklużjonijiet u l-formolazzjoni ta' opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 9

Il-Kumitat ikun mitlub jagħti opinjoni dwar il-proposti formolati mill-Kummissjoni kif ukoll dwar is-suġġetti li jkunu jidhru fil-programm tiegħu.

Il-Kummissjoni, waqt li titlob l-opinjoni tal-Kumitat, tista' tiffissa l-perjodu li fih trid tingħata l-opinjoni.

Il-posizzjonijiet ta' l-interessi konċernati għandhom jidhru f'rapport mgħoddi lill-Kummissjoni.

Jekk l-opinjoni mitluba tkun is-suġġett ta' ftehim unanimu tal-Kumitat, trid tistabbilixxi konklużjonijiet komuni li jridu jiġu mehmuża mar-rapport.

Artikolu 10

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri tal-Kumitat kif ukoll dawk tal-gruppi ta' ħidma huma obbligati ma jiżvelawx informazzjoni li jkunu kisbu mix-xogħol tal-Kumitat jew tal-gruppi ta' ħidma, fil-każ li l-Kummissjoni tinfurmahom li l-opinjoni mitluba jew il-kwistjoni mqajma tittratta dwar suġġett konfidenzali.

F'dak il-każ, il-membri tal-Kumitat u r-rappreżentanti tas-servizzi tal-Kummissjoni biss jistgħu jattendu l-laqgħat.

Artikolu 11

Id-Deċiżjonijiet Nru 71/128/KEE u 97/247/KE ( 6 ) huma mħassra.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1999.




ANNESS

gruppi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 7

1.   Ismijiet tal-gruppi ta' ħidma

Group 1

:

Aċċess għar-riżorsi tas-sajd u l-amministrazzjoni ta' attività tas-sajd.

Group 2

:

Akwakultura: ħut, frott tal-baħar bil-qoxra u molluski.

Group 3

:

Politika dwar swieq u kummerċ.

Group 4

:

Kwistjonijiet ġenerali: ekonomija u analiżi settorjali.

2.   Presidenti u viċi-presidenti

Rappreżentant tas-sidien ta' bastimenti privati għandu jippresiedi l-gruppi ta' ħidma 1 u 4.

Rappreżentant tas-sidien ta' bastimenti f'koperattiva ikun viċi-president tal-grupp ta' ħidma 1.

Rappreżentant ta' dawk li jrabbu ħażniet tal-ħut u rappreżentant ta' dawk li jrabbu ħażniet ta' molluski/frott tal-baħar bil-qoxra għandhom ikunu president u viċi-president li jalternaw tal-grupp ta' ħidma 2.

Rappreżentant tal-proċessuri għandu jippresiedi l-grupp ta' ħidma 3.

Rappreżentant tan-negozjanti għandu jippresiedi l-grupp ta' ħidma 4.

Rappreżentant ta' l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jkun viċi-president tal-grupp ta' ħidma 3.

3.   Numru ta' siġġijiet għal kull interess konċernat:



 

Grupp 1

Grupp 2

Grupp 3

Grupp 4

Sidien ta' bastimenti privati

5

1

3

Sidien ta' bastimenti f'koperattiva

3

1

2

Sajjieda impjegati

2

1

1

2

Organizzazzjonijiet ta' produtturi

1

3

1

Dawk li jrabbu ħażniet ta' ħut

6

1

1

Dawk li jrabbu ħażniet ta' molluski/frott tal-baħar bil-qoxra

4

1

1

Proċessuri

3

2

Negozjanti

2

1

Konsumaturi

1

1

1

Ambjent

1

1

1

1

Żvilupp

1

1

1

Bijoloġija

1

1

Ekonomija

1

1

1

1

Banek

1

1

Irkanti u portijiet

1

 

15

15

19

18

Il-Kummissjoni tista' tinnomina esperti addizzjonali skond l-aġenda.



( 1 ) ĠU L 68, tat-22.03.1971, p. 18.

( 2 ) ĠU L 5, 07.01.1989, p. 33.

( 3 ) ĠU L 97, tat-12.04.1997, p. 27.

( 4 ) ĠU L 162, tat-13.07.1995, p. 37.

( 5 ) ĠU L 297, 02.12.1993, p. 25.

( 6 ) ĠU L 97, tat-12.04.1997, p. 28.

Top