EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01993L0053-20040501

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/53/2004-05-01

1993L0053 — MT — 01.05.2004 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/53/KEE

tal-24 ta’ Ġunju 1993

li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut

(ĠU L 175, 19.7.1993, p.23)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2000/27/KE tat-2 ta’ Mejju

  L 114

28

13.5.2000

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-3 ta’ April 2001

  L 99

11

10.4.2001


Emendat bi:

 A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/53/KEE

tal-24 ta’ Ġunju 1993

li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tieghu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-ħut huwa elenkat fl-Anness II għat-Trattat; billi l-immarkettjar ta’ ħut jikkostitwixxi sors ta’ dħul importanti għas-settur ta’ l-akwakultura;

Billi huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti il-miżuri ta’ kontroll f’livell Komunitàrju li għandhom jittieħdu fil-każ li jfaqqa’ xi mard, biex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tas-settur ta’ l-akwakultura u biex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità;

Billi huwa meħtieġ, sabiex il-mard jiġi kopert, illi ssir referenza għall-listi stipulati fl-Anness A għad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw l-immarkettjar ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura ( 4 );

Billi t-tfaqqiegħ ta’ dak il-mard jista’ malajr jilħaq proporzjonijiet epiżotiċi, li jikkawżaw mewt u disturbi fuq skala li x’artarx tnaqqas b’mod drastiku il-profitabbilità ta’ l-akwakultura;

Billi miżuri ta’ kontroll għandhom jittieħdu hekk kif il-preżenza ta’ tali marda tiġi suspettata sabiex tkun tista’ tiġi implimentata azzjoni immedjata u effettiva malli il-preżenza tagħha tiġi konfermata;

Billi tali miżuri għandhom ikunu mmirati lejn il-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard, b’mod partikolari billi jiġu kontrollati bil-għaqal l-movimenti ta’ ħut u prodotti li x’aktarx ixerrdu l-infezzjżoni;

Billi l-prevenzjoni ta’ mard fil-Komnuità għandha normalment tkun ibbażata fuq il-politika li ma sirx tilqim;

Billi investigazzjoni epiżutoloġika bir-reqqa hija meħtieġa biex tipprevjeni kull tixrid ta’ mard; billi l-Istati Membri għandhom iwaqqfu unitajiet speċjali għal dak il-għan;

Billi, biex tiġi żgurata sistema effettiva ta’ kontroll, dijanożi tal-mard għandhom jiġu armonizzati u mwettqa taħt l-awspiċi ta’ laboratorji responsabbli, li l-koordinazzjoni tagħhom tista’ titwettaq minn laboratorju ta’ referenza nominat mll-Komunità;

Billi, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, għandha titwaqqaf proċedura ta’ spezzjoni tal-Komunità;

Billi miżuri komuni għall-kontroll tal-mard jiffurmaw bażi minima għaż-żamma ta’ standard uniformi tas-saħħa ta’ l-annimali;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar nefqa fil-qasam veterinarju ( 5 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, tapplika fil-każ li tfaqqa’ xi waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A li jinsab mad-Direttiva 91/67/KEE;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bix-xogħol li taddotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa; billi, għal dak il-għan, għandha tiġi stabbilita proċedura biex iġġib fis-seħħ kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummisjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Il-Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tiddefinixxi l-miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll tal-mard tal-ħut msemmi fl-Anness A, listi I u II, għad-Direttiva 91/67/KEE.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-tifsiriet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/67/KEE għandhom japplikaw kif meħtieġ.

Inoltrè, it-tifsiriet li ġejjin għandhom ażjapplikaw

1. mard fil-lista I: mard tal-ħut msemmi fl-Anness A, lista I, għad-Direttiva 91/67/KEE;

2. mard fil-lista II: mard tal-ħut msemmi fl-Anness A, lista II, għad-Direttiva 91/67/KEE;

3. ħut suspettat l jkun infettat: ħut li juri sinjali kliniċi jew leżjonijiet post mortem jew reazzjonijiet dubjużi fit-testijiet tal-laboratorju li jagħtu lok għal suspetti raġonevoli tal-preżenza ta’ marda tal-lista I jew tal-l-lista II;

4. ħut infettat: ħut li fih il-preżenza ta’ mard tal-lista I jew tal-lista II ikun ġie uffiċjalment konfermat bħala riżultat ta’ eżami tal-laboratorju jew, fil-każ ta’ ISA, bħala riżultat ta’ eżami kliniku jew ta’ eżami post mortem;

5. razzett suspettat li jkun infettat: razzett li jkun fih ħut suspettat li jkun infettat;

6. razzett infettat: razzett li jkun fih ħut infettat; ukoll razzet li jkun ġie evakwat iżda jkun għadu ma ġiex disinfettat.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-irziezet kollha li jkabbru jew li jżommu ħut suxxettibbli għall-mard tal-lista I jew tal-lista II:

1. ikunu reġistrati mis-servizz uffiċjali, din ir-reġistrazzjoni għandha tinżamm kontinwament aġġornata;

2. iżommu reġistru ta’:

(a) ħut ħaj, bajd u gametes li jiddaħħlu fir-razzett, li jkun fih it-tagħrif kollu li jirrigwarda l-konsenja tagħhom, in-numru jew il-piż tagħhom, id-daqs tagħhom, is-sors tagħhom u l-fornituri tagħhom;

(b) ħut ħaj, bajd u gametes li jħallu r-razzett, li jkun fih it-tagħrif kollu li jirrigwarda l-mod ta’ kif jintbagħtu. in-numru jew il-piż tagħhom, id-daqs u d-destinazzjoni tagħhom;

(ċ) mortalità osservata.

Dan ir-reġistru, li għandu jkun miftuħ għall-iskrutinju mis-servizz uffiċjali kull meta dan ta’ l-aħħar hekk jitlob, għandu jiġi regolarment aġġornat u għandu jinżamm għall-erba’ snin.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun obbligatorju li l-preżenza suspettata ta’ kwalunkwe mard li jinsab fil-lista I jew fil-lista II tiġi notifikata kemm jista’ jkun malajr lis-servizz uffiċjali.



Il-Kapitolu II

Miżuri ta’ kontroll għall-mard li jinsab fil-lista I

L-Artikolu 5

1.  Meta l-ħut f’razzett ikun suspettat li jkun infettat b’xi mard li jinsab fil-lista I, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz uffiċjali jattiva minnufih arranġamenti għal investigazzjoni uffiċjali biex tiġi konfermata jew miċħuda l-preżenza tal-marda, inkluż eżami kliniku; b’mod partikolari, għandu jieħu jew ikun ħa, il-kampjuni meħtieġa għall-eżami tal-laboratorju.

2.  Malli l-preżenza suspettata ta’ xi mard tiġi notifikata, is-servizz uffiċjali għandu jqiegħed ir-razzett taħt sorveljanza uffiċjali u għandu b’mod partikolari jeħtieġ li:

(a) isir ċensiment uffiċjali ta’ l-ispeċji u l-kategoriji kollha ta’ ħut u li, dwar kull wieħed minn dawn, in-numru ta’ ħut diġa mejjet, infettat jew suspettat li jkun infettat jew kontaminat jiġi reġistrat; iċ-ċensiment għandu jinżamm aġġornat mis-sid jew dak li jieħu ħsieb biex jieħu in konsiderazzjoni ż-żieda fil-popolazzjoni jew ta’ mortalità ġdida oservata matul il-perijodu ta’ infezzjoni suspettata; l-informazzjoni fiċ-ċensiment għandha tiġi prodott fuq talba u tista’ tiġi verifikata ma’ kull spezzjoni;

(b) l-ebda ħut, kemm ħaj jew mejjet, jew bajd jew gametes m’għandhom jidħlu jew iħallu r-razzett mingħajr l-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali;

(ċ) id-disponiment ta’ ħut mejjet jew tal-laħam tiegħu għandu jitwettaq taħt is-supervizzjoni tas-servizz uffiċjali;

(d) id-dħul jew ħruġ ta’ għalf, kontenituri, oġġetti jew sustanzi oħra bħal skart, b’tendenza li jittrażmetti l-mard għandu jkun soġġett, fejn meħtieġ, għall-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali, li għandu jistipula l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi evitata l-firxa tal-patoġen;

(e) iċ-ċaqlieq ta’ persuni lejn jew mir-razzatt għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni mis-servizz uffiċjali;

(f) id-dħul jew ħruġ ta’ vetturi fir-u mir-razzett għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali, li għandu jistipula il-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi evitata l-firxa tal-patoġen;

(g) mezzi xierqa għad-disinfettar jiġu wżati fid-dħul u fil-ħruġ tar-razzett;

(h) investigazzjoni epiżotika għandha titwettaq skond l-Artikolu 8(1);

(i) l-irziezet kollha li jkunu jinsabu fl-istess żona fejn jinġabar l-ilma jew żona kostali għandhom jitqiegħedu taħt sorveljanza uffiċjali, u l-ebda ħut, bajd jew gametes m’għandhom iħallu dawn l-irziezet mingħajr l-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali; fil-każ ta’ żoni estensivi ta’ fejn jinġabar l-ilma jew żoni kostali, is-servizz uffiċjali jista’ jiddeċiedi li jillimita din il-miżura għal żona anqas estensiva viċin ir-razzett suspettat li jkun infettat, jekk iqies li din l-żona tipprovdi l-garanziji massimi għall-prevenzjoni tal-firxa tal-mard;

jekk meħtieġ, is-servizzi uffiċjali ta’ l-Istati Membri ġirien jew pajjiżi terzi għandhom jiġu informati bil-każ suspettat; f’dak il-każ is-servizzi uffiċjali ta’ l-Istati Membri involuti għandhom jieħdu azzjoni xierqa biex japplikaw il-miżuri stipulati f’dan l-Artikolu.

Fejn meħtieġ, miżuri speċifiċi għandhom jittieħdu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

3.  Sa dak iż-żmien li l-miżuri uffiċċali stipulati fil-paragrafu 2 jiġu inforzati, is-sid jew dak li jieħu ħsieb xi ħut li dwaru jkun hemm suspett ta’ mard għandu jieħu kull miżura xierqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 2, ħlief għall-(h) u (i) tiegħu.

4.  Il-miżuri rmsemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx jiġu irtirati qabel mas-suspett ta’ mard ikun ġie uffiċċjalment eliminat.

L-Artikolu 6

Malli l-preżenza ta’ xi mard tal-lista I ikun ġie konfermat uffiċjalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz uffiċjali jordna li, b’żieda mal-miżuri elenkati fl-Artikolu 5(2), il-miżuri li ġejjin jiġu applikati:

(a) f’razzett infettat:

▼M1

 il-ħut kollu għandu jiġi rtirat skond l-iskema stabbilita mis-servizz uffiċċjali u approvata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2),

▼B

 fil-każ ta’ rziezet ‘l ġewwa mill-baħar, il-vaski kollha għandhom jiġu żvojtati għall-għanijiet ta’ tindif u diżinfetta,

 il-bajd kollu u gametes, ħut mejjet jew ħut li juri sinjali kliniċi ta’ mard għandu jitqies bħala materjal ta’ riskju għoli u għandu jiġi distrutt taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali, skond id-Direttiva 90/667/KEE ( 6 ),

 il-ħut ħaj kollu għandu jiġi maqtul jew distrutt taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali skond id-Direttiva 90/667/KEE, jew inkella, fil-każ ta’ ħut li jkun laħaq daqs kummerċjali u ma jkun juri ebda sinjali kliniċi ta’ mard, għandu jinqatel taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali għat-tqegħid fis-suq u ipproċessar għall-konsum uman.

 Fil-każ ta’ l-aħħar, is-servizz uffiċjali għandu jiżgura li l-ħut jiġi maqtul minnufih u mnaddaf, li dawn l-operazzjonijiet jitwettqu f’kondizzjonijiet li jkunu jipprevjenu t-tixrid ta’ patoġeni, li l-iskart tal-ħut u l-laħam jitqies bħala materjal ta’ riskju għoli u li jintbagħtu għal trattament biex jiġu distrutti l-patoġeni skond id-Direttiva 90/667/KEE u li l-ilma wżat jintbagħat għall-trattament li jidiżattiva kwalunkwe patoġeni li jista’ jkun fih;

 wara t-tneħħija tal-ħut, bajd u gametes, il-vaski, apparat u kwalunkwe materjal ieħor li x’aktarx ikun kontaminat għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat kemm jista’ jkun malajr wara l-istruzzjonijiet stabbiliti mis-servizz uffiċjali b’dak il-mod li jiġi eliminat kwalunkwe riskju li l-aġent tal-mard jinfirex jew jibqa’ ħaj. Il-proċeduri għat-tindif u d-diżinfettar ta’ razzett infettat għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19,

 kwalunkwe sustanzi li jistgħu jkunu kontaminati, msemmija fl-Artikolu 5(2)(d), għandhom jiġu distrutti jew ittrattati b’tali mod li tiġu żgurata d-distruzzjoni ta’ kwalunkwe patoġen preżenti,

 investigazzjoni epiżotika għandha titwettaq skond l-Artikolu 8(1) u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(4) għandhom jiġu applikati; din l-investigazzjoni għandha tinkludi t-teħid ta’ kampjuni għall-eżami tal-laboratorju;

(b) l-irziezet kollha li jkunu jinsabu fiż-żona fejn jinġabar l-ilma jew fiż-żona kostali li fiha jkun jinsab ir-razzett infettat għandha jgħaddu minn spezzjonijiet tas-saħħa; jekk dawn l-ispezzjonijiet jikxfu każijiet pożittivi, il-miżuri maħsuba taħt (a) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu applikati;

(ċ) ir-ripopolazzjoni tar-razzett għandha tkun awtorizzata mis-servizz uffiċjali wara spezzjoni sodisfaċjenti ta’ l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u fit-tmiem ta’ perijodu meqjus bħala addattat mis-servizz uffiċjali biex tiġi żgurata l-eradikazzjoni tal-patoġen, u ta’ infezzjonijiet oħra possibbli fl-istess żona fejn jinġabar l-ilma;

(d) jekk l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati taħt (a), (b), (c) u (d) ta’ l-Artikolu 5(2) teħtieġ il-kooperazzjoni tas-servizzi uffiċjali ta’ l-Istati Membri l-oħra, is-servizzi uffiċjali ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jikkollaboraw biex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stipulati f’dan l-Artikolu.

Fejn meħtieġ, miżuri addizzjonali xierqa għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 7

Fejn ħut mhux domestiku u li ma jappartjenix lil kwalunkwe razzett jew ħut fi xmajjar, vaski jew stallazzjonijiet oħra maħsuba għas-sajd jew li jkun fihom ħut ornamentali jkunu inettati jew ikunu suspettati li jkunu infettati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħu l-miżuri meħtieġa. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-Kumitat Permanenti Veterinarju, bil-miżuri li jkunu ħadu.

L-Artikolu 8

1.  L-investigazzjoni epiżotika għandha tittratta:

 it-tul ta’ żmien li matulu l-marda x’aktarx tkun eżistiet fir-razzett qabel ma ġiet notifikata jew suspettata,

 l-oriġini possibbli tal-marda fir-razzett u l-identifikazzjoni ta’ xi rziezet oħra li fihom ikun hemm bajd u gametes u ħut ta’ l-ispeċji suxxettibbli li jkunu setgħu ġew infettati;

 iċ-ċaqlieq ta’ ħut, bajd jew gametes, vetturi jew sustanzi u persuni li x’aktarx ikunu ġarrew l-aġent tal-marda lejn jew mill-irziezet in kwistjoni,

 l-ezistenza possibbli ta’ mezzi li jġorru l-marda, u d-distribuzzjoni tagħhom.

2.  Jekk l-investigazzjoni epiżotika turi li l-marda setgħat ġiet introdotta minn xi żona oħra fejn jinġabar l-ilma jew żona kostali oħra, jew setgħat kienet ġiet trasferita lejn xi żona oħra fejn jinġabar l-ilma jew żona kostali oħra bħala riżultat ta’ kuntatt kawżat minn caqlieq ta’ ħut, bajd jew gametes, annimali, vetturi jew persuni, jew bi kwalunkwe mod ieħor, l-irziezet li jkunu jifformaw parti minn dawk iż-żoni fejn jinġabar l-ilma jew żoni kostali għandhom jitqiesu bħala suspettużi u l-miżuri stipulati fl-Artikolu 5 għandhom japplikaw. Jekk il-preżenza tal-marda tkun ikkonfermata, il-miżuri stipulati fl-Artikolu 6 għandhom japplikaw.

3.  Jekk l-investigazzjoni epiżotika tiżvela li l-kooperazzjoni tas-servizzi uffiċjali ta’ Stati Membri oħra hija meħtieġa, is-servizzi uffiċjali ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

4.  Għandha tiġi stabbilita unità ta’ kriżi sabiex tipprovdi għall-koordinazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-eradikazzjoni tal-marda kemm jista’ jkun malajr u għall-għan tat-twettieq tal-investigazzjoni epiżotika.

Ir-regoli ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet nazzjonali ta’ kriżi u l-unitajiet ta’ kriżi tal-Komunità għandhom jiġu stipulati mill-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummisjoni.

5.  Il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni mħejjija fuq il-bażi ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju biex jittieħdu in konsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, għandu jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu qabel il-31 ta’ Diċembru 1996.



Il-Kapitolu II

Miżuri ta’ kontroll għall-mard li jinsab fil-lista II

L-Artikolu 9

1.  Fejn marda li tinsab fil-lista II tkun suspettata u/jew konfermata f’żona approvata jew f’razzett approvat li jkun jinsab f’żona mhux approvata, investigazzjoni epiżotika għandha titwettaq skond l-Artikolu 8. L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu lura l-istatus tagħhom mfisser skond id-Direttiva 91/67/KEE għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi B u C li jinsabu ma’ dik id-Direttiva.

2.  Jekk l-investigazzjoni epiżotiku tiżvela li l-marda setgħat ġiet introdotta minn żona approvata jew minn xi razzett ieħor approvat, jew setgħat kienet ġiet trasferita lejn razzett ieħor approvat bħala riżultat ta’ ċaqlieq ta’ ħut, bajd jew gametes, vetturi jew persuni, jew b’xi mod ieħor, dawk iz-żoni jew irziezet għandhom jitqiesu suspettati u l-miżuri xierqa għandhom japplikaw.

3.  Is-servizz uffiċjali jista’, iżda, jawtorizza s-simna tal-ħut li għandhom jinqatlu sakemm jilħqu daqs kummerċjali.

L-Artikolu 10

1.  Fejn razzett mhux approvat li jkun jinsab f’żona mhux approvata jkun fih ħut suspettat li jkun infettat b’mard tal-lista II, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz uffiċjali:

(a) jagħti bidu minnufih għall-mezzi uffiċjali ta’ investigazzjoni biex jikkonferma jew jelimina l-preżenza tal-marda inkluż, fejn meħtieġ, it-teħid ta’ kampjuni għall-eżaminazzjoni f’laboratorju approvat;

(b) iwettaq jew iġiegħel li jitwettaq ċensiment uffiċjali ta’ l-irziezet infettati, b’dan iċ-ċensiment jiġi regolarment aġġornat;

(ċ) iqiegħed, jew iġiegħel li jitqegħdu, taħt sorveljanza uffiċjali l-irziezet infettati, biex jiġi żgurat li, b’deroga mill-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 91/67/KEE, l-uniku ċaċlieq awtorizzati mill-irziezet infettati jkunu dawk ta’ ħut ħaj jew bajd jew gametes maħsuba jew għal irziezet oħra nfettati bl-istess marda jew għall-qatla għall-konsum uman.

2.  L-Istati Membri jistgħu, għall-perijodu determinat, jistabilixxu taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali programm mhux obbligatorju jew obbligatorju għall-eradikazzjoni tal-mard tal-lista II f’irziezet mhux approvati jew f’żoni mhux approvati. Matul dan il-perijodu, l-introduzzjoni f’żona jew razzett suġġett għal dak l-programm ta’ ħut ħaj, bajd jew gametes minn irziezet infettati jew irziezet li l-istatus tas-saħħa tagħhom ma jkunx magħruf għandha tkun ipprojbita.

Dawn il-programmi, li għandhom jitwaqqfu fuq il-bażi tal-kriterji ġenerali li għandhom jiġu stabbiliti qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 20 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19, għandhom jinbagħtu lill-Kummissjoni għall-iskrutinju, u approvati u fejn meħtieġ emendati skond dik l-istess proċedura.

Wara l-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri li jkollhom rikors għal din il-proċedura għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju, bir-riżultati miksuba.

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 1996, il-Kummissjoni għandha tisottometti lill-Kunsill rapport,imħejji wara li tkun inkisbet l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, li jkun jieħu in konsiderazzjoni l-esperjenza miksuba u l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għar-revizjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ ħut ħaj infettat, u l-bajd jew gametes tagħhom, maħsuba għall-biedja jew għas-simna, u fir-rigward tat-twettiq ta’ l-investigazzjoni epiżotoloġika f’żoni mhux approvati fejn il-mard tkun suspettata f’razzett mhux approvat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata dwar tali proposti u dawn ta’ l-aħħar għandhom jitressqu ‘il quddiem waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-konklużjonijiet tar-rapport.

4.  Kwalunkwe regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni, kif u meta meħtieġ, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.



Il-Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 11

1.  L-ikkampjonar u l-ittestjar tal-laboratorju għall-preżenza ta’ mard li jinsab fil-lista I jew fil-lista II għandu jitwettaq bl-użu tal-metodi stabbiliti skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 91/67/KEE.

2.  L-ittestjar għall-preżenza ta’ mard jew patoġeni għandu jitwettaq minn laboratorju approvat mis-servizz uffiċjali. L-ittestjar tal-laboratorju għandu, fejn meħtieġ u speċjament fl-ewwel dehra tal-marda, jidentifika t-tip, sub-tip jew il-varjant tal-patoġen relevanti, li għandu jiġi konfermat mill-laboratorju nazzjonali ta’ referenza u jista’ jiġi konfermat, fejn meħtieġ, mill-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 13.

L-Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’kull Stat Membru jiġi nominat laboratorju nazzjonali ta’ referenza, bil-faċilitajiet u impjegati esperti li jkunu jippermettuħ li juri f’kull żmien, u speċjalment meta l-marda in kwistjoni tidher l-ewwel darba, it-tip, sub-tip u l-varjant tal-patoġen relevanti u li jikkonferma r-riżultati miksuba mill-laboratorji ta’ dijanjożi reġjonali.

2.  Il-laboratorji nazzjonali nominati għall-mard in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta l-istandards u metodi ta’ dijanjożi, u għall-użu tar-riaġenti.

3.  Il-laboratorji nazzjonali nominati għall-mard in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta l-istandards u metodi ta’ dijanjożi stipulati minn kull laboratorju għad-dijanjożi tal-marda in kwistjoni fl-Istati Membri. Għal dan il-għan, huma:

(a) jistgħu jipprovdu riaġenti ta’ dijanjożi lill-laboratorji approvati mill-Istat Membru;

(b) għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-riaġenti kollha ta’ dijanjożi wżati fl-Istat Membru;

(ċ) għandhom perjodikament jirranġaw għal testijiet komparattivi;

(d) għandhom iżommu iżolati tal-patoġen tal-marda mill-każi konfermati fl-Istat Membru;

(e) għandhom jiżguraw il-konferma tar-riżultati pożittivi miksuba fil-laboratorji ta’ dijanjożi approvati fl-Istat Membru.

4.  Madankollu, b’deroga mill-paragrafu 1, L-Istati Membri li ma jkollhomx laboratorju nazzjonali kompetenti fir-rigward tal-marda in kwistjoni jistgħu jużaw is-servizzi ta’ laboratorju nazzjonali b’kompetenza fil-materja fi Stat Membru ieħor.

5.  Il-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ referenza għall-mard tal-ħut hija stipulata fl-Anness A.

6.  Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza nominati għall-mard msemmi għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 13.

7.  Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 13

1.  Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ħut huwa indikat fl-Anness B.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 90/424/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha, il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness C.

L-Artikolu 14

▼M1

1.  It-tilqim kontra l-mard li jinsab fil-lista II f’żoni approvati, f’irziezet approvati li jinsabu f’żoni mhux approvati jew f’żoni jew irziezet li jkunu diġa bdew il-proċeduri ta’ approvazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 91/67/KEE, u kontra mard li jinsab fil-lista I, għandu jkun ipprojbit.

Madankollu, b’deroga, t-tilqim jista’ jiġi awtorizzat fil-każ ta’ tfaqqiegħ ta’ mard li jinsab fil-lista I sakemm li l-proċeduri għat-tilqim ikunu speċifikati fil-pjanijiet ta’ kontinġenza approvati bl-Artikolu 15 u jingħata kont tal-kriterji mniżżla fl-Anness E.

▼B

2.  IlKunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu sat-30 ta’ Ġunju 1996, jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-istipular ta’ kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ vaċċini u biex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fir-riċerka xjentifika u teknoloġika fit-tilqim.

L-Artikolu 15

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika kif għandhom jiġu implimentati l-miżuri stipulati f’din id-Direttiva fil-każ li jfaqqa’l-mard li jinsab fil-lista I.

Dan il-pjan għandu jkun jippermetti l-aċċess għall-faċilitajiet, apparat, impjegati u l-istrutturi kollha addattati meħtieġa għall-eradikazzjoni rapida u effiċjenti tat-tfaqqiegħ tal-marda.

2.  Il-kriterji ġenerali li għandhom jiġu applikati fit-tħejjija ta’ dawk il-pjanijiet huma stipulati fl-Anness D.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jillimitaw ruħhom għall-applikazzjoni tal-kriterji speċifiċi għall-mard ikkonċernat, fejn il-kriterji ġenerali jkun diġa ġew addottati fil-kuntest tas-sottomissjoni tal-pjanijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-miżuri għall-kontroll ta’ xi marda oħra.

Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19, temenda jew tissupplimenta dawk il-kriterji, waqt li tieħu in konsiderazzjoni n-natura speċifika tal-marda.

3.  Il-pjanijiet imħejjija skond il-kriterji stipulati fl-Anness D għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet biex tistabbilixxi jekk ikunux jippermettu li jintlaħaq l-għan mixtieq u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru konċernat kwalunkwe emendi meħtieġa, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li jkunu kompatibbli mal-pjanijiet ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjanijiet, emendati jekk meħtieġ, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

Il-pjanijiet jistgħu sussegwentement jiġu emendati jew supplimentati skond l-istess proċedura, biex jieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

L-Artikolu 16

L-esperti tal-Kummisjsoni jistgħu, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, u sa fejn huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu kontrolli fuq il-post. Biex jagħmlu dan, jistgħu jikkontrollaw persentaġġ rappreżentattiv ta’ l-irziezet biex jaraw jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux qed jikkontrollaw li dawn l-irziezet ikunu qegħdin iħarsu l-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummisjsoni għandha tinforma lill-Istati membri bir-riżultat tal-kontrolli mwettqa.

Stat Membru li fit-territorju tiegħu ikun qed jitwettaq kontroll għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fit-twettiq tad-dmirijiethom.

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 17

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-miżuri li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva huma dawk stipulati fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

L-Artikolu 18

L-Annessi B, C u D gġħandhom jiġu emendati, kif u meta meħtieġ, mill-Kunsill billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, b’mod partikolari biex ikunu jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fir-riċerka u l-proċeduri ta’ dijanjożi.

L-Anness A jista’ jiġi emendat kif u fejn meħtieġ, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

▼M1

L-Artikolu 18a

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli elenkati hawnhekk iżjed ‘il quddiem iridu jiġu adottati skond il-proċeduri regolatorji msemmija fl-Artikolu 19(2):

 l-Artikolu 5(2),

 l-Artikolu 6,

 l-Artikolu 10(1) u (2),

 l-Artikolu 12,

 l-Artikolu 15,

 l-Artikolu 16,

 l-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu.

▼M1

L-Artikolu 19

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti Vetrinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE ( 7 ), hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-Kumitat.

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu provdut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun tlett xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

▼B

L-Artikolu 20

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1994. Għandhom minnufih javżaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.  Iżda, mid-data stipulata mill-paragarfu 1, l-Istati Membri jistgħu, bla ħsara għar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw fit-territorju tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura simili.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 21

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M2




L-ANNESS A



LABORATORJI TA' RIFERENZA NAZZJONALI GĦALL-MARD TAL-ĦUT

Il-Belġju:

CODA Centrum voor Onderzoek in Diergeneeskunde en Agrochemie

CERVA Centre d'étude et de recherches vétérinaires et agrochimiques

Groeselenberg 99

B-1180 Brussel/Bruxelles.

▼A2

Ir-Repubblika Ċeka:

Výzkumný ústav veterinárního lékařstvíHudcova 70621 32 Brno-Medlánky.

▼M2

Id-Danimarka:

Statens Veterinære Serumlaboratorium

Fødevareministeriet

Hangøvej 2

DK-8200 Århus N.

Il-Ġermanja:

Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere

Boddenblick 5a

D-17498 Insel Riems.

▼A2

L-Estonja:

Veterinaar- ja ToidulaboratooriumVäike-Paala 311415 Tallinn.

▼M2

Il-Greċja:

Laboratorju tal-Patoloġija tal-Ħut u l-biopatoloġija ta' l-Organiżmi ta' l-Ilma

Ċentru ta' l-Istitut Veterinarju u Mard Parasitiku ta' Atene

25 Neapoleos ST.

GR-153 10 Ag. Paraskevi Attiki.

L-Ispanja:

Laboratorio Central de Veterinaria de Algete

Madrid.

Franza:

Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA)

Laboratoire d'études et de recherches en pathologie des poissons (LERPP)

Technopôle Brest Iroise BP 70

F-29280 Plouzane.

L-Irlanda:

Ċentru ta' RIċerka tal-Ħut Abbotstown

Castleknock

Dublin15

L-Irlanda.

L-Italja:

Istituto zooprofilattico sperimentale delle Venezie

Via Romea 14/A

I-35020 Legnaro, Padova.

▼A2

Ċipru:

Εργαστήριο Αναφοράς για τις Ασθένειες των ΖώωνΚτηνιατρικές Υπηρεσίες, 1417 ΛευκωσίαNational Reference Laboratory for Animal Health Veterinary ServicesCY-1417 Nicosia.

Il-Latvja:

Valsts veterinārmedicīnas diagnostikas centrsLejupes iela 3LV-1076 Rīga.

Il-Litwanja:

Nacionalinė veterinarijos laboratorijaJ.Kairiūkščio g. 10LT-2021 Vilnius.

▼M2

Il-Lussemburgu:

CODA Centrum voor Onderzoek in Diergeneeskunde en Agrochemie

CERVA Centre d'étude et de recherches vétérinaires et agrochimiques

Groeselenberg 99

B-1180 Brussel/Bruxelles.

▼A2

L-Ungerija:

Országos Állategészségügyi Intézet (OÁI), Pf. 2.Tábornok u. 2.H-1581 Budapest.

Malta:

Istituto Zooprofilattico Sperimentale delle Venezie Legnaro (PD), Italy.

▼M2

L-Olanda:

Laboratorju tal-Mard tal-Ħut

ID-Lelystad

Istitut għax-Xjenza ta' l-Animali u s-Saħħa

Edelhertweg 15

PO Box 65

8200

AB Lelystad.

L-Awstrija:

istituzzjoni für Hydrobiologie, Fisch- und Bienenkunde

Veterinärmedizinische Universität Wien

Veterinärplatz 1

A-1210 Wien.

▼A2

Il-Polonja:

Laboratorium Zakładu Chorób Ryb Państwowego Instytutu WeterynaryjnegoAl. Partyzantów 57PL-24-100 Puławy.

▼M2

Il-Portugal:

Laboratório Nacional de Investigação Veterinária

Estrada de Benfica 701

P-1500 Lisboa.

▼A2

Is-Slovenja:

Nacionalni veterinarski inštitutGerbičeva 60SI-1000 Ljubljana.

Is-Slovakkja:

Štátny veterinárny a potravinový ústavJanoškova 1611/58026 80 SK-Dolný Kubín.

▼M2

Il-Finlandja:

Eläinlääkintä- ja elintarvikelaitos (EELA)

PL 368

FIN-00231 Helsinki.

L-Isvezja:

Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA)

S-751 89 Uppsala.

Ir-Renju Unit:

Laboratorju CEFAS Weymouth

Barrack Road

Weymouth DT4 8UB

Ir-Renju Unit.

Il-Laboratorju Marittimu

PO box 101

Victoria Road

Aberdeen AB9 8DB

Ir-Renju Unit.

▼B




L-ANNESS B

LABORATORJU TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITÀ GĦALL-MARD TAL-ĦUT

Statens Veterinaere Serumlaboratorium

Landbrugsministeriet

Hangoevej 2

8200 Aarhus N

Denmark.




L-ANNESS C

FUNZJONIJIET U DMIRIJIET TAL-LABORATORJU TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITÀ GĦALL-MARD TAL-ĦUT

Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard li jinsab fil-lista I u II għandhom ikunu:

1. li jikkoordina, b’konsultazzjoni mal-Kummisjoni, il-metodi mħaddma fl-Istati Membri għad-dijanjożi tal-mard konċernat, speċifikament billi:

(a) jittajpja, jaħżen u jipprovdi l-linji tal-patoġen tal-marda relevanti għat-testijiet seroloġiċi u fit-tħejjija ta’ l-antisera;

(b) jipprovdi sera standard u riaġenti oħra ta’ referenza lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza biex jiġu standardizzati t-testijiet u r-riaġenti u wżati f’kull Stat membru;

(ċ) jibni u jaħżen kollezzjoni ta’ linji u u iżolati tal-patoġen relevcanti;

(d) jorganizza testijiet perjodiċi komparattivi ta’ proċeduri ta’ dijanjożi f’livell tal-Komunità;

(e) jiġbor u jikkollata informazzjoni u tagħrif dwar il-metodi ta’ dijanjożi wżati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-Komunità;

(f) jikkaratterizza l-iżolati tal-patoġen tal-marda relevanti bil-metodi l-aktar aġġornati u addattati biex jiġi permess li tiġi mifhuma aħjar epiżotoloġija tal-marda;

(g) iżomm ruħu aġġornat ma’ l-iżviluppi fis-sorveljanza, epiżotoloġija u prevenzjoni tal-marda relevanti mad-dinja kollha;

(h) jaħżen il-kapaċità dwar il-patoġen relevanti tal-marda u patoġeni oħra pertinenti biex jippermetti dijanjożi rapidu differenzali;

(i) jakkwista għarfien sħiħ tat-tħejjija u l-użu tal-prodotti tat-tilqim veterinarju wżati biex jeqirdu u jikkontrolla l-marda relevanti;

2. jgħin b’mod attiv fid-dijanjożi tat-tfaqqiegħ tal-marda relevanti fl-Istati Membri billi jirċievi iżolati tal-patoġen għad-dijanjożi ta’ konferma, karatterizzazzjoni u studji epiżotiċi;

3. jiffaċilita t-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid ta’ l-esperti fid-dijanjożi tal-laboratorju bil-ħsieb li jarmonizza t-teknika ta’ dijanjożi mal-Komunità kollha;

4. jikkollabora fir-rigward tal-metodi ta’ dijanjożi tal-mard li jinsab fil-lista I, mal-laboratorji kompetenti f’pajjiżi terzi fejn dak il-mard ikun prevalenti.




L-ANNESS D

KRITERJI MINIMI GĦALL-PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

Il-pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jilħqu ta’ l-anqas il-kriterji li ġejjin:

1. l-istabbiliment ta’ ċentru nazzjonali ta’ kriżi li għandu jikkoordina l-miżuri kollha ta’ kontroll fl-Istat Membru konċernat;

2. għandha tiġi provduta lista taċ-ċentri lokali ta’ kontroll tal-mard b’faċilitajiet adegwati biex jikkoordinaw il-miżuri ta’ kontroll tal-mard f’livell lokali;

3. tagħrif dettaljat għandu jingħata dwar l-impjegati involuti fil-miżuri ta’ kontroll, il-kapaċitajiet tagħhom u r-responsabbiltajiet tagħhom;

4. kull ċentru lokali ta’ kontroll tal-mard għandu jkun kapaċi li jikkuntattja malajr persuni/organizzazzjonijiet li huma direttament jew indirettament involuti fi tfaqqiegħ;

5. apparat u materjali għandhom ikunu disponibbli biex jitwettqu korrettement il-miżuri ta’ kontroll tal-mard;

6. struzzjonijiet dettaljati għandhom jiġu provduti dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mas-suspett u l-konferma ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni;

7. programmi ta’ taħriġ għandhom jiġu stabbiliti biex iżommu u jiżviluppaw ħiliet fi proċeduri ta’ fuq il-post u amministrattivi;

8. fejn xieraq, il-laboratorji ta’ dijanjożi għandu jkollhom il-faċilitajiet għall-eżami post mortem, il-kapaċità meħtieġa għas-seroloġija, istoloġija, eċċ., u għandhom iżommu l-kapaċitajiet għal dijanjożi ta’ malajr (għal dan il-għan, għandhom isiru arranġament għat-trasportazzjoni ta’ malajr tal-kampjuni);

9. għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet sabiex jiġu żgurati s-setgħat legali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza.

▼M1




L-ANNESS E

KRITERJI GĦALL-PROGRAMMI TA’ TILQIM

Programmi ta’ tilqim irid ikun fihom ta’ l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. In-natura tal-marda li ssejjaħ għal talba li għandha ssir għat-tilqim.

2. Informazzjoni għandha tiġi provduta dwar iż-żoni kostali u fuq l-art, is-siti u l-irziezet li fihom jista’ jitwettaq it-tilqim: taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandu t-tilqim jitwettaq ìl hinn mil-limiti taż-żona infettata u, fejn neċessarju, ż-żona buffer stabbilita madwar iż-żona infettata.

3. Informazzjoni dettaljata dwar it-tilqim li jrid jintuża, inkluż it-tip/i ta’ vaċċin li jista’ jintuża.

4. Informazzjoni dettaljata dwar il-kondizzjonijiet għall-użu, frekwenza tat-tilqim u l-limiti dwar l-użu tal-vaċċin (liema ħut, liema gagġeġ, eċċ.).

5. Il-kriterji biex jitwaqqaf it-tilqim.

6. Dispożizzjonijiet għandhom jiġu addottati biex jiġi żgurat li jinżamm reġistru tat-tilqim tal-passat (dati, siti u rziezet li fihom kien twettaq it-tilqim, it-twaqqif taż-żona buffer, eċċ.).

7. Miżuri għandhom jittieħdu biex iċ-ċaqliq tal-ħut inkun limitat fi ħdan iż-żona tat-tilqim biex jiġi garantit li l-ħut iħalli ż-żona tat-tilqim biss jekk jinqatel għall-konsum uman, jew fejn neċessarju biex jiġi distrutt.

8. Kull dispożizzjonijiet oħra neċessarji għat-tilqim.



( 1 ) ĠU C 172, tat-8.7.1992, p. 16.

( 2 ) ĠU C 150, tal-31.5.1993.

( 3 ) ĠU C 19, tal-25.1.1993, p. 4.

( 4 ) ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1

( 5 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/438/KEE (ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27).

( 6 ) Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tipprovdi r-regoli veterinarji għad-disponiment u l-ipproċesar ta’ skart ta’ l-annimali, għat-tqegħid tiegħu fis-suq u għall-prevenzjoni ta’ patoġeni fl-għalf li joriġina mill-annimali jew mill-ħut u li temenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1992, p. 49);

( 7 ) ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

Top