EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01986L0109-19910705

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 1986 li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikati bħala ż-“żerriegħa bażika’ jew” żerriegħa ċċertifikata’ (86/109/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/109/1991-07-05

  The HTML format is unavailable in your User interface language.

1986L0109 — MT — 05.07.1991 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Frar 1986

li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikati bħala ż-“żerriegħa bażika’ jew” żerriegħa ċċertifikata’

(86/109/KEE)

(ĠU L 093, 8.4.1986, p.21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 89/424/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1989

  L 196

50

12.7.1989

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 91/376/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1991

  L 203

108

26.7.1991




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Frar 1986

li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikati bħala ż-“żerriegħa bażika’ jew” żerriegħa ċċertifikata’

(86/109/KEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il- Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’Ġunju 1966 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanta ta’ magħlef ( 1 ), kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tal-Kummisjoni 85/38/KEE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Wara li kunsidrat id-Direttiva 69/208/KEE tal-Kunsill tat-30 ta’Ġunju 1969 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibre ( 3 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 82/859/KEE ( 4 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi d-Direttiva 66/401/KEE tippermetti l-bejgħ taż-żerriefħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċerti speċi ta’ pjanti ta’ magħlef;

Billi d-Direttiva 69/208/KEE tippremetti l-bejgħ taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata tat-tipi kollha u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċertu speċi taż-żejt u pjanti tal-fibre;

Billi l-Artikolu 3(3) ta’ kull waħda mid-Direttivi msemmija qabel jawtorizza lill-Kummissjoi biex tipprojbixxi l-bejgħ taż-żerriegħa kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala ‘żerriegħa bażika’ jew ‘żerriegħa ċċertifikata’;

Billi ġie stabbilit, a bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli fil-pesent, li Stati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jipproduċu suffiċjentament żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata biex jissodisfaw id-domanda tal-Komunità għaż-żerriegħa ta’ xi wħud mill-ispeċi rriferruti fuq biż-żerriegħa ta’ dawk il-kategoriji mill-1 ta’ Lulju 1987 fil-każ ta’ ċerti speċi, l-1 ta’ Lulju 1989 fil-każ ta’ ċerti speċi oħrajn u l-1 ta’ Lulju 1991 fil-każ ta’ ċerti speċi oħra;

Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Diretttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propaganti għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestar,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jaraw li mill-1 ta’ Lulju 1987 ma jkunx permess li jitqiegħdu fis-suq iż-żerriegħa ta’:



—  Vicia faba L. (partim)

—  Favetta

—  Papaver somniferum L.

—  Opium poppy

kemm-il darba din ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala ‘żerriegħa bażika’ jew ‘żerriegħa ċertifikata, ‘l-ewwel ġenerazzjoni’ jew ‘żerriegħa ċertifikata’, it-tieni ġenerazzjoni’.

2.  L-Istati Membri għandhom jaraw li mill-1 ta’ Lulju 1987 ma jkunx permess li jitqiegħdu fis-suq iż-żerriegħa ta’:



—  Glycine max (L.) Merr.

—  Soya bean

—  Linum usitatissimum L.

—  Kittien

▼M1

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1989 ma għandux ikunu permess li jpoġġu fis-suq iż-żerriegħa ta’:



—  Agrostis gigantea Roth

—  redtop

—  Agrostis stolonifera L.

—  creeping bent grass

—  Phleum bertolonii DC

—  timothy

—  Poa palustris L.

—  swamp meadowgrass

—  Poa trivialis L.

—  rough-stalked meadowgrass

—  Lupinus albus L.

—  lupin abjad, varjetajiet oħrajn għajr bitter

—  Brassica juncea (L.) Czernj. et Cosson

—  brown mustard

sa kemm ġie ċertifikat uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

▼M1

L-Artikolu 2a

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1990 ma għandux ikunu permess li jpoġġu fis-suq iż-żerriegħa ta’:



—  Agrostis capillaris L.

—  brown top

—  Lotus corniculatus L.

—  birdsfoot trefoil

—  Medicago lupulina L.

—  black medick

—  Trifolium hybridum L.

—  alsike clover

sakemm ġie ċertifikat uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

▼M2

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1991 ma jkunx permess li titqiegħed fis-suq żerriegħa ta’:



—  Alopecurus pratensis L.

—  meadow foxtail

—  Arrhenatherum elatius (L.) Beauv. ex J. S. and K. B. Presl

—  tall oatgrass

—  Bromus catharticus Vahl

—  rescu grass

—  Bromus sitchensis Trin.

—  Alaska brome-grass

—  Lupinus luteus

—  yellow lupin, varjetajiet oħra barra minn qarsa

—  Lupinus angustifolius L.

—  blue lupin

—  Poa nemoralis L.

—  wood meadowgrass

—  Trisetum flavescens (L.) Beauv.

—  golden oatgrass

—  Phacelia tanacetifolia Benth.

—  California bluebell

—  Sinapis alba L.

—  white mustard

kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

▼M2

L-Artikolu 3a

1.  Ħlief fejn ipprovdut xort’oħra fil-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1991 ma jkunx permess li titqiegħed fis-suq żerriegħa ta’



—  Agrostis canina L.

—  velvet bent

—  Festuca ovina L.

—  sheep’s fescue

—  Lupinus albus L.

—  white lupin, varjetajiet qarsa

—  Lupinus luteus L.

—  yellow lupin, varjetajiet qarsa

—  Trifolium alexandringum L.

—  Egyptian clover

—  Trifolium incarnatum L.

—  crimson clover

—  Trifolium resupinatum L.

—  Persian clover

—  Vicia sativa L.

—  common vetch

—  Vicia villosa Roth.

—  hairy vetch

kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

2.  L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni, qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, bl-ammont ta’ żerriegħa ta’ l-ispeċi li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 li huwa meħtieġ għaż-żrigħ fit-territorji tagħhom qabel il-31 ta’ Diċembru 1991, sa fejn x’aktarx ma jkunx kopert biż-żerriegħa disponibbli ċertifikata uffiċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

3.  L-Istati Membri li jkunu avżaw lill-Kummissjoni, skond il-paragrafu 2, b’nuqqas potenzjali ta’ żerriegħa ċertifikata uffiċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”,

 għandhom jiġbru t-tagħrif kollu disponibbli li jirrelata ma’ l-adattament fit-territorju tagħhom ta’ varjetajiet ta’ l-ispeċji rilevanti elenkati fil-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ l-ispeċji ta’ pjanti agrikoli u javżaw bihom minnufih lill-Kummissjoni, u sa l-1 ta’ Ottubru l-aktar tard,

 għandhom iħajjru li jinżammu kif jixraq l-ekotipi eżistenti ta’ l-ispeċji rilevanti biex iħarsu l-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni uffiċjali tagħhom bħala varjetajiet.

4.  L-Istati Membri li jkunu uffiċjalment aċċettaw varjetajiet ta’ l-ispeċji rilevanti għandhom iħajjru l-produzzjoni ta’ żerriegħa tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”; Il-Kummissjoni għandha tesplora l-mezzi xierqa biex tħajjar it-tqegħid fis-suq taż-żżerriegħa hekk prodotta.

5.  L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3 huma b’dan awtorizzati li jippermettu t-tqegħid fis-suq, sal-31 ta’ Diċembru 1991, ta’ żerriegħa uffiċjalment kontrollata bħala “żerriegħa kummerċjali” sa ammont li jkun ikopri n-nuqqas indikat skond il-paragrafu 2. B’żieda mat-tagħrif meħtieġ mill-Anness IV tad-Direttiva 66/401/KEE, it-tikketta uffiċjali għandha turi:

 it-tip dikjarat tal-materjal konċernat, u

 li ż-żerriegħa hija esklużivament maħsuba għall-Istat Membru konċernat.

6.  Fil-każ li jseħħu nuqqasijiet wara l-31 ta’ Diċembru 1991 għandhom jgħoddu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17 tad-Direttiva 66/401/KEE.

▼B

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ:

 mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1987 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu l-Artikolu 1,

 mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1989 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu l-Artikolu 2, u

▼M1

 mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1990 il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu l-Artikolu 2a, u

▼B

 mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1991 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-diżposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu l-Artikolu 3,

Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66.

( 2 ) ĠU L 16, tad-19.1.1985, p. 41.

( 3 ) ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3.

( 4 ) ĠU L 357, tat-18.12.1982, p. 31.

Top