Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2017C0003

    Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 3/17/COL tat-18 ta' Jannar 2017 li temenda, għall-mija u t-tieni darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Linji Gwida ġodda dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [2017/2413]

    ĠU L 342, 21.12.2017, p. 35–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2413/oj

    21.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/35


    DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

    Nru 3/17/COL

    tat-18 ta' Jannar 2017

    li temenda, għall-mija u t-tieni darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Linji Gwida ġodda dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [2017/2413]

    L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

    WARA li kkunsidrat:

    il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26,

    il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b),

    il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (il-“Protokoll 3”),

    Billi:

    Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

    Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti espressament jipprovdi dan jew jekk l-Awtorità tqis li hemm bżonn isir hekk,

    Fid-19 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat Avviż dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1),

    Dan l-avviż huwa wkoll ta' rilevanza għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

    Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar għajnuna mill-Istat madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-objettiv ta' omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE,

    Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fil-paġna 11 tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

    WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

    WARA li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-regoli sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġu introdotti Linji Gwida ġodda dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Il-Linji Gwida l-ġodda huma annessi ma' din id-Deċiżjoni u jagħmlu parti integrali minnha.

    Artikolu 2

    Il-verżjoni bil-lingwa Ingliża biss ta' din id-deċiżjoni hija awtentika.

    Deċiżjoni magħmula fi Brussell, fit-18 ta' Jannar 2017

    Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

    Sven Erik SVEDMAN

    Il-President

    Frank J. BÜCHEL

    Membru tal-Kulleġġ


    (1)  ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.


    ANNESS

    LINJI GWIDA DWAR IL-KUNĊETT TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 61(1) TAL-FTEHIM ŻEE  (*1)

    Werrej

    1.

    Introduzzjoni

    2.

    Il-kunċett ta' impriża u ta' attività ekonomika

    2.1.

    Prinċipji ġenerali

    2.2.

    L-eżerċitar ta' setgħat pubbliċi

    2.3.

    Sigurtà soċjali

    2.4.

    Kura tas-saħħa

    2.5.

    L-edukazzjoni u l-attivitajiet ta' riċerka

    2.6.

    Il-konservazzjoni tal-kultura u tal-patrimonju, fosthom il-konservazzjoni tan-natura

    3.

    Oriġini statali

    3.1.

    Imputabbiltà

    3.1.1.

    Indikaturi għall-imputabbiltà

    3.1.2.

    Imputabbiltà u obbligi skont il-Liġi taż-ŻEE

    3.2.

    Riżorsi tal-Istat

    3.2.1.

    Prinċipji ġenerali

    3.2.2.

    L-influwenza ta' kontroll fuq ir-riżorsi

    3.2.3.

    L-involviment tal-Istat fid-distribuzzjoni mill-ġdid bejn entitajiet privati

    4.

    Vantaġġ

    4.1.

    Il-kunċett ta' vantaġġ inġenerali

    4.2.

    It-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq (OES)

    4.2.1.

    Introduzzjoni

    4.2.2.

    Prinċipji ġenerali

    4.2.3.

    L-istabbiliment tal-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq

    4.3.

    Vantaġġ indirett

    5.

    Selettività

    5.1.

    Prinċipji ġenerali

    5.2.

    Selettività materjali

    5.2.1.

    Selettività de jure u de facto

    5.2.2.

    Selettività li tirriżulta minn prattiki amministrattivi diskrezzjonali

    5.2.3.

    Il-valutazzjoni ta' selettività materjali għall-miżuri li jnaqqsu l-imposti normali tal-impriżi

    5.3.

    Selettività reġjonali

    5.3.1.

    Awtonomija istituzzjonali

    5.3.2.

    Awtonomija proċedurali

    5.3.3.

    Awtonomija ekonomika u finanzjarja

    5.4.

    Kwistjonijiet speċifiċi dwar miżuri ta' tassazzjoni

    5.4.1.

    Soċjetajiet kooperattivi

    5.4.2.

    Impriżi għal investiment kollettiv

    5.4.3.

    Amnestiji tat-taxxa

    5.4.4.

    Deċiżjonijiet u ftehimiet dwar it-taxxa

    5.4.5.

    Regoli ta' amortizzament/deprezzament

    5.4.6.

    Reġim preferenzjali fuq bażi fissa għal attivitajiet speċifiċi

    5.4.7.

    Regoli kontra l-abbuż

    5.4.8.

    Dazji tas-sisa

    6.

    Effett fuq il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni

    6.1.

    Prinċipji ġenerali

    6.2.

    Distorsjoni tal-kompetizzjoni

    6.3.

    Effett fuq il-kummerċ

    7.

    Infrastruttura: xi kjarifiki speċifiċi

    7.1.

    Introduzzjoni

    7.2.

    Għajnuna lill-iżviluppatur/sid

    7.2.1.

    Attività ekonomika kontra attività mhux ekonomika

    7.2.2.

    Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

    7.2.3.

    Għajnuna lill-iżviluppatur/sid ta' infrastruttura – ħarsa ġenerali skont kull settur

    7.3.

    Għajnuna lill-operaturi

    7.4.

    Għajnuna lill-utenti aħħarin

    8.

    Dispożizzjonijiet Finali

    1.   INTRODUZZJONI

    1.

    Fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, l-Awtorità tixtieq tipprovdi kjarifika ulterjuri dwar il-kunċetti ewlenin marbutin mal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tat-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), bil-għan li tikkontribwixxi għal applikazzjoni aktar faċli, aktar trasparenti u aktar konsistenti ta' dan il-kunċett madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“iż-ŻEE”).

    2.

    Dawn il-Linji Gwida jittrattaw biss il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, li kemm l-Awtorità u l-awtoritajiet nazzjonali (inklużi l-qrati nazzjonali) għandhom japplikaw flimkien man-notifika u mal-obbligi status quo previsti fl-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”). Ma jittrattawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(2) u (3) u l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE, li huwa l-kompitu tal-Awtorità li tivvalutaha.

    3.

    Minħabba li l-kunċett ta' għajnuna mill-Istat huwa kunċett oġġettiv u ġuridiku definit b'mod dirett mill-Ftehim ŻEE (2), dawn il-Linji Gwida jiċċaraw biss il-fehim tal-Awtorità tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-EFTA (“il-Qrati taż-ŻEE”). Dwar kwistjonijiet li għadhom ma ġewx ikkunsidrati mill-Qrati taż-ŻEE, l-Awtorità ser tistabbilixxi kif jidhrilha li għandu jiġi interpretat il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat. L-opinjonijiet stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida huma mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat mill-Qrati taż-ŻEE (3); ir-referenza primarja għall-interpretazzjoni tal-Ftehim ŻEE hija dejjem il-ġurisprudenza tal-Qrati taż-ŻEE.

    4.

    Għandu jiġi enfasizzat li l-Awtorità hija marbuta b'dan il-kunċett oġġettiv u għandha biss marġni limitat ta' diskrezzjoni fl-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri meta l-valutazzjonijiet magħmula mill-Awtorità jkunu ta' natura teknika jew kumplessa, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet li jinvolvu valutazzjonijiet ekonomiċi kumplessi (4).

    5.

    L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jiddefinixxi għajnuna mill-Istat bħala “kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi Statali f'kull għamla tkun xi tkun li tiddistorti jew thedded li tiddistorti l-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti […], sa fejn taffettwa il-kummerċ bejn Partijiet Kontraenti”. Dawn il-Linji Gwida ser jiċċaraw l-elementi kostitwenti differenti tal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat: l-eżistenza ta' impriża, l-imputabbiltà tal-miżura lill-Istat, il-finanzjament tagħha permezz ta' riżorsi tal-Istat, l-għoti ta' vantaġġ, is-selettività tal-miżura u l-effett tagħha fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Barra minn hekk, minħabba l-ħtieġa għal gwida speċifika espressa mill-Istati taż-ŻEE, dawn il-Linji Gwida jipprovdu kjarifika speċifika fir-rigward tal-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura.

    2.   IL-KUNĊETT TA' IMPRIŻA U TA' ATTIVITÀ EKONOMIKA

    6.

    Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss fejn il-benefiċjarju ta' miżura huwa “impriża”.

    2.1.   Prinċipji ġenerali

    7.

    Il-Qrati taż-ŻEE konsistentement iddefinixxew impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom u l-mod kif inhuma ffinanzjati (5). Għalhekk il-klassifikazzjoni ta' entità partikolari bħala impriża tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha. Dan il-prinċipju ġenerali għandu tliet konsegwenzi importanti:

    8.

    L-ewwel nett, l-istatus tal-entità skont id-dritt nazzjonali mhuwiex deċiżiv. Pereżempju, entità li hija klassifikata bħala assoċjazzjoni jew klabb tal-isports skont id-dritt nazzjonali tista' madankollu jkollha titqies bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. L-istess japplika għal entità li hija formalment parti mill-amministrazzjoni pubblika. L-uniku kriterju rilevanti huwa jekk din twettaqx attività ekonomika.

    9.

    It-tieni nett, l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma tiddependix fuq jekk l-entità hijiex imwaqqfa biex tiġġenera l-profitti. Entitajiet mingħajr skop ta' qligħ jistgħu joffru wkoll prodotti u servizzi f'suq (6). Fejn dan ma jkunx il-każ, l-entitajiet mingħajr skop ta' qligħ jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

    10.

    It-tielet nett, entità tiġi klassifikata bħala impriża dejjem fir-rigward ta' attività speċifika. Entità li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll dawk mhux ekonomiċi trid titqies bħala impriża fir-rigward ta' dawk ekonomiċi biss (7).

    11.

    Diversi entitajiet legali separati jistgħu jitqiesu li jifformaw unità ekonomika unika għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dik l-unità ekonomika mbagħad titqies li hija l-impriża rilevanti. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis l-eżistenza ta' sehem maġġoritarju u rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi oħra bħala rilevanti (8).

    12.

    Biex tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi, il-Qrati taż-ŻEE b'mod konsistenti sostnew li kull attività li tikkonsisti fil-provvista ta' oġġetti u servizzi f'suq hija attività ekonomika (9).

    13.

    Il-kwistjoni jekk jeżistix suq għal ċerti servizzi tista' tiddependi fuq il-mod kif dawk is-servizzi huma organizzati fl-Istat taż-ŻEE kkonċernat (10) u għalhekk tista' tvarja minn Stat taż-ŻEE għal ieħor. Barra minn hekk, minħabba l-għażla politika jew l-iżviluppi ekonomiċi, il-klassifikazzjoni ta' attività partikolari tista' tinbidel maż-żmien. Dik li mhijiex attività ekonomika llum tista' 'l quddiem issir waħda tali, u viċi versa.

    14.

    Id-deċiżjoni ta' awtorità pubblika li ma tippermettix li partijiet terzi jipprovdu ċertu servizz (pereżempju, minħabba li tixtieq tipprovdi s-servizz internament) ma teskludix l-eżistenza ta' attività ekonomika. Minkejja tali limitazzjoni fl-aċċess għas-suq, attività ekonomika tista' teżisti fejn operaturi oħra jkunu lesti u kapaċi jipprovdu s-servizz fis-suq konċernat. B'mod iżjed ġenerali, il-fatt li servizz partikolari jiġi pprovdut internament ma għandu l-ebda rilevanza fuq in-natura ekonomika tal-attività (11).

    15.

    Minħabba li d-distinzjoni bejn attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi tiddependi sa ċertu punt fuq għażliet politiċi u żviluppi ekonomiċi fi Stat taż-ŻEE partikolari, mhuwiex possibbli li ssir lista eżawrjenti ta' attivitajiet li a priori qatt ma ser ikunu ekonomiċi. Lista bħal din ma tipprovdix ċertezza legali ġenwina u għalhekk ftit li xejn tkun utli. Il-paragrafi 17 sa 37 għall-kuntrarju jfittxu li jiċċaraw id-distinzjoni fir-rigward ta' għadd ta' oqsma importanti.

    16.

    Is-sempliċi fatt li entità jkollha ishma, anke parteċipazzjoni azzjonarja maġġoritarja, f'impriża li tipprovdi oġġetti jew servizzi f'suq ma tfissirx li dik l-entità għandha awtomatikament titqies bħala impriża għall-finijiet tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Fejn dik il-parteċipazzjoni azzjonarja biss tagħti lok għall-eżerċizzju tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta' azzjonist kif ukoll, jekk ikun xieraq, id-dħul ta' dividendi, li huma sempliċiment il-frott tas-sjieda ta' assi, dik l-entità ma titqiesx bħala impriża jekk ma tkunx hija stess li tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi f'suq (12).

    2.2.   L-eżerċitar ta' setgħat pubbliċi

    17.

    L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE ma japplikax fejn l-Istat jaġixxi “billi jeżerċita setgħa pubblika” (13) jew fejn l-entitajiet pubbliċi jaġixxu “fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet pubbliċi” (14). Entità tista' titqies li taġixxi billi teżerċita setgħa pubblika fejn l-attività inkwistjoni tagħmel parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat jew hija marbuta ma' dawk il-funzjonijiet min-natura tagħha, l-għan tagħha u r-regoli li għalihom hija soġġetta (15). Ġeneralment, sakemm l-Istat taż-ŻEE kkonċernat ma jkunx iddeċieda li jintroduċi mekkaniżmi tas-suq, attivitajiet li intrinsikament jagħmlu parti mill-prerogattivi ta' awtorità uffiċjali u jitwettqu mill-Istat ma jikkostitwixxux attivitajiet ekonomiċi. Eżempji ta' tali attivitajiet huma dawn li ġejjin:

    (a)

    l-armata jew il-pulizija (16);

    (b)

    is-sikurezza u l-kontroll tan-navigazzjoni bl-ajru (17);

    (c)

    il-kontroll u s-sikurezza tat-traffiku marittimu (18);

    (d)

    is-sorveljanza kontra t-tniġġis (19);

    (e)

    l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-infurzar ta' sentenzi ta' ħabs (20);

    (f)

    l-iżvilupp u r-rivitalizzazzjoni ta' art pubblika minn awtoritajiet pubbliċi (21); u

    (g)

    il-ġbir ta' dejta li għandha tintuża għal skopijiet pubbliċi abbażi ta' obbligu statutorju impost fuq l-impriżi kkonċernati sabiex tiġi żvelata din id-dejta (22).

    18.

    Sakemm entità pubblika teżerċita attività ekonomika li tista' tiġi separata mill-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi dik l-entità taġixxi bħala impriża fir-rigward ta' dik l-attività. Għall-kuntrarju, jekk dik l-attività ekonomika ma tistax tiġi separata mill-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi, l-attivitajiet eżerċitati minn dik l-entità kollha kemm hi jibqgħu marbuta mal-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat pubbliċi u għalhekk jaqgħu barra mill-kunċett ta' impriża (23).

    2.3.   Sigurtà soċjali

    19.

    Jekk l-iskemi fil-qasam tas-sigurtà soċjali għandhomx jiġu kklassifikati bħala li jinvolvu attività ekonomika jiddependi fuq il-mod kif inhuma mwaqqfa u strutturati. Essenzjalment, il-ġurisprudenza tiddistingwi bejn skemi bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u skemi ekonomiċi.

    20.

    Skemi ta' sigurtà soċjali bbażati fuq is-solidarjetà li ma jinvolvux attività ekonomika ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

    (a)

    affiljazzjoni mal-iskema hija obbligatorja (24);

    (b)

    l-iskema ssegwi skop esklussivament soċjali (25);

    (c)

    l-iskema hija mingħajr skop ta' qligħ (26);

    (d)

    il-benefiċċji huma indipendenti mill-kontribuzzjonijiet magħmula (27);

    (e)

    il-benefiċċji mħallsa mhumiex neċessarjament proporzjonati mal-qligħ tal-persuna assigurata (28); u

    (f)

    l-iskema hija sorveljata mill-Istat (29).

    21.

    Għandha ssir distinzjoni bejn skemi bħal dawn ibbażati fuq is-solidarjetà u skemi li jinvolvu attività ekonomika (30). Ħafna drabi dawn tal-aħħar huma karatterizzati minn:

    (a)

    sħubija fakultattiva (31);

    (b)

    il-prinċipju ta' kapitalizzazzjoni (dipendenza fuq l-intitolamenti tal-kontribuzzjonijiet imħallsa u r-riżultati finanzjarji tal-iskema) (32);

    (c)

    in-natura tagħhom bħala attività bi skop ta' qligħ (33); u

    (d)

    l-għoti ta' intitolamenti li huma supplimentari għal dawk taħt skema bażika (34).

    22.

    Ċerti skemi jgħaqqdu flimkien il-karatteristiċi taż-żewġ kategoriji. F'dawn il-każijiet, il-klassifikazzjoni tal-iskema tiddependi fuq analiżi ta' elementi differenti u l-importanza rispettiva tagħhom (35).

    2.4.   Kura tas-saħħa

    23.

    Fiż-ŻEE, is-sistemi tal-kura tas-saħħa jvarjaw b'mod sinifikanti bejn l-Istati taż-ŻEE. Jekk u sa liema livell fornituri tal-kura tas-saħħa differenti jikkompetu ma' xulxin jiddependi fuq dawn l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

    24.

    F'xi Stati taż-ŻEE, l-isptarijiet pubbliċi huma parti integrali minn servizz nazzjonali tas-saħħa u huma kważi kompletament ibbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà (36). Sptarijiet bħal dawn huma ffinanzjati direttament minn kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u minn riżorsi oħra tal-Istat u jipprovdu s-servizzi tagħhom mingħajr ħlas abbażi ta' kopertura universali (37). Il-Qrati taż-ŻEE kkonfermaw li, fejn teżisti tali struttura, l-organizzazzjonijiet rilevanti ma jaġixxux bħala impriżi (38).

    25.

    Fejn teżisti dik l-istruttura, anki attivitajiet li fihom infushom jistgħu jkunu ta' natura ekonomika, iżda li jitwettqu biss bl-iskop li jfornu servizz ieħor mhux ekonomiku, mhumiex ta' natura ekonomika. Organizzazzjoni li tixtri merkanzija – anki fi kwantitajiet kbar – biex toffri servizz mhux ekonomiku ma taġixxix bħala impriża sempliċiment għaliex hija xerrej f'suq partikolari (39).

    26.

    F'ħafna Stati oħra taż-ŻEE, sptarijiet u fornituri oħra tal-kura tas-saħħa joffru s-servizzi tagħhom għal rimunerazzjoni, sew jew direttament mill-pazjenti jew mingħand l-assigurazzjoni tagħhom (40). F'sistemi bħal dawn, hemm ċertu livell ta' kompetizzjoni bejn l-isptarijiet fir-rigward tal-provvista ta' servizzi tal-kura tas-saħħa. Fejn dan huwa l-każ, il-fatt li servizz tas-saħħa jiġi pprovdut minn sptar pubbliku mhuwiex suffiċjenti biex l-attività tiġi kklassifikata bħala mhux ekonomika.

    27.

    Il-Qrati taż-ŻEE ċċaraw ukoll li s-servizzi tal-kura tas-saħħa li tobba indipendenti u prattikanti privati oħra jipprovdu għal remunerazzjoni għar-riskju proprju tagħhom għandhom jitqiesu bħala attività ekonomika (41). L-istess prinċipji japplikaw għall-ispiżeriji.

    2.5.   L-edukazzjoni u l-attivitajiet ta' riċerka

    28.

    L-edukazzjoni pubblika organizzata fi ħdan is-sistema edukattiva nazzjonali ffinanzjata u ssorveljata mill-Istat tista' titqies bħala attività mhux ekonomika. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-Istat: “billi jistabbilixxi u billi jżomm sistema ta' edukazzjoni pubblika bħal din, iffinanzjata kompletament jew prinċipalment mill-baġit pubbliku u mhux mill-istudenti jew mill-ġenituri tagħhom […], l-intenzjoni tal-Istat ma tkunx li jeżerċita attivitajiet bi ħlas iżda li jissodisfa l-missjoni tiegħu fl-oqsma soċjali, kulturali u edukattivi fil-konfront taċ-ċittadini tiegħu” (42).

    29.

    In-natura mhux ekonomika tal-edukazzjoni pubblika fil-prinċipju mhijiex affettwata mill-fatt li l-istudenti jew il-ġenituri tagħhom kultant ikollhom iħallsu l-miżati tal-iskola jew ta' reġistrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tas-sistema. Ħafna drabi kontribuzzjonijiet finanzjarji bħal dawn ikopru biss parti mill-kostijiet reali tas-servizz u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala remunerazzjoni għas-servizz ipprovdut. Għaldaqstant ma jbiddlux in-natura mhux ekonomika ta' servizz tal-edukazzjoni ġenerali predominantement iffinanzjat mill-fondi pubbliċi (43). Dawn il-prinċipji jistgħu jkopru s-servizzi edukattivi pubbliċi bħal taħriġ vokazzjonali (44), skejjel primarji privati u pubbliċi (45) u kindergartens (46), attivitajiet ta' tagħlim sekondarju fl-universitajiet (47) u l-għoti tal-edukazzjoni fl-universitajiet (48).

    30.

    Għandha ssir distinzjoni bejn dawn is-servizzi edukattivi pubbliċi u s-servizzi predominantement iffinanzjati mill-ġenituri jew mill-istudenti jew minn dħul kummerċjali. Pereżempju, huwa ċar li edukazzjoni ogħla ffinanzjata kompletament mill-istudenti taqa' taħt l-aħħar kategorija. F'ċerti Stati taż-ŻEE l-entitajiet pubbliċi jistgħu joffru wkoll servizzi edukattivi li, minħabba n-natura tagħhom, l-istruttura ta' finanzjament u l-eżistenza ta' organizzazzjonijiet privati li jikkompetu magħhom, għandhom jitqiesu bħala ekonomiċi.

    31.

    Fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 28, 29 u 30, l-Awtorità tqis li ċerti attivitajiet ta' universitajiet u ta' organizzazzjonijiet tar-riċerka jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan jikkonċerna l-attivitajiet primarji tagħhom, jiġifieri:

    (a)

    edukazzjoni għal riżorsi umani b'aktar ħiliet u b'ħiliet aħjar;

    (b)

    it-twettiq ta' riċerka u żvilupp indipendenti għal aktar għarfien u fehim aħjar, inkluż riċerka kollaborattiva u żvilupp kollaborattivi;

    (c)

    it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka.

    32.

    L-Awtorità tqis li l-attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien (liċenzjar, ħolqien ta' spin-off jew forom oħrajn ta' ġestjoni tal-għarfien maħluqa mill-organizzazzjoni jew mill-infrastruttura tar-riċerka) mhumiex ekonomiċi meta jsiru jew mill-organizzazzjoni ta' riċerka jew mill-infrastruttura ta' riċerka (inklużi d-dipartimenti jew is-sussidjarji tagħhom) jew flimkien ma' entitajiet oħra, jew f'isimhom, u jekk id-dħul kollu minn dawk l-attivitajiet jerġa' jiġi investit fl-attivitajiet ewlenin tal-organizzazzjonijiet jew tal-infrastrutturi ta' riċerka konċernati (49).

    2.6.   Il-konservazzjoni tal-kultura u tal-patrimonju, fosthom il-konservazzjoni tan-natura

    33.

    Il-kultura hija veikolu ta' identitajiet, valuri u tifsiriet li jirriflettu u jifformaw is-soċjetajiet taż-ŻEE. Il-qasam tal-konservazzjoni tal-kultura u tal-patrimonju jkopri firxa wiesgħa ta' għanijiet u attivitajiet, fost l-oħrajn, mużewijiet, arkivji, libreriji, ċentri jew spazji artistiċi u kulturali, teatri, teatri tal-opra, swali tal-kunċerti, siti arkeoloġiċi, monumenti, siti u bini storiku, id-drawwiet tradizzjonali u l-artiġjanat, festivals u wirjiet, kif ukoll attivitajiet kulturali u artistiċi edukattivi. Il-patrimonju naturali rikk tal-Ewropa, inkluż il-konservazzjoni tal-bijodiversità, tal-ħabitats u tal-ispeċijiet jipprovdu wkoll benefiċċji importanti għas-soċjetajiet fiż-ŻEE.

    34.

    Filwaqt li titqies in-natura partikulari tagħhom, ċerti attivitajiet relatati mal-konservazzjoni tal-kultura, tal-patrimonju u tan-natura jistgħu jiġu organizzati b'mod mhux kummerċjali u b'hekk ikunu ta' natura mhux ekonomika. Il-finanzjament pubbliku tagħhom jista' għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-Awtorità tqis li l-finanzjament pubbliku ta' attività ta' konservazzjoni kulturali jew tal-patrimonju aċċessibbli mingħajr ħlas għall-pubbliku ġenerali jissodisfa għan purament soċjali u kulturali li huwa ta' natura mhux ekonomika. Bl-istess mod, il-fatt li l-viżitaturi ta' istituzzjoni kulturali jew parteċipanti f'attività ta' konservazzjoni kulturali jew tal-patrimonju inkluża l-konservazzjoni tan-natura miftuħa għall-pubbliku ġenerali jeħtieġ li jħallsu kontribuzzjoni monetarja li tkopri biss parti mill-kostijiet reali ma jbiddilx in-natura mhux ekonomika ta' dik l-attività, peress li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala remunerazzjoni ġenwina għas-servizz ipprovdut.

    35.

    Għall-kuntrarju, attivitajiet ta' konservazzjoni kulturali jew tal-patrimonju (inkluża l-konservazzjoni tan-natura) li fil-biċċa l-kbira jkunu ffinanzjati minn tariffi għall-viżitaturi jew ta' użu jew b'mezzi kummerċjali oħra (pereżempju, wirjiet kummerċjali, ċinemas, preżentazzjonijiet ta' mużika kummerċjali u festivals u skejjel tal-arti fil-biċċa l-kbira ffinanzjati minn miżati għat-tagħlim) għandhom jiġu kkwalifikati bħala ta' natura ekonomika. Bl-istess mod, il-konservazzjoni tal-patrimonju jew attivitajiet kulturali li minnhom jibbenefikaw biss ċerti intrapriżi aktar milli l-pubbliku ġenerali (pereżempju, ir-restawr ta' bini storiku użat minn kumpanija privata) għandha normalment tiġi kwalifikata bħala ta' natura ekonomika.

    36.

    Barra minn hekk, ħafna attivitajiet ta' konservazzjoni kulturali u tal-patrimonju huma oġġettivament mhux sostitwibbli (pereżempju, iż-żamma ta' arkivji pubbliċi li jkollhom dokumenti uniċi) u għalhekk jeskludu l-eżistenza ta' suq ġenwin. Fil-fehma tal-Awtorità, tali attivitajiet jikkwalifikaw ukoll bħala ta' natura mhux ekonomika.

    37.

    F'każijiet fejn entità twettaq attivitajiet ta' konservazzjoni kulturali jew tal-patrimonju, li wħud minnhom huma attivitajiet ta' natura mhux ekonomika kif stabbilit fil-paragrafi 34 u 36 u wħud minnhom huma attivitajiet ekonomiċi, il-finanzjament pubbliku li tirċievi jaqa' taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biss sa fejn dan ikopri l-kostijiet marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi (50).

    3.   ORIĠINI STATALI

    38.

    L-għoti ta' vantaġġ direttament jew indirettament permezz ta' riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà ta' tali miżura lill-Istat huma żewġ kundizzjonijiet separati u kumulattivi għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat (51). Madankollu, ħafna drabi dawn jiġu kkunsidrati flimkien meta tiġi vvalutata miżura skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, minħabba li t-tnejn huma relatati mal-oriġini pubblika tal-miżura inkwistjoni.

    3.1.   Imputabbiltà

    39.

    F'każijiet fejn awtorità pubblika tagħti vantaġġ lil benefiċjarju, il-miżura hija minnha nnifisha imputabbli lill-Istat, anki jekk l-awtorità inkwistjoni jkollha awtonomija legali minn awtoritajiet pubbliċi oħra. L-istess japplika jekk awtorità pubblika taħtar korp privat jew pubbliku biex jamministra miżura li tagħti vantaġġ. Fil-fatt, il-liġi taż-ŻEE ma tistax tippermetti li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu evitati permezz tal-ħolqien ta' istituzzjonijiet awtonomi inkarigati mill-allokazzjoni ta' għajnuna (52).

    40.

    L-imputabbiltà hija anqas evidenti, madankollu, jekk il-vantaġġ jingħata permezz ta' impriżi pubbliċi (53). F'każijiet bħal dawn, huwa meħtieġ li jiġi determinat jekk l-awtoritajiet pubbliċi jistgħux jitqiesu li kienu involuti, b'xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni tal-miżura (54).

    41.

    Is-sempliċi fatt li miżura tittieħed minn impriża pubblika minnu nnifsu mhuwiex suffiċjenti biex titqies bħala imputabbli lill-Istat (55). Madankollu, ma jeħtieġx li jintwera li, f'każ partikolari, l-awtoritajiet pubbliċi speċifikament inċitaw l-impriża pubblika biex tieħu l-miżura inkwistjoni (56). Fil-fatt, minħabba li r-relazzjonijiet bejn l-Istat u l-impriżi pubbliċi huma neċessarjament mill-qrib, hemm riskju reali li l-għajnuna mill-Istat tista' tingħata permezz tal-intermedjarju ta' dawk l-impriżi b'mod mhux trasparenti u bi ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti bil-Ftehim ŻEE (57). Barra minn hekk, preċiżament minħabba r-relazzjonijiet privileġġati li jeżistu bejn l-Istat u impriżi pubbliċi, bħala regola ġenerali, ser ikun diffiċli ħafna għal parti terza biex turi li f'każ partikolari l-miżuri meħuda minn din l-impriża kienu fil-fatt adottati fuq l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi (58).

    42.

    Għal dawn ir-raġunijiet, l-imputabbiltà lill-Istat ta' miżura li tittieħed minn impriża pubblika tista' tiġi dedotta minn għadd ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih tkun ittieħdet il-miżura (59).

    3.1.1.   Indikaturi għall-imputabbiltà

    43.

    Indikaturi possibbli biex jiġi stabbilit jekk miżura hijiex imputabbli jinkludu dawn li ġejjin (60):

    (a)

    il-fatt li l-korp inkwistjoni ma setax jieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma jqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi;

    (b)

    il-preżenza ta' fatturi ta' natura organika li jorbtu l-impriża pubblika mal-Istat;

    (c)

    il-fatt li l-impriża li permezz tagħha kienet ingħatat l-għajnuna kellha tqis direttivi maħruġa minn korpi governattivi (61);

    (d)

    l-integrazzjoni tal-impriża pubblika fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika;

    (e)

    in-natura tal-attivitajiet tal-impriża pubblika (62) u l-eżerċizzju tagħhom fis-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati;

    (f)

    l-istatus ġuridiku tal-impriża (jekk hijiex soġġetta għad-dritt pubbliku jew għad-dritt soċjetarju), għalkemm is-sempliċi fatt li impriża pubblika tkun ġiet kostitwita fil-forma ta' kumpanija kapitali taħt il-liġi ordinarja ma jistax jiġi kkunsidrat bħala raġuni biżżejjed biex tiġi eskluża l-imputabbiltà (63), meta tiġi kkunsidrata l-awtonomija li din il-forma ġuridika tagħtiha;

    (g)

    il-livell ta' superviżjoni li l-awtoritajiet pubbliċi jeżerċitaw fuq il-ġestjoni tal-impriża;

    (h)

    kull indikatur ieħor li juri l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni jew in-nuqqas ta' probabbiltà li ma jkunux involuti, b'kunsiderazzjoni għall-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li tinkludi.

    3.1.2.   Imputabbiltà u obbligi skont il-Liġi taż-ŻEE

    44.

    Miżura mhijiex imputabbli lil Stat taż-ŻEE jekk l-Istat taż-ŻEE jkollu l-obbligu li jimplimentaha skont il-liġi taż-ŻEE mingħajr ebda diskrezzjoni. F'dak il-każ, il-miżura toriġina minn obbligu skont il-liġi taż-ŻEE u mhijiex imputabbli lill-Istat taż-ŻEE (64).

    45.

    Madanakollu dan mhuwiex il-każ f'sitwazzjonijiet fejn il-liġi taż-ŻEE sempliċiment tippermetti ċerti miżuri nazzjonali u l-Istat taż-ŻEE jgawdi diskrezzjoni (i) rigward jekk jadottax il-miżura inkwistjoni jew (ii) fit-twaqqif tal-karatteristiċi tal-miżura konkreta li huma rilevanti minn perspettiva ta' għajnuna mill-Istat (65).

    46.

    Miżuri li jiġu adottati b'mod konġunt minn diversi Stati taż-ŻEE huma imputabbli lill-Istati taż-ŻEE kollha kkonċernati skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (66).

    3.2.   Riżorsi tal-Istat

    3.2.1.   Prinċipji ġenerali

    47.

    Huma biss vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament permezz ta' riżorsi tal-Istat li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (67).

    48.

    Riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku (68), inklużi r-riżorsi ta' entitajiet intrastatali (deċentralizzati, federali, reġjonali jew oħrajn) (69) u, taħt ċerti ċirkostanzi, ir-riżorsi ta' korpi privati (ara l-paragrafi 57 u 58). Huwa irrelevanti jekk istituzzjoni fis-settur pubbliku hijiex awtonoma jew le (70). Il-fondi pprovduti mill-bank ċentrali ta' Stat taż-ŻEE lil istituzzjonijiet ta' kreditu speċifiċi ġeneralment jimplikaw it-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat (71).

    49.

    Ir-riżorsi ta' impriżi pubbliċi jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE minħabba li l-Istat huwa kapaċi jidderieġi l-użu ta' dawn ir-riżorsi (72). Għall-finijiet tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, trasferimenti fi grupp pubbliku jistgħu jikkostitwixxu wkoll għajnuna mill-Istat jekk, pereżempju, ir-riżorsi jiġu trasferiti mill-kumpanija prinċipali lis-sussidjarja tagħha (anki jekk minn perspettiva ekonomika dawn jikkostitwixxu impriża waħda) (73). Il-kwistjoni ta' jekk it-trasferiment ta' riżorsi bħal dawn huwiex imputabbli lill-Istat hija indirizzata fit-taqsima 3.1. Il-fatt li impriża pubblika hija l-benefiċjarju ta' miżura ta' għajnuna ma jfissirx li ma tistax tagħti għajnuna lil benefiċjarju ieħor permezz ta' miżura differenti ta' għajnuna (74).

    50.

    Il-fatt li miżura li tagħti vantaġġ mhijiex iffinanzjata direttament mill-Istat, iżda minn korp pubbliku jew privat maħtur jew stabbilit mill-Istat sabiex jamministra l-għajnuna, ma jfissirx neċessarjament li l-miżura mhijiex iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat (75). Miżura adottata minn awtorità pubblika u li tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew prodotti ma titlifx il-karatteristika ta' vantaġġ gratwit minħabba l-fatt li hija kompletament jew parzjalment iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet imposti mill-awtorità pubblika u imposti fuq l-impriżi kkonċernati (76).

    51.

    It-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat jista' jieħu diversi forom, bħal għotjiet diretti, self, garanziji, investiment dirett fil-kapital ta' kumpaniji u benefiċċji in natura. Impenn sod u konkret biex ir-riżorsi tal-Istat isiru disponibbli aktar 'il quddiem jiġi kkunsidrat ukoll bħala trasferiment ta' riżorsi tal-Istat. Ma hemmx bżonn li jsir trasferiment pożittiv ta' fondi. rinunzja għal dħul mill-Istat hija suffiċjenti. Rinunzja għal dħul li kieku kien jitħallas lill-Istat tikkostitwixxi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat (77). Pereżempju, “nuqqas” fid-dħul mit-taxxi u mis-sigurtà soċjali minħabba eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi jew fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mogħtija mill-Istat taż-ŻEE, jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu multi jew penali pekunarji oħrajn, jissodisfa r-rekwiżit ta' riżorsi tal-Istat tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (78). Il-ħolqien ta' riskju konkret ta' impożizzjoni ta' piż addizzjonali fuq l-Istat fil-futur, permezz ta' garanzija jew b'offerta kuntrattwali, huwa suffiċjenti għall-finijiet tal-Artikolu 61(1) (79).

    52.

    Jekk l-awtoritajiet pubbliċi jew l-impriżi pubbliċi jipprovdu oġġetti jew servizzi bi prezz orħos mir-rati tas-suq, jew jinvestu f'impriża b'mod li mhuwiex konsistenti mat-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq, kif deskritt mill-paragrafu 73 'il quddiem, dan jimplika rinunzja tar-riżorsi tal-Istat (kif ukoll l-għoti ta' vantaġġ).

    53.

    L-għoti ta' aċċess għal dominju pubbliku jew għal riżorsi naturali jew l-għoti ta' drittijiet speċjali jew esklussivi (80) mingħajr remunerazzjoni adegwata skont ir-rati tas-suq, jistgħu jikkostitwixxu rinunzja għad-dħul tal-Istat (kif ukoll l-għoti ta' vantaġġ) (81).

    54.

    F'dawn il-każijiet irid jiġi stabbilit jekk l-Istat, minbarra r-rwol tiegħu ta' maniġer tal-assi pubbliċi inkwistjoni, jaġixxix bħala regolatur li jsegwi objettivi ta' politika billi jagħmel il-proċess tal-għażla tal-impriżi kkonċernati soġġetti għal kriterji kwalitattivi (stabbiliti ex ante b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju) (82). Meta l-Istat jaġixxi bħala regolatur, jista' jiddeċiedi b'mod leġittimu li ma jimmassimizzax id-dħul li kieku seta' nkiseb mingħajr ma jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, sakemm l-operaturi kollha kkonċernati jkunu ttrattati f'konformità mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, u sakemm hemm rabta inerenti bejn il-kisba tal-iskop regolatorju u r-rinunzja għad-dħul (83).

    55.

    Fi kwalunkwe każ, trasferiment ta' riżorsi tal-Istat ikun preżenti jekk, f'każ partikolari, l-awtoritajiet pubbliċi ma jitolbux ħlas tal-ammont normali skont is-sistema ġenerali tagħhom għall-aċċess għad-dominju pubbliku jew għar-riżorsi naturali, jew għall-għoti ta' ċerti drittijiet speċjali jew esklussivi.

    56.

    Effett negattiv indirett fuq id-dħul tal-Istat li joriġina minn miżuri regolatorji ma jikkostitwixxix trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, fejn dan ikun karatteristika inerenti tal-miżura (84). Pereżempju, deroga minn dispożizzjonijiet tal-liġi tal-impjiegi li tbiddel il-qafas għal relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-impriżi u l-impjegati ma tikkostitwixxix trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, minkejja l-fatt li tista' tnaqqas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew it-taxxi pagabbli lill-Istat (85). Bl-istess mod, regolament nazzjonali li jistabbilixxi prezz minimu għal ċerti prodotti ma jinvolvix it-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat (86).

    3.2.2.   L-influwenza ta' kontroll fuq ir-riżorsi

    57.

    L-oriġini tar-riżorsi mhuwiex rilevanti sakemm, qabel ma jiġu trasferiti direttament jew indirettament lill-benefiċjarji, jiġu taħt kontroll pubbliku u għalhekk ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali (87), anki jekk ir-riżorsi ma jsirux proprjetà tal-awtorità pubblika (88).

    58.

    B'hekk, is-sussidji ffinanzjati permezz ta' imposti parafiskali jew kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mill-Istat u ġestiti u mqassma skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli pubbliċi jimplikaw trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, anki jekk ma jiġux amministrati mill-awtoritajiet pubbliċi (89). Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li s-sussidji huma ffinanzjati parzjalment minn kontribuzzjonijiet privati volontarji mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta' riżorsi tal-Istat, peress li l-fattur rilevanti mhuwiex l-oriġini tar-riżorsi iżda l-livell tal-intervent tal-awtorità pubblika skont id-definizzjoni tal-miżura u l-metodu ta' finanzjament tagħha (90). It-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat jista' jiġi eskluż biss f'ċirkostanzi speċifiċi ħafna, b'mod partikolari jekk ir-riżorsi mill-membri ta' assoċjazzjoni kummerċjali jkunu allokati għall-finanzjament ta' skop speċifiku fl-interess tal-membri, jiġu deċiżi minn organizzazzjoni privata u jkollhom skop purament kummerċjali, u jekk l-Istat taż-ŻEE sempliċiment qiegħed jaġixxi bħala mezz sabiex jobbliga l-kontribuzzjoni introdotta mill-organizzazzjoni tal-kummerċ (91).

    59.

    Trasferiment ta' riżorsi tal-Istat huwa preżenti wkoll jekk ir-riżorsi huma għad-dispożizzjoni konġunta ta' diversi Stati taż-ŻEE li jiddeċiedu b'mod konġunt dwar l-użu ta' dawk ir-riżorsi (92). Dan ikun il-każ, pereżempju, għal fondi mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES).

    60.

    Riżorsi li jkunu ġejjin miż-ŻEE (pereżempju minn fondi strutturali jew għotjiet miż-ŻEE/Norveġja), mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew mill-Fond Ewropew tal-Investiment, jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bħall-Fond Monetarju Internazzjonali jew mill-Bank Ewropew għar-Rikostituzzjoni u l-Iżvilupp, huma meqjusin bħala riżorsi tal-Istat jekk l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom diskrezzjoni dwar l-użu ta' dawn ir-riżorsi (b'mod partikolari l-għażla ta' benefiċjarji) (93). B'kuntrast, jekk tali riżorsi jingħataw direttament mill-Unjoni Ewropea, mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew mill-Fond Ewropew tal-Investiment, mingħajr ebda diskrezzjoni min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, ma jikkostitwixxux riżorsi tal-Istat (pereżempju finanzjament mogħti f'ġestjoni diretta taħt il-programm qafas Orizzont 2020, il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (COSME) jew il-fondi tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T).

    3.2.3.   L-involviment tal-Istat fid-distribuzzjoni mill-ġdid bejn entitajiet privati

    61.

    Regolamentazzjoni li twassal għar-ridistribuzzjoni finanzjarja minn entità privata waħda għal oħra mingħajr aktar involviment tal-Istat, fil-prinċipju, ma tinvolvix trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, jekk il-flus jgħaddu direttament minn entità privata waħda għal oħra, mingħajr ma jgħaddu minn korp pubbliku jew privat magħżul mill-Istat biex jamministra t-trasferiment (94).

    62.

    Pereżempju, obbligu impost minn Stat taż-ŻEE fuq fornituri privati tal-elettriku biex jixtru elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli bi prezzijiet minimi fissi ma jinvolvix it-trasferiment dirett jew indirett ta' riżorsi tal-Istat lil impriżi li jipproduċu dak it-tip ta' elettriku (95). F'dan il-każ, l-impriżi kkonċernati (jiġifieri l-fornituri privati tal-elettriku) ma jkunux inħatru mill-Istat biex jamministraw skema ta' għajnuna, iżda huma marbuta biss bl-obbligu li jixtru tip speċifiku ta' elettriku bir-riżorsi finanzjarji proprji.

    63.

    Madankollu, trasferiment ta' riżorsi tal-Istat huwa preżenti fejn l-imposti mħallsa minn persuni privati jgħaddu minn entità pubblika jew privata maħtura biex tgħaddihom lill-benefiċjarji.

    64.

    Pereżempju, dan huwa l-każ anki meta entità privata tkun maħtura bil-liġi biex tiġbor dawn l-imposti f'isem l-Istat u biex tgħaddihom lill-benefiċjarji, iżda ma jkollhiex permess tuża d-dħul mill-imposti għal skopijiet oħra għajr dawk previsti mil-liġi. F'dan il-każ, l-ammonti inkwistjoni jibqgħu taħt il-kontroll pubbliku u għalhekk huma disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, li hija raġuni biżżejjed biex dawn jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat (96). Minħabba li dan il-prinċipju japplika kemm għal korpi pubbliċi kif ukoll għal entitajiet privati maħtura biex jiġbru l-imposti u jipproċessaw il-pagamenti, it-tibdil fl-istatus tal-intermedjarju minn entità pubblika għal waħda privata ma għandu l-ebda rilevanza għall-kriterju ta' riżorsi tal-Istat jekk l-Istat ikompli jimmonitorja b'mod strett dik l-entità (97).

    65.

    Barra minn hekk, mekkaniżmu għat-tpaċija kompleta tal-kostijiet addizzjonali imposti fuq impriżi minħabba obbligu ta' xiri ta' prodott mingħand ċerti fornituri bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq li huwa ffinanzjat mill-konsumaturi finali kollha ta' dan il-prodott jikkostitwixxi wkoll intervent permezz ta' riżorsi tal-Istat, anki meta dan il-mekkaniżmu jkun parzjalment ibbażat fuq trasferiment dirett ta' riżorsi bejn entitajiet privati (98).

    4.   VANTAĠĠ

    4.1.   Il-kunċett ta' vantaġġ inġenerali

    66.

    Vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, huwa kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (99).It-Taqsima 4.2 ta' dawn il-Linji Gwida tipprovdi gwida dettaljata dwar il-kwistjoni ta' jekk benefiċċju jistax jitqies bħala li nkiseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

    67.

    L-effett tal-miżura fuq l-impriża biss huwa rilevanti, u mhux il-kawża jew l-objettiv tal-intervent mill-Istat (100). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża titjieb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat (101) fuq termini li jkunu differenti mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, ikun hemm vantaġġ. Biex dan jiġi vvalutat, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża wara l-miżura għandha tiġi mqabbla mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kieku l-miżura ma tkunx ittieħdet (102). Minħabba li l-effett tal-miżura fuq l-impriża biss huwa importanti, huwa irrelevanti jekk il-vantaġġ huwiex obbligatorju għall-impriża fis-sens li ma setgħetx tevitah jew tirrifjutah (103).

    68.

    Il-forma preċiża tal-miżura hija irrelevanti wkoll biex jiġi stabbilit jekk tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-impriża (104). Mhux l-għoti ta' vantaġġi ekonomiċi pożittivi biss huwa rilevanti għall-kunċett ta' għajnuna mill-Istat, iżda anke l-ħelsien minn piżijiet ekonomiċi (105) jista' jikkostitwixxi vantaġġ. Din tal-aħħar hija kategorija wiesgħa li tinkludi kull mitigazzjoni ta' imposti normalment inklużi fil-baġit ta' impriża (106). Dan ikopri s-sitwazzjonijiet kollha li fihom l-operaturi ekonomiċi jinħelsu mill-kostijiet inerenti tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (107). Pereżempju, jekk Stat taż-ŻEE jħallas parti mill-kostijiet tal-impjegati ta' impriża speċifika, jeħles lil dik l-impriża mill-kostijiet li huma inerenti fl-attivitajiet ekonomiċi tagħha. Vantaġġ jeżisti wkoll meta l-awtoritajiet pubbliċi jħallsu suppliment fis-salarju lill-ħaddiema ta' impriża speċifika, anki jekk l-impriża ma kellha ebda obbligu legali li tħallas tali suppliment (108). Ikopri wkoll sitwazzjonijiet fejn ċerti operaturi ma jkollhomx iġarrbu l-ispejjeż li operaturi oħra komparabbli normalment iġarrbu taħt ordni ġuridika partikolari, irrispettivament min-natura mhux ekonomika tal-attività li magħhom huma marbuta l-ispejjeż (109).

    69.

    Kostijiet li jirriżultaw minn obbligi regolatorji imposti mill-Istat jistgħu fil-prinċipju jitqiesu bħala li jirrigwardaw il-kostijiet inerenti tal-attività ekonomika, u b'hekk kull kumpens għal dawn il-kostijiet jagħti vantaġġ lill-impriża (111). Dan ifisser li l-eżistenza ta' vantaġġ fil-prinċipju mhijiex eskluża mill-fatt li l-benefiċċju ma jmurx lil hinn mill-kumpens għal kost li joriġina mill-impożizzjoni ta' obbligu regolatorju. L-istess japplika għall-eżenzjoni ta' kostijiet li kieku l-impriża ma kinitx iġġarrab li kieku ma kien hemm l-ebda inċentiv li joriġina mill-miżura tal-Istat minħabba li mingħajr dan l-inċentiv kienet tistruttura l-attivitajiet tagħha b'mod differenti (112). L-eżistenza ta' vantaġġ mhijiex eskluża wkoll jekk miżura tikkumpensa imposti ta' natura differenti li mhumiex marbutin ma' dik il-miżura (113).

    70.

    Fir-rigward ta' kumpens għall-kostijiet imġarrba biex jiġi pprovdut servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, fis-Sentenza Altmark il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li l-għoti ta' vantaġġ jista' jiġi eskluż jekk jiġu sodisfatti erba' kundizzjonijiet kumulattivi (114). L-ewwel nett, l-impriża riċevitriċi trid tkun ġiet effettivament inkarigata b'obbligi ta' servizz pubbliku xi twettaq, u dawn l-obbligi għandhom ikunu definiti b'mod ċar. It-tieni nett, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti. It-tielet nett, il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet kollha jew parti minnhom imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli. Ir-raba' nett, meta l-impriża li tkun ser twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku ma tkunx intgħażlet wara proċedura ta' akkwist pubbliku biex jintagħżel offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawn is-servizzi li jiswew l-inqas lill-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-kostijiet li kieku kienet iġġarrab impriża tipika, li tkun immexxija tajjeb u li jkollha biżżejjed mezzi sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa ta' servizz pubbliku, fit-twettiq ta' dawn l-obbligi, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi. L-Awtorità elaborat aktar dwar il-fehim tagħha ta' dawn il-kundizzjonijiet fil-Linji Gwida tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal kumpens mogħti għall-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (115).

    71.

    L-eżistenza ta' vantaġġ hija eskluża fil-każ ta' rimborż ta' taxxi imposti b'mod illegali (116), obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali biex jikkumpensaw għall-ħsara li jkunu kkawżaw lil ċerti impriżi (117) jew il-ħlas ta' kumpens għal esproprjazzjoni (118).

    72.

    L-eżistenza ta' vantaġġ mhijiex eliminata minħabba s-sempliċi fatt li l-impriżi li jikkompetu fi Stati oħra taż-ŻEE huma f'pożizzjoni aktar favorevoli (119), għaliex il-kunċett ta' vantaġġ huwa bbażat fuq analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża fil-kuntest ġuridiku u fattwali proprju bil-miżura partikolari u mingħajrha.

    4.2.   It-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq (OES)

    4.2.1.   Introduzzjoni

    73.

    L-ordni ġuridika taż-ŻEE hija newtrali f'dak li jirrigwarda s-sistema ta' sjieda ta' proprjetà (120) u bl-ebda mod ma tippreġudika d-dritt tal-Istati taż-ŻEE biex jaġixxu bħala operaturi ekonomiċi. Madankollu, meta l-awtoritajiet pubbliċi direttament jew indirettament iwettqu tranżazzjonijiet ekonomiċi fi kwalunkwe forma (121), huma soġġetti għar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat.

    74.

    Tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn korpi pubbliċi (inklużi impriżi pubbliċi) ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti tagħhom, u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna, jekk jitwettqu skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq (122). Dan il-prinċipju ġie żviluppat fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ekonomiċi differenti. Il-qrati taż-ŻEE żviluppaw il-“prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq” biex tiġi identifikata l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat f'każijiet ta' investiment pubbliku (b'mod partikolari, injezzjonijiet ta' kapital): biex jiġi determinat jekk l-investiment ta' korp pubbliku jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk, f'ċirkostanzi simili, investitur privat ta' daqs komparabbli li jopera f'kundizzjonijiet normali ta' ekonomija tas-suq kienx jitħajjar jagħmel l-investiment inkwistjoni (123). Bl-istess mod, il-qrati taż-ŻEE żviluppaw it-“test tal-kreditur privat” biex jiġi eżaminat jekk negozjar mill-ġdid tad-dejn minn kredituri pubbliċi jinvolvix għajnuna mill-Istat, billi titqabbel l-imġiba ta' kreditur pubbliku ma' dik ta' kredituri privati ipotetiċi li jsibu lilhom infushom f'sitwazzjoni simili (124). Fl-aħħar nett, il-Qrati taż-ŻEE żviluppaw it-“test tal-bejjiegħ privat” biex jiġi vvalutat jekk il-bejgħ imwettaq minn korp pubbliku jinvolvix għajnuna mill-Istat, billi jiġi kkunsidrat jekk bejjiegħ privat, taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, setax jikseb l-istess prezz jew wieħed aħjar (125).

    75.

    Dawk it-testijiet huma varjazzjonijiet tal-istess kunċett bażiku li l-imġiba ta' korpi pubbliċi għandha titqabbel ma' dik ta' operaturi ekonomiċi privati simili taħt kundizzjonijiet normali tas-suq biex jiġi determinat jekk it-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn dawn il-korpi jagħtux vantaġġ lill-kontropartijiet tagħhom. Għalhekk, f'dawn il-Linji Gwida, l-Awtorità ser tirreferi, f'termini ġenerali, għat-test tal-“operatur f'ekonomija tas-suq” (OES) bħala l-metodu rilevanti sabiex jiġi vvalutat jekk firxa ta' tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn korpi pubbliċi sseħħx taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u, għalhekk, jekk dawn jinvolvux l-għoti ta' vantaġġ (li kieku ma kienx iseħħ f'kundizzjonijiet normali tas-suq) lill-kontropartijiet tagħhom. Il-prinċipji ġenerali u l-kriterji rilevanti għall-applikazzjoni tat-test tal-OES huma stabbiliti fit-Taqsimiet 4.2.2. u 4.2.3.

    4.2.2.   Prinċipji ġenerali

    76.

    L-iskop tat-test tal-OES huwa li jiġi vvalutat jekk l-Istat ikunx ta vantaġġ lil impriża billi ma jkunx aġixxa bħala operatur f'ekonomija tas-suq fir-rigward ta' tranżazzjoni partikolari. F'dan ir-rigward, mhuwiex rilevanti jekk l-intervent jikkostitwixxix mezz razzjonali għall-korpi pubbliċi biex isegwu kunsiderazzjonijiet ta' politika pubblika (pereżempju impjiegi). Bl-istess mod, fiha nnifisha l-profitabbiltà jew in-nuqqas ta' profitabbiltà tal-benefiċjarju mhijiex indikatur deċiżiv biex jiġi stabbilit jekk it-tranżazzjoni ekonomika inkwistjoni hijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. L-element deċiżiv huwa jekk il-korpi pubbliċi aġixxewx kif kien jagħmel operatur fl-ekonomija tas-suq f'sitwazzjoni simili. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-impriża benefiċjarja tkun irċeviet vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (126), li jqiegħdha f'pożizzjoni aktar favorevoli minn dik tal-kompetituri tagħha (127).

    77.

    Għall-fini tat-test tal-OES, għandhom jitqiesu biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mar-rwol tal-Istat bħala operatur ekonomiku – bl-esklużjoni ta' dawk marbuta mar-rwol tiegħu bħala awtorità pubblika (128). Fil-fatt, it-test tal-OES mhuwiex normalment applikabbli jekk l-Istat jaġixxi bħala awtorità pubblika u mhux bħala operatur ekonomiku. Pereżempju, jekk intervent mill-Istat ikun ir-riżultat ta' raġunijiet ta' politika pubblika (pereżempju, għal raġunijiet ta' żvilupp soċjali jew reġjonali), l-aġir tal-Istat, filwaqt li jkun razzjonali minn perspettiva ta' politika pubblika, jista' fl-istess ħin jinkludi kunsiderazzjonijiet li operatur f'ekonomija tas-suq normalment ma jikkunsidrax. Għaldaqstant, it-test tal-OES għandu jiġi applikat billi jitwarrbu l-kunsiderazzjonijiet kollha li jirrigwardaw esklussivament ir-rwol ta' Stat taż-ŻEE bħala awtorità pubblika (pereżempju kunsiderazzjonijiet ta' politika soċjali, reġjonali jew settorjali) (129).

    78.

    Jekk intervent mill-Istat huwiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq irid jiġi eżaminat fuq bażi ex-ante, wara li titqies l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien li ġie deċiż l-intervent (130). Fil-fatt, kull operatur prudenti f'ekonomija tas-suq normalment iwettaq il-valutazzjoni ex-ante proprja tal-istrateġija u tal-prospetti finanzjarji ta' proġett (131), pereżempju, permezz ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju. Mhuwiex biżżejjed li wieħed jiddependi fuq valutazzjonijiet ekonomiċi ex-post li jinvolvu riżultat retrospettiv li l-investiment magħmul mill-Istat taż-ŻEE kkonċernat kien fil-fatt profitabbli (132).

    79.

    Jekk Stat taż-ŻEE jargumenta li jkun aġixxa bħala operatur f'ekonomija tas-suq, fejn ikun hemm dubju, għandu jipprovdi evidenza li turi li d-deċiżjoni li jwettaq it-tranżazzjoni kienet ittieħdet abbażi ta' valutazzjonijiet ekonomiċi komparabbli ma' dawk li, f'ċirkostanzi simili, operatur razzjonali f'ekonomija tas-suq (b'karatteristiċi simili għal dawk tal-korp pubbliku kkonċernat) kien iwettaq sabiex jiddetermina l-profittabilità jew il-vantaġġi ekonomiċi tat-tranżazzjoni (133).

    80.

    Il-fatt jekk tranżazzjoni tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq irid jiġi stabbilit permezz ta' valutazzjoni globali tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq l-impriża kkonċernata mingħajr ma jiġi kkunsidrat jekk il-mezzi speċifiċi użati biex titwettaq dik it-tranżazzjoni jkunux disponibbli għall-operaturi f'ekonomija tas-suq. Pereżempju, l-applikabbiltà tat-test tal-OES ma tistax tiġi eskluża sempliċiment minħabba li l-mezzi użati mill-Istat huma ta' natura fiskali (134).

    81.

    F'ċerti każijiet, diversi miżuri konsekuttivi ta' intervent mill-Istat jistgħu, għall-finijiet tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, jitqiesu bħala intervent uniku. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, meta l-interventi konsekuttivi jkunu tant marbuta ma' xulxin mill-qrib, speċjalment fir-rigward tal-kronoloġija tagħhom, l-iskop tagħhom u ċ-ċirkostanzi tal-impriża fil-ħin ta' dawk l-interventi, li jkunu inseparabbli (135). Pereżempju, serje ta' interventi tal-Istat li jsiru fir-rigward tal-istess impriża f'perjodu ta' żmien relattivament qasir, ikunu marbuta ma' xulxin, jew kienu kollha ppjanati jew previsti meta sar l-ewwel intervent, jistgħu jiġu vvalutati bħala intervent wieħed. Min-naħa l-oħra, meta l-intervent li jkun sar aktar tard ikun riżultat ta' avvenimenti mhux previsti fiż-żmien tal-intervent preċedenti (136) iż-żewġ miżuri normalment għandhom jiġu vvalutati b'mod separat.

    82.

    Biex jiġi vvalutat jekk ċerti tranżazzjonijiet humiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-każ partikolari. Pereżempju, jista' jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom ix-xiri ta' oġġetti jew ta' servizzi minn awtorità pubblika, anki jekk isir skont il-prezzijiet tas-suq, jista' ma jitqiesx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (137).

    4.2.3.   L-istabbiliment tal-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq

    83.

    Meta jiġi applikat it-test tal-OES, ikun utli li ssir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet li fihom il-konformità tat-tranżazzjoni mal-kundizzjonijiet tas-suq tista' tiġi stabbilita direttament permezz ta' data tas-suq speċifika għat-tranżazzjoni u sitwazzjonijiet li fihom, minħabba n-nuqqas ta' data bħal din, il-konformità tat-tranżazzjoni mal-kundizzjonijiet tas-suq għandha tiġi vvalutata abbażi ta' metodi oħra disponibbli.

    4.2.3.1.   Każijiet fejn il-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq tista' tiġi direttament stabbilita

    84.

    Il-konformità ta' tranżazzjoni mal-kundizzjonijiet tas-suq tista' tiġi stabbilita direttament permezz ta' informazzjoni tas-suq speċifika għat-tranżazzjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin

    (i)

    fejn it-tranżazzjoni ssir “pari passu” minn entitajiet pubbliċi u minn operaturi privati; jew

    (ii)

    fil-każ li din tikkonċerna l-bejgħ u x-xiri ta' assi, oġġetti u servizzi (jew tranżazzjonijiet oħra komparabbli) imwettqa permezz ta' proċedura tal-offerti kompetittiva, trasparenti, nondiskriminatorja u inkondizzjonata.

    85.

    F'każijiet bħal dawn, jekk l-informazzjoni speċifika dwar is-suq fir-rigward tat-tranżazzjoni turi li din mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, normalment ma jkunx xieraq li jintużaw metodoloġiji oħra ta' valutazzjoni biex tintlaħaq konklużjoni differenti (138).

    (i)   Tranżazzjonijiet pari passu

    86.

    Meta tranżazzjoni titwettaq taħt l-istess patti u kundizzjonijiet (u għalhekk bl-istess livell ta' riskju u benefiċċji) minn korpi pubbliċi u minn operaturi privati li huma f'sitwazzjoni komparabbli (tranżazzjoni “pari passu”) (139), kif jista' jseħħ fi sħubiji pubbliċi-privati, normalment jista' jiġi inferit li tali tranżazzjoni tkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (140). B'kuntrast, jekk korp pubbliku u operaturi privati li jkunu f'sitwazzjoni komparabbli jieħdu sehem fl-istess tranżazzjoni fl-istess żmien iżda taħt patti jew kundizzjonijiet differenti, dan normalment jindika li l-intervent tal-korp pubbliku mhuwiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (141).

    87.

    B'mod partikolari, biex tranżazzjoni titqies “pari passu”, għandhom jiġu vvalutati l-kriterji li ġejjin:

    (a)

    jekk l-intervent tal-korpi pubbliċi u tal-operaturi privati huwiex deċiż u mwettaq fl-istess żmien jew jekk ikunx għadda ż-żmien u jkun seħħ tibdil fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi bejn dawk l-interventi;

    (b)

    jekk il-patti u l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni humiex l-istess għall-entitajiet pubbliċi u għall-operaturi privati kollha involuti, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-possibbiltà li maż-żmien jiżdied jew jitnaqqas il-livell tar-riskju;

    (c)

    jekk l-intervent tal-operaturi privati għandux sinifikat ekonomiku reali u mhux sempliċiment simboliku jew marġinali (142); u

    (d)

    jekk il-pożizzjoni tal-bidu tal-korpi pubbliċi u tal-operaturi privati involuti hijiex komparabbli fir-rigward tat-tranżazzjoni, filwaqt li titqies, pereżempju, l-iskopertura ekonomika preċedenti tagħhom fil-konfront tal-impriżi kkonċernati (ara t-taqsima 4.2.3.3) (1), is-sinerġiji possibbli li jistgħu jinkisbu (143), il-limitu sa fejn l-investituri differenti jġorru kostijiet tat-tranżazzjoni simili (144), jew kwalunkwe ċirkostanza oħra speċifika għall-korp pubbliku jew għall-operatur privat li tista' tfixkel il-paragun.

    88.

    Il-kundizzjoni “pari passu” tista' ma tkunx applikabbli f'xi każijiet fejn l-involviment pubbliku (minħabba n-natura unika jew id-daqs tiegħu) huwa tali li fil-prattika ma jistax jiġi rreplikat minn operatur f'ekonomija tas-suq.

    (ii)   Il-bejgħ u x-xiri ta' assi, oġġetti u servizzi (jew tranżazzjonijiet komparabbli oħra) permezz ta' offerti kompetittivi, trasparenti, nondiskriminatorji u inkondizzjonati

    89.

    Jekk il-bejgħ u x-xiri ta' assi, oġġetti u servizzi (jew tranżazzjonijiet komparabbli oħra (145)) isiru wara proċedura ta' offerti kompetittiva (146), trasparenti, nondiskriminatorja u inkondizzjonata f'konformità mal-prinċipji tal-Ftehim ŻEE dwar l-akkwist pubbliku (147) (ara l-paragrafi 90 sa 94), jista' jiġi preżunt li dawk it-tranżazzjonijiet huma konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, sakemm ikunu ntużaw il-kriterji xierqa għall-għażla tal-bejjiegħ u tax-xerrej kif stabbilit fil-paragrafi 95 u 96. B'kuntrast, jekk Stat taż-ŻEE jiddeċiedi li jipprovdi appoġġ, għal raġunijiet ta' politika pubblika, għal ċerta attività u joħroġ sejħa għall-offerti, pereżempju, għall-ammont ta' finanzjament ipprovdut, bħal fil-każ ta' appoġġ għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli jew għas-sempliċi disponibbiltà ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku, dan ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din is-subtaqsima (ii). F'sitwazzjoni bħal din offerta tista' biss timminimizza l-ammont mogħti imma ma tistax teskludi vantaġġ.

    90.

    Proċedura ta' sejħa għall-offerti għandha tkun kompetittiva biex tippermetti li l-offerenti kwalifikati u interessati kollha jipparteċipaw fil-proċess.

    91.

    Il-proċedura għandha tkun trasparenti, biex tippermetti lill-offerenti interessati kollha li jiġu informati bl-istess mod u kif xieraq f'kull stadju tal-proċedura tal-offerti. L-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, żmien suffiċjenti għall-offerenti interessati, u ċ-ċarezza tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti huma kollha elementi kruċjali għal proċedura tal-għażla trasparenti. Sejħa għall-offerti għandha tkun reklamata tajjeb, sabiex l-offerenti potenzjali kollha jkunu mgħarrfa. Il-livell ta' pubbliċità meħtieġ biex tiġi żgurata pubblikazzjoni suffiċjenti f'każ partikolari jiddependi fuq il-karatteristiċi tal-assi, tal-oġġetti u tas-servizzi. Assi, oġġetti u servizzi li jistgħu jattiraw offerenti li joperaw fuq skala Ewropea jew internazzjonali minħabba l-valur għoli jew karatteristiċi oħra tagħhom għandhom ikunu ppubbliċizzati b'tali mod sabiex jiġu attirati offerenti potenzjali li joperaw fuq skala Ewropea jew internazzjonali (2).

    92.

    It-trattament nondiskriminatorju lill-offerenti kollha fl-istadji kollha tal-proċedura u kriterji oġġettivi tal-għażla u tal-għoti tal-proċess speċifikati bil-quddiem huma kundizzjonijiet indispensabbli sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjoni li tirriżulta tkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Sabiex jiġi garantit trattament indaqs, il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt għandhom jgħinu biex is-sejħiet għall-offerti jitqabblu u jiġu vvalutati b'mod oġġettiv.

    93.

    L-użu u l-konformità mal-proċeduri previsti fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku (148) jistgħu jitqiesu suffiċjenti biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' hawn fuq sakemm il-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-proċedura rispettiva jkunu sodisfatti. Dan ma japplikax f'ċirkostanzi speċifiċi li jagħmluha impossibbli li jiġi stabbilit prezz tas-suq, bħal pereżempju l-użu tal-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż dwar kuntratt. Jekk tiġi sottomessa offerta waħda biss, normalment il-proċedura ma tkunx suffiċjenti biex jiġi żgurat prezz tas-suq sakemm jew (i) ma jkunx hemm salvagwardji b'saħħithom b'mod partikolari fit-tfassil tal-proċedura li jiżguraw kompetizzjoni ġenwina u effettiva u ma jkunx jidher li operatur wieħed biss jista' realistikament jissottometti offerta kredibbli jew (ii) l-awtoritajiet pubbliċi jivverifikaw permezz ta' mezzi addizzjonali li l-eżitu jikkorrispondi għall-prezz tas-suq.

    94.

    Sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta' assi, oġġetti jew servizzi tkun inkondizzjonata meta xerrej potenzjali jkun ġeneralment liberu li jakkwista l-assi, l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu sejrin jinbiegħu u jużahom għall-finijiet tiegħu stess irrispettivament minn jekk ikollux ċerti negozji jew le. Jekk ikun hemm kundizzjoni li x-xerrej għandu jassumi obbligi speċjali għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi jew fl-interess pubbliku ġenerali, li kieku bejjiegħ privat ma kienx jitlob – minbarra dawk li jirriżultaw mil-liġi domestika ġenerali jew deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-ippjanar —, l-offerta ma tistax titqies li tkun inkondizzjonata.

    95.

    Meta korpi pubbliċi jbigħu assi, oġġetti u servizzi, l-uniku kriterju rilevanti għall-għażla tax-xerrej għandu jkun l-ogħla prezz (149), filwaqt li jitqiesu wkoll l-arranġamenti kuntrattwali mitluba (pereżempju l-garanzija ta' bejgħ tal-bejjiegħ jew impenji oħra ta' wara l-bejgħ). Għandhom jiġu kkunsidrati biss offerti kredibbli (150) u vinkolanti (151).

    96.

    Meta korpi pubbliċi jixtru assi, oġġetti u servizzi, kull kundizzjoni speċifika marbuta mal-offerta għandha tkun nondiskriminatorja u marbuta mill-qrib u b'mod oġġettiv mas-suġġett u mal-objettiv ekonomiku speċifiku tal-kuntratt. Dawn għandhom jippermettu li l-iżjed offerta ekonomikament vantaġġuża taqbel mal-valur tas-suq. Għaldaqstant, il-kriterji għandhom ikunu definiti b'tali mod li jippermettu proċedura ta' offerti kompetittiva u effettiva li tħalli l-offerent rebbieħ b'redditu normali, u mhux aktar. Fil-prattika, dan jimplika l-użu ta' offerti li jpoġġu piż sinifikanti fuq il-komponent tal-“prezz” tal-offerta jew li kieku x'aktarx jilħqu eżitu kompetittiv (eż. ċerti sejħiet għall-offerti b'lura bi kriterji tal-għoti ċari biżżejjed).

    4.2.3.2.   Li jiġi stabbilit jekk tranżazzjoni tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq abbażi ta' valutazzjoni komparattiva jew metodi oħrajn ta' valutazzjoni

    97.

    Jekk tranżazzjoni tkun twettqet permezz ta' offerta jew fuq termini “pari passu”, dan jipprovdi evidenza diretta u speċifika ta' konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk tranżazzjoni ma tkunx twettqet permezz ta' offerta, jew jekk l-intervent tal-korpi pubbliċi ma jkunx “pari passu” ma' dik ta' operaturi privati, dan ma jfissirx awtomatikament li t-tranżazzjoni mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (152). F'dawn il-każijiet il-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq xorta tista' tiġi vvalutata permezz ta' (i) valutazzjoni komparattiva jew (ii) metodi oħrajn ta' valutazzjoni (153).

    (i)   Valutazzjoni komparattiva

    98.

    Biex jiġi stabbilit jekk tranżazzjoni hijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, dik it-tranżazzjoni tista' tiġi vvalutata fid-dawl tat-termini li taħthom tranżazzjonijiet komparabbli mwettqa minn operaturi privati komparabbli seħħew f'sitwazzjonijiet komparabbli (valutazzjoni komparattiva).

    99.

    Biex tiġi identifikata valutazzjoni komparattiva xierqa, jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lit-tip ta' operatur ikkonċernat (pereżempju entità li tappartjeni għal, fond spekulattiv, jew investitur fuq terminu twil li qed ifittex li jiżgura profitti fit-tul), it-tip ta' tranżazzjoni inkwistjoni (pereżempju parteċipazzjoni fil-kapital jew tranżazzjoni ta' dejn) u s-suq jew is-swieq ikkonċernati (pereżempju swieq finanzjarji, swieq teknoloġiċi li qed jikbru malajr, swieq tal-utilità jew tal-infrastruttura). It-twaqqit tat-tranżazzjonijiet huwa partikolarment rilevanti wkoll meta jkunu seħħew żviluppi ekonomiċi sinifikanti. Fejn xieraq, il-valutazzjonijiet komparattivi tas-suq disponibbli jista' jkollhom bżonn jiġu aġġustati skont il-karatteristiċi speċifiċi tat-tranżazzjoni tal-Istat (pereżempju, is-sitwazzjoni tal-impriża benefiċjarja u tas-suq rilevanti) (154). Il-valutazzjoni komparattiva tista' ma tkunx metodu xieraq biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq jekk il-valutazzjonijiet komparattivi disponibbli ma jkunux ġew definiti fir-rigward ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq jew il-prezzijiet eżistenti jkunu distorti b'mod sinifikanti minn interventi pubbliċi.

    100.

    Ħafna drabi valutazzjoni komparattiva ma tistabbilixxix valur referenzjarju preċiż iżda pjuttost tistabbilixxi firxa ta' valuri possibbli permezz ta' valutazzjoni ta' għadd ta' tranżazzjonijiet komparabbli. Fejn l-għan tal-valutazzjoni huwa li jiġi kkunsidrat jekk l-intervent mill-Istat huwiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, huwa normalment xieraq li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta' tendenza ċentrali, bħall-medja jew il-medjan tas-sett ta' tranżazzjonijiet komparabbli.

    (ii)   Metodi oħra ta' valutazzjoni

    101.

    Jekk tranżazzjoni tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq jista' jiġi stabbilit ukoll abbażi ta' metodoloġija ta' valutazzjoni standard u ġeneralment aċċettata (155). Metodoloġija bħal din għandha tkun ibbażata fuq id-data oġġettiva, verifikabbli u affidabbli disponibbli (156), li għandha tkun dettaljata biżżejjed u għandha tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fiż-żmien li fih ġiet deċiża t-tranżazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-livell tar-riskju u l-aspettativi futuri (157). Skont il-valur tat-tranżazzjoni, ir-robustezza tal-valutazzjoni għandha normalment tiġi korroborata billi titwettaq analiżi tas-sensittività, li tivvaluta xenarji differenti ta' negozju, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' kontinġenza u t-tqabbil tar-riżultati ma' metodoloġiji alternattivi ta' valutazzjoni. Jista' jkun hemm bżonn li ssir valutazzjoni ġdida (ex-ante) jekk it-tranżazzjoni ddum aktar u jkun hemm bżonn li jitqies l-aħħar tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq.

    102.

    Metodoloġija standard aċċettata b'mod wiesa' biex jiġi determinat ir-redditu (annwali) fuq l-investimenti hija li tiġi kkalkolata r-rata ta' redditu interna (RRI) (158). Wieħed jista' jivvaluta wkoll id-deċiżjoni dwar l-investiment f'termini tal-valur preżenti nett tiegħu (VPN) (159), li f'ħafna każijiet jipproduċi riżultati ekwivalenti għar-RRI (160). Biex jiġi vvalutat jekk l-investiment ikunx sar fuq termini tas-suq, ir-redditu fuq l-investiment irid jitqabbel mar-redditu tas-suq normali mistenni. Redditu normali mistenni (jew il-kost tal-kapital tal-investiment) jista' jiġi definit bħala r-redditu medju mistenni li s-suq jeħtieġ mill-investiment abbażi ta' kriterji ġeneralment aċċettati, b'mod partikolari, ir-riskju tal-investiment, filwaqt li titqies il-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur, tar-reġjun jew tal-pajjiż. Jekk dan ir-redditu normali ma jistax ikun raġonevolment mistenni, l-investiment x'aktarx ma jiġix segwit fuq termini tas-suq. B'mod ġenerali, aktar ma l-proġett ikun riskjuż, ir-rata ta' redditu li l-fornituri tal-fondi jitolbu tkun ogħla, jiġifieri l-kost tal-kapital ikun ogħla.

    103.

    Il-metodoloġija xierqa ta' valutazzjoni tista' tiddependi fuq is-sitwazzjoni tas-suq (161), id-disponibbiltà ta' data jew it-tip ta' tranżazzjoni. Pereżempju, filwaqt li investitur ifittex li jiġġenera profitt billi jinvesti f'impriżi (f'liema każ ir-RRI jew il-VPN huma mistennija li jkunu l-iktar metodu xieraq), kreditur jipprova jikseb ħlas ta' ammonti dovuti lilu (is-somma prinċipali u kull imgħax) minn debitur fil-perjodu kuntrattwalment u legalment determinat (162) (f'liema każ il-valutazzjoni ta' kollateral, pereżempju, il-valur tal-assi, tista' tkun aktar rilevanti). Fil-każ tal-bejgħ ta' artijiet, valutazzjoni minn esperti indipendenti qabel in-negozjati tal-bejgħ sabiex jiġi stabbilit il-valur tas-suq abbażi ta' indikaturi tas-suq ġeneralment aċċettati u tal-istandards ta' valutazzjoni fil-prinċipju hija sodisfaċenti (163).

    104.

    Normalment il-metodi biex jiġu stabbiliti r-RRI jew il-VPN ta' investiment ma jirriżultawx f'valur preċiż wieħed li jista' jiġi aċċettat, iżda pjuttost f'firxa ta' valuri possibbli (skont iċ-ċirkostanzi ekonomiċi, legali u speċifiċi oħra tat-tranżazzjoni inerenti fil-metodu ta' valutazzjoni). Fejn l-għan tal-valutazzjoni jkun li jiġi kkunsidrat jekk l-intervent mill-Istat ikunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, huwa normalment xieraq li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta' tendenza ċentrali, bħall-medja jew il-medjan tas-sett ta' tranżazzjonijiet komparabbli.

    105.

    Operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq normalment jivvalutaw l-interventi tagħhom billi jużaw diversi metodoloġiji differenti biex jikkorroboraw l-estimi (pereżempju, il-kalkoli tal-VPN huma vvalidati permezz ta' metodi ta' valutazzjoni komparattiva). Il-metodoloġiji differenti li jikkonverġu bl-istess valur ser jipprovdu indikazzjoni ulterjuri biex jiġi stabbilit prezz tas-suq ġenwin. Għaldaqstant, il-preżenza ta' metodoloġiji ta' valutazzjoni kumplimentari li jikkorroboraw il-konklużjonijiet ta' xulxin ser titqies bħala indikazzjoni pożittiva meta jiġi vvalutat jekk tranżazzjoni tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq.

    4.2.3.3.   Analiżi kontrofattwali fil-każ ta' skopertura ekonomika preċedenti fil-konfront tal-impriża kkonċernata

    106.

    Il-fatt li l-korp pubbliku kkonċernat ikollu skopertura ekonomika preċedenti fil-konfront ta' impriża għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi eżaminat jekk tranżazzjoni tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, sakemm operatur privat komparabbli seta' jkollu tali skopertura preċedenti (pereżempju fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist ta' impriża) (164).

    107.

    Skopertura preċedenti għandha titqies fil-qafas ta' xenarji kontrofattwali għall-fini tat-test tal-OES. Pereżempju, fil-każ ta' intervent ta' ekwità jew ta' dejn f'impriża pubblika f'diffikultà, ir-redditu mistenni fuq investiment bħal dan għandu jitqabbel mar-redditu mistenni fix-xenarju kontrofattwali tal-likwidazzjoni tal-kumpanija. Fil-każ li l-likwidazzjoni tipprovdi aktar qligħ jew anqas telf, operatur tas-suq prudenti kien jagħżel dik l-għażla (165). Għal dan il-għan, il-kostijiet tal-likwidazzjoni li għandhom jitqiesu ma għandhomx jinkludu l-kostijiet marbuta mar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet pubbliċi, iżda l-kostijiet biss li operatur razzjonali f'ekonomija tas-suq kien iġarrab (166), filwaqt li titqies ukoll l-evoluzzjoni tal-kuntest soċjali, ekonomiku u ambjentali li fih jopera (167).

    4.2.3.4.   Kunsiderazzjonijiet speċifiċi biex jiġi stabbilit jekk it-termini għal self u garanziji humiex konformi mat-termini tas-suq

    108.

    Bl-istess mod bħal kull tranżazzjoni oħra, self u garanziji mogħtija minn korpi pubbliċi (inklużi impriżi pubbliċi) jistgħu jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat jekk ma jkunux skont it-termini tas-suq.

    109.

    Għall-garanziji, normalment trid tiġi analizzata sitwazzjoni trijangulari li tinvolvi entità pubblika bħala garanti, mutwatarju u mutwanti (168). F'ħafna każijiet, l-għajnuna tista' tkun preżenti biss fil-livell tal-mutwatarju, minħabba li l-garanzija pubblika tista' tagħtih vantaġġ, billi tippermettilu li jissellef b'rata li kieku ma setgħetx tinkiseb fis-suq mingħajr il-garanzija (169) (jew li jissellef f'sitwazzjoni fejn, eċċezzjonalment, l-ebda self ma seta' jinkiseb fis-suq bi kwalunkwe rata). Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi speċifiċi, l-għoti ta' garanzija pubblika jista' jinvolvi wkoll għajnuna lill-mutwanti, b'mod partikolari fejn il-garanzija tingħata ex post fuq obbligu eżistenti bejn il-mutwanti u l-mutwatarju, fejn mhuwiex żgurat li l-vantaġġ jgħaddi kompletament lill-mutwatarju (170) jew fejn self iggarantit jintuża biex iħallas lura wieħed li mhuwiex garantit (171).

    110.

    Kull garanzija li tingħata fuq termini li huma aktar favorevoli mill-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ekonomika tal-mutwatarju, tagħti vantaġġ lil tal-aħħar (li jħallas tariffa li ma tirriflettix b'mod xieraq ir-riskju li l-garanti jassumi) (172). B'mod ġenerali, garanziji mingħajr limiti mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. Dan japplika wkoll għal garanziji impliċiti li joriġinaw minn responsabbiltà tal-Istat għad-djun ta' impriżi insolventi mħarsa minn regoli ordinarji dwar il-falliment (173).

    111.

    Fin-nuqqas ta' informazzjoni speċifika tas-suq dwar tranżazzjoni partikolari ta' dejn, il-konformità tal-istrument ta' dejn mal-kundizzjonijiet tas-suq tista' tiġi stabbilita abbażi ta' tqabbil ma' tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli (jiġifieri permezz ta' valutazzjoni komparattiva). Fil-każ ta' self u garanziji, informazzjoni dwar il-kostijiet ta' finanzjament tal-impriża tista', pereżempju, tinkiseb minn self (riċenti) ieħor meħud mill-impriża inkwistjoni, minn renditi fuq bonds maħruġa mill-impriża jew minn swaps ta' inadempjenza ta' kreditu fuq dik l-impriża. Tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli jistgħu jkunu wkoll tranżazzjonijiet simili ta' self jew ta' garanzija mwettqa minn kampjun ta' kumpaniji komparaturi, bonds maħruġa minn kampjun ta' kumpaniji komparaturi jew firxiet ta' swap ta' inadempjenza tal-kreditu fuq kampjun ta' kumpaniji komparaturi. Fil-każ ta' garanziji, jekk fis-swieq finanzjarji ma jinstab ebda limitu tal-prezz ta' referenza li jikkorrispondi, il-kost finanzjarju totali tas-self garantit, inkluż ir-rata ta' imgħax tas-self u tal-primjum tal-garanzija, għandu jitqabbel mal-prezz tas-suq ta' self simili li mhuwiex garantit. Il-metodi ta' valutazzjoni komparattiva jistgħu jiġu kkumplimentati b'metodi ta' valutazzjoni bbażati fuq ir-redditu fuq il-kapital (174).

    112.

    Biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni ta' jekk miżura tikkonformax mat-test tal-OES, l-Awtorità żviluppat indikaturi sabiex jiġu determinati l-karatteristiċi tal-għajnuna ta' self u ta' garanziji.

    113.

    Għas-self, il-metodoloġija biex tiġi kkalkolata rata ta' referenza, biex taġixxi bħala indikatur għall-prezz tas-suq f'sitwazzjonijiet fejn tranżazzjonijiet komparabbli tas-suq ma jkunux faċli biex jiġu identifikati (xi ħaġa li probabbilment tapplika aktar għal tranżazzjonijiet li jinvolvu ammonti limitati u/jew għal tranżazzjonijiet li jinvolvu impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)) hija stabbilita fil-Linji Gwida dwar ir-Rati ta' Referenza u ta' Skont (175). Għandu jiġi mfakkar li din ir-rata ta' referenza hija biss indikatur (176). Jekk tranżazzjonijiet komparabbli jkunu normalment twettqu bi prezz aktar baxx minn dak indikat bħala indikatur bir-rata ta' referenza, l-Istat taż-ŻEE jista' jqis lil dan il-prezz aktar baxx bħala l-prezz tas-suq. Jekk, min-naħa l-oħra, l-istess kumpanija tkun wettqet tranżazzjonijiet simili riċenti bi prezz ogħla mir-rata ta' referenza, u l-qagħda finanzjarja tagħha u l-ambjent tas-suq baqgħu sostanzjalment l-istess, ir-rata ta' referenza ma tistax tikkostitwixxi indikatur validu tar-rati tas-suq għal dak il-każ speċifiku.

    114.

    L-Awtorità żviluppat gwida dettaljata dwar indikaturi (u preżunzjonijiet mhux konfutabbli (“livell ta' protezzjoni”) għall-SMEs) marbuta mal-garanziji fil-Linji Gwida dwar il-Garanziji (177). Skont dawn il-Linji Gwida, sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta' għajnuna, normalment huwa biżżejjed li l-mutwatarju ma jkunx f'diffikultà finanzjarja, li l-garanzija tkun marbuta ma' tranżazzjoni speċifika, li l-mutwanti jġorr parti mir-riskju u li l-mutwatarju jħallas prezz orjentat lejn is-suq għall-garanzija.

    4.3.   Vantaġġ indirett

    115.

    Vantaġġ jista' jingħata lil impriżi oħra għajr dawk li lilhom jiġu ttrasferiti direttament ir-riżorsi tal-Istat (vantaġġ indirett) (178). Miżura tista' tikkostitwixxi wkoll kemm vantaġġ dirett lill-impriża riċeventi kif ukoll vantaġġ indirett lil impriżi oħra, pereżempju, impriżi li joperaw fuq livelli sussegwenti ta' attività (179). Ir-riċevitur dirett tal-vantaġġ jista' jkun jew impriża jew entità (persuna fiżika jew ġuridika) li mhijiex involuta f'xi attività ekonomika (180).

    116.

    Għandha ssir distinzjoni bejn vantaġġi indiretti bħal dawn u sempliċi effetti ekonomiċi sekondarji li huma inerenti fi kważi kull miżura ta' għajnuna mill-Istat (pereżempju permezz ta' żieda fil-produzzjoni). Għal dan l-iskop, l-effetti prevedibbli tal-miżura għandhom jiġu eżaminati minn perspettiva ex ante. Vantaġġ indirett huwa preżenti jekk il-miżura tkun imfassla b'tali mod li tgħaddi l-effetti sekondarji tagħha lejn impriżi jew gruppi ta' impriżi identifikabbli. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk l-għajnuna diretta ssir, de facto jew de jure, kondizzjonali fuq ix-xiri ta' oġġetti jew ta' servizzi prodotti minn ċerti impriżi biss (pereżempju impriżi biss stabbiliti f'ċerti oqsma) (181).

    5.   SELETTIVITÀ

    5.1.   Prinċipji ġenerali

    117.

    Sabiex miżura tal-Istat taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti”. Għaldaqstant, mhux il-miżuri kollha li jiffavorixxu l-operaturi ekonomiċi jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna, iżda dawk biss li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv lil ċerti impriżi jew lil kategoriji ta' impriżi jew lil ċerti setturi ekonomiċi.

    118.

    Miżuri ta' applikazzjoni purament ġenerali li ma jiffavorixxux biss lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti biss ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Madankollu, il-ġurisprudenza ċċarat li anki interventi li, mal-ewwel dehra, japplikaw għall-impriżi inġenerali jistgħu sa ċertu punt ikunu selettivi u, għaldaqstant, jiġu kkunsidrati bħala miżuri mfassla biex jiffavorixxu ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti (182). La għadd kbir ta' impriżi eliġibbli (li saħansitra jista' jinkludi wkoll l-impriżi kollha ta' settur partikolari), u lanqas id-diversità u d-daqs tas-setturi li għalihom jappartjenu, ma jipprovdu raġunijiet għall-konklużjoni li miżura tal-Istat tikkostitwixxi miżura ġenerali ta' politika ekonomika, jekk mhux is-setturi ekonomiċi kollha jistgħu jibbenefikaw minnha (183). Il-fatt li l-għajnuna mhijiex immirata lejn riċevitur wieħed speċifiku jew aktar definiti minn qabel, iżda hija soġġetta għal għadd ta' kriterji oġġettivi li skonthom tista' tingħata, fil-qafas ta' allokazzjoni baġitarja ġenerali predeterminata, lil għadd indefinit ta' riċevituri li mhumiex inizjalment identifikati b'mod individwali, mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi kkontestata n-natura selettiva tal-miżura (184).

    119.

    Biex jiġi ċċarat il-kunċett ta' selettività skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, huwa utli li ssir distinzjoni bejn selettività materjali u dik reġjonali. Barra minn hekk, huwa utli li tiġi pprovduta aktar gwida dwar ċerti kwistjonijiet speċifiċi għall-miżuri ta' tassazzjoni (jew simili).

    5.2.   Selettività materjali

    120.

    Is-selettività materjali ta' miżura timplika li l-miżura tapplika biss għal ċerti (gruppi ta') impriżi jew għal ċerti setturi tal-ekonomija fi Stat taż-ŻEE partikolari. Selettività materjali tista' tiġi stabbilita de jure jew de facto.

    5.2.1.   Selettività de jure u de facto

    121.

    Selettività de jure tirriżulta direttament mill-kriterji legali għall-għoti ta' miżura li hija formalment riżervata għal ċerti impriżi biss (pereżempju: dawk ta' ċertu daqs, attivi f'ċerti setturi (3) jew li għandhom ċerta forma ġuridika (185); kumpaniji inkorporati jew reċentement ikkwotati f'suq regolat matul perjodu partikolari (186); kumpaniji li jappartjenu għal grupp li jkollu ċerti karatteristiċi jew fdati b'ċerti funzjonijiet fi grupp (187); kumpaniji f'diffikultà (188); jew impriżi ta' esportazzjoni jew impriżi li jwettqu attivitajiet relatati mal-esportazzjoni (189)). Selettività de facto tista' tiġi stabbilita f'każijiet fejn, għalkemm il-kriterji formali għall-applikazzjoni tal-miżura huma fformulati f'termini ġenerali u oġġettivi, l-istruttura tal-miżura hija tali li l-effetti tagħha jiffavorixxu b'mod sinifikanti grupp partikolari ta' impriżi (bħal fl-eżempji fis-sentenza preċedenti) (190).

    122.

    Selettività de facto tista' tkun ir-riżultat ta' kundizzjonijiet jew ostakli imposti minn Stati taż-ŻEE li jipprevjenu lil ċerti impriżi milli jibbenefikaw mill-miżura. Pereżempju, l-applikazzjoni ta' miżura ta' tassazzjoni (pereżempju kreditu ta' taxxa) sempliċiment għal investimenti li jaqbżu ċertu limitu (minbarra limitu minuri għal raġunijiet ta' espedjenza amministrattiva) tista' tfisser li l-miżura hija riżervata de facto għal impriżi b'riżorsi finanzjarji sinifikanti (191). Miżura li tagħti ċerti vantaġġi għal perjodu qasir biss tista' tkun ukoll selettiva de facto  (192).

    5.2.2.   Selettività li tirriżulta minn prattiki amministrattivi diskrezzjonali

    123.

    Miżuri ġenerali li prima facie japplikaw għall-impriżi kollha iżda li huma limitati bis-setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni pubblika huma selettivi (193). Dan huwa l-każ fejn il-konformità mal-kriterji ma tirriżultax awtomatikament f'intitolament għall-miżura.

    124.

    L-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom setgħa diskrezzjonali fl-applikazzjoni tal-miżura, b'mod partikolari, meta l-kriterji għall-għoti tal-għajnuna jiġu fformulati b'mod ġenerali jew vag ħafna li bilfors jinvolvi marġini ta' diskrezzjoni fil-valutazzjoni. Eżempju wieħed ikun li l-amministrazzjoni tat-taxxa tista' tbiddel il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' konċessjoni fiskali skont il-karatteristiċi tal-proġett ta' investiment li jkun ġie ppreżentat lilha għal valutazzjoni. Bl-istess mod, jekk l-amministrazzjoni fiskali jkollha diskrezzjoni wiesgħa biex tiddetermina l-benefiċjarji jew il-kundizzjonijiet li taħthom benefiċċju fiskali jingħata abbażi ta' kriterji mhux relatati mas-sistema fiskali, bħaż-żamma tal-impjiegi, allura l-eżerċizzju ta' dik id-diskrezzjoni jrid jitqies bħala li jiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti” (194).

    125.

    Il-fatt li ħelsien mit-taxxa jeħtieġ awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel ma jfissirx awtomatikament li dan jikkostitwixxi miżura selettiva. Dan mhuwiex il-każ fejn awtorizzazzjoni amministrattiva preċedenti tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li jkunu magħrufa bil-quddiem, b'hekk tiċċirkoskrivi l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Tali skema ta' awtorizzazzjoni amministrattiva preċedenti trid tkun ibbażata wkoll fuq sistema proċedurali li tkun faċilment aċċessibbli u li tkun kapaċi tiżgura li talba għal awtorizzazzjoni tiġi ttrattata b'mod oġġettiv u imparzjali fi żmien raġonevoli u r-rifjuti dwar l-għoti ta' awtorizzazzjoni għandhom ukoll ikunu jistgħu jiġu kkontestati fi proċedimenti ġudizzjarji jew kważi ġudizzjarji (195).

    5.2.3.   Il-valutazzjoni ta' selettività materjali għall-miżuri li jnaqqsu l-imposti normali tal-impriżi

    126.

    Meta l-Istati taż-ŻEE jadottaw miżuri pożittivi ad hoc li minnhom jibbenefikaw impriża waħda jew aktar identifikati (pereżempju, l-għoti ta' flus jew assi lil ċerti impriżi), normalment huwa faċli li jiġi konkluż li dawn il-miżuri għandhom karattru selettiv, minħabba li jirriżervaw trattament favorevoli għal impriża waħda jew għal ftit impriżi (196).

    127.

    Ġeneralment is-sitwazzjoni tkun anqas ċara meta l-Istati taż-ŻEE jadottaw miżuri usa' applikabbli għall-impriżi kollha li jissodisfaw ċerti kriterji, li jimmitiga l-imposti li dawk l-impriżi normalment ikollhom iħallsu (pereżempju, eżenzjonijiet mit-taxxa jew mill-ħlas tas-sigurtà soċjali għal impriżi li jissodisfaw ċerti kriterji).

    128.

    F'każijiet bħal dawn, normalment is-selettività tal-miżuri għandha tiġi vvalutata permezz ta' analiżi fi tliet stadji. L-ewwel nett, trid tiġi identifikata s-sistema ta' referenza. It-tieni nett, għandu jiġi determinat jekk miżura partikolari tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema sakemm din tagħmel distinzjoni bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettivi intrinsiċi għas-sistema, huma f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli. Li jiġi vvalutat jekk teżistix deroga huwa l-element ewlieni ta' din il-parti tat-test u jippermetti li ssir konklużjoni dwar jekk il-miżura hijiex prima facie selettiva. Jekk il-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix deroga mis-sistema ta' referenza, ma tkunx selettiva. Madankollu, jekk tkun (u għalhekk tkun prima facie selettiva), fit-tielet pass tat-test, irid jiġi stabbilit jekk id-deroga hijiex ġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema (ta' referenza) (197). Jekk miżura prima facie selettiva hija ġġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema, din ma titqiesx bħala selettiva u għalhekk taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (198).

    129.

    Madankollu, f'ċerti każijiet ma tistax tiġi applikata l-analiżi fi tliet stadji, meta jitqiesu l-effetti prattiċi tal-miżuri kkonċernati. Irid jiġi enfasizzat li l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE ma jagħmilx distinzjoni bejn miżuri ta' intervent mill-Istat f'termini tal-kawżi jew tal-għanijiet tagħhom, iżda jiddefinihom fir-rigward tal-effetti tagħhom, indipendentement mit-tekniki użati (199). Dan ifisser li f'ċerti każijiet eċċezzjonali mhuwiex biżżejjed li jiġi eżaminat jekk miżura partikolari tidderogax mir-regoli tas-sistema ta' referenza kif definit mill-Istat taż-ŻEE kkonċernat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-konfini tas-sistema ta' referenza ġewx imfassla b'mod konsistenti jew, għall-kuntrarju, b'mod arbitrarju jew ippreġudikat, biex jiffavorixxu ċerti impriżi li huma f'sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-loġika sottostanti tas-sistema inkwistjoni.

    130.

    Għalhekk, fil-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P (200) dwar ir-riforma fiskali ta' Ġibiltà, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li s-sistema ta' referenza kif definita mill-Istat taż-ŻEE konċernat, għalkemm ibbażata fuq kriterji li kienu ta' natura ġenerali, fil-prattika ddiskriminat bejn kumpaniji li kienu f'sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-objettiv tar-riforma fiskali, li wassal għall-għoti ta' vantaġġ selettiv lil kumpaniji offshore (201). F'dan ir-rigward, il-Qorti sabet li l-fatt li kumpaniji offshore ma kinux intaxxati ma kienx konsegwenza każwali tar-reġim, iżda l-konsegwenza inevitabbli tal-fatt li l-bażijiet ta' valutazzjoni kienu speċifikament iddisinjati b'tali mod li l-kumpaniji offshore ma kellhom l-ebda bażi għat-taxxa (202).

    131.

    Verifika simili tista' tkun ukoll meħtieġa f'ċerti każijiet li jikkonċernaw imposti għal skopijiet speċjali, fejn ikun hemm elementi li jindikaw li l-limiti tal-imposti jkunu tfasslu b'mod arbitrarju jew ippreġudikat, sabiex jiffavorixxu ċerti prodotti jew ċerti attivitajiet li huma f'sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-loġika sottostanti tal-imposti inkwistjoni. Pereżempju, f'Ferring  (203), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li imposta fuq il-bejgħ dirett ta' prodotti mediċinali minn laboratorji farmaċewtiċi iżda mhux fuq il-bejgħ minn bejjiegħa bl-ingrossa kienet selettiva. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi fattwali partikolari – bħall-objettiv ċar tal-miżura u l-effetti tagħha – il-Qorti ma eżaminatx sempliċiment jekk il-miżura kkonċernata twassalx għal deroga mis-sistema ta' referenza magħmula mill-imposta. Qabblet ukoll is-sitwazzjonijiet tal-laboratorji farmaċewtiċi (soġġetti għall-imposta) u tal-bejjiegħa bl-ingrossa (esklużi), u kkonkludiet li n-nuqqas ta' impożizzjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ dirett mill-bejjiegħa bl-ingrossa jikkorrispondi mal-għoti ta' eżenzjoni fiskali selettiva prima facie lilhom (204).

    5.2.3.1.   Identifikazzjoni tas-sistema ta' referenza

    132.

    Is-sistema ta' referenza tikkostitwixxi l-valutazzjoni komparattiva li skontha tiġi vvalutata s-selettività ta' miżura.

    133.

    Is-sistema ta' referenza hija magħmula minn sett konsistenti ta' regoli li ġeneralment japplikaw – abbażi ta' kriterji oġġettivi – għall-impriżi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha kif definit mill-objettiv tagħha. Tipikament, dawn ir-regoli ma jiddefinixxux biss il-kamp ta' applikazzjoni ta' din is-sistema, iżda anke l-kundizzjonijiet li taħthom tiġi tapplika s-sistema, id-drittijiet u l-obbligi ta' impriżi soġġetti għaliha u t-teknikalitajiet tal-funzjonament tas-sistema.

    134.

    Fil-każ tat-taxxi, is-sistema ta' referenza hija bbażata fuq elementi bħall-bażi tat-taxxa, il-persuni taxxabbli, l-avveniment taxxabbli u r-rati tat-taxxa. Pereżempju, sistema ta' referenza tista' tiġi identifikata fir-rigward tas-sistema tat-taxxa korporattiva (205), tas-sistema tal-VAT (206) jew tas-sistema ġenerali ta' tassazzjoni tal-assigurazzjoni (207). L-istess japplika għal imposti bi skopijiet speċjali (awtonomi), bħal imposti fuq ċerti prodotti jew attivitajiet li jkollhom impatt negattiv fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa, li ma jagħmlux parti minn sistema ta' tassazzjoni usa'. Bħala riżultat, u soġġetta għal każijiet speċjali kif muri fil-paragrafi 129 sa 131 hawn fuq, is-sistema ta' referenza hija, fil-prinċipju, l-imposta nnifisha (208).

    5.2.3.2.   Deroga mis-sistema ta' referenza

    135.

    Ladarba tkun ġiet stabbilita s-sistema ta' referenza, il-pass li jmiss fl-analiżi huwa l-eżami ta' jekk miżura partikolari tagħmilx distinzjoni bejn l-impriżi f'deroga minn dik is-sistema. Biex dan isir, jeħtieġ li jiġi determinat jekk il-miżura hijiex probabbli li tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili, fid-dawl tal-objettiv intrinsiku tas-sistema ta' referenza (209). L-objettivi ta' politika esterna – bħal objettivi ta' politika reġjonali, ambjentali jew industrijali – ma jistgħux jiġu invokati mill-Istat taż-ŻEE biex jiġġustifikaw trattament differenzjat ta' impriżi (210).

    136.

    L-istruttura ta' ċerti imposti għal skopijiet speċjali (u b'mod partikolari l-bażijiet fiskali tagħhom), bħal taxxi ambjentali u tas-saħħa imposti biex jiskoraġġixxu ċerti attivitajiet jew prodotti li għandhom effett negattiv fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, normalment tintegra l-objettivi ta' politika segwiti. F'każijiet bħal dawn, trattament differenzjat għal attivitajiet jew prodotti li s-sitwazzjoni tagħhom hija differenti mis-sitwazzjoni ta' dawk l-attivitajiet jew prodotti li huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-objettiv intrinsiku segwit, ma jikkostitwixxix deroga (211).

    137.

    Jekk miżura tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti li huma f'sitwazzjoni ġuridika u fattwali komparabbli, il-miżura hija prima facie selettiva.

    5.2.3.3.   Ġustifikazzjoni min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema ta' referenza

    138.

    Miżura li tidderoga mis-sistema ta' referenza (selettività prima facie) ma tkunx selettiva jekk tkun ġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali ta' dik is-sistema. Dan huwa l-każ fejn miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji gwida jew bażiċi intrinsiċi tas-sistema ta' referenza jew fejn hija r-riżultat ta' mekkaniżmi inerenti meħtieġa għall-funzjonament u għall-effikaċja tas-sistema (212). B'kuntrast ma' dan, mhuwiex possibbli li wieħed jiddependi fuq l-objettivi tal-politika esterna li mhumiex inerenti għas-sistema (213).

    139.

    Il-bażi għal ġustifikazzjoni possibbli tista', pereżempju, tkun il-ħtieġa li jiġu miġġielda l-frodi jew l-evażjoni tat-taxxa, il-ħtieġa li jitqiesu rekwiżiti kontabilistiċi speċifiċi, il-ġestjonabilità amministrattiva (4), il-prinċipju ta' newtralità fiskali (214), in-natura progressiva tat-taxxa fuq l-introjtu u l-iskop ridistributtiv tagħha, il-ħtieġa li tiġi evitata tassazzjoni doppja (215), jew l-objettiv li jiġi ottimizzat l-irkupru ta' djun fiskali.

    140.

    L-Istati taż-ŻEE għandhom, madankollu, jintroduċu u japplikaw proċeduri xierqa ta' kontroll u ta' monitoraġġ biex jiġi żgurat li d-derogi huma konsistenti mal-loġika u mal-iskema ġenerali tas-sistema fiskali (216). Biex id-derogi jkunu ġustifikati min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema, huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li dawk il-miżuri jkunu proporzjonati u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv leġittimu li jkun qed jiġi segwit, fis-sens li l-objettiv ma jkunx jintlaħaq permezz ta' miżuri inqas estensivi (217).

    141.

    Stat taż-ŻEE li jintroduċi differenzjazzjoni bejn l-impriżi jeħtieġ li jkun jista' juri li din id-differenzjazzjoni tkun effettivament ġustifikata permezz tan-natura u tal-iskema ġenerali tas-sistema inkwistjoni (218).

    5.3.   Selettività reġjonali

    142.

    Fil-prinċipju, il-miżuri biss li japplikaw fit-territorju kollu tal-Istat taż-ŻEE jevitaw il-kriterju ta' selettività reġjonali stabbilit fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Madankollu, kif spjegat hawn taħt, is-sistema ta' referenza mhux bilfors għandha tkun definita bħala l-Istat taż-ŻEE kollu (219). Minn dan isegwi li mhux il-miżuri kollha li japplikaw biss għal ċerti partijiet tat-territorju ta' Stat taż-ŻEE huma awtomatikament selettivi.

    143.

    Kif stabbiliti mill-ġurisprudenza (220), miżuri b'kamp ta' applikazzjoni reġjonali jew lokali jistgħu ma jkunux selettivi jekk ikunu sodisfatti ċerti rekwiżiti. S'issa din il-ġurisprudenza ttrattat biss miżuri ta' tassazzjoni. Madankollu, minħabba li s-selettività reġjonali hija kunċett ġenerali, il-prinċipji stabbiliti mill-Qrati taż-ŻEE fir-rigward ta' miżuri ta' tassazzjoni japplikaw ukoll għal tipi oħra ta' miżuri.

    144.

    Sabiex tiġi vvalutata s-selettività reġjonali, għandhom jiġu distinti tliet xenarji (221):

    (1)

    Fl-ewwel xenarju, li jirriżulta fis-selettività reġjonali ta' miżura, il-gvern ċentrali ta' Stat taż-ŻEE b'mod unilaterali jiddeċiedi li japplika livell aktar baxx ta' tassazzjoni f'żona ġeografika definita (5).

    (2)

    It-tieni xenarju jikkorrispondi għal devoluzzjoni simetrika tas-setgħat fiskali (222) – mudell ta' distribuzzjoni tal-kompetenzi fiskali li fih l-awtoritajiet infrastatali fuq livell partikolari (reġjuni, distretti jew oħrajn) ta' Stat taż-ŻEE jkollhom l-istess setgħa awtonoma fil-liġi biex jiddeċiedu r-rata fiskali applikabbli fit-territorju ta' kompetenza tagħhom, indipendentement mill-gvern ċentrali. F'dan il-każ, il-miżuri deċiżi mill-awtoritajiet infrastatali mhumiex selettivi minħabba li huwa impossibbli li tiġi determinata rata tat-taxxa normali kapaċi li tikkostitwixxi l-qafas ta' referenza.

    (3)

    Fit-tielet xenarju – id-devoluzzjoni asimetrika tas-setgħat fiskali (223) – ċerti awtoritajiet reġjonali jew lokali biss jistgħu jadottaw miżuri ta' tassazzjoni applikabbli fit-territorju tagħhom. F'dan il-każ, il-valutazzjoni tan-natura selettiva tal-miżura inkwistjoni tiddependi fuq jekk l-awtorità kkonċernata hijiex awtonoma biżżejjed mill-gvern ċentrali tal-Istat taż-ŻEE (224). Dan ikun il-każ meta jiġu sodisfatti tliet kriterji kumulattivi ta' awtonomija: awtonomija istituzzjonali, proċedurali u ekonomika u finanzjarja (225). Jekk dawn il-kriterji kollha ta' awtonomija jkunu preżenti meta awtorità reġjonali jew lokali tiddeċiedi li tadotta miżura fiskali applikabbli biss fit-territorju tagħha, f'dan il-każ ir-reġjun inkwistjoni, mhux l-Istat taż-ŻEE, jikkostitwixxi l-qafas ta' referenza ġeografiku.

    5.3.1.   Awtonomija istituzzjonali

    145.

    L-eżistenza ta' awtonomija istituzzjonali tista' tiġi stabbilita fejn id-deċiżjoni dwar il-miżura ta' tassazzjoni tkun ittieħdet minn awtorità reġjonali jew lokali bl-istatus kostituzzjonali, politiku u amministrattiv tagħha li huwa separat minn dak tal-gvern ċentrali. Fil-kawża Azores, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li l-Kostituzzjoni Portugiża rrikonoxxiet l-Azores bħala reġjun awtonomu bi status politiku u amministrattiv proprju u istituzzjonijiet awtonomi, li għandhom ukoll il-kompetenza fiskali proprja, u s-setgħa li jadattaw dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali għal karatteristiċi reġjonali partikolari (226).

    146.

    Il-valutazzjoni ta' jekk dan il-kriterju jkunx ġie sodisfatt f'kull każ individwali għandha tinkludi, b'mod partikolari, eżami tal-kostituzzjoni u ta' liġijiet rilevanti oħra ta' Stat taż-ŻEE partikolari sabiex jiġi vverifikat jekk reġjun partikolari fil-fatt għandux l-istatus politiku u amministrattiv separat proprju u jekk għandux l-istituzzjonijiet awtonomi proprji li għandhom is-setgħa li jeżerċitaw il-kompetenza fiskali tagħhom stess.

    5.3.2.   Awtonomija proċedurali

    147.

    L-eżistenza ta' awtonomija proċedurali tista' tiġi stabbilita fejn deċiżjoni dwar miżura ta' tassazzjoni tkun ġiet adottata mingħajr ma l-gvern ċentrali jkun jista' jintervjeni direttament biex jiddetermina l-kontenut tagħha.

    148.

    Il-kriterju essenzjali għad-determinazzjoni ta' jekk teżistix awtonomija proċedurali mhuwiex il-grad ta' kompetenza li l-korp infrastatali huwa rikonoxxut li għandu, iżda l-kapaċità ta' dak il-korp, fid-dawl tal-kompetenza tiegħu, li jadotta deċiżjoni dwar miżura ta' tassazzjoni b'mod indipendenti, jiġifieri mingħajr ma l-gvern ċentrali jkun jista' jintervjeni direttament rigward il-kontenut tagħha.

    149.

    Il-fatt li tkun teżisti proċedura ta' konsultazzjoni jew ta' konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali (jew lokali) biex jiġu evitati konflitti ma jfissirx awtomatikament li korp infrastatali ma għandux awtonomija proċedurali, sakemm dak il-korp, u mhux il-gvern ċentrali, ikollu l-aħħar kelma dwar l-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni (227).

    150.

    Is-sempliċi fatt li l-atti li korp infrastatali jadotta huma soġġetti għal reviżjoni ġuridika fih innifsu ma jfissirx li dak il-korp ma għandux awtonomija proċedurali, peress li l-eżistenza ta' reviżjoni bħal dan hija karatteristika inerenti tal-istat tad-dritt (228).

    151.

    Miżura ta' tassazzjoni reġjonali (jew lokali) ma għandhiex għalfejn tkun separata għal kollox minn sistema fiskali aktar ġenerali biex din ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, mhuwiex meħtieġ li s-sistema fiskali inkwistjoni (il-bażijiet ta' valutazzjoni, ir-rati tat-taxxa, ir-regoli dwar l-irkupru u l-eżenzjonijiet mit-taxxa) tkun devoluta kompletament lill-korp infrastatali (229). Pereżempju, devoluzzjoni tat-taxxa korporattiva limitata għas-setgħa biex jiġu varjati r-rati f'firxa limitata, mingħajr devoluzzjoni tas-setgħa li jitbiddlu l-bażijiet ta' valutazzjoni (konċessjonijiet u eżenzjonijiet fiskali, eċċ.), tista' titqies li tissodisfa l-kundizzjoni ta' awtonomija proċedurali jekk il-medda tar-rata predefinita tippermetti lir-reġjun ikkonċernat li jeżerċita setgħat awtonomi sinifikanti ta' tassazzjoni, mingħajr ma l-gvern ċentrali jkun jista' jintervjeni direttament fir-rigward tal-kontenut.

    5.3.3.   Awtonomija ekonomika u finanzjarja

    152.

    L-eżistenza ta' awtonomija ekonomika u finanzjarja tista' tiġi stabbilita fejn korp infrastatali jassumi r-responsabbiltà għall-konsegwenzi politiċi u finanzjarji ta' miżura ta' tnaqqis fit-taxxi. Dan ma jistax ikun il-każ jekk il-korp infrastatali ma jkunx responsabbli għall-ġestjoni ta' baġit, jiġifieri meta ma jkollux kontroll ta' kemm id-dħul kif ukoll tan-nefqa.

    153.

    Għalhekk, billi tiġi stabbilita l-eżistenza ta' awtonomija ekonomika u finanzjarja, il-konsegwenzi finanzjarji tal-miżura ta' tassazzjoni fir-reġjun ma jridux jiġu kkumpensati minn għajnuna jew minn sussidji minn reġjuni oħra jew mill-gvern ċentrali. Għalhekk, l-eżistenza ta' rabta kawżali diretta bejn il-miżura ta' tassazzjoni adottata mill-korp infrastatali u l-appoġġ finanzjarju minn reġjuni oħra jew mill-gvern ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat teskludi l-eżistenza ta' tali awtonomija (230).

    154.

    L-eżistenza ta' awtonomija ekonomika u finanzjarja ma tiddgħajjifx bil-fatt li nuqqas fid-dħul mit-taxxa bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta' setgħat fiskali devoluti (eż. rata tat-taxxa aktar baxxa) hija bbilanċjata minn żieda parallela fl-istess dħul minħabba l-wasla ta' negozji ġodda attirati mir-rati aktar baxxi.

    155.

    Il-kriterji tal-awtonomija ma jeħtiġux li r-regoli li jirregolaw il-ġbir tat-taxxa jiġu devoluti lill-awtoritajiet reġjonali jew lokali, u lanqas ma jeħtieġu li d-dħul tat-taxxa effettivament jinġabar minn dawk l-awtoritajiet. Il-gvern ċentrali jista' jkompli jkun responsabbli għall-ġbir ta' taxxi devoluti jekk il-kost tal-ġbir jaqa' fuq l-awtorità infrastatali.

    5.4.   Kwistjonijiet speċifiċi dwar miżuri ta' tassazzjoni

    156.

    L-Istati taż-ŻEE huma liberi li jiddeċiedu dwar il-politika ekonomika li huma jqisu bħala l-aktar xierqa u, b'mod partikolari, biex iqassmu l-piż tat-taxxa kif jidhrilhom xieraq fost id-diversi fatturi ta' produzzjoni. Madankollu, l-Istati taż-ŻEE jridu jeżerċitaw din il-kompetenza skont il-liġi taż-ŻEE (231).

    5.4.1.   Soċjetajiet kooperattivi

    157.

    Fil-prinċipju, soċjetajiet kooperattivi ġenwini jikkonformaw ma' prinċipji operattivi li jiddistingwuhom minn operaturi ekonomiċi oħra (232). B'mod partikolari, huma soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta' sħubija u l-attivitajiet tagħhom jitmexxew għall-benefiċċju reċiproku tal-membri tagħhom (233), mhux fl-interess ta' investituri barranin. Barra minn hekk, ir-riżervi u l-assi mhumiex distribwibbli u jridu jiġu dedikati għall-interess komuni tal-membri. Fl-aħħar nett, ġeneralment il-kooperattivi jkollhom aċċess limitat għas-swieq tal-ekwità u jiġġeneraw marġni ta' profitt baxxi.

    158.

    Fid-dawl ta' dawn il-karatteristiċi partikolari, il-kooperattivi jistgħu jitqiesu bħala li mhumiex f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli ma' dik ta' kumpaniji kummerċjali, u għalhekk it-trattament fiskali preferenzjali għall-kooperattivi jista' jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sakemm (234):

    dawn jaġixxu fl-interess ekonomiku tal-membri tagħhom;

    ir-relazzjonijiet tagħhom mal-membri ma jkunux purament kummerċjali, iżda personali u individwali;

    il-membri jkunu involuti b'mod attiv fit-tmexxija tan-negozju;

    ikunu intitolati għal distribuzzjoni ekwa tar-riżultati tal-prestazzjoni ekonomika.

    159.

    Jekk, madankollu, jinstab li s-soċjetà kooperattiva taħt eżami tkun komparabbli ma' kumpaniji kummerċjali, għandha tiġi inkluża fl-istess qafas ta' referenza bħal kumpaniji kummerċjali u tgħaddi mill-analiżi fi tliet stadji kif stabbilit fil-paragrafi 128 sa 141. It-tielet pass ta' dik l-analiżi jeħtieġ analiżi ta' jekk ir-reġim preferenzjali inkwistjoni huwiex ġustifikat mil-loġika tas-sistema fiskali (235).

    160.

    Għal dan l-iskop, għandu jiġi nnotat li l-miżura teħtieġ li tkun konformi mal-prinċipji bażiċi jew gwida tas-sistema fiskali tal-Istat taż-ŻEE (b'referenza għall-mekkaniżmi inerenti għal dik is-sistema). Deroga għal soċjetajiet kooperattivi fis-sens li huma nfushom ma jiġux intaxxati bħala kooperattivi, tista', pereżempju, tkun ġustifikata mill-fatt li jqassmu l-profitti tagħhom kollha lill-membri tagħhom u mbagħad dik it-taxxa tiġi imposta fuq dawk il-membri individwali. Fi kwalunkwe każ, it-tassazzjoni mnaqqsa trid tkun proporzjonali u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. Barra minn hekk, l-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu japplika proċeduri xierqa ta' kontroll u ta' monitoraġġ (236).

    5.4.2.   Impriżi għal investiment kollettiv  (237)

    161.

    Huwa ġeneralment aċċettat li strumenti ta' investiment, bħal impriżi ta' investiment kollettiv (238), għandhom jiġu soġġetti għal livell xieraq ta' tassazzjoni minħabba li bażikament dawn joperaw bħala korpi intermedjarji bejn investituri (terzi) u l-kumpaniji fil-mira li huma s-suġġett tal-investiment. In-nuqqas ta' regoli fiskali speċjali li jirregolaw il-fondi jew il-kumpaniji ta' investiment jista' jwassal sabiex fond ta' investiment jiġi ttrattat bħala kontribwent separat – b'saff addizzjonali ta' taxxa impost fuq kwalunkwe dħul jew qligħ mill-istrument intermedjarju. F'dan il-kuntest, l-Istati taż-ŻEE ġeneralment ifittxu li jnaqqsu l-effetti negattivi tat-tassazzjoni fuq l-investimenti permezz ta' fondi jew kumpaniji ta' investiment meta mqabbla ma' investimenti diretti minn investituri individwali u, sa fejn ikun possibbli, li jiżguraw li l-piż tat-taxxa finali ġenerali fuq il-basket ta' diversi tipi ta' investimenti ikun kważi l-istess, irrispettivament mill-istrument użat għall-investiment.

    162.

    Miżuri ta' tassazzjoni mmirati biex tiġi żgurata n-newtralità fiskali għal investimenti f'fondi jew f'kumpaniji kollettivi ta' investiment ma għandhomx jitqiesu bħala selettivi fejn dawk il-miżuri ma jkollhomx l-effett li jiffavorixxu ċerti impriżi ta' investiment kollettiv jew ċerti tipi ta' investimenti (239), iżda pjuttost li jnaqqsu jew jeliminaw tassazzjoni ekonomika doppja skont il-prinċipji ġenerali inerenti għas-sistema fiskali inkwistjoni. Għall-finijiet ta' din it-taqsima, in-newtralità tat-taxxa tfisser li l-kontribwenti jiġu ttrattati l-istess kemm jekk jinvestu f'assi, bħal titoli tal-gvern u l-ishma ta' kumpaniji b'ishma konġunti, direttament jew indirettament permezz tal-fondi ta' investiment. Għaldaqstant, reġim preferenzjali tat-taxxa għal impriżi ta' investiment kollettiv li jirrispetta l-iskop ta' trasparenza fiskali fil-livell tal-istrument intermedjarju jista' jiġi ġġustifikat mil-loġika tas-sistema fiskali inkwistjoni, sakemm il-prevenzjoni ta' tassazzjoni ekonomika doppja tikkostitwixxi prinċipju inerenti għas-sistema fiskali inkwistjoni. B'kuntrast, trattament tat-taxxa preferenzjali limitat għal strumenti ta' investiment definiti sew li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi (240) għad-detriment ta' strumenti oħra ta' investiment li huma f'sitwazzjoni ġuridika u fattwali komparabbli għandu jitqies bħala selettiv (241), pereżempju, fejn ir-regoli tat-taxxa jipprovdu għal trattament favorevoli ta' fondi ta' riskju, ta' impatt soċjali jew ta' investiment fuq terminu twil u jeskludu fondi armonizzati tal-UE EuVECA (242), EuSEF (243) jew ELTIF (244).

    163.

    Madankollu, in-newtralità fiskali ma tfissirx li tali strumenti ta' investiment għandhom ikunu kompletament eżenti minn kwalunkwe taxxa jew li l-maniġers tal-fond għandhom ikunu eżenti mit-taxxa fuq it-tariffi mitluba minnhom għall-ġestjoni tal-assi sottostanti li l-fondi jinvestu fihom (245). Lanqas ma jiġġustifika trattament fiskali aktar favorevoli ta' investiment kollettiv minn ta' investiment individwali għar-reġimi tat-taxxa inkwistjoni (246). F'każijiet bħal dawn, ir-reġim preferenzjali jkun sproporzjonat u jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv li tiġi evitata taxxa doppja u għalhekk jikkostitwixxi miżura selettiva.

    5.4.3.   Amnestiji tat-taxxa

    164.

    L-amnestiji fiskali normalment jinvolvu immunità minn penali kriminali, multi u pagamenti ta' imgħax (kollha jew xi wħud minnhom). Filwaqt li ċerti amnestiji jeħtieġu ħlas totali tal-ammonti ta' taxxa dovuti (247), oħrajn jinvolvu eżenzjoni parzjali mill-ammont ta' taxxa dovut (248).

    165.

    B'mod ġenerali, miżura ta' amnestija fiskali li tapplika għall-impriżi tista' titqies bħala miżura ġenerali jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' hawn taħt (249).

    166.

    L-ewwel nett, il-miżura hija effettivament miftuħa għal kull impriża ta' kull settur jew daqs li għandha obbligazzjonijiet ta' taxxa pendenti li jkunu dovuti fid-data stabbilita mill-miżura, mingħajr ma tiffavorixxi xi grupp ta' impriżi definiti minn qabel. It-tieni nett, ma tinvolvi l-ebda selettività de facto favur ċerti impriżi jew setturi. It-tielet nett, l-azzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa hija limitata għall-amministrazzjoni tal-implimentazzjoni tal-amnestija tat-taxxa mingħajr ebda setgħa diskrezzjonali biex tintervjeni fl-għoti jew fl-intensità tal-miżura. Fl-aħħar nett, il-miżura ma tinvolvix eżenzjoni minn verifika.

    167.

    L-applikazzjoni temporali limitata tal-amnestiji fiskali, li japplikaw biss għal perjodu qasir (250) għal obbligazzjonijiet ta' taxxa li kienu dovuti qabel data definita minn qabel u li jkunu għadhom dovuti fil-ħin tal-introduzzjoni tal-amnestija fiskali, hija inerenti għall-kunċett ta' amnestija fiskali li għandu l-għan li jtejjeb kemm il-ġbir tat-taxxi kif ukoll il-konformità tal-kontribwenti.

    168.

    Il-miżuri tal-amnestija fiskali jistgħu jitqiesu wkoll bħala miżuri ġenerali jekk isegwu l-objettiv tal-leġiżlatur nazzjonali li tiġi żgurata konformità mal-prinċipju ġenerali tal-liġi, bħall-prinċipju li sentenza trid tingħata fi żmien perjodu ta' żmien raġonevoli (251).

    5.4.4.   Deċiżjonijiet u ftehimiet dwar it-taxxa

    5.4.4.1.   Deċiżjonijiet amministrattivi dwar it-taxxa

    169.

    Il-funzjoni ta' deċiżjoni dwar it-taxxa hija li tiġi stabbilita minn qabel l-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa ordinarja għal każ partikolari fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħu. Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, ħafna awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jipprovdu deċiżjonijiet amministrattivi minn qabel dwar kif tranżazzjonijiet speċifiċi ser jiġu ttrattati fiskalment (252). Dan jista' jsir sabiex jiġi stabbilit bil-quddiem il-mod kif id-dispożizzjonijiet dwar trattat fiskali bilaterali jew id-dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali ser jiġu applikati għal każ partikolari jew il-mod kif “il-profitti ta' distakkament” ser jiġu stabbiliti għal tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati fejn inċertezza tiġġustifika deċiżjoni bil-quddiem biex jiġi aċċertat jekk ċerti tranżazzjonijiet intragrupp humiex ipprezzati skont il-kundizzjonijiet ta' distakkament (253). L-Istati taż-ŻEE jistgħu jipprovdu lill-kontribwenti tagħhom b'ċertezza tad-dritt u prevedibbiltà dwar l-applikazzjoni ta' regoli ġenerali dwar it-taxxa, li tiġi żgurata bl-aħjar mod jekk il-prassi tagħha tad-deċiżjonijiet amministrattivi tkun trasparenti u d-deċiżjonijiet jiġu ppubblikati.

    170.

    L-għoti ta' deċiżjoni dwar it-taxxa għandu, madankollu, jirrispetta r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fejn deċiżjoni dwar it-taxxa tapprova riżultat li ma jirriflettix b'mod affidabbli dak li kieku jirriżulta minn applikazzjoni normali tas-sistema fiskali ordinarja, dik id-deċiżjoni tista' tagħti vantaġġ selettiv lid-destinatarju, sa fejn dak it-trattament selettiv jirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni ta' taxxa ta' dak id-destinatarju fl-Istat taż-ŻEE meta mqabbel ma' kumpaniji f'sitwazzjoni ġuridika u fattwali simili.

    171.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tnaqqis fil-bażi taxxabbli li jirriżulta minn miżura fiskali li tippermetti lil kontribwent li juża prezz tat-trasferiment fi tranżazzjonijiet fost l-impriżi ta' grupp li ma jixbħux il-prezzijiet li kieku jintużaw f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa bejn impriżi indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli skont il-prinċipju ta' distakkament jipprovdi vantaġġ selettiv lil dak il-kontribwent, minħabba l-fatt li l-obbligazzjoni ta' taxxa tiegħu skont is-sistema fiskali ġenerali hija inqas meta mqabbla ma' kumpaniji indipendenti li jiddependu fuq il-profitt effettivament irreġistrat biex jiddeterminaw il-bażi taxxabbli tagħhom (254). Għaldaqstant, deċiżjoni dwar it-taxxa li tapprova metodoloġija tal-ipprezzar tat-trasferimenti biex jiġi determinat il-profitt taxxabbli ta' entità ta' grupp korporattiv li ma jirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament tagħti vantaġġ selettiv lil min jirċieviha. It-tfittxija għal “approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq” tfisser li kwalunkwe devjazzjoni mill-aħjar stima ta' riżultat ibbażat fuq is-suq trid tkun limitata u proporzjonata mal-inċertezza inerenti fil-metodu ta' pprezzar ta' trasferiment magħżul jew l-għodod ta' statistika użati għal dak l-eżerċizzju ta' approssimazzjoni.

    172.

    Dan il-prinċipju ta' distakkament neċessarjament jagħmel parti mill-valutazzjoni tal-Awtorità tal-miżuri ta' tassazzjoni mogħtija lil kumpaniji fi grupp skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, indipendentement minn jekk Stat taż-ŻEE jkunx inkorpora dan il-prinċipju fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu u f'liema forma. Dan jintuża biex jiġi stabbilit jekk il-profitt taxxabbli ta' kumpanija fi grupp għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul korporattiv kienx ġie determinat abbażi ta' metodoloġija li tipproduċi approssimazzjoni affidabbli tar-riżultat ibbażat fuq is-suq. Deċiżjoni dwar it-taxxa li tapprova metodoloġija bħal din tiżgura li dik il-kumpanija ma tiġix trattata b'mod favorevoli skont ir-regoli ordinarji tat-tassazzjoni korporattiva tal-profitti fl-Istat taż-ŻEE kkonċernat meta mqabbla ma' kumpaniji indipendenti li jiġu intaxxati fuq il-profitt kontabilistiku tagħhom, li jirrifletti l-prezzijiet stabbiliti fis-suq negozjati abbażi tal-prinċipju tad-distakkament. Il-prinċipju tad-distakkament li l-Awtorità tapplika fil-valutazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar ta' trasferimenti skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huwa għalhekk applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, li jipprojbixxi trattament mhux ugwali fit-tassazzjoni ta' impriżi f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili. Dan il-prinċipju jorbot lill-Istati taż-ŻEE u r-regoli fiskali nazzjonali mhumiex esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu (255).

    173.

    Meta teżamina jekk deċiżjoni dwar l-ipprezzar ta' trasferimenti hijiex konformi mal-prinċipju tad-distakkament inerenti fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità tista' tqis il-gwida pprovduta mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), b'mod partikolari “Il-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa”. Dawk il-linji gwida ma jittrattawx kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat per se, iżda jipprovdu l-kunsens internazzjonali dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti u jipprovdu gwida utli għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u għall-impriżi multinazzjonali dwar kif jiġi żgurat li metodoloġija ta' pprezzar tat-trasferimenti tipproduċi riżultat f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq. Għaldaqstant, jekk arranġament dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jkun konformi mal-gwida pprovduta mil-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti, inkluża l-gwida dwar l-għażla tal-metodu l-aktar xieraq u li jwassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq, mhuwiex probabbli li deċiżjoni dwar it-taxxa li tapprova dak l-arranġament twassal għal għajnuna mill-Istat.

    174.

    Fi ftit kliem, id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa jagħtu vantaġġ selettiv lill-indirizzati tagħhom b'mod partikolari fejn:

    (a)

    id-deċiżjoni tapplika l-liġi fiskali nazzjonali b'mod żbaljat u dan iwassal għal ammont aktar baxx ta' taxxa (256);

    (b)

    id-deċiżjoni mhijiex disponibbli għal impriżi f'sitwazzjoni ġuridika u fattwali simili (257); jew

    (c)

    l-amministrazzjoni tapplika trattament tat-taxxa aktar “favorevoli” meta mqabbel ma' kontribwenti oħrajn fl-istess sitwazzjoni ġuridika u fattwali. Dan jista', pereżempju, ikun il-każ fejn l-awtorità tat-taxxa taċċetta arranġament ta' pprezzar ta' trasferiment li mhuwiex skont il-prinċipju tad-distakkament għaliex il-metodoloġija approvata minn dik id-deċiżjoni tipproduċi riżultat li ma jsegwix approssimazzjoni affidabbli tar-riżultat ibbażat fuq is-suq (258). L-istess japplika jekk id-deċiżjoni tippermetti li d-destinatarji tagħha jużaw metodi alternattivi u aktar indiretti għall-kalkolu tal-profitti taxxabbli, pereżempju l-użu ta' marġini fissi għal kost b'addenda jew il-metodu tal-prezz ta' bejgħ mill-ġdid għad-determinazzjoni ta' pprezzar xieraq tat-trasferimenti, filwaqt li jkun hemm oħrajn aktar diretti disponibbli (259).

    5.4.4.2.   Tranżazzjonijiet fiskali

    175.

    Ġeneralment, saldi fiskali jseħħu fil-kuntest ta' tilwim bejn kontribwent u l-awtoritajiet tat-taxxa dwar l-ammont ta' taxxa dovut. Dawn jikkostitwixxu prassi komuni f'għadd ta' Stati taż-ŻEE. Il-konklużjoni ta' tali saldi fiskali tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa li jevitaw tilwim ġuridiku fit-tul quddiem il-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali u biex jiżguraw irkupru malajr tat-taxxa dovuta. Filwaqt li l-kompetenza tal-Istati taż-ŻEE f'dan il-qasam mhijiex diskutibbli, għajnuna mill-Istat tista' tkun involuta fil-konklużjoni ta' saldu fiskali, b'mod partikolari fejn jidher li l-ammont tat-taxxa dovut ikun tnaqqas mingħajr ġustifikazzjoni ċara (bħall-ottimizzazzjoni tal-irkupru tad-dejn) jew b'mod sproporzjonat għall-benefiċċju tal-kontribwent (260).

    176.

    F'dan il-kuntest, tranżazzjoni bejn l-awtorità tat-taxxa u kontribwent tista' b'mod partikolari tinvolvi vantaġġ selettiv fejn (261):

    (a)

    waqt li jsiru konċessjonijiet sproporzjonati lil kontribwent, l-amministrazzjoni tapplika trattament fiskali diskrezzjonali aktar “favorevoli” meta mqabbel ma' kontribwenti oħrajn f'sitwazzjoni ġuridika u fattwali simili;

    (b)

    is-saldu jmur kontra d-dispożizzjonijiet tat-taxxa applikabbli u jkun irriżulta f'ammont aktar baxx ta' taxxa, barra firxa raġonevoli. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fejn fatti stabbiliti b'mod ċar kellhom iwasslu għal valutazzjoni fiskali differenti abbażi tad-dispożizzjonijiet applikabbli (iżda l-ammont ta' taxxa dovut kien ġie mnaqqas illegalment).

    5.4.5.   Regoli ta' amortizzament/deprezzament

    177.

    B'mod ġenerali, miżuri ta' tassazzjoni ta' natura purament teknika bħal regoli ta' deprezzament/amortizzament ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Il-metodu għall-kalkolu tad-deprezzament ta' assi jvarja minn Stat taż-ŻEE għal ieħor, iżda metodi bħal dawn jistgħu jkunu inerenti għas-sistemi fiskali li għalihom jappartjenu.

    178.

    Id-diffikultà fil-valutazzjoni ta' selettività possibbli fir-rigward tar-rata ta' deprezzament ta' ċerti assi hija minħabba l-ħtieġa li jiġi stabbilit valur referenzjarju (li minnu rata speċifika jew metodu ta' deprezzament jistgħu possibbilment jidderogaw). Filwaqt li f'termini ta' kontabilità, l-iskop ta' dan l-eżerċizzju huwa ġeneralment biex jiġi rifless id-deprezzament ekonomiku tal-assi bil-għan li tiġi preżentata stampa ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-proċess fiskali jsegwi skopijiet differenti bħal li jippermetti lill-kumpaniji li jifirxu l-ispejjeż deduċibbli maż-żmien.

    179.

    Inċentivi ta' deprezzament (bħal perjodu iqsar ta' deprezzament, metodu ta' deprezzament aktar favorevoli (262), deprezzament bikri, eċċ.) għal ċerti tipi ta' assi jew impriżi, li mhumiex ibbażati fuq il-prinċipji gwida tar-regoli dwar id-deprezzament inkwistjoni, jistgħu jagħtu lok għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat. B'kuntrast, regoli dwar deprezzament aċċellerat u bikri għal assi lokati jistgħu jitqiesu bħala miżuri ġenerali jekk il-kuntratti lokatizji inkwistjoni jkunu verament aċċessibbli għall-kumpaniji tas-setturi u tad-daqsijiet kollha (263).

    180.

    Jekk l-awtorità tat-taxxa għandha setgħa diskrezzjonali biex tistabbilixxi perjodi differenti ta' deprezzament jew metodi differenti ta' valutazzjoni, skont id-ditta jew is-settur, naturalment ikun hemm preżunzjoni ta' selettività. Bl-istess mod, awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità tat-taxxa bħala kundizzjoni għall-applikazzjoni ta' skema ta' deprezzament tinvolvi selettività jekk l-awtorizzazzjoni ma tkunx limitata għall-verifika minn qabel tar-rekwiżiti ġuridiċi (264).

    5.4.6.   Reġim preferenzjali fuq bażi fissa għal attivitajiet speċifiċi

    181.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi li ma jinkludux elementi diskrezzjonali, li jippermettu, pereżempju, li t-taxxa fuq l-introjtu tiġi determinata fuq bażi fissa, jistgħu jiġu ġġustifikati min-natura u mill-iskema ġenerali tas-sistema fejn, pereżempju, iqisu r-rekwiżiti kontabilistiċi speċifiċi jew l-importanza tal-art f'assi li huma speċifiċi għal ċerti setturi.

    182.

    Għalhekk dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex selettivi, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ir-reġim fuq bażi fissa huwa ġġustifikat mill-objettiv li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat fuq ċerti tipi ta' impriżi minħabba d-daqs żgħir tagħhom jew minħabba s-settur ta' attività tagħhom;

    (b)

    bħala medja, reġim fuq bażi fissa ma għandux l-effett li jimplika piż fiskali inqas għal dawk l-impriżi meta mqabbla ma' impriżi oħra esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u ma jinvolvix vantaġġi għal subkategorija ta' benefiċjarji tar-reġim.

    5.4.7.   Regoli kontra l-abbuż

    183.

    Il-provvediment ta' regoli kontra l-abbuż jista' jkun ġustifikat bħala miżuri għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa mill-kontribwenti (265). Madankollu, dawn ir-regoli jistgħu jkunu selettivi jekk jipprovdu għal deroga (nuqqas ta' applikazzjoni tar-regoli ta' kontra l-abbuż) għal impriżi jew għal tranżazzjonijiet speċifiċi, li ma tkunx konsistenti mal-loġika sottostanti tar-regoli kontra l-abbuż inkwistjoni (266).

    5.4.8.   Dazji tas-sisa

    184.

    Tnaqqis fuq id-dazju tas-sisa jista' jagħti vantaġġ selettiv lill-impriżi li jużaw il-prodott inkwistjoni bħala input jew biex jinbiegħ fis-suq (268).

    6.   EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ U FUQ IL-KOMPETIZZJONI

    6.1.   Prinċipji ġenerali

    185.

    L-għajnuna pubblika għall-impriżi tikkostitwixxi biss għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jekk “twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti” u biss sa fejn “taffettwa l-kummerċ” bejn l-Istati taż-ŻEE.

    186.

    Dawn huma żewġ elementi meħtieġa u distinti tal-kunċett ta' għajnuna. Madankollu, ħafna drabi fil-prattika dawn il-kriterji jiġu trattati b'mod konġunt fil-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat minħabba li, bħala regola, jitqiesu li huma intrinsikament marbuta (269).

    6.2.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

    187.

    Miżura mogħtija mill-Istat titqies li tfuxkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tar-riċevitur meta mqabbel ma' impriżi oħrajn li magħhom jikkompeti (270). Għall-iskopijiet prattiċi kollha, distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE ġeneralment teżisti meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn ikun hemm, jew jista' jkun hemm, il-kompetizzjoni (271).

    188.

    Il-fatt li l-awtoritajiet jassenjaw servizz pubbliku lil fornitur intern (anki jekk dawn kienu ħielsa li jagħtu dak is-servizz lil partijiet terzi) bħala tali ma jeskludix il-possibbiltà ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, il-possibbiltà ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni hija eskluża jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a)

    servizz ikun soġġett għal monopolju legali (stabbilit skont id-dritt taż-ŻEE) (272);

    (b)

    il-monopolju legali ma jeskludix biss il-kompetizzjoni fis-suq, iżda anke għas-suq, fis-sens li jeskludi kull possibbiltà ta' kompetizzjoni biex isir il-fornitur esklużiv tas-servizz inkwistjoni (273);

    (c)

    is-servizz ma jkunx f'kompetizzjoni ma' servizzi oħra; u

    (d)

    jekk il-fornitur tas-servizz ikun attiv f'suq (ġeografiku jew tal-prodott) ieħor li huwa miftuħ għal kompetizzjoni, għandu jiġi eskluż sussidju inkroċjat. Dan jeħtieġ li jintużaw kontijiet separati, li l-kostijiet u d-dħul jiġu allokati b'mod xieraq u li l-finanzjament pubbliku pprovdut għas-servizz soġġett għall-monopolju legali ma jkunx jista' jkun ta' benefiċċju għal attivitajiet oħra.

    189.

    L-appoġġ pubbliku jista' jfixkel il-kompetizzjoni anki jekk dan ma jgħinx lill-impriża riċeventi biex tespandi u tikseb sehem fis-suq. Huwa suffiċjenti li l-għajnuna tippermettilha li żżomm pożizzjoni kompetittiva aktar b'saħħitha milli kieku ma ġietx ipprovduta l-għajnuna. F'dan il-kuntest, biex jitqies li l-għajnuna qed tfixkel il-kompetizzjoni, normalment huwa biżżejjed li l-għajnuna tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju billi teżentah mill-ispejjeż li kieku kien ikollu jħallas matul l-operat tan-negozju tiegħu ta' kuljum (274). Id-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat ma teħtieġx li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni jew l-effett fuq il-kummerċ ikunu sinifikanti jew materjali. Il-fatt li l-ammont ta' għajnuna jkun baxx jew l-impriża riċeventi tkun żgħira fih innifsu mhuwiex ser jeskludi distorsjoni tal-kompetizzjoni jew it-theddida tagħha (275), sakemm madankollu l-probabbiltà ta' tali distorsjoni ma tkunx sempliċiment ipotetika (276).

    6.3.   Effett fuq il-kummerċ

    190.

    L-appoġġ pubbliku għall-impriżi jikkostitwixxi biss għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE sa fejn “jaffettwa l-kummerċ” bejn l-Istati taż-ŻEE. F'dak ir-rigward, mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE iżda sempliċiment jekk l-għajnuna jistax ikollha impatt fuq dan il-kummerċ (277). B'mod partikolari, il-Qrati taż-ŻEE stabbilixxew li “fejn l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li qed jikkompetu fil-kummerċ intra-[ŻEE], dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu li ġew affettwati mill-għajnuna.” (278)

    191.

    Is-sostenn pubbliku jista' jitqies bħala li huwa kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE anki jekk ir-riċevitur ma jkunx direttament involut f'kummerċ transfruntier. Pereżempju, is-sussidju jista' jagħmilha aktar diffiċli għall-operaturi fi Stati taż-ŻEE oħra biex jidħlu fis-suq billi tinżamm jew tiżdied il-provvista lokali (279).

    192.

    L-ammont relattivament baxx ta' għajnuna jew id-daqs relattivament żgħir tal-impriża benefiċjarja bħala tali ma jeskludux il-possibbiltà li jista' jiġi affettwat il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (280). Sussidju pubbliku mogħti lil impriża li tipprovdi servizzi lokali jew reġjonali biss u ma tipprovdi ebda servizz barra mill-Istat tal-oriġini tagħha xorta jista' jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE fejn impriżi minn Stati taż-ŻEE oħra jistgħu jipprovdu dawn is-servizzi (anke permezz tad-dritt ta' stabbiliment) u dik il-possibbiltà mhijiex sempliċiment ipotetika. Pereżempju, meta Stat taż-ŻEE jagħti sussidju pubbliku lil impriża għall-provvista ta' servizzi tat-trasport, il-provvista ta' dawk is-servizzi tista', permezz tas-sussidju, tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza li l-impriżi stabbiliti fi Stati oħra taż-ŻEE jkollhom anqas opportunità li jipprovdu s-servizzi tat-trasport tagħhom fis-suq f'dak l-Istat taż-ŻEE (281). Effett bħal dan jista', madankollu, ikun anqas probabbli fejn il-kamp ta' applikazzjoni tal-attività ekonomika jkun żgħir ħafna, kif jista' jidher pereżempju minn fatturat baxx ħafna.

    193.

    Fil-prinċipju, effett fuq il-kummerċ jista' jseħħ ukoll anki jekk ir-riċevitur jesporta l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni jew il-produzzjoni kollha tiegħu barra miż-ŻEE, iżda f'sitwazzjonijiet bħal dawn l-effett ikun anqas immedjat u ma jistax jiġi preżunt mis-sempliċi fatt li s-suq huwa miftuħ għall-kompetizzjoni (282).

    194.

    Biex jiġi stabbilit effett fuq il-kummerċ, mhuwiex meħtieġ li jiġi definit is-suq jew li jiġi investigat fid-dettall l-impatt tal-miżura fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju u tal-kompetituri tiegħu (283).

    195.

    Madankollu, effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE ma jistax ikun sempliċiment ipotetiku jew preżunt. Irid jiġi stabbilit għaliex il-miżura tiddistorti jew thedded li tiddistorti l-kompetizzjoni u tista' twassal biex taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, abbażi tal-effetti prevedibbli tal-miżura (284).

    196.

    F'diversi deċiżjonijiet, l-Awtorità u l-Kummissjoni qiesu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każijiet, li l-miżura kellha impatt purament lokali u konsegwentement ma kellha l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. F'dawk il-każijiet, l-Awtorità u l-Kummissjoni aċċertaw b'mod partikolari li l-benefiċjarju forna oġġetti jew servizzi f'żona limitata fi Stat taż-ŻEE u ma kienx probabbli li jattira klijenti minn Stati oħrajn taż-ŻEE, u li ma setax jiġi previst li l-miżura kien ser ikollha aktar minn effett marġinali fuq il-kundizzjonijiet tal-investimenti jew l-istabbiliment transfruntiera.

    197.

    Filwaqt li mhuwiex possibbli li jiġu definiti kategoriji ġenerali ta' miżuri li normalment jissodisfaw dawn il-kriterji, deċiżjonijiet passati jipprovdu eżempji ta' sitwazzjonijiet li fihom l-Awtorità u l-Kummissjoni sabu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, li l-appoġġ pubbliku ma kienx probabbli li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Xi eżempji ta' dawn il-każijiet huma:

    (a)

    faċilitajiet sportivi u tad-divertiment li predominantement iservu udjenza lokali u li mhuwiex probabbli li jattiraw klijenti jew investiment minn Stati oħra taż-ŻEE (285);

    (b)

    avvenimenti kulturali u entitajiet li jwettqu attivitajiet ekonomiċi (286) li madankollu huwa improbabbli li jbiegħdu lill-utenti jew lill-viżitaturi minn offerti simili fi Stati oħra taż-ŻEE (287); l-Awtorità tqis li finanzjament biss li jingħata lil istituzzjonijiet kulturali kbar u magħrufa u avvenimenti fi Stat taż-ŻEE li jiġu promossi b'mod wiesa' barra r-reġjun ta' pajjiżhom għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE;

    (c)

    sptarijiet u faċilitajiet oħra tal-kura tas-saħħa li jipprovdu l-firxa tas-soltu ta' servizzi mediċi mmirati lejn popolazzjoni lokali u li huwa improbabbli li jattiraw klijenti jew investiment minn Stati oħra taż-ŻEE (288);

    (d)

    il-midja tal-aħbarijiet u/jew prodotti kulturali li, għal raġunijiet lingwistiċi u ġeografiċi, ikollhom udjenza lokalment ristretta (289);

    (e)

    ċentru għall-konferenzi, fejn il-post tiegħu u l-effett potenzjali tal-għajnuna fuq il-prezzijiet huwa ġenwinament improbabbli li jiddevja l-utenti minn ċentri oħra fi Stati oħra taż-ŻEE (290);

    (f)

    pjattaforma ta' informazzjoni u ta' netwerking sabiex jiġu indirizzati direttament il-problemi tal-qgħad u tal-konflitti soċjali f'żona lokali predefinita u żgħira ħafna (291);

    (g)

    ajruporti (292) jew portijiet (293) żgħar li prinċipalment iservu utenti lokali, b'hekk jillimitaw il-kompetizzjoni għas-servizzi offruti fuq livell lokali, u li l-impatt tagħhom fuq l-investiment transfruntier huwa ġenwinament mhux aktar minn wieħed marġinali;

    (h)

    il-finanzjament ta' ċerti funikulari (u b'mod partikolari seġġjoviji) f'żoni bi ftit faċilitajiet u kapaċità limitata ta' turiżmu. Il-Kummissjoni ċċarat li normalment jitqiesu l-fatturi li ġejjin sabiex issir distinzjoni bejn installazzjonijiet li jappoġġaw attività li kapaċi tattira utenti mhux lokali, li huma ġeneralment meqjusa li għandhom effett fuq il-kummerċ, u installazzjonijiet relatati mal-isport f'żoni bi ftit faċilitajiet u kapaċità limitata ta' turiżmu, fejn l-appoġġ pubbliku jista' ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (294): a) il-post tal-installazzjoni (pereżempju fl-ibliet jew f'villaġġi li jgħaqqdu); b) il-ħin ta' tħaddim; c) il-parti l-kbira tal-utenti huma lokali (proporzjon ta' biljetti ta' kuljum għall-kuntrarju ta' biljetti ta' ġimgħa); d) l-għadd u l-kapaċità totali ta' installazzjonijiet meta mqabbla mal-għadd ta' utenti residenti; e) faċilitajiet oħrajn relatati mat-turiżmu fiż-żona. Bl-aġġustamenti meħtieġa, fatturi simili jistgħu jkunu rilevanti wkoll għal tipi oħra ta' faċilitajiet.

    198.

    Anki jekk f'ħafna każijiet iċ-ċirkostanzi li fihom tingħata l-għajnuna jkunu suffiċjenti biex jintwera li l-għajnuna tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE u li toħloq distorsjoni jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni, dawk iċ-ċirkostanzi għandhom jiġu stabbiliti b'mod xieraq. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, huwa normalment biżżejjed li jiġu eżaminati l-karatteristiċi tal-iskema partikolari (295).

    7.   INFRASTRUTTURA: XI KJARIFIKI SPEĊIFIĊI

    7.1.   Introduzzjoni

    199.

    Il-gwida dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif stabbilit f'dawn il-Linji Gwida tapplika għall-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura li għandha użu ekonomiku, kif tapplika għal kull finanzjament pubbliku ieħor li jiffavorixxi attività ekonomika (296). Madankollu, minħabba l-importanza strateġika tal-finanzjament pubbliku ta' infrastrutturi, mhux l-inqas għall-promozzjoni tat-tkabbir, u l-mistoqsijiet li spiss tqajjem, ikun xieraq li tingħata gwida speċifika dwar meta l-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura jiffavorixxi impriża, jagħti vantaġġ u għandu effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE.

    200.

    Ħafna drabi proġetti ta' infrastruttura jinvolvu diversi kategoriji ta' atturi u kwalunkwe għajnuna mill-Istat involuta tista' potenzjalment tibbenefika l-bini (inklużi estensjonijiet jew titjib), l-operat jew l-użu tal-infrastruttura (297). Għalhekk, għall-finijiet ta' din it-taqsima, huwa utli li ssir distinzjoni bejn l-iżviluppatur u/jew l-ewwel sid (“żviluppatur/sid (298)) ta' infrastruttura, l-operaturi (jiġifieri l-impriżi li jagħmlu użu dirett mill-infrastruttura biex jipprovdu servizzi lill-utenti finali, inklużi impriżi li jiksbu l-infrastruttura mill-iżviluppatur/sid biex jisfruttawha ekonomikament jew li jiksbu konċessjoni jew lokazzjoni għall-użu u għall-operat tal-infrastruttura), u l-utenti finali ta' infrastruttura, għalkemm f'ċerti każijiet dawn il-funzjonijiet jistgħu jikkoinċidu.

    7.2.   Għajnuna lill-iżviluppatur/sid

    7.2.1.   Attività ekonomika kontra attività mhux ekonomika

    201.

    Tradizzjonalment il-finanzjament pubbliku ta' ħafna mill-infrastruttura kien ikkunsidrat li jaqa' barra mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat peress li l-bini u t-tħaddim tagħhom kienu kkunsidrati li jikkostitwixxu miżuri ġenerali ta' politika pubblika u mhux attività ekonomika (299). Madankollu, aktar reċentement, diversi fatturi, bħalma huma l-liberalizzazzjoni, il-privatizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq u l-progress teknoloġiku, żiedu l-kamp ta' applikazzjoni għall-isfruttament kummerċjali ta' infrastrutturi.

    202.

    Fis-sentenza Aéroports de Paris  (300) il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet din l-evoluzzjoni, u ċċarat li l-operat ta' ajruport għandu jitqies bħala attività ekonomika. Aktar reċentement, is-sentenza Leipzig/Halle  (301) kkonfermat li fih innifsu l-bini ta' runway ta' ajruport kummerċjali huwa attività ekonomika. Filwaqt li dawn il-każijiet jirrigwardaw speċifikament lill-ajruporti, il-prinċipji żviluppati mill-Qrati taż-ŻEE jidhru li jistgħu jiġu interpretati b'mod usa' u għalhekk applikabbli għall-bini ta' infrastrutturi oħra li huma marbuta b'mod indissoċjabbli ma' attività ekonomika (302).

    203.

    Min-naħa l-oħra, il-finanzjament ta' infrastruttura li ma tkunx maħsuba biex tiġi kummerċjalment sfruttata huwa fil-prinċipju eskluż mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan jittratta, pereżempju, infrastruttura li tintuża għal attivitajiet li l-Istat normalment iwettaq fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tiegħu (pereżempju, faċilitajiet militari, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru fl-ajruporti, fanali tal-portijiet u tagħmir ieħor għall-ħtiġijiet tan-navigazzjoni ġenerali inklużi fuq passaġġi fuq l-ilma intern, il-protezzjoni mill-għargħar u l-ġestjoni tal-ilma baxx fl-interess pubbliku, il-pulizija u d-dwana) jew li ma tintużax biex jiġu offruti prodotti jew servizzi f'suq partikolari (pereżempju toroq disponibbli għall-użu pubbliku mingħajr ħlas). Attivitajiet bħal dawn mhumiex ta' natura ekonomika u konsegwentement jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif ukoll, għaldaqstant, il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura relatata (303).

    204.

    Meta infrastruttura li oriġinarjament kienet tintuża għal attivitajiet mhux ekonomiċi aktar tard tiġi riassenjata għal użu ekonomiku (pereżempju fil-każ fejn ajruport militari jiġi konvertit għall-użu ċivili), il-kostijiet biss involuti għall-konverżjoni tal-infrastruttura għal użu ekonomiku ser jitqiesu għall-valutazzjoni skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (304).

    205.

    Jekk l-infrastruttura tintuża kemm għal attivitajiet ekonomiċi kif ukoll għal dawk li mhumiex, il-finanzjament pubbliku għal bini tagħha jaqa' taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat biss sa fejn dan ikopri l-kostijiet marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi.

    206.

    Jekk entità tkun involuta f'attivitajiet ekonomiċi u dawk li mhumiex ekonomiċi, l-Istati taż-ŻEE għandhom jiżguraw li l-finanzjament pubbliku pprovdut għall-attivitajiet li mhumiex ekonomiċi ma jkunx jista' jintuża għas-sussidju inkroċjat tal-attivitajiet ekonomiċi. B'mod partikolari dan jista' jiġi żgurat billi l-finanzjament pubbliku jiġi limitat għall-kost nett (inkluż il-kost tal-kapital) tal-attivitajiet li mhumiex ekonomiċi, li għandhom jiġu identifikati abbażi ta' separazzjoni ċara tal-kontijiet.

    207.

    Jekk f'każijiet ta' użu mħallat, l-infrastruttura tintuża kważi esklussivament għal attività mhux ekonomika, l-Awtorità tqis li l-finanzjament tagħha jista' jaqa' kompletament barra mir-regoli dwar l-għajnuna tal-Istat, sakemm l-attività ekonomika tibqa' purament anċillari, jiġifieri attività li hija direttament relatata mal-operat tal-infrastruttura u meħtieġa għalih, jew tkun marbuta intrinsikament mal-użu ewlieni mhux ekonomiku tagħha. Dan għandu jitqies li jkun il-każ meta l-attivitajiet ekonomiċi jikkunsmaw l-istess inputs bħall-attivitajiet primarji mhux ekonomiċi, pereżempju materjal, tagħmir, xogħol u kapital fiss. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi anċillari jrid jibqa' wieħed limitat, fir-rigward tal-kapaċità tal-infrastruttura (305). Eżempji ta' attivitajiet ekonomiċi anċillari bħal dawn jistgħu jinkludu organizzazzjoni tar-riċerka li kultant tikri t-tagħmir u l-laboratorji tagħha lil sħab industrijali (306). L-Awtorità tqis ukoll li l-finanzjament pubbliku pprovdut lil faċilitajiet abitwali (bħal ristoranti, ħwienet jew parkeġġ bi ħlas) għal infrastrutturi li kważi esklużivament jintużaw għal attività mhux ekonomika normalment ma għandu l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE minħabba li dawk il-faċilitajiet abitwali mhumiex probabbli li jattiraw klijenti minn Stati oħra taż-ŻEE u l-finanzjament tagħhom mhuwiex probabbli li ser ikollu aktar minn effett marġinali fuq l-investiment jew fuq l-istabbiliment transfruntiera.

    208.

    Kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet fis-sentenza tagħha Leipzig/Halle, il-bini ta' infrastruttura, jew parti minnha, jista' jaqa' taħt l-eżerċizzju ta' setgħat pubbliċi tal-Istat (307). F'dan il-każ, il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura (jew il-parti rilevanti tal-infrastruttura) mhuwiex soġġett għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    209.

    Minħabba l-inċertezza li kienet teżisti qabel is-sentenza Aéroports de Paris, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura mogħti qabel dik is-sentenza ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u li, għaldaqstant, dawn il-miżuri ma kellhomx għalfejn jiġu notifikati lill-Awtorità. Minn dan isegwi li l-Awtorità ma tistax tikkontesta tali miżuri ta' finanzjament adottati definittivament qabel is-sentenza Aéroports de Paris abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (308). Dan ma jimplika l-ebda suppożizzjoni dwar il-preżenza jew l-assenza ta' għajnuna mill-Istat jew aspettattivi leġittimi fir-rigward ta' miżuri ta' finanzjament li ma ġewx adottati definittivament qabel is-sentenza Aéroports de Paris, li jridu jiġu vverifikati fuq bażi ta' każ b'każ (309).

    7.2.2.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

    210.

    Ir-raġunament wara l-każijiet li fihom l-Awtorità u l-Kummissjoni qiesu li ċerti miżuri ma setgħux jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE kif stabbilit fil-paragrafi 196 u 197 jista' jkun rilevanti wkoll għal ċertu finanzjament pubbliku ta' infrastruttura, b'mod partikolari infrastruttura lokali jew muniċipali, anki jekk tiġi sfruttata kummerċjalment. Karatteristika importanti ta' każijiet bħal dawn tkun żona ta' lħuq predominantement lokali kif ukoll evidenza li mhuwiex probabbli li l-investiment transfruntier jiġi affettwat aktar milli b'mod marġinali. Pereżempju, il-bini ta' installazzjonijiet ta' divertiment lokali, ta' faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, ta' ajruporti jew ta' portijiet żgħar li prinċipalment iservu utenti lokali u li l-impatt tagħhom fuq l-investiment transfruntier huwa marġinali mhumiex probabbli li jaffettwaw il-kummerċ. Evidenza li turi li ma hemm l-ebda effett fuq il-kummerċ tista' tinkludi dejta li turi li l-użu tal-infrastruttura minn barra l-Istat taż-ŻEE huwa wieħed limitat biss u li investimenti transfruntiera fis-suq inkwistjoni huma minimi jew mhumiex probabbli li jiġu affettwati b'mod negattiv.

    211.

    Hemm ċirkostanzi li fihom ċerti infrastrutturi ma jiffaċċjawx kompetizzjoni diretta minn infrastrutturi oħra tal-istess tip jew minn infrastrutturi ta' tip differenti li joffru servizzi b'ċertu grad ta' sostitwibbiltà, jew ma' tali servizzi direttament (310). In-nuqqas ta' kompetizzjoni diretta bejn l-infrastrutturi huwa probabbilment il-każ għal netwerk komprensiv ta' infrastrutturi (311) li huma monopolji naturali, jiġifieri ma jkunx ekonomikament vantaġġuż li jiġu replikati. Bl-istess mod, jista' jkun hemm setturi fejn il-finanzjament privat għall-bini tal-infrastrutturi jkun insinifikanti (312). L-Awtorità tqis li effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jew distorsjoni tal-kompetizzjoni normalment huwa eskluż fir-rigward tal-bini tal-infrastruttura f'każijiet fejn fl-istess ħin (i) infrastruttura tipikament ma tiffaċċjax kompetizzjoni diretta, (ii) il-finanzjament privat huwa insinifikanti fis-settur u fl-Istat taż-ŻEE kkonċernat u (iii) l-infrastruttura mhijiex imfassla biex b'mod selettiv tiffavorixxi impriża jew settur speċifiku iżda tipprovdi benefiċċji għas-soċjetà inġenerali.

    212.

    Sabiex il-finanzjament pubbliku kollu ta' proġett partikolari ma jaqax taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati taż-ŻEE jridu jiżguraw li l-finanzjament ipprovdut għall-bini tal-infrastrutturi fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 211 ma jistgħux jintużaw biex jissussidjaw b'mod inkroċjat jew indirettament attivitajiet ekonomiċi oħra, inkluż l-operat tal-infrastruttura. Sussidju inkroċjat jista' jiġi eskluż billi jiġi żgurat li s-sid tal-infrastruttura ma jinvolvi ruħu fl-ebda attività ekonomika oħra jew – jekk is-sid tal-infrastruttura jkun involut f'xi attività ekonomika oħra – billi jinżammu kontijiet separati, jiġu allokati l-kostijiet u d-dħul b'mod xieraq u jiġi żgurat li kull finanzjament pubbliku ma jibbenefikax lil attivitajiet oħra. In-nuqqas ta' għajnuna indiretta, b'mod partikolari għall-operatur tal-infrastruttura, jista' jiġi żgurat, pereżempju, billi ssir sejħa għall-offerti għall-operat.

    7.2.3.   Għajnuna lill-iżviluppatur/sid ta' infrastruttura – ħarsa ġenerali skont kull settur

    213.

    Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali ta' kif l-Awtorità biħsiebha tivvaluta n-natura tal-għajnuna mill-Istat tal-finanzjament ta' infrastruttura f'setturi differenti, billi jitqiesu l-karatteristiċi ewlenin li l-finanzjament tal-infrastruttura pubblika tipikament u attwalment juri fis-setturi differenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet identifikati hawn fuq. Hija mingħajr preġudizzju għar-riżultat tal-valutazzjoni konkreta fuq bażi ta' każ b'każ ta' proġetti fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, il-mod li bih Stat taż-ŻEE partikolari jkun organizza l-għoti ta' servizzi marbuta mal-użu tal-infrastruttura u l-iżvilupp tas-servizzi kummerċjali u tal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Mhijiex maħsuba biex tissostitwixxi valutazzjoni individwali ta' jekk l-elementi kollha tal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat humiex sodisfatti fir-rigward tal-miżura konkreta ta' finanzjament ta' infrastruttura speċifika. L-Awtorità pprovdiet ukoll gwida aktar dettaljata dwar setturi speċifiċi fi wħud mil-Linji Gwida u Oqfsa tagħha.

    214.

    Infrastruttura ta' ajruport hija magħmula minn tipi differenti ta' infrastruttura. Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati taż-ŻEE, huwa stabbilit sew li l-biċċa l-kbira tal-infrastruttura ta' ajruport (313) hija maħsuba għall-provvista ta' servizzi tal-ajruport lil-linji tal-ajru bi ħlas (314), li jikkwalifikaw bħala attivitajiet ekonomiċi, u li għalhekk il-finanzjament tagħhom huwa soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, jekk infrastruttura hija maħsuba għal servizzi kummerċjali mhux ajrunawtiċi għal utenti oħrajn, il-finanzjament pubbliku tagħha huwa soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (315). Minħabba li ħafna drabi l-ajruporti jikkompetu ma' xulxin, il-finanzjament ta' infrastruttura ta' ajruport huwa probabbli wkoll li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Min-naħa l-oħra, il-finanzjament pubbliku ta' infrastrutturi maħsuba għal attivitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tiegħu ma jaqgħux taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, is-salvataġġ u t-tifi tan-nar ta' inġenji tal-ajru, il-pulizija, id-dwana u attivitajiet meħtieġa għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali f'ajruport huma ġeneralment meqjusa bħala ta' natura mhux ekonomika.

    215.

    Bl-istess mod, kif jirriżulta mill-prassi deċiżjonali tal-Awtorità u tal-Kummissjoni (316), il-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura ta' port jiffavorixxi attività ekonomika u għalhekk fil-prinċipju huwa soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Bħal fil-każ ta' ajruporti, il-portijiet jistgħu jikkompetu ma' xulxin u għalhekk huwa probabbli wkoll li l-finanzjament ta' infrastruttura ta' port jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Madankollu, investiment għal infrastruttura li hija meħtieġa għal attivitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tiegħu mhuwiex soġġett għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Il-kontroll tat-traffiku marittimu, it-tifi tan-nar, il-pulizija u d-dwana huma ġeneralment ta' tdin in-natura mhux ekonomika.

    216.

    Infrastruttura tal-broadband tintuża biex tippermetti l-provvista ta' konnettività tat-telekomunikazzjoni lill-utenti finali. Il-provvista ta' konnettività lill-utenti aħħarin bi ħlas huwa attività ekonomika. Ħafna drabi l-infrastruttura tal-broadband tinbena mill-operaturi mingħajr ebda finanzjament mill-Istat, li dan huwa evidenza ta' finanzjament sinifikanti tas-suq, u f'ħafna żoni ġeografiċi jikkompetu diversi netwerks ta' operaturi differenti (317). L-infrastrutturi tal-broadband huma parti minn netwerks kbar, interkonnessi u sfruttati kummerċjalment. Għal dawn ir-raġunijiet, il-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura tal-broadband għall-provvista ta' konnettività għall-utenti aħħarin huwa soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif stabbilit fil-Linji Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (318). B'kuntrast, il-konnessjoni ta' awtoritajiet pubbliċi biss hija attività mhux ekonomika u għalhekk il-finanzjament pubbliku tal-hekk imsejħa “netwerks magħluqa” ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (319).

    217.

    Infrastruttura tal-enerġija  (320) tintuża għall-provvista ta' servizzi ta' enerġija bi ħlas, li tikkostitwixxi attività ekonomika. L-infrastruttura tal-enerġija hija, fil-biċċa l-kbira, mibnija mill-atturi tas-suq, li hija evidenza ta' finanzjament sinifikanti fis-suq, u tiġi ffinanzjata permezz ta' tariffi għall-utenti. Għalhekk il-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura tal-enerġija jiffavorixxi attività ekonomika u huwa probabbli li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE u għalhekk fil-prinċipju huwa soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (321).

    218.

    Il-finanzjament pubbliku ta' infrastrutturi ta' riċerka jista' jiffavorixxi attività ekonomika u għalhekk huwa soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sakemm l-infrastruttura tkun fil-fatt maħsuba għat-twettiq ta' attivitajiet ekonomiċi (bħall-kiri ta' tagħmir jew ta' laboratorji lil impriżi, il-provvista ta' servizzi lil impriżi jew it-twettiq ta' riċerka b'kuntratt). B'kuntrast, il-finanzjament pubbliku ta' infrastrutturi ta' riċerka li jintużaw għal attivitajiet ta' natura mhux ekonomika, bħal riċerka indipendenti għal aktar għarfien u fehim aħjar ma jaqax taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għal gwida aktar dettaljata dwar id-distinzjoni bejn attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi fil-qasam tar-riċerka, ara l-ispjegazzjonijiet ipprovduti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (322).

    219.

    Filwaqt li l-operat ta' infrastruttura ferrovjarja  (323) jista' jikkostitwixxi attività ekonomika (324), il-bini tal-infrastruttura ferrovjarja li hija disponibbli għall-utenti potenzjali fuq termini ugwali u nondiskriminatorji – għall-kuntrarju tal-operat tal-infrastruttura – tipikament jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 211 u għalhekk il-finanzjament tiegħu normalment ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jew ifixkel l-kompetizzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament kollu ta' proġett partikolari ma jiġix soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati taż-ŻEE għandhom jiżguraw ukoll li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 212. L-istess raġunament japplika għal investimenti f'pontijiet ferrovjarji, mini ferrovjarji u infrastruttura tat-trasport urban  (325).

    220.

    Filwaqt li t-toroq disponibbli għal użu pubbliku mingħajr ħlas huma infrastrutturi ġenerali u l-finanzjament pubbliku tagħhom ma jaqax taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, f'ħafna każijiet l-operat ta' toroq b'pedaġġ jikkostitwixxi attività ekonomika. Madankollu, fih innifsu l-bini ta' infrastruttura tat-toroq (326), inklużi toroq b'pedaġġ – b'kuntrast mal-operat ta' toroq b'pedaġġ u sakemm dan ma jikkostitwixxix infrastruttura dedikata – tipikament jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 211 u għalhekk il-finanzjament tiegħu normalment ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jew ifixkel il-kompetizzjoni (327). Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku kollu ta' proġett partikolari ma jiġix soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati taż-ŻEE għandhom jiżguraw ukoll li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 212. L-istess raġunament japplika għal investimenti f'pontijiet, mini u passaġġi fuq l-ilma intern (pereżempju xmajjar u kanali).

    221.

    Filwaqt li l-operat ta' netwerks ta' provvista tal-ilma u tal-ilma mormi  (328) jikkostitwixxi attività ekonomika, bħala tali l-bini ta' netwerk komprensiv tal-provvista tal-ilma u tal-ilma mormi normalment jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 211 u għalhekk il-finanzjament tiegħu normalment ma jfixkilx il-kompetizzjoni jew jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament kollu ta' proġett partikolari ma jiġix soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati taż-ŻEE għandhom jiżguraw ukoll li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 212.

    7.3.   Għajnuna lill-operaturi

    222.

    Fejn l-elementi kollha tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu sodisfatti fir-rigward tal-iżviluppatur/sid ta' infrastruttura, l-għajnuna mill-Istat lill-iżviluppatur/sid tal-infrastruttura hija preżenti, irrispettivament minn jekk jagħmlux użu dirett mill-infrastruttura biex jipprovdu oġġetti jew servizzi huma stess jew jagħmlux l-infrastruttura disponibbli għal operatur terz li min-naħa tiegħu jipprovdi servizzi lil utenti aħħarin (pereżempju, meta s-sid ta' ajruport jagħti konċessjoni għall-provvista ta' servizzi fl-ajruport).

    223.

    L-operaturi li jużaw l-infrastruttura megħjuna biex jipprovdu servizzi lil utenti aħħarin jirċievu vantaġġ jekk l-użu tal-infrastruttura jagħtihom vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinux jiksbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Dan normalment japplika jekk dak li jħallsu għad-dritt sabiex jisfruttaw l-infrastruttura jkun inqas minn dak li kieku kienu jħallsu għal infrastruttura komparabbli taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Gwida dwar kif jiġi stabbilit jekk it-termini tal-operat humiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq hija pprovduta fit-taqsima 4.2. Skont dik it-taqsima, l-Awtorità tqis li vantaġġ ekonomiku lill-operatur jista' b'mod partikolari jiġi eskluż jekk il-konċessjoni għall-operat tal-infrastruttura (jew partijiet minnha) tiġi assenjata għal prezz pożittiv permezz ta' offerta li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stabbiliti fil-paragrafi 90 sa 96 (329).

    224.

    Madankollu, l-Awtorità tfakkar li jekk Stat taż-ŻEE ma jikkonformax mal-obbligu ta' notifika tiegħu u jkun hemm dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna lill-iżviluppatur/sid mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità tista' toħroġ inibizzjoni fejn titlob lill-Istat taż-ŻEE biex jissospendi l-implimentazzjoni tal-miżura u sabiex proviżorjament jirkupra kwalunkwe flus imħallsa sakemm tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tagħha. Barra minn hekk, l-imħallfin nazzjonali għandhom l-obbligu li jagħmlu hekk ukoll fuq talba tal-kompetituri. Barra minn hekk, jekk, wara l-valutazzjoni tagħha tal-miżura, l-Awtorità tadotta deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE u tordna l-irkupru tagħha, ma jistax jiġi eskluż impatt fuq l-operatur tal-infrastruttura.

    7.4.   Għajnuna lill-utenti aħħarin

    225.

    Jekk operatur ta' infrastruttura jkun irċieva għajnuna mill-Istat jew jekk ir-riżorsi tiegħu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, ikun f'pożizzjoni li jagħti vantaġġ lill-utenti tal-infrastruttura (jekk huma impriżi) sakemm it-termini tal-użu ma jaqblux mat-test tal-OES jiġifieri li l-infrastruttura tkun disponibbli għall-utenti fuq termini tas-suq.

    226.

    Skont il-prinċipji ġenerali spjegati fit-taqsima 4.2, f'każijiet bħal dawn jista' jiġi eskluż vantaġġ għall-utenti fejn it-tariffi għall-użu tal-infrastruttura jkunu ġew stabbiliti permezz ta' offerta li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stabbiliti fil-paragrafi 90 sa 96.

    227.

    Kif spjegat fit-taqsima 4.2, fejn tali evidenza speċifika ma tkunx disponibbli, il-kwistjoni dwar jekk tranżazzjoni hijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq tista' tiġi vvalutata fid-dawl tat-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom l-użu ta' infrastruttura komparabbli jingħata minn operaturi privati komparabbli f'sitwazzjonijiet komparabbli (valutazzjoni komparattiva), sakemm ikun possibbli tali tqabbil.

    228.

    Jekk l-ebda wieħed minn dawn il-kriterji ta' valutazzjoni ma jkun jista' jiġi applikat, il-fatt li tranżazzjoni tkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq jista' jiġi stabbilit abbażi ta' metodoloġija ta' valutazzjoni standard u ġeneralment aċċettata. L-Awtorità tqis li t-test tal-OES jista' jkun issodisfat għall-finanzjament pubbliku ta' infrastrutturi miftuħa li mhumiex iddedikati għall-ebda utent(i) speċifiku/speċifiċi fejn l-utenti tagħhom jikkontribwixxu b'mod inkrimentali, minn perspettiva ex ante, għall-profitabbiltà tal-proġett/operatur. Dan huwa l-każ fejn l-operatur tal-infrastruttura jistabbilixxi arranġamenti kummerċjali ma' utenti individwali li jippermettu l-kopertura tal-kostijiet kollha li jirriżultaw minn dawn l-arranġamenti, inkluż marġni ta' profitt raġonevoli abbażi ta' prospetti b'saħħithom fuq medda medja ta' żmien. Din il-valutazzjoni għandha tqis id-dħul inkrementali kollu u l-kostijiet inkrementali kollha mistennija li ser jiġġarrbu mill-operatur b'rabta mal-attivitajiet tal-utent speċifiku (330).

    8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    229.

    Dawn il-Linji Gwida jissostitwixxu l-Linji Gwida tal-Awtorità li ġejjin:

    Linji Gwida dwar l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat lil impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (331);

    Linji Gwida dwar l-elementi ta' għajnuna mill-Istat fil-bejgħ ta' art u binjiet mill-awtoritajiet pubbliċi (332);

    Linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri marbuta ma' tassazzjoni diretta tan-negozji (333).

    230.

    Il-Linji Gwida attwali jissostitwixxu kull dikjarazzjoni kuntrarja dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat inkluża f'xi Linji Gwida eżistenti tal-Awtorità, ħlief għal dikjarazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' setturi speċifiċi u ġustifikati mill-karatteristiċi partikolari tagħhom.


    (*1)  Dawn il-Linji Gwida jikkorrispondu mal-Avviż tal-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) dwar il-kunċett tal-għajnuna mill-Istat kif imsemmija fl-Artikolu 107(1) TFUE (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1). In-numerazzjoni tan-noti f'qiegħ il-paġna fit-test tikkorrispondi mal-Avviż tal-Kummissjoni. Xi noti f'qiegħ il-paġna tħassru billi mhumiex rilevanti għaż-ŻEE.

    (2)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, C-487/06 P, ECLI:EU:C:2008:757, il-paragrafu 111.

    (3)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Lulju 2011, Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, C-194/09 P, ECLI:EU:C:2011:497, il-paragrafu 125.

    (4)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, C-487/06 P, ECLI:EU:C:2008:757, il-paragrafu 114, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Scott, C-290/07 P, ECLI:EU:C:2010:480, il-paragrafu 66.

    (5)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov et, Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafu 74; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 107.

    (6)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ottubru 1980, Van Landewyck, Il-Kawżi Magħquda 209/78 sa 215/78 u 218/78, ECLI:EU:C:1980:248, il-paragrafu 88; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1995, FFSA u Oħrajn, C-244/94, ECLI:EU:C:1995:392, il-paragrafu 21; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2008, MOTOE, C-49/07, ECLI:EU:C:2008:376, il-paragrafi 27 u 28.

    (7)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, il-paragrafu 108.

    (8)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2010, AceaElectrabel Produzione SpA vs Il-Kummissjoni, C-480/09 P, ECLI:EU:C:2010:787, il-paragrafi 47 sa 55; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze SpA u oħrajn, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 112.

    (9)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, ECLI:EU:C:1987:283, il-paragrafu 7; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, ECLI:EU:C:1998:303, il-paragrafu 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov et, Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafu 75; Is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-10 ta' Mejju 2011 fil-Kawżi Magħquda E-4/10, E-6/10 u E-7/10 Il-Prinċipat tal-Liechtenstein u oħrajn vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [2011] p. 16, il-paragrafu 54.

    (10)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Frar 1993, Poucet u Pistre, Il-Kawżi Magħquda C-159/91 u C-160/91, ECLI:EU:C:1993:63, il-paragrafi 16 sa 20.

    (11)  Ara l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Geelhoed tat-28 ta' Settembru 2006, Asociación Nacional de Empresas Forestales (Asemfo) C-295/05, ECLI:EU:C:2006:619, il-paragrafi 110 sa 116; Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1), kif imsemmi fil-punt 4a tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2008 ta' l-4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ĠU L 280, 23.10.2008, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 64, 23.10.2008, p. 13) l-Artikoli 5(2) u 6(1); 2011/501/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2011 dwar għajnuna mill-Istat C 58/06 (ex NN 98/05) implimentata mill-Ġermanja għal Bahnen der Stadt Mohnheim (BSM) u Rheinische Bahngesellschaft (RBG) fl-assoċjazzjoni tat-trasport ta' Rhein-Ruhr (ĠU L 210, 17.8.2011, p. 1), il-premessi 208 u 209.

    (12)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafi 107 sa 118 u 125.

    (13)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, ECLI:EU:C:1987:283, il-paragrafi 7 u 8.

    (14)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Mejju 1988, Bodson, 30/87, ECLI:EU:C:1988:225, il-paragrafu 18.

    (15)  Ara, b'mod partikolari, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol, C-364/92, ECLI:EU:C:1994:7, il-paragrafu 30 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Marzu 1997, Calì & Figli vs Servizi Ecologici Porto di Genova, C-343/95, ECLI:EU:C:1997:160, il-paragrafi 22 sa 23.

    (16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32820 (2011/NN) — Ir-Renju Unit –Għajnuna lis-Servizzi tax-Xjenza Forensika, (ĠU C 29, 2.2.2012, p. 4), il-paragrafu 8.

    (17)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Jannar 1994 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol, C-364/92, ECLI:EU:C:1994:7, il-paragrafu 27; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, C-113/07 P, ECLI:EU:C:2009:191, il-paragrafu 71.

    (18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat N 438/02 — Il-Belġju — Għajnuna għall-awtoritajiet tal-port (ĠU C 284, 21.11.2002, p. 2).

    (19)  Is-Sentenza tal Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Marzu1997, Calì & Figli vs Servizi Ecologici Porto di Genova, C-343/95, ECLI:EU:C:1997:160, il-paragrafu 22.

    (20)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat N 140/06 — Il-Litwanja — Għoti ta' sussidji lill-Impriżi tal-Istat fid-Djar Korrettivi (ĠU C 244, 11.10.2006, p. 12).

    (21)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36346 – Il-Ġermanja – skema għall-iżvilupp tal-art GRW għal użu industrijali u kummerċjali (ĠU C 141, 9.5.2014, p. 1). Fil-kuntest ta' miżura li appoġġat ir-rivitalizzazzjoni (inkluż id-dekontaminazzjoni) ta' art pubblika mill-awtoritajiet lokali, il-Kummissjoni sabet li t-tħejjija ta' artijiet pubbliċi għall-kostruzzjoni u l-iżgurar li dawn ikunu konnessi mal-utilitajiet (ilma, gass, sistema tad-drenaġġ, elettriku) u man-netwerks tat-trasport (ferrovjarji u toroq) ma kinitx tikkostitwixxi attività ekonomika, iżda kienet parti mill-kompiti pubbliċi tal-Istat, jiġifieri l-provvista u s-superviżjoni tal-art skont il-pjanijiet ta' żvilupp urban u territorjali lokali.

    (22)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 2012, Compass-Datenbank GmbH, C-138/11, ECLI:EU:C:2012:449, il-paragrafu 40.

    (23)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 2012, Compass-Datenbank GmbH, C-138/11, ECLI:EU:C:2012:449, il-paragrafu 38, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, C-113/07 P, ECLI:EU:C:2009:191, il-paragrafi 72 u dawk segwenti.

    (24)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Frar 1993, Poucet u Pistre vs AGF u Cancava, Il-Kawżi Magħquda C-159/91 u C-160/91, ECLI:EU:C:1993:63, il-paragrafu 13.

    (25)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Jannar 2002, Cisal u INAIL, C-218/00, ECLI:EU:C:2002:36, il-paragrafu 45.

    (26)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Marzu 2004, AOK Bundesverband, Il-Kawżi Magħquda C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01, ECLI:EU:C:2004:150, paragrafi 47 sa 55.

    (27)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Frar 1993, Poucet u Pistre, Il-Kawżi Magħquda C-159/91 u C-160/91, ECLI:EU:C:1993:63, il-paragrafi 15 sa 18.

    (28)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Jannar 2002, Cisal u INAIL, C-218/00, ECLI:EU:C:2002:36, il-paragrafu 40.

    (29)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Frar 1993, Poucet u Pistre vs AGF u Cancava, Il-Kawżi Magħquda C-159/91 u C-160/91, ECLI:EU:C:1993:63, il-paragrafu 14. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Jannar 2002, Cisal u INAIL, C-218/00, ECLI:EU:C:2002:36, il-paragrafi 43 sa 48; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Marzu 2004, AOK Bundesverband, Il-Kawżi Magħquda C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01, ECLI:EU:C:2004:150, paragrafi 51 sa 55.

    (30)  Ara, b'mod partikolari, Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1995, FFSA u Oħrajn, C-244/94, ECLI:EU:C:1995:392, il-paragrafu 19.

    (31)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1999, Albany, C-67/96, ECLI:EU:C:1999:430, il-paragrafi 80 sa 87.

    (32)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1995, FFSA u Oħrajn, C-244/94, ECLI:EU:C:1995:392, il-paragrafi 9 u 17 sa 20; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1999, Albany, C-67/96, ECLI:EU:C:1999:430, il-paragrafi 81 sa 85; ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1999, Brentjens, Il-Kawżi Magħquda C-115/97 sa C-117/97, ECLI:EU:C:1999:434 il-paragrafi 81 sa 85; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1999, Drijvende Bokken, C-219/97, ECLI:EU:C:1999:437, il-paragrafi 71 sa 75, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov et, Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafi 114 u 115.

    (33)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1999, Brentjens, Il-Kawżi Magħquda C-115/97 sa C-117/97, ECLI:EU:C:1999:434, il-paragrafi 74 sa 85.

    (34)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov et, Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafi 67 sa 70.

    (35)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Marzu 2009, Kattner Stahlbau, C-350/07, ECLI:EU:C:2009:127, il-paragrafi 33 u dawk segwenti.

    (36)  Eżempju prominenti huwa s-Sistema tas-Saħħa Nazzjonali Spanjola (ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2003, FENIN, T-319/99, ECLI:EU:T:2003:50 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 2006, FENIN, C-205/03 P, ECLI:EU:C:2006:453, il-paragrafi 25 sa 28).

    (37)  Skont il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema, imposti li jkopru biss frazzjoni żgħira tal-kost reali tas-servizz jistgħu ma jaffettwawx il-klassifikazzjoni tiegħu bħala mhux ekonomiku.

    (38)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2003, FENIN, T-319/99, ECLI:EU:T:2003:50, il-paragrafu 39; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 2006, FENIN, C-205/03 P, ECLI:EU:C:2006:453, il-paragrafi 25 sa 28.

    (39)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2003, FENIN, T-319/99, ECLI:EU:T:2003:50, il-paragrafu 40.

    (40)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 2001, Smits u Peerbooms, C-157/99, ECLI:EU:C:2001:404, il-paragrafi 53 sa 58.

    (41)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov et, Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafi 75 u 77.

    (42)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-318/05, ECLI:EU:C:2007:495, il-paragrafu 68. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' April 2001 dwar l-għajnuna mill-Istat N 118/00 Subvention publiques aux clubs sportifs professionnels (ĠU C 333, 28.11.2001, p. 6).

    (43)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-21 ta' Frar 2008 fil-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund vs. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [2008] p. 62, il-paragrafu 83.

    (44)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Settembru 1988L-Istat Belġjan vs Humbel u Edel, 263/86, ECLI:EU:C:1988:451, il-paragrafu 18.

    (45)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2007Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-318/05, ECLI:EU:C:2007:495, il-paragrafi 65 sa 71; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2007, Schwarz u Gootjes - Schwarz, C-76/05, ECLI:EU:C:2007:492, il-paragrafi 37 sa 47.

    (46)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-21 ta' Frar 2008 fil-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund vs. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [2008] p. 62.

    (47)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Diċembru 2007, Jundt, C-281/06, ECLI:EU:C:2007:816, il-paragrafu 28 sa 39.

    (48)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Diċembru 1993, Wirth, C-109/92, ECLI:EU:C:1993:916, il-paragrafi 14 sa 22.

    (49)  Ara l-punt 19 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni, adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 271/14/COL tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda għas-sebgħa u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tadotta Linji Gwida ġodda għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni [2015/1359] (ĠU L 209, 6.8.2015, p. 17, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 6.8.2015, p. 1).

    (50)  Kif spjegat fil-paragrafu 207, l-Awtorità tqis li l-finanzjament pubbliku pprovdut għal amenitajiet abitwali (bħal ristoranti, ħwienet jew ipparkjar bi ħlas) ta' infrastrutturi li huma kważi esklużivament użati għal attività mhux ekonomika normalment ma għandu l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Bl-istess mod, l-Awtorità tqis li l-finanzjament pubbliku pprovdut għal amenitajiet abitwali li huma pprovduti fil-kuntest ta' attivitajiet ta' natura mhux ekonomika ta' konservazzjoni tal-kultura u tal-patrimonju (pereżempju, ħanut, bar, jew vestitarju bi ħlas f'mużew) normalment ma għandu l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE.

    (51)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust)C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 24; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' April 2006, Deutsche Bahn AG vs Il-Kummissjoni, T-351/02, ECLI:EU:T:2006:104, il-paragrafu 103.

    (52)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafu 62.

    (53)  Il-kunċett ta' impriżi pubbliċi jista' jiġi definit b'referenza għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17), kif imsemmi fil-punt 1a tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-istat) tal-Ftehim taż-ZEE (ĠU L 266, 11.10.2007, p. 15 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 11.10.2007, p. 12). L-Artikolu 2(b) ta' din id-Direttiva jsostni li “impriżi pubbliċi” tfisser kull impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tas-sjieda li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha'.

    (54)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 52.

    (55)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Ġunju 2008, SIC vs Il-Kummissjoni, T-442/03, ECLI:EU:T:2008:228, il-paragrafi 93 sa 100.

    (56)  Barra minn hekk, mhuwiex meħtieġ li jintwera li, f'każ partikolari, l-aġir tal-impriża pubblika kien ikun differenti kieku din aġixxiet b'mod awtonomu, ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2015, SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni, T-305/13, ECLI:EU:T:2015:435, il-paragrafu 48.

    (57)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 53.

    (58)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 54.

    (59)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 55.

    (60)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafi 55 u 56. Ara wkoll l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs tat-13 ta' Diċembru 2001, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2001:685, il-paragrafi 65 sa 68.

    (61)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Ottubru 2014, Commerz Nederland, C-242/13, ECLI:EU:C:2014:2224, il-paragrafu 35.

    (62)  Pereżempju, meta l-miżuri jittieħdu minn banek tal-iżvilupp pubbliku li jsegwu objettivi ta' politika pubblika (Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Frar 2013, Nitrogenmuvek Vegyipari, Zrt. vs Il-Kummissjoni, T-387/11, ECLI:EU:T:2013:98, il-paragrafu 63) jew meta l-miżuri jittieħdu minn aġenziji tal-privatizzazzjoni jew fondi tal-pensjonijiet pubbliċi (Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Jannar 2016, Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (“ELAN”), T-507/12, ECLI:EU:T:2016:35, il-paragrafu 86).

    (63)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 57.

    (64)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 2009, Puffer, C-460/07, ECLI:EU:C:2009:254, il-paragrafu 70, dwar id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa taħt is-sistema tal-VAT stabbilita mill-Unjoni, u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' April 2006, Deutsche Bahn AG vs Il-Kummissjoni, T-351/02, ECLI:EU:T:2006:104, il-paragrafu 102, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni.

    (65)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Diċembru 2013, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda et, C-272/12 P, ECLI:EU:C:2013:812, il-paragrafi 45 sa 53, dwar awtorizzazzjoni mogħtija lil Stat Membru b'deċiżjoni tal-Kunsill biex jiġu introdotti ċerti eżenzjonijiet mit-taxxa. Is-sentenza tiċċara wkoll li l-fatt li deċiżjoni tal-Kunsill fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tkun ġiet adottata fuq proposta mill-Kummissjoni huwa irrelevanti, minħabba li l-kunċett ta' għajnuna mill-Istat huwa kunċett oġġettiv.

    (66)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/606/UE tas-26 ta' Frar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 9/09 (ex NN 49/08; NN 50/08 u NN 45/08) mogħtija mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Dexia SA (ĠU L 274, 19.10.2010, p. 54).

    (67)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Jannar 1978, Van Tiggele, 82/77, ECLI:EU:C:1978:10, il-paragrafi 25 u 26; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafu 63.

    (68)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafu 56.

    (69)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, 248/84, ECLI:EU:C:1987:437, il-paragrafu 17; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2002, Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-92/00 u T-103/00, ECLI:EU:T:2002:61, il-paragrafu 57.

    (70)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafi 58 sa 62.

    (71)  Linji gwida dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Diċembru 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġjati miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Linji Gwida Bankarji tal-2013”.), adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 464/13/COL tas- 27 ta' Novembru 2013 li temenda, għall-91 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Diċembru 2013, tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' sostenn favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Linji Gwida Bankarji 2013” ) (ĠU L 264, 4.9.2014, p. 6 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 50, 4.9.2014, p. 1, b'mod partikolari l-punt 62). Madankollu, l-Awtorità ċċarat li meta bank ċentrali jirreaġixxi għal kriżi bankarja b'miżuri ġenerali miftuħin għall-parteċipanti tas-suq kollha komparabbli fis-suq (pereżempju self lis-suq kollu bl-istess termini) u mhux b'miżuri selettivi favur banek individwali, tali miżuri ġenerali ħafna drabi jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

    (72)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 38. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-278/00, ECLI:EU:C:2004:239, il-paragrafi 53 u 54, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2003, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-328/99 u C-399/00, ECLI:EU:C:2003:252, il-paragrafi 33 u 34.

    (73)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1996, SFEI et, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafu 62.

    (74)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08, ECLI:EU:T:2011:117, il-paragrafu 143.

    (75)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Marzu 1977 Steinike & Weinlig, 78/76, ECLI:EU:C:1977:52, il-paragrafu 21.

    (76)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Marzu 1977 Steinike & Weinlig, 78/76, ECLI:EU:C:1977:52, il-paragrafu 22.

    (77)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2000, Franza vs Ladbroke Racing u Il-Kummissjoni, C-83/98 P, ECLI:EU:C:2000:248, il-paragrafi 48 sa 51.

    (78)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Marzu 1994, Banco Exterior de España vs Ayuntamiento de Valencia, C-387/92, ECLI:EU:C:1994:100, il-paragrafu 14 dwar l-eżenzjonijiet mit-taxxa. Barra minn hekk, id-derogi mir-regoli normali ta' insolvenza, li jippermettu lill-impriżi li jkomplu jwettqu n-negozju f'ċirkostanzi li taħthom kieku ma kienu jitħallew kieku kellhom jiġu applikati r-regoli ordinarji ta' insolvenza, jista' jinvolvi piż addizzjonali għall-Istat jekk korpi pubbliċi jkunu fost il-kredituri prinċipali ta' dawk l-impriżi jew fil-każ li azzjoni bħal din tirriżulta li tkun rinunzja de facto ta' djun pubbliċi. Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Ġunju 1999, Piaggio, C-295/97, ECLI:EU:C:1999:313, il-paragrafi 40 sa 43 u s-Sentenza ta-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Diċembru 1998, Ecotrade vs Altiforni e Ferriere di Servola, C-200/97, ECLI:EU:C:1998:579, il-paragrafu 45.

    (79)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Diċembru 1998, Ecotrade vs Altiforni e Ferriere di Servola, C-200/97, ECLI:EU:C:1998:579, il-paragrafu 41 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Marzu 2013, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni et, Il-Kawżi Magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, ECLI:EU:C:2013:175, il-paragrafi 137, 138 u 139.

    (80)  Kif definit fl-Artikolu 2(f) u (g) tad-Direttiva 2006/111/KE, kif imsemmi fil-punt 1a tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, ara Deċiżjoni Nru 55/2007.

    (81)  Ara wkoll il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal kumpens mogħti għall-provvista ta' servizzi ta' natura ekonomika ġenerali, adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 12/12/COL tal- 25 ta' Jannar 2012 li temenda, għall-erbgħa u tmenin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat permezz tal-introduzzjoni ta' kapitoli ġodda dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-provvista tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u dwar il-qafas għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 12 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 13.6.2013, p. 1), il-paragrafu 33.

    (82)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Lulju 2007, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni, T-475/04, ECLI:EU:T:2007:196, fejn il-Qorti Ġenerali nnotat li, fl-għoti ta' aċċess għal riżorsi pubbliċi skarsi bħall-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet nazzjonali wettqu simultanjament ir-rwoli ta' regolatur tat-telekomunikazzjonijiet u maniġer ta' dawn ir-riżorsi pubbliċi, il-paragrafu 104.

    (83)  Ara f'dan is-sens id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat NN 42/2004 – Franza - Bdil fil-ħlasijiet dovuti minn Orange u SFR għal-liċenzji UMTS (ĠU C 275, 8.11.2005, p. 3), il-premessi 28, 29 u 30, sostnuta mill-qrati taż-ŻEE (Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Lulju 2007, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni, T-475/04, ECLI:EU:T:2007:196, il-paragrafi 108 sa 111 u 123, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' April 2009, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni, C-431/07 P, ECLI:EU:C:2009:223, il-paragrafi 94 sa 98 u 125). F'dan il-każ, fir-rigward tal-għoti ta' liċenzji tal-ispettru tar-radju UMTS, l-Istat fl-istess ħin wettaq ir-rwoli ta' regolatur tat-telekomunikazzjonijiet u maniġer ta' dawn ir-riżorsi pubbliċi u segwa l-objettivi regolatorji stabbiliti fid-Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' April 1997 dwar qafas komuni għal awtorizzazzjonijiet ġenerali u liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni (ĠU L 117, 7.5.1997, p. 15), imsemmi fil-punt 5cc tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/1999 tat-30 ta' Marzu 1999 li temenda l-Anness XI (servizzi ta' telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 266, 19.10.2000, p. 25 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 46, 19.10.2000, p. 147). F'sitwazzjoni bħal din, il-Qrati taż-ŻEE kkonfermaw li l-għoti ta' liċenzji mingħajr ma jiġi massimizzat id-dħul li seta' nkiseb ma kienx jinvolvi l-għoti ta' għajnuna mill-Istat, minħabba li l-miżuri inkwistjoni kienu ġustifikati bl-objettivi regolatorji stabbiliti fid-Direttiva 97/13/KE u kienu konformi mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. Għall-kuntrarju, fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, C-279/08 P, ECLI:EU:C:2011:551, il-paragrafi 88 u dawk segwenti l-Qorti ma identifikatx raġunijiet regolatorji li kieku kienu jiġġustifikaw l-għotja mingħajr kunsiderazzjoni ta' drittijiet ta' emissjonijiet negozjabbli b'mod ħieles. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafi 46 u dawk segwenti.

    (84)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Marzu 2001, PreussenElektra, C-379/98, ECLI:EU:C:2001:160, il-paragrafu 62.

    (85)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Marzu 1993, Sloman Neptun vs Bodo Ziesemer, Il-Kawżi Magħquda C-72/91 u C-73/91, ECLI:EU:C:1993:97, il-paragrafu 20 u 21. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Mejju 1998, Viscido et vs Ente Poste Italiane, Il-Kawżi Magħquda C-52/97, C-53/97 u C-54/97, ECLI:EU:C:1998:209, il-paragrafi 13 u 14 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' Novembru 1993, Kirsammer-Hack vs Sidal, C-189/91, ECLI:EU:C:1993:907, il-paragrafi 17 u 18, dwar il-fatt li n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi tal-impjiegi ma jikkostitwixxix trasferiment ta' riżorsi tal-Istat.

    (86)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Jannar 1978, Van Tiggele, 82/77, ECLI:EU:C:1978:10, il-paragrafi 25 u 26.

    (87)  Ara, pereżempju s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord et, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-paragrafu 70; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2000, Franza vs Ladbroke Racing u Il-Kummissjoni, C-83/98 P, ECLI:EU:C:2000:248, il-paragrafu 50.

    (88)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafi 65, 66 u 67, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Caisse des Dépôts et Consignations li ġiet iffinanzjata bid-depożiti volontarji ta' ċittadini privati li setgħu jinġibdu fi kwalunkwe ħin. Dak ma affettwax il-konklużjoni li dawk il-fondi kienu riżorsi tal-Istat minħabba li l-Caisse kienet kapaċi tużahom mill-bilanċ prodott mid-depożiti u mill-ġbid ta' flus daqslikieku kienu permanentement għad-dispożizzjoni tagħha. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2000, Franza vs Ladbroke Racing u Il-Kummissjoni, C-83/98 P, ECLI:EU:C:2000:248, il-paragrafu 50.

    (89)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, ECLI:EU:C:1974:71, il-paragrafu 16; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Marzu 1992, Compagnie commerciale de l'Ouest vs Receveur principal des douanes de La Pallice-Port, Il-Kawżi Magħquda C-78/90 sa C-83/90, ECLI:EU:C:1992:118 il-paragrafu 35; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord et, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-paragrafi 58 sa 74.

    (90)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012, Franza vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-139/09, T-243/09 u T-328/09, ECLI:EU:T:2012:496, il-paragrafi 63 u 64.

    (91)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Lulju 2004, Pearle et, C-345/02, ECLI:EU:C:2004:448, il-paragrafu 41 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' Mejju 2013, Doux Élevage u Coopérative agricole UKL-ARREE, C-677/11, ECLI:EU:C:2013:348.

    (92)  Id-Deċiżjoni 2010/606/UE.

    (93)  Dwar il-fondi strutturali, ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2006 dwar għajnuna mill-Istat N 157/06, Ir-Renju Unit, Il-Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire, il-premessi 21 u 29 dwar miżura parzjalment iffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), (ĠU C 80, 13.4.2007, p. 2). Rigward il-finanzjament għall-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u l-kummerċ fihom, il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat huwa limitat mill-Artikolu 42 tat-Trattat.

    (94)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Jannar 1978, Van Tiggele, 82/77, ECLI:EU:C:1978:10, il-paragrafi 25 u 26.

    (95)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Marzu 2001, PreussenElektra, C-379/98, ECLI:EU:C:2001:160, il-paragrafi 59 sa 62. Il-Qorti sostniet li l-impożizzjoni ta' obbligu ta' xiri fuq impriżi privati ma jikkostitwixxix trasferiment dirett jew indirett ta' riżorsi tal-Istat, u li din il-kwalifika ma tinbidilx minħabba d-dħul aktar baxx tal-impriżi soġġetti għal dak l-obbligu li x'aktarx jikkawża tnaqqis fid-dħul mit-taxxa, minħabba li din tikkostitwixxi karatteristika inerenti tal-miżura. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Marzu 2009, UTECA, C-222/07, ECLI:EU:C:2009:124, il-paragrafi 43 sa 47, dwar kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti fuq ix-xandara favur produzzjoni tal-films li ma jinvolvux trasferiment ta' riżorsi tal-Istat.

    (96)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Lulju 2008, Essent Netwerk Noord et, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-paragrafi 69 sa 75.

    (97)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/528/UE tat-8 ta' Marzu 2011 dwar miżura ta' għajnuna mill-Istat C 24/09 (ex N 446/08) – Għajnuna mill-Istat lin-negozji konċentrati fl-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija Ekoloġika fl-Awstrija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1363) (ĠU L 235, 10.9.2011, p. 42), il-premessa 76.

    (98)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2013, Vent de Colère et, C-262/12, ECLI:EU:C:2013:851, il-paragrafi 25 u 26.

    (99)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1996, SFEI et, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafu 60; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-paragrafu 41.

    (100)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, ECLI:EU:C:1974:71, il-paragrafu 13.

    (101)  It-terminu “interventi mill-Istat” ma jirreferix biss għal azzjonijiet pożittivi mill-Istat iżda jkopri wkoll il-fatt li l-awtoritajiet ma jiħdux miżuri f'ċerti ċirkostanzi, pereżempju biex jinfurzaw id-dejn. Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Ottubru 2000, Magefesa, C-480/98, ECLI:EU:C:2000:559, il-paragrafi 19 u 20.

    (102)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, ECLI:EU:C:1974:71, il-paragrafu 13.

    (103)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/339/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 dwar il-miżuri implimentati mill-Italja għar-RAI SpA (ĠU L 119, 23.4.2004, p. 1), il-premessa 69; L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Fennelly tas-26 ta' Novembru 1998, Franza vs Il-Kummissjoni, C-251/97, ECLI:EU:C:1998:572, il-paragrafu 26.

    (104)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafu 84.

    (105)  Bħal, pereżempju, benefiċċji fuq it-taxxa jew tnaqqis ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

    (106)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Marzu 1994, Banco Exterior de España vs Ayuntamiento de Valencia, C-387/92, ECLI:EU:C:1994:100, il-paragrafu 13; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-paragrafu 25; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Mejju 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-6/97, ECLI:EU:C:1999:251, il-paragrafu 15; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Marzu 2005, Heiser, C-172/03, ECLI:EU:C:2005:130, il-paragrafu 36.

    (107)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Novembru 2003, GEMO SA, C-126/01, ECLI:EU:C:2003:622, il-paragrafi 28 sa 31 dwar il-ġbir u r-rimi mingħajr ħlas tal-iskart.

    (108)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Settembru 1996, Franza vs Il-Kummissjoni, C-241/94, ECLI:EU:C:1996:353, il-paragrafu 40; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Diċembru 2002, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-5/01, ECLI:EU:C:2002:754, il-paragrafi 38 u 39; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2012, Corsica Ferries France SAS vs Il-Kummissjoni, T-565/08, ECLI:EU:T:2012:415, il-paragrafi 137 u 138, ikkonfermata b'appell, ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Settembru 2014, SNCM u Franza vs Corsica Ferries France, Il-Kawżi Magħquda C-533/12 P u C-536/12 P, ECLI:EU:C:2014:2142.

    (109)  Ara l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u għal-linji tal-ajru, adottati adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 216/14/COL tat-28 ta' Mejju 2014 li temenda għas-sitta u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tadotta linji gwida ġodda fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru [2016/2051] (ĠU L 318, 24.11.2016, p. 17 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 66, 24.11.2016, p. 1), il-premessa 37.

    (111)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Marzu 2015, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, T-538/11, ECLI:EU:T:2015:188, il-paragrafi 74 sa 78.

    (112)  Pereżempju, jekk kumpanija tirċievi sussidju sabiex twettaq investiment f'żona megħjuna, ma jistax jiġi argumentat li dan ma jnaqqasx il-kostijiet li normalment ikunu inklużi fil-baġit tal-impriża meta wieħed iqis li, fin-nuqqas tas-sussidju, il-kumpanija ma kinitx twettaq l-investiment.

    (113)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Diċembru 2011, France Télécom SA vs Il-Kummissjoni, C-81/10 P, ECLI:EU:C:2011:811, il-paragrafi 43 sa 50. Loġikament dan japplika għall-ħelsien mill-kostijiet imġarrba minn impriża sabiex l-istatus ta' uffiċjali jiġi sostitwit bl-istatus ta' impjegati komparabbli ma' dak tal-kompetituri tagħha, li dan jagħti vantaġġ lill-impriża kkonċernata (li dwarha kien hemm xi inċertezza preċedenti wara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Marzu 2004, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni, T-157/01, ECLI:EU:T:2004:76, il-paragrafu 57). Dwar il-kumpens għal kostijiet mhux rekuperabbli, ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Frar 2009, Iride u Iride Energia vs Il-Kummissjoni T-25/07, ECLI:EU:T:2009:33, il-paragrafi 46 sa 56.

    (114)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafi 87 sa 95.

    (115)  Deċiżjoni Nru 12/12/COL u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 13.6.2013, p. 1.

    (116)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Marzu 1980, Amministrazione delle finanze dello Stato vs Denkavit italiana, 61/79, ECLI:EU:C:1980:100, il-paragrafi 29 sa 32.

    (117)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Settembru 1988, Asteris et vs Il-Greċja u KEE, Il-Kawżi Magħquda 106 sa 120/87, ECLI:EU:C:1988:457, il-paragrafi 23 u 24.

    (118)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Lulju 2010, Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il-Kummissjoni, T-64/08, ECLI:EU:T:2010:270, il-paragrafi 59 sa 63 u 140 sa 141, li tiċċara li filwaqt li l-ħlas ta' kumpens għal esproprjazzjoni ma jagħtix vantaġġ, estensjoni ex post ta' kumpens bħal dan tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

    (119)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, ECLI:EU:C:1974:71, il-paragrafu 17. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2000, Confederación Espanola de Transporte de Mercancías vs Il-Kummissjoni, T-55/99, ECLI:EU:T:2000:223, il-paragrafu 85.

    (120)  L-Artikolu 125 tal-Ftehim ŻEE jipprovdi li “Dan il-Ftehim b'ebda mod ma għandu jippreġudika r-regoli tal-Partijiet Kontraenti li jirregolaw is-sistema ta' kif wieħed ikun sid ta' proprjetà”.

    (121)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, 40/85, ECLI:EU:C:1986:305, il-paragrafu 12.

    (122)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1996, SFEI et, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafi 60 u 61.

    (123)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, (“Tubemeuse”), C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-paragrafu 29; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”), C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-paragrafi 18 u 19; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 1998, Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, T-16/96, ECLI:EU:T:1998:78, il-paragrafu 51; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Jannar 1999, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-129/95, T-2/96 u T-97/96, ECLI:EU:T:1999:7, il-paragrafu 104; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, ECLI:EU:T:2003:57.

    (124)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Novembru 2007, Spanja vs il-Kummissjoni, C-525/04 P, ECLI:EU:C:2007:698; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Jannar 2013, Frucona Košice vs Il-Kummissjoni, C-73/11 P, ECLI:EU:C:2013:32; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ġunju 1999, DM Transport, C-256/97, ECLI:EU:C:1999:332.

    (125)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012, Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08, ECLI:EU:T:2012:90.

    (126)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, ECLI:EU:T:2003:57, il-paragrafu 208.

    (127)  Ara, f'dan ir-rigward, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafu 90; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Marzu 1994, Banco Exterior de España vs Ayuntamiento de Valencia, C-387/92, ECLI:EU:C:1994:100, il-paragrafu 14; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Mejju 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-6/97, ECLI:EU:C:1999:251, il-paragrafu 16.

    (128)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafi 79 sa 81; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, 234/84, ECLI:EU:C:1986:302, il-paragrafu 14; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, 40/85, ECLI:EU:C:1986:305, il-paragrafu 13; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-278/92 sa C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, il-paragrafu 22; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-334/99, ECLI:EU:C:2003:55, il-paragrafu 134.

    (129)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafi 79, 80 u 81; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, 234/84, ECLI:EU:C:1986:302, il-paragrafu 14; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, 40/85, ECLI:EU:C:1986:305, il-paragrafu 13; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-278/92 sa C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, il-paragrafu 22; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-334/99, ECLI:EU:C:2003:55, il-paragrafu 134; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, ECLI:EU:T:2003:57; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Settembru 2008, Kahla/Thüringen Porzellan vs Il-Kummissjoni, T-20/03, ECLI:EU:T:2008:395; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Ottubru 2002, Linde vs Il-Kummissjoni, T-98/00, ECLI:EU:T:2002:248.

    (130)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafi 83, 84 u 85 u 105; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafi 71 u 72. Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 1998, Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, T-16/96, ECLI:EU:T:1998:78, il-paragrafu 76.

    (131)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafi 82 sa 85 u 105.

    (132)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafu 85.

    (133)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafi 82 sa 85. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-paragrafu 61. Il-livell ta' sofistikazzjoni ta' valutazzjoni ex ante bħal din jista' jvarja skont il-kumplessità tat-tranżazzjoni kkonċernata u l-valur tal-assi, tal-oġġetti jew tas-servizzi involuti. Normalment, dawn il-valutazzjonijiet ex ante għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta' esperti b'ħiliet u b'esperjenza xierqa. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom dejjem ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u ma għandhomx ikunu affettwati minn kunsiderazzjonijiet ta' politika. Valutazzjonijiet imwettqa minn esperti indipendenti jistgħu jipprovdu korroborazzjoni addizzjonali għall-kredibilità tal-valutazzjoni.

    (134)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafu 88.

    (135)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Marzu 2013, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni et, Il-Kawżi Magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, ECLI:EU:C:2013:175, il-paragrafu 104; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, ECLI:EU:T:2010:386, il-paragrafu 177; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 1998, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-11/95, ECLI:EU:T:1998:199, il-paragrafi 170 u 171.

    (136)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 fil-Kawża SA.35378 Finanzjament tal-Ajruport ta' Berlin Brandenburg, il-Ġermanja (ĠU C 36, 8.2.2013, p. 10), il-premessi 14 sa 33.

    (137)  Fis-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Jannar 1999, BAI vs Il-Kummissjoni, T-14/96, ECLI:EU:T:1999:12, il-paragrafi 74 sa 79, il-Qorti Ġenerali qieset li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, jista' jiġi konkluż li x-xiri ta' vawċers tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet nazzjonali minn P&O Ferries ma ssodisfax bżonn reali, u b'hekk l-awtoritajiet nazzjonali ma aġixxewx b'mod simili għal dak ta' operatur privat li jaġixxi taħt kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, dan ix-xiri ta vantaġġ lil P&O Ferries li kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u l-ammonti kollha mħallsa fl-issodisfar tal-ftehim tax-xiri kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

    (138)  Ara f'dan is-sens, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-paragrafi 94 u 95. F'dak il-każ, il-Qorti sostniet b'mod partikolari li, meta awtorità pubblika tipproċedi biex tbigħ impriża permezz ta' offerta xierqa, jista' jiġi preżunt li l-prezz tas-suq jikkorrispondi mal-ogħla offerta (vinkolanti u kredibbli), mingħajr ma jkun meħtieġ li wieħed jirrikorri għal metodi oħra ta' valutazzjoni, bħal studji indipendenti.

    (139)  Il-patti u l-kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu kkunsidrati li huma l-istess jekk il-korpi pubbliċi u l-operaturi privati jintervjenu fuq l-istess termini iżda f'mumenti differenti, wara tibdil fis-sitwazzjoni ekonomika li tkun rilevanti għat-tranżazzjoni.

    (140)  Ara, f'dak ir-rigward, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni, T-296/97, ECLI:EU:T:2000:289, il-paragrafu 81.

    (141)  Madankollu, jekk it-tranżazzjonijiet ikunu differenti u ma jsirux fl-istess ħin, is-sempliċi fatt li l-patti u l-kundizzjonijiet ikunu differenti ma jipprovdi l-ebda indikazzjoni deċiżiva (pożittiva jew negattiva) dwar jekk it-tranżazzjoni mwettqa mill-korp pubbliku tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq.

    (142)  Pereżempju, fil-każ ta' Citynet Amsterdam, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li żewġ operaturi privati li jirrappreżentaw terz tal-investimenti ta' ekwità totali f'kumpanija (wara li titqies l-istruttura azzjonarja globali u l-fatt li l-ishma tagħhom huma suffiċjenti biex jiffurmaw minoranza li timblokka fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjoni strateġika tal-kumpanija) jistgħu jitqiesu bħala ekonomikament sinifikanti (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/729/KE tal-11 ta' Diċembru 2007 fuq il-każ C 53/06 dwar l-Għajnuna mill-Istat (ex N 262/05, ex CP 127/04), Investiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk fibre-to-the-home (FttH) (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27), il-premessi 96 sa 100. B'kuntrast ma' dan, fil-kawża N 429/2010 tal-Bank Agrikolu tal-Greċja (ATE) (ĠU C 317, 29.10.2011, p. 5), il-parteċipazzjoni privata laħqet biss l-10 % tal-investiment, kuntrarju għad-90 % mill-Istat, sabiex b'hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet “pari passu” ma ġewx sodisfatti minħabba li l-kapital injettat mill-Istat la kien akkumpanjat minn parteċipazzjoni komparabbli ta' azzjonist privat u lanqas ma kien proporzjonat għall-għadd ta' ishma miżmuma mill-Istat. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni, T-296/97, ECLI:EU:T:2000:289, il-paragrafu 81.

    (1)  

    (142a)

    Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 273/14/COL tad-9 ta' Lulju 2014, dwar il-finanzjament ta' Scandinavian Airlines permezz tal-Faċilità ta' Kreditu li Jdur il-ġdida (in-Norveġja) (2015/2023) (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 47 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 68, 12.11.2015, p. 3).

    (143)  Għandu jkollhom ukoll l-istess ġustifikazzjoni industrijali; ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/137/KE tal-15 ta' Ottubru 2003 tar-reġjun tal-Vallonja fl-intrapriża Carsid SA (ĠU L 47, 18.2.2005, p. 28), il-premessi 67 sa 70.

    (144)  Il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw il-kostijiet li jġarrbu l-investituri rispettivi għall-finijiet tal-eżami analitiku u l-għażla tal-proġett ta' investiment, l-organizzazzjoni tat-termini tal-kuntratt jew is-sorveljanza tal-prestazzjoni matul il-ħajja tal-kuntratt. Pereżempju, fejn il-banek pubbliċi b'mod konsistenti jħallsu l-kostijiet tal-eżami analitiku tal-proġetti ta' investiment għall-finanzjament ta' self, is-sempliċi fatt li investituri privati jinvestu bl-istess rata ta' imgħax mhux suffiċjenti biex tiġi eskluża l-għajnuna.

    (145)  Pereżempju, il-lokazzjoni ta' ċerti oġġetti jew l-għoti ta' konċessjonijiet għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi naturali.

    (146)  Fil-kuntest ta' għajnuna mill-Istat, il-Qrati taż-ŻEE ħafna drabi jirreferu għal proċedura tal-offerti “miftuħa” (ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Awwissu 2003, P & O European Ferries (Vizcaya) vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01, ECLI:EU:T:2003:217, il-paragrafi 117 u 118; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Frar 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-paragrafu 94). L-użu tal-kelma “miftuħa”, madankollu, ma jirreferix għal proċedura speċifika skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243), kif imsemmi fil-punti 2 u 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 97/2016 (għadha mhux ippubblikata). Għalhekk, il-kelma “kompetittiva” tidher aktar xierqa. Dan mhuwiex intenzjonat sabiex jiddevja mill-kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti fil-ġurisprudenza.

    (147)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Diċembru 2000, Telaustria, C-324/98, ECLI:EU:C:2000:669, il-paragrafu 62; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Diċembru 2001, Vestergaard, C-59/00, ECLI:EU:C:2001:654, il-paragrafu 20. Ara wkoll il-Komunikazzjoni ta' Interpretazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dritt Komunitarju applikabbli għall-għoti ta' kuntratti soġġetti jew parzjalment soġġetti għad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku (ĠU C 179, 1.8.2006, p. 2).

    (2)  

    (147a)

    Is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-22 ta' Lulju 2013 fil-Kawża E-9/12 L-Iżlanda vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [2013] p. 454, il-paragrafi 66-70.

    (148)  Id-Direttiva 2014/25/UE, kif imsemmi fil-punti 2 u 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 97/2016 (għadha mhux ippubblikata).

    (149)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012, Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08, ECLI:EU:T:2012:90, il-paragrafu 87. Il-Qorti tal-EFTA assumiet approċċ simili f'kawża relatata mal-kiri ta' assi fis-Sentenza tagħha tas-27 ta' Jannar 2014 fil-Kawża E-1/13 Míla vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [2014] p. 4, il-paragrafu 81.

    (150)  Offerta mhux mitluba tista' tkun kredibbli wkoll, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, u b'mod partikolari jekk l-offerta tkun vinkolanti (ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2011, Coop Nord vs Il-Kummissjoni, T-244/08, ECLI:EU:T:2011:732, il-paragrafi 73, 74 u 75).

    (151)  Pereżempju, sempliċi avviżi mingħajr rekwiżiti legalment vinkolanti ma jingħatawx kunsiderazzjoni fil-proċedura tal-offerti; ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012, Land Burgenland u l-Awstrija vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08, ECLI:EU:T:2012:90, il-paragrafu 87 u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2011, Coop Nord vs Il-Kummissjoni, T-244/08, ECLI:EU:T:2011:732, il-paragrafi 67 u 75.

    (152)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ġunju 2014, Sarc vs Il-Kummissjoni, T-488/11, ECLI:EU:T:2014:497, il-paragrafu 98.

    (153)  Meta l-prezz tas-suq jiġi stabbilit permezz ta' tranżazzjonijiet “pari passu” jew ta' sejħiet għal offerti, dawn ir-riżultati ma jistgħux jiġu kkontestati b'metodoloġiji oħra ta' valutazzjoni, bħal permezz ta' studji indipendenti (ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-paragrafi 94 u 95).

    (154)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, ECLI:EU:T:2003:57, il-paragrafu 251.

    (155)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni, T-366/00, ECLI:EU:T:2007:99, il-paragrafu 134, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2010, Seydaland Vereinigte Agrarbetriebe, C-239/09, ECLI:EU:C:2010:778, il-paragrafu 39.

    (156)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Settembru 2004, Valmont vs Il-Kummissjoni, T-274/01, ECLI:EU:T:2004:266, il-paragrafu 71.

    (157)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni, T-366/00, ECLI:EU:T:2007:99, il-paragrafu 158.

    (158)  Ir-RRI mhijiex ibbażata fuq qligħ kontabbilizzat f'sena partikolari, iżda tqis il-fluss tal-flussi ta' flus futuri li l-investitur jistenna li jirċievi matul il-ħajja kollha tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta' skont li għaliha l-VPN ta' fluss ta' flussi ta' flus ikun ta' żero.

    (159)  Il-VPN huwa d-differenza bejn il-flussi ta' flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, skontat skont ir-redditu xieraq (il-kost tal-kapital).

    (160)  Hemm korrelazzjoni perfetta bejn il-VPN u r-RRI f'każijiet fejn ir-RRI hija daqs il-kost tal-għażla għall-investitur. Fejn il-VPN ta' investiment huwa pożittiv, dan jimplika li l-proġett għandu RRI li teċċedi r-rata ta' redditu meħtieġa (kost tal-għażla għall-investitur). F'dan il-każ, l-investiment Ikun tajjeb li jitwettaq. Jekk il-proġett għandu VPN li huwa ugwali għal żero, ir-RRI tal-proġett hija ugwali għar-rata ta' redditu meħtieġa. F'dan il-każ, huwa immaterjali jekk l-investitur jagħmilx l-investiment jew jinvestix xi mkien ieħor. Fejn il-VPN huwa negattiv, ir-RRI hija inqas mill-kost tal-kapital. L-investiment ma jkunx profitabbli biżżejjed minħabba li jkun hemm opportunitajiet aħjar xi mkien ieħor. Fejn ir-RRI u l-VPN iwasslu għal deċiżjonijiet differenti ta' investiment (din id-differenza fir-riżultat tista' sseħħ, b'mod partikolari, fi proġetti reċiprokament esklussivi), il-metodu tal-VPN għandu fil-prinċipju jkun preferut skont il-prattika tas-suq, sakemm ma jkunx hemm inċertezza sinifikanti fir-rigward tar-rata ta' skont xierqa.

    (161)  Pereżempju, fil-każ ta' likwidazzjoni ta' kumpanija, valutazzjoni bbażata fuq il-valur ta' likwidazzjoni jew fuq il-valur tal-assi tista' tkun l-aktar l-metodu xieraq ta' valutazzjoni.

    (162)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-paragrafu 46, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ġunju 1999, DM Transport, C-256/97, ECLI:EU:C:1999:332, il-paragrafu 24.

    (163)  Jekk il-metodu komparattiv (valutazzjoni komparattiva) ma jkunx xieraq u metodi oħra li huma ġeneralment aċċettati jidhru li jonqsu milli jistabbilixxu b'mod preċiż il-valur tal-art, jista' jintuża metodu alternattiv, bħall-metodu ta' valutazzjoni ta' Vergleichspreissystem propost mill-Ġermanja (approvat għal artijiet agrikoli u tal-forestrija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33167 Metodu alternattiv propost biex jiġu vvalutati artijiet agrikoli u tal-forestrija fil-Ġermanja meta jinbiegħu mill-awtoritajiet pubbliċi (ĠU C 43, 15.2.2013, p. 7). Dwar il-limitazzjonijiet ta' metodi oħra ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2010, Seydaland Vereinigte Agrarbetriebe, C-239/09, ECLI:EU:C:2010:778, il-paragrafu 52.

    (164)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' April 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi u ING Groep, C-224/12 P, ECLI:EU:C:2014:213, il-paragrafi 29 sa 37. Madankollu l-iskopertura preċedenti ma għandhiex titqies jekk tirriżulta minn miżura li, abbażi ta' valutazzjoni globali tal-aspetti kollha ta' dik il-miżura, ma setgħetx titwettaq minn investitur privat li qed ifittex profitt (Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-paragrafi 52 sa 61.

    (165)  Ara, f'dan ir-rigward, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni, T-296/97, ECLI:EU:T:2000:289, jew is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Jannar 2013, Frucona Košice vs Il-Kummissjoni, C-73/11 P, ECLI:EU:C:2013:32, il-paragrafi 79 u 80.

    (166)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-334/99, ECLI:EU:C:2003:55, il-paragrafu 140.

    (167)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Settembru 2012, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni, T-565/08, ECLI:EU:T:2012:415, il-paragrafi 79 sa 84, ikkonfermata fl-appell, ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Settembru 2014, SNCM u Franza vs Corsica Ferries France, Il-Kawżi Magħquda C-533/12 P u C-536/12 P, ECLI:EU:C:2014:2142, il-paragrafi 40 u 41. F'dan il-każ il-Qrati kkonfermaw li, fil-prinċipju, fit-tul jista' jkun ekonomikament razzjonali għal investituri privati, b'mod partikolari gruppi akbar ta' kumpaniji, li jħallsu indennizzi komplimentari (pereżempju, biex jipproteġu l-immaġni tal-marka ta' grupp). Madankollu, il-ħtieġa li jitħallsu dawn l-indennizzi komplementari għandha tintwera bl-akbar reqqa fil-każ konkret li fih il-protezzjoni tal-immaġni hija meħtieġa u għandu jintwera wkoll li pagamenti bħal dawn huma prattika stabbilita fost kumpaniji privati f'ċirkostanzi simili (sempliċi eżempji mhumiex biżżejjed).

    (168)  Għal informazzjoni dwar il-valutazzjoni li għandha titwettaq dwar il-possibbiltà ta' għoti ta' għajnuna mill-Istat f'forma ta' garanzija, ara wkoll il-Linji Gwida dwar il-Garanziji tal-Gvern adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 li temenda, għas-sebgħa u sittin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta' għajnuna mill-Istat billi temenda l-kapitoli eżistenti dwar rati ta' referenza u ta' skont fuq għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' garanziji u billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, dwar għajnuna mill-Istat għal xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra u għajnuna mill-Istat għal impriżi ferrovjarji (ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1). Dawk il-Linji Gwida mhumiex sostitwiti mil-Linji Gwida attwali.

    (169)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Diċembru 2011, Residex Capital IV, C-275/10, ECLI:EU:C:2011:814, il-paragrafu 39.

    (170)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Marzu 2015, OTP Bank, C-672/13, ECLI:EU:C:2015:185.

    (171)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Diċembru 2011, Residex Capital IV, C-275/10, ECLI:EU:C:2011:814, il-paragrafu 42.

    (172)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' April 2014, Franza vs Il-Kummissjoni, C-559/12 P, ECLI:EU:C:2014:217, il-paragrafu 96.

    (173)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' April 2014, Franza vs Il-Kummissjoni, C-559/12 P, ECLI:EU:C:2014:217, il-paragrafu 98.

    (174)  Pereżempju, permezz tar-RAROC (Dħul fuq il-Kapital Aġġustat għar-Riskju), li huwa dak li l-mutwanti u l-investituri jeħtieġu biex jipprovdu finanzjament ta' riskju ta' referenza simili u maturità lil impriża attiva fl-istess settur.

    (175)  Ara l-Linji Gwida dwar ir-Rati ta' Referenza u ta' Skont, adottati bid-Deċiżjoni Nru 788/08/COL. Għal self subordinat, li mhuwiex kopert fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rati ta' Referenza, tista' tintuża l-metodoloġija stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat N 55/2008, GA/EFRE Nachrangdarlehen (ĠU C 9, 14.1.2009).

    (176)  Madankollu, fejn ir-regolamenti tal-Kummissjoni jew id-deċiżjonijiet tal-Awtorità dwar l-iskemi ta' għajnuna jirreferu għar-rata ta' referenza għall-identifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna, l-Awtorità tqisha bħala valur referenzjarju fiss li ma jikkostitwixxix għajnuna (livell ta' protezzjoni).

    (177)  Linji gwida dwar ir-Rati ta' Referenza u ta' Skont, adottati bid-Deċiżjoni Nru 788/08/COL.

    (178)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-paragrafi 26 u 27; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Lulju 2011, Mediaset vs Il-Kummissjoni, C-403/10 P, ECLI:EU:C:2011:533, il-paragrafi 73 sa 77; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Ġunju 2002, L-Olanda vs Il-Kummissjoni, C-382/99, ECLI:EU:C:2002:363, il-paragrafi 60 sa 66; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2009, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-424/05, ECLI:EU:T:2009:49, il-paragrafi 136 sa 147. Ara wkoll l-Artikolu 61(2)(a) tal-Ftehim ŻEE.

    (179)  Fil-każ li impriża intermedjarja tkun sempliċiment strument għat-trasferiment tal-vantaġġ lill-benefiċjarju u ma żżomm l-ebda vantaġġ, normalment ma għandhiex titqies bħala riċeventi ta' għajnuna mill-Istat.

    (180)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-paragrafi 26 u 27; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Lulju 2011, Mediaset vs Il-Kummissjoni, C-403/10 P, ECLI:EU:C:2011:533, il-paragrafu 81.

    (181)  B'kuntrast, sempliċiment effett ekonomiku sekondarju fil-forma ta' żieda fil-produzzjoni (li ma tammontax għal għajnuna indiretta) jista' jinsab fejn l-għajnuna titwassal sempliċiment permezz ta' impriża (pereżempju intermedjarju finanzjarju) li tgħaddiha b'mod sħiħ lill-benefiċjarju tal-għajnuna.

    (182)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ġunju 1999, DM Transport, C-256/97, ECLI:EU:C:1999:332, il-paragrafu 27; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2002, Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-127/99, T-129/99 u T-148/99, ECLI:EU:T:2002:59, il-paragrafu 149. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-10 ta' Mejju 2011 fil-Kawżi Magħquda E-04/10, E-06/10 u E-07/10 Il-Prinċipat ta' Liechtenstein et vs. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [2011] p. 16, il-paragrafu 78.

    (183)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-paragrafu 32; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2001Adria-Wien Pipeline, C-143/99, ECLI:EU:C:2001:598, il-paragrafu 48.

    (184)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2000, CETM vs Il-Kummissjoni, T-55/99, ECLI:EU:T:2000:223, il-paragrafu 40. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2012, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-379/09, ECLI:EU:T:2012:422, il-paragrafu 47. Il-miżura inkwistjoni f'dan il-każ kienet eżenzjoni parzjali mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin ta' serer. Il-Qorti Ġenerali indikat li l-fatt li l-impriżi kollha li jagħżlu produzzjoni b'effett ta' serra jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni ma kienx suffiċjenti biex jiġi stabbilit il-karattru ġenerali tal-miżura.

    (3)  

    (184a)

    Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-21 ta' Lulju 2005 fil-Kawżi Magħquda E-05/04, sa E-07/04 Fesil et vs. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [2005] p. 117, il-paragrafi 78-79.

    (185)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 52.

    (186)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Settembru 2009, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-211/05, ECLI:EU:T:2009:304, il-paragrafu 120, u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Novembru 2011, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-458/09 P, ECLI:EU:C:2011:769, il-paragrafi 59 u 60.

    (187)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, ECLI:EU:C:2006:416, il-paragrafu 122.

    (188)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Frar 2016, Heitkamp Bauholding vs Il-Kummissjoni, T-287/11, ECLI:EU:T:2016:60, il-paragrafu 129 u dawk segwenti.

    (189)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Diċembru 1969, Il-Kummissjoni vs Franza, Il-Kawżi Magħquda 6 u 11/69, ECLI:EU:C:1969:68, il-paragrafu 3; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Ġunju 1988, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, 57/86, ECLI:EU:C:1988:284, il-paragrafu 8; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Lulju 2004, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-501/00, ECLI:EU:C:2004:438, il-paragrafu 92.

    (190)  Dan kien il-każ fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, ECLI:EU:C:2011:732, dwar ir-riforma fiskali ta' Ġibiltà, li de facto ffavorixxiet kumpaniji offshore. Ara paragrafi 101 u dawk segwenti ta' dik is-sentenza. Ir-riforma introduċiet sistema li tikkonsisti fi tliet taxxi applikabbli għall-kumpaniji kollha ta' Ġibiltà, jiġifieri taxxa fuq pagi mħallsa, taxxa fuq l-okkupazzjoni ta' proprjetà tan-negozju (BPOT) u ħlas għar-reġistrazzjoni. Responsabbiltà għat-taxxa fuq pagi mħallsa u fuq it-taxxa fuq l-okkupazzjoni ta' proprjetà tan-negozju kienet tkun limitata għal 15 % tal-profitti. Il-Qorti sabet li din il-kombinazzjoni ta' taxxi kienet mill-bidu teskludi kull tassazzjoni ta' kumpaniji offshore minħabba li ma kellhom ebda bażi taxxabbli minħabba n-nuqqas ta' ħaddiema u n-nuqqas ta' proprjetà tan-negozju f'Ġibiltà.

    (191)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2002, Ramondin SA u Ramondín Cápsulas SA vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-92/00 u T-103/00, ECLI:EU:T:2002:61, il-paragrafu 39.

    (192)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Settembru 2007, L-Italja u Brandt Italia vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-239/04 u T-323/04, ECLI:EU:T:2007:260, il-paragrafu 66; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Settembru 2009, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-211/05, ECLI:EU:T:2009:304, il-paragrafu 120; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Novembru 2011, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-458/09 P, ECLI:EU:C:2011:769, il-paragrafi 59 u 60.

    (193)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ġunju 1999, DM Transport, C-256/97, ECLI:EU:C:1999:332, il-paragrafu 27.

    (194)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Lulju 2013, P, C-6/12, ECLI:EU:C:2013:525, il-paragrafu 27.

    (195)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 2001Smits u Peerbooms, C-157/99, ECLI:EU:C:2001:404, il-paragrafu 90; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Ġunju 2010, Sporting Exchange Ltd, trading “Betfair” vs Minister van Justitie, C-203/08, ECLI:EU:C:2010:307, il-paragrafu 50.

    (196)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-paragrafi 60 u dawk segwenti; L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Mengozzi tas-27 ta' Ġunju 2013, Deutsche Lufthansa, C-284/12, ECLI:EU:C:2013:442, il-paragrafu 52.

    (197)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, C-279/08 P, ECLI:EU:C:2011:551, il-paragrafu 62; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline, C-143/99, ECLI:EU:C:2001:598.

    (198)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 49 u dawk segwenti; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, GIL Insurance et, C-308/01, ECLI:EU:C:2004:252.

    (199)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, C-487/06 P, ECLI:EU:C:2008:757, il-paragrafi 85 u 89 u l-ġurisprudenza ċċitata; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, C-279/08 P, ECLI:EU:C:2011:551, il-paragrafu 51; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafu 87.

    (200)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, ECLI:EU:C:2011:732.

    (201)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafi 101 u dawk segwenti.

    (202)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafu 106.

    (203)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Novembru 2001Ferring, C-53/00, ECLI:EU:C:2001:627, il-paragrafu 20.

    (204)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Novembru 2001Ferring, C-53/00, ECLI:EU:C:2001:627, il-paragrafi 19 u 20.

    (205)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 50. F'dan il-kuntest il-Qorti kultant tapplika t-terminu ta' “is-sistema fiskali ordinarja” (ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, ECLI:EU:C:2006:416, il-paragrafu 95) jew “l-iskema fiskali ġenerali” (ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2005, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-66/02, ECLI:EU:C:2005:768, il-paragrafu 100).

    (206)  Ara r-raġunament tal-Qorti dwar is-selettività fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Marzu 2005, Heiser, C-172/03, ECLI:EU:C:2005:130, il-paragrafi 40 u dawk segwenti.

    (207)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, GIL Insurance et, C-308/01, ECLI:EU:C:2004:252, il-paragrafi 75 u 78.

    (208)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2012, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, T-210/02 RENV, ECLI:EU:T:2012:110, il-paragrafi 49 u 50. Anki jekk imposta tiġi introdotta fis-sistema legali nazzjonali biex tittrasponi direttiva tal-Unjoni, inkorporata fil-Ftehim ŻEE, dik l-imposta tibqa' s-sistema ta' referenza.

    (209)  Fis-sentenza tagħha f'Paint Graphos, il-Qorti madankollu indikat li, fid-dawl tal-pekuljaretajiet ta' soċjetajiet kooperattivi li għandhom jikkonformaw ma' prinċipji operattivi partikolari, dawk l-impriżi ma jistgħux jitqiesu bħala li huma f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli għal dik ta' kumpaniji kummerċjali, sakemm jaġixxu fl-interess ekonomiku tal-membri tagħhom u r-relazzjonijiet tagħhom mal-membri tagħhom ma jkunux purament kummerċjali iżda personali u individwali, il-membri jkunu involuti b'mod attiv fit-tmexxija tan-negozju u intitolati għal distribuzzjoni ekwa tar-riżultati ekonomiċi (Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 61).

    (210)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Lulju 2013, P, C-6/12 P, ECLI:EU:C:2013:525, il-paragrafu 27 u dawk segwenti.

    (211)  Imposta introdotta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali li tittrasponi direttiva tal-UE inkorporata fil-Ftehim ŻEE, li fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha tipprovdi għal trattament differenzjat għal ċerti attivitajiet/prodotti tista' tindika li tali attivitajiet/prodotti huma f'sitwazzjoni differenti fir-rigward tal-objettiv intrinsiku segwit.

    (212)  Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 69.

    (213)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafi 69 u 70; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, il-paragrafu 81; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, C-279/08 P, ECLI:EU:C:2011:551; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, C-487/06 P, ECLI:EU:C:2008:757; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Lulju 2013, Poy, C-6/12, ECLI:EU:C:2013:525, il-paragrafu 27 u dawk segwenti.

    (4)  

    (213a)

    Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 155/16/COL dwar l-allegata għajnuna mill-Istat li tirriżulta mill-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni Norveġiż għal oġġetti ta' valur baxx importati minn konsumaturi finali, (għadha mhux ippubblikata, il-paragrafu 98).

    (214)  Għal impriżi għal investiment kollettiv; ara taqsima 5.4.2.

    (215)  Fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-Qorti rreferiet għall-possibbiltà ta' dipendenza fuq in-natura jew fuq l-iskema ġenerali tas-sistema fiskali nazzjonali bħala ġustifikazzjoni għall-fatt li soċjetajiet kooperattivi li jqassmu l-profitti kollha tagħhom lill-membri tagħhom mhumiex intaxxati huma nfushom bħala kooperattivi, sakemm it-taxxa tiġi imposta fuq il-membri individwali (il-paragrafu 71).

    (216)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 74.

    (217)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 75.

    (218)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafu 146; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, L-Olanda vs Il-Kummissjoni, C-159/01, ECLI:EU:C:2004:246, il-paragrafu 43; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511.

    (219)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, il-paragrafu 57; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008, Unión General de Trabajadores de La Rioja, Il-Kawżi Magħquda C-428/06 sa C-434/06, ECLI:EU:C:2008:488, il-paragrafu 47.

    (220)  Is-Sentenza tal-Qorti tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, il-paragrafi 57 u dawk segwenti; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008, Unión General de Trabajadores de La Rioja, Il-Kawżi Magħquda C-428/06 sa C-434/06, ECLI:EU:C:2008:488, il-paragrafi 47 u dawk segwenti.

    (221)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, il-paragrafi 63 sa 66.

    (5)  

    (221a)

    Is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-20 ta' Mejju 1999 fil-Kawża E-6/98 Ir-Renju tan-Norveġja vs. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA EFTA Ct. Rep [1999] p. 74, il-paragrafu 38.

    (222)  Ara l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Geelhoed tal-20 ta' Ottubru 2005, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2005:618, il-paragrafu 60.

    (223)  L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Geelhoed tal-20 ta' Ottubru 2005, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2005:618, il-paragrafu 60.

    (224)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, il-paragrafu 58: “Ma jistax jiġi eskluż li entità infrastatali għandha status fid-dritt u fil-fatt li jagħmilha suffiċjentement awtonoma fil-konfront tal-gvern ċentrali ta' Stat Membru sabiex, permezz tal-miżuri li hija tadotta, tkun din l-entità, u mhux il-gvern ċentrali, li jkollha rwol fundamentali fid-definizzjoni tal-ambjent politiku u ekonomiku li fih joperaw l-impriżi.”

    (225)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, il-paragrafu 67.

    (226)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511, il-paragrafu 70.

    (227)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008, Unión General de Trabajadores de La Rioja, Il-Kawżi Magħquda C-428/06 sa C-434/06, ECLI:EU:C:2008:488, il-paragrafi 96 sa 100.

    (228)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008, Unión General de Trabajadores de La Rioja, Il-Kawżi Magħquda C-428/06 sa C-434/06, ECLI:EU:C:2008:488, il-paragrafi 80 sa 83.

    (229)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:EU:C:2006:511.

    (230)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008, Unión General de Trabajadores de La Rioja, Il-Kawżi Magħquda C-428/06 sa C-434/06, ECLI:EU:C:2008:488, il-paragrafi 129 u dawk segwenti.

    (231)  B'mod partikolari, l-Istati taż-ŻEE ma għandhomx jintroduċu jew iżommu leġiżlazzjoni li tinvolvi għajnuna inkompatibbli mill-Istat jew diskriminazzjoni li tmur kontra l-libertajiet fundamentali. Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 2009, Glaxo Wellcome, C-182/08, ECLI:EU:C:2009:559, il-paragrafu 34 u l-ġurisprudenza ċċitata.

    (232)  Ara l-preambolu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1), imsemmi fil-punt 10c tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 15/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li jemenda l-Anness XXII (Id-Dritt Soċjetarju) tal-Ftehim ŻEE (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 68, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 22.4.2004, p. 21).

    (233)  Il-kontroll tal-kooperattivi jiġi vestit b'mod ugwali fuq il-membri tagħhom, kif rifless fir-regola “persuna waħda, vot wieħed”.

    (234)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafi 55 u 61.

    (235)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafi 69 sa 75.

    (236)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafi 74 u 75.

    (237)  Din it-taqsima mhijiex limitata għal impriżi għal investiment kollettiv soġġetti għad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), kif imsemmi fil-punt 30 tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 77, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, 3.3.2011, p. 20). Tkopri wkoll tipi oħrajn ta' impriżi għal investiment kollettiv li mhumiex koperti b'dik id-Direttiva, bħal – fost l-oħrajn – Fondi ta' Investiment Alternattiv kif definiti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1), kif imsemmi fil-punt 31bb tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 202/2016 (għadha mhux ippubblikata).

    (238)  Dawn l-impriżi jistgħu jiġu kostitwiti skont id-dritt kuntrattwali (bħala fondi komuni amministrati minn kumpaniji ta' amministrazzjoni) jew skont id-dritt tat-trusts (bħala unitajiet ta' trusts) jew taħt statut (bħala kumpaniji ta' investiment). Ara l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-UCITS.

    (239)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2009, l-Kawża T-445/05 Associazione italiana del risparmio gestito u Fineco Asset Management vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2009:50, il-paragrafu 78 u dawk segwenti fejn il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/638/KE tas-6 ta' Settembru 2005 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Italja għal ċerti impriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli speċjalizzati f'ishma ta' kumpanniji ta' kapitalizzazzjoni żgħira jew medja kkwotati fis-swieq regolati (ĠU L 268, 27.9.2006, p. 1), fejn iddikjarat li skema ta' għajnuna li tipprovdi lil ċerti impriżi b'inċentivi fiskali għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli li jispeċjalizzaw f'ishma ta' kumpaniji ta' kapitalizzazzjoni żgħar jew ta' daqs medju li jistgħu jiġu negozjati fis-suq Ewropew regola, bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

    (240)  Pereżempju, trattament preferenzjali fi kwistjonijiet ta' taxxa fuq il-livell tal-istrument ta' investiment li jkun kundizzjonali fuq l-investiment ta' tliet kwarti tal-assi tal-fond fl-SMEs.

    (241)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2009, Associazione Italiana del risparmio gestito u Fineco Asset Management vs Il-Kummissjoni, T-445/05, ECLI:EU:T:2009:50, il-paragrafu 150.

    (242)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1). Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dawn il-Linji Gwida, ir-Regolament Nru 345/2013 kien taħt skrutinju mill-EFTA u ż-ŻEE.

    (243)  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18). Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dawn il-Linji Gwida, ir-Regolament Nru 346/2013 kien taħt skrutinju mill-EFTA u ż-ŻEE.

    (244)  Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98). Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dawn il-Linji Gwida, ir-Regolament Nru 2015/760 kien taħt skrutinju mill-EFTA u ż-ŻEE.

    (245)  Il-loġika ta' newtralità wara t-tassazzjoni speċjali ta' impriżi ta' investiment tapplika għall-kapital tal-fond, iżda mhux għad-dħul u l-kapital proprju tal-kumpaniji maniġerjali. Ara d-Deċiżjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tat-18 ta' Marzu 2009 rigward it-tassazzjoni ta' impriżi ta' investiment f'Liechtenstein.

    (246)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010, N 131/2009, Il-Finlandja, l-iskema tar-Residential Real Estate Investment Trust (REIT) (ĠU C 178, 3.7.2010, p. 1), il-premessa 33.

    (247)  L-amnestija fiskali tista' tipprovdi wkoll il-possibbiltà li jiġu rapportati assi jew dħul mhux iddikjarat.

    (248)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Marzu 2012, Ministero dell'Economia e delle Finanze, C-417/10, ECLI:EU:C:2012:184, il-paragrafu 12.

    (249)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2012 dwar il-miżura tal-amnestija tat-taxxa notifikata mil-Latvja, SA. 33183, (ĠU C 1, 4.1.2013, p. 6).

    (250)  Il-perjodu ta' applikazzjoni għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-kontribwenti kollha li għalihom tapplika l-miżura li jfittxu li jibbenefikaw minnha.

    (251)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Marzu 2012, Ministero dell'Economia e delle Finanze, C-417/10, ECLI:EU:C:2012:184, il-paragrafi 40, 41 u 42.

    (252)  Xi Stati taż-ŻEE adottaw ċirkolarijiet li jirregolaw il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tal-prattiki deċiżjonali tagħhom. Xi wħud minnhom jippubblikaw ukoll id-deċiżjonijiet tagħhom.

    (253)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża SA.38374, Starbucks, li għadha mhux ippubblikata, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża SA.38375, Fiat, li għadha mhux ippubblikata, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2016 fil-Kawża SA.37667, l-iskema ta' għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv, li għadha mhux ippubblikata, il-każijiet kollha huma taħt appell.

    (254)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, ECLI:EU:C:2006:416. F'din is-sentenza dwar ir-reġim preferenzjali Belġjan għal ċentri ta' koordinazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja vvalutat kontestazzjoni għal deċiżjoni tal-Kummissjoni (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/757/KE tas-17 ta' Frar 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju favur ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25)) li kkonkludiet, fost l-oħrajn, li l-metodu għad-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli taħt dak ir-reġim ta vantaġġ selettiv lil dawk iċ-ċentri. Skont dak ir-reġim, il-profitt taxxabbli kien ġie stabbilit f'ammont ta' rata fissa li kien jirrappreżenta persentaġġ tal-ammont totali tal-ispejjeż u tal-ispejjeż operattivi, li minnhom kienu esklużi l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż finanzjarji. Skont il-Qorti, “sabiex jiġi deċiż jekk metodu ta' valutazzjoni ta' dħul taxxabbli bħal dak stabbilit skont ir-reġim għal ċentri ta' koordinazzjoni jagħtix vantaġġ lilhom, huwa meħtieġ […], li dak ir-reġim jiġi mqabbel mas-sistema tat-taxxa ordinarja, abbażi tad-differenza bejn il-profitt u l-ħruġ ta' impriża li tkompli bl-attivitajiet tagħha f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa.” Il-Qorti mbagħad qieset li “l-effett tal-esklużjoni ta' [kostijiet tal-persunal u l-kostijiet finanzjarji] min-nefqa li sservi biex jiġi ddeterminat id-dħul taxxabbli taċ-ċentri huwa li l-prezzijiet tat-trasferiment ma jixbħux lil dawk li kieku jiġu imposti f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa”, li l-Qorti sabet li “[jagħtu] vantaġġ liċ-ċentri ta' koordinazzjoni” (il-paragrafi 96 u 97).

    (255)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, ECLI:EU:C:2006:416, il-paragrafu 81. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Marzu 2015Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, T-538/11, ECLI:EU:T:2015:188, il-paragrafi 65 u 66 u l-ġurisprudenza ċċitata.

    (256)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/601/KE tas-17 ta' Frar 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna C 54/2001 (ex NN55/2000) l-Irlanda — Dħul Barrani) (ĠU L 204, 13.8.2003, p. 51), il-premessi 33 sa 35.

    (257)  Pereżempju, dan ikun il-każ jekk xi impriżi involuti fi tranżazzjonijiet ma' entitajiet ikkontrollati mhumiex permessi li jitolbu tali deċiżjonijiet, għall-kuntrarju ta' impriżi ta' kategorija definita minn qabel. F'dan ir-rigward ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/77/KE tal-24 ta' Ġunju 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju — Is-sistema ta' deċiżjonijiet fiskali għall-korporazzjonijiet barranin ta' bejgħ tal-Istati Uniti (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 14), il-premessi 56 sa 62.

    (258)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża SA.38374, Starbucks, li għadha mhux ippubblikata, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża SA.38375, Fiat, li għadha mhux ippubblikata, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2016 fil-Kawża SA.37667, l-iskema ta' għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv, li għadha mhux ippubblikata, il-każijiet kollha huma taħt appell.

    (259)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/438/KE tas-16 ta' Ottubru 2002 dwar l-iskema ta' għajnuna C 50/2001 (ex NN 47/2000) — Kumpaniji finanzjarji — implementata mil-Lussemburgu (ĠU L 153, 20.6.2003, p. 40), il-premessi 43 u 44; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/501/KE tas-16 ta' Ottubru 2002 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat C 49/2001 (ex NN 46/2000) — Ċentri ta' Koordinazzjoni — implimentata mil-Lussemburgu (ĠU L 170, 9.7.2003, p. 20), il-premessi 46, 47 u 50; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/757/KE tas-17 ta' Frar 2003, dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju għal ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25), il-premessi 89 sa 95 u s-Sentenza relatata tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006, Il-Belġju u l-Forum 187 vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, ECLI:EU:C:2006:416, il-paragrafi 96 u 97; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/76/KE tat-13 ta' Mejju 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata minn Franza għal kwartieri ġenerali u ċentri loġistiċi (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1), il-premessi 50 u 53; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża SA.38374, Starbucks, għadha mhux ippubblikata, taħt appell, il-premessi 282 sa 285; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża SA.38375, Fiat, għadha mhux ippuimplibblikata, taħt appell, il-premessa 245.

    (260)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/276/UE tas-26 ta' Mejju 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat taħt forma ta' ftehim fiskali dwar it-tranżazzjonijiet implimentata mill-Belġju favur il-kumpanija Umicore SA (eks Union Minière SA) (Għajnuna mill-Istat C 76/03 (ex NN 69/03) (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 76).

    (261)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/276/UE, il-premessa 155.

    (262)  Il-metodu tat-tnaqqis fil-bilanċ jew il-metodu tas-somma-ta'-ċifri-ta'-sena meta mqabbel mal-aktar metodu komuni tal-linja dritta.

    (263)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 dwar SA. 34736 dwar id-deprezzament bikri ta' ċerti assi miksuba minn kiri finanzjarju (ĠU C 384, 13.12.2012, p. 1).

    (264)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/256/KE tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata minn Franza skont l-Artikolu 39 CA tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi — Għajnuna mill-Istat C 46/2004 (ex NN 65/2004) (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 41), il-premessa 122.

    (265)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, GIL Insurance et, C-308/01, ECLI:EU:C:2004:252, il-paragrafi 65 u dawk segwenti.

    (266)  Ara d-Deċiżjoni 2007/256/KE (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 41), il-premessa 81 u dawk segwenti.

    (268)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/779/KE tat-3 ta' Frar 1999 dwar għajnuna mill-Istat Awstrijaka fil-forma ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq ix-xorb tal-inbid u xarbiet iffermentati oħra mibjugħa direttament fuq il-post tal-produzzjoni lill-konsumatur (ĠU L 305, 30.11.1999, p. 27).

    (269)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ., ECLI:EU:T:2000:151, il-paragrafu 81.

    (270)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 1980, Philip Morris vs Il-Kummissjoni, 730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 11; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ., ECLI:EU:T:2000:151, il-paragrafu 80.

    (271)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ., ECLI:EU:T:2000:151, il-paragrafi 141 sa 147; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415.

    (272)  Monopolju legali jeżisti fejn servizz partikolari jkun riżervat mil-liġi jew minn miżuri regolatorji għal fornitur esklużiv, bi projbizzjoni ċara għal kull operatur ieħor li jipprovdi dan is-servizz (lanqas biex jissodisfa domanda residwa possibbli minn ċerti gruppi ta' klijenti). Madankollu, is-sempliċi fatt li l-provvista ta' servizz pubbliku tingħata lil impriża speċifika ma jfissirx li tali impriża tgawdi monopolju legali.

    (273)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Lulju 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T-295/12, ECLI:EU:T:2014:675, il-paragrafu 158; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru N 356/2002 –Ir-Renju Unit – Network Rail (ĠU C 232, 28.9.2002, p. 2), il-premessi 75, 76 u 77. Pereżempju, jekk konċessjoni tingħata permezz ta' proċedura kompetittiva jkun hemm kompetizzjoni għas-suq.

    (274)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Marzu 2005, Heiser, C-172/03, ECLI:EU:C:2005:130, il-paragrafu 55.

    (275)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2000, CETM vs Il-Kummissjoni, T-55/99, ECLI:EU:T:2000:223, il-paragrafu 89; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafu 81.

    (276)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafu 79.

    (277)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 65; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2013, Libert et, Il-Kawżi Magħquda C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 76.

    (278)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 66; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2013, Libert et, Il-Kawżi Magħquda C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 77; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' April 2001, Regione autonoma Friuli-Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni, T-288/97, ECLI:EU:T:2001:115, il-paragrafu 41.

    (279)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 67; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2013, Libert et, Il-Kawżi Magħquda C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 78; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafu 78.

    (280)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 68.

    (281)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafi 77 u 78.

    (282)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (“Tubemeuse”), C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-paragrafu 35; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' April 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja u Wam, C-494/06 P, ECLI:EU:C:2009:272, il-paragrafu 62.

    (283)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 1980, Philip Morris vs Il-Kummissjoni, 730/79, ECLI:EU:C:1980:209; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Settembru 2009, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-211/05, ECLI:EU:T:2009:304, il-paragrafi 157 sa 160; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ., ECLI:EU:T:2000:151, il-paragrafu 95.

    (284)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 1995, AITEC et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-447/93, T-448/93 u T-449/93, ECLI:EU:T:1995:130, il-paragrafu 141.

    (285)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kawżi N 258/2000 Leisure Pool Dorsten (ĠU C 172, 16.6.2001, p. 16); C 10/2003 – In-Netherlands – Marini għall-jottijiet mingħajr skop ta' qligħ għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni (ĠU L 34, 6.2.2004, p. 63); SA.37963 – Ir-Renju Unit – Għajnuna mill-Istat allegata lil Glenmore Lodge (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 3); SA.38208 – Ir-Renju Unit – Għajnuna mill-Istat allegata lil klabbs tal-golf tar-Renju Unit li huma proprjetà tal-membri (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 4); Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 459/12/COL tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar għajnuna lil Bømlabadet Bygg AS għall-bini tal-Bømlabadet aqua park fil-Muniċipalità ta' Bømlo (ĠU C 193, 4.7.2013, p. 9 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 39, 4.7.2013, p. 1).

    (286)  Ara t-taqsima 2.6 għall-kundizzjonijiet li taħthom l-attivitajiet ta' konservazzjoni kulturali jew tal-patrimonju huma ta' natura ekonomika fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Għal attivitajiet ta' konservazzjoni kulturali jew tal-patrimonju li mhumiex ta' natura ekonomika ma hemmx bżonn li ssir valutazzjoni dwar jekk finanzjament pubbliku possibbli jistax ikollu effett fuq il-kummerċ.

    (287)  Ara, pereżempju, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet ta' għajnuna mill-Istat N 630/2003 Local Museums Sardinia (ĠU C 275, 8.11.2005, p. 3); SA.34466 Ċipru – Ċentru għall-Arti Viżiva u r-Riċerka (ĠU C 1, 4.1.2013, p. 10); SA.36581, Il-Greċja – Bini ta' Mużew Arkeoloġiku, Messara, Kreta; (ĠU C 353, 3.12.2013, p. 4); SA.35909 (2012/N) – Ir-Repubblika Ċeka – Infrastruttura għat-turiżmu (reġjun NUTS II tax-Xlokk) (ĠU C 306, 22.10.2013, p. 4); SA.34891 (2012/N) - Il-Polonja - Appoġġ tal-Istat lil Związek Gmin Fortecznych Twierdzy Przemyśl (ĠU C 293, 9.10.2013, p. 1).

    (288)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet ta' għajnuna mill-Istat N 543/2001 L-Irlanda — Provvedimenti kapitali għall-isptarijiet (ĠU C 154, 28.6.2002, p. 4); SA.34576 Il-Portugall – Jean Piaget North-east Continuing Care Unit (ĠU C 73, 13.3.2013, p. 1); SA.37432 – Ir-Repubblika Ċeka – Finanzjament lil sptarijiet pubbliċi fir-reġjun ta' Hradec Králové (ĠU C 203, 19.6.2015, p. 2); SA.37904 – Il-Ġermanja – Għajnuna mill-Istat allegata lil ċentru mediku f'Durmersheim (ĠU C 188, 5.6.2015, p. 2); SA.38035 – Il-Ġermanja – Allegata għajnuna għal klinika speċjalizzata ta' riabilitazzjoni għall-mediċina ortopedika u għall-kirurġija tat-trawmi (ĠU C 188, 5.6.2015, p. 3).

    (289)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet ta' għajnuna mill-Istat N 257/2007 Sussidji għal produzzjonijiet teatrali fil-pajjiż Bask (ĠU C 173, 26.7.2007, p. 1); N 458/2004 Editorial Andaluza Holding (ĠU C 131, 28.5.2005, p. 1); SA.33243 Jornal da Madeira (ĠU C 16, 19.1.2013, p. 1).

    (290)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża ta' għajnuna mill-Istat N 486/2002 L-Isvezja – Sala tal-kungress f'Visby (ĠU C 75, 27.3.2003, p. 2).

    (291)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33149 – Il-Ġermanja – Għajnuna mill-Istat allegata mogħtija illegalment għal Städtische Projekt “Wirtschaftsbür Gaarden” – Kiel (ĠU C 188, 5.6.2015, p. 1).

    (292)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38441 – Ir-Renju Unit – Isles of Scilly Air links (ĠU C 5, 9.1.2015, p. 4).

    (293)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet ta' għajnuna mill-Istat SA.39403 – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Investiment fil-port ta' Lauwersoog (ĠU C 259, 7.8.2015, p. 4); SA.42219 – Il-Ġermanja – Ir-rinnovament tal-moll Schuhmacher fil-port ta' Maasholm (ĠU C 426, 18.12.2015, p. 5).

    (294)  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri u partijiet interessati oħra dwar l-għajnuna mill-Istat N 376/01 - Skema ta' għajnuna għall-funikulari (ĠU C 172, 18.7.2002, p. 2).

    (295)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, 248/84, ECLI:EU:C:1987:437, il-paragrafu 18.

    (296)  Il-“finanzjament pubbliku għall-infrastruttura” huwa maħsub li jinkludi l-forom kollha ta' provvista ta' riżorsi tal-Istat għall-bini, għall-akkwist jew għat-tħaddim tal-infrastruttura.

    (297)  Din it-taqsima ma tittrattax l-għajnuna potenzjali lil kuntratturi involuti fil-bini tal-infrastruttura.

    (298)  “Sid” tinkludi kull entità li teżerċita d-drittijiet effettivi ta' sjieda fuq l-infrastruttura u li tgawdi l-benefiċċji ekonomiċi tagħha. Pereżempju, jekk is-sid jiddelega d-drittijiet ta' sjieda tiegħu lil entità separata (pereżempju lil awtorità tal-port) li timmaniġġja l-infrastruttura f'isem is-sid, għall-finijiet ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat din tista' titqies bħala li qed tissostitwixxi s-sid.

    (299)  Il-Ħamsa u Għoxrin Rapport dwar il-Politika ta' Kompetizzjoni, 1995, il-punt 175.

    (300)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, il-paragrafu 125, ikkonfermata b'appell fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01 P, ECLI:EU:C:2002:617. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2008, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585, il-paragrafu 88.

    (301)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08, ECLI:EU:T:2011:117, b'mod partikolari l-paragrafi 93 u 94, ikkonfermata b'appell fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2012, Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs Il-Kummissjoni, C-288/11 P, ECLI:EU:C:2012:821, b'mod partikolari l-paragrafi 40 sa 43, 47.

    (302)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2012, Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs Il-Kummissjoni, C-288/11 P, ECLI:EU:C:2012:821, il-paragrafi 43 u 44. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 40.

    (303)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-118/85, ECLI:EU:C:1987:283, il-paragrafi 7 u 8. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Mejju 1988, Bodson vs Pompes funèbres des regions libérées, C-30/87, ECLI:EU:C:1988:225, il-paragrafu 18; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08, ECLI:EU:T:2011:117, il-paragrafu 98.

    (304)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/664/UE tal-25 ta' Lulju 2012 dwar il-miżura SA.23324 — C 25/07 (ex NN 26/07) — il-Finlandja Finavia, Airpro u Ryanair fl-ajruport ta' Tampere-Pirkkala (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 27), u dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35388 — Il-Polonja — It-twaqqif tal-Ajruport ta' Gdynia-Kosakowo.

    (305)  F'dan ir-rigward, l-użu kummerċjali tal-infrastruttura jista' jitqies anċillari meta l-kapaċità allokata kull sena għal din l-attività ma taqbiżx l-20 fil-mija tal-kapaċità annwali globali tal-infrastruttura.

    (306)  Jekk l-attivitajiet ma jibqgħux anċillari, anke l-attivitajiet ekonomiċi sekondarji jistgħu jiġu soġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Settembru 2013, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T-347/09, ECLI:EU:T:2013:418 dwar il-bejgħ ta' injam u attivitajiet turistiċi ta' organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tan-natura).

    (307)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2012, Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs Il-Kummissjoni, C-288/11 P, ECLI:EU:C:2012:821, il-paragrafu 47.

    (308)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/693/UE tat-3 ta' Ottubru 2012 dwar il-miżura SA.23600 — C 38/08 (ex NN 53/07) — il-Ġermanja — Arranġamenti ta' Finanzjament għat-Terminal 2 tal-Ajruport ta' Munich (ĠU L 319, 29.11.2013, p. 8), il-premessi 74 sa 81. Il-linji gwida tal-Avjazzjoni tal-1994 tal-Kummissjoni ddikjaraw li “il-kostruzzjoni [jew] it-tkabbir ta' proġetti ta' infrastruttura (bħal ajruporti, toroq, pontijiet, eċċ.) jirrappreżentaw miżura ġenerali ta' politika ekonomika li ma tistax tiġi kkontrollata mill-Kummissjoni skont ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat” (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5), il-paragrafu 12. Il-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat dwar għajnuna lis-settur tal-avjazzjoni (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 41 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 23.5.1996, p. 83) irrefera għal-linji gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 tal-Kummissjoni u qal li l-Awtorità sejra tapplika kriterji li jikkorrispondu għal dawk li jinsabu fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni.

    (309)  Dawn il-kjarifiki huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-Politika ta' Koeżjoni f'dawn iċ-ċirkostanzi, li fuqhom ġiet provduta gwida f'każijiet oħra. Ara pereżempju n-nota ta' gwida tal-Kummissjoni lill-COCOF: Verifika tal-konformità ma' Għajnuniet mill-Istat f'każijiet ta' infrastruttura, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docoffic/cocof/2012/cocof_12_0059_01_en.pdf.

    (310)  Pereżempju servizzi offruti minn operaturi ta' laneċ kummerċjali jistgħu jkunu f'kompetizzjoni ma' pont jew mina bin-nollijiet.

    (311)  F'infrastruttura ta' netwerk elementi differenti tan-netwerk jikkumplimentaw lil xulxin, minflok ma jikkompetu ma' xulxin.

    (312)  Il-kwistjoni dwar jekk hemmx biss finanzjament tas-suq insinifikanti f'settur partikolari għandha tiġi vvalutata fil-livell tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat pjuttost milli fuq livell reġjonali jew lokali, bl-istess mod bħall-valutazzjoni tal-eżistenza ta' suq fi Stat taż-ŻEE (ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-461/13, ECLI:EU:T:2015:891, il-paragrafu 44).

    (313)  Bħal runways u s-sistemi tad-dawl tagħhom, it-terminals, is-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, it-taxiways jew l-infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling bħal ktajjen tal-bagalji.

    (314)  Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u għal-linji tal-ajru, adottati bid-Deċiżjoni Nru 216/14/COL, il-premessa 31.

    (315)  Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u għal-linji tal-ajru, adottati bid-Deċiżjoni Nru 216/14/COL, il-premessa 33.

    (316)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38302 – L-Italja – il-Port ta' Salerno; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.30742 (N/2010) – Il-Litwanja – Kostruzzjoni ta' infrastruttura ta' laneċ tal-passiġġieri u tal-merkanzija f'terminali ta' Klaipeda (ĠU C 121, 26.4.2012, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat 35418 (2012/N) – Il-Greċja – Estensjoni tal-Port ta' Piraeus (ĠU C 256, 5.9.2013, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 90/14/COL tas-26 ta' Frar 2014, dwar il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port f'Húsavík (ĠU C 196, 26.6.2014, p. 4 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 26.6.2014, p. 1).

    (317)  Kif iddikjarat fil-paragrafu 211 u fin-nota 312 f'qiegħ il-paġna, il-kwistjoni dwar jekk hemmx finanzjament tas-suq insinifikanti biss f'settur partikolari għandha tiġi vvalutata fil-livell tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat u mhux fil-livell reġjonali jew lokali.

    (318)  Adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 73/13/COL tal-20 ta' Frar 2013 li temenda għad-disgħa u tmenin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks bil-broadband (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 49 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 27, 8.5.2014, p. 1). Il-linji gwida jispjegaw li s-settur tal-broadband huwa karatterizzat minn karatteristiċi speċifiċi, b'mod partikolari minħabba l-fatt li netwerk tal-broadband jista' jilqa' diversi operaturi ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni u għalhekk jista' jipprovdi opportunità għall-preżenza ta' operaturi li jikkompetu.

    (319)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, il-premessa 7 u n-nota 9 f'qiegħ il-paġna.

    (320)  Infrastruttura tal-enerġija tinkludi, b'mod partikolari, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-infrastrutturi tal-ħżin għall-elettriku, għall-gass u għaż-żejt. Għal aktar dettalji, ara d-definizzjoni fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u tal-enerġija 2014-2020, adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 301/14/COL tas-16 ta' Lulju 2014 li, għat-tmienja u disgħin darba, temenda r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tadotta Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 2014-2020 [2015/790] (ĠU L 131, 28.5.2015, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 30, 28.5.2015, p. 1), il-premessa 31.

    (321)  Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u tal-enerġija 2014-2020, it-taqsima 3.8; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.36290 – Ir-Renju Unit –Il-Pipeline tal-Gass, l-Irlanda ta' fuq; estensjoni lejn il-Punent u l-Majjistral.

    (322)  Adottati bid-Deċiżjoni Nru 271/14/COL, p. 1, il-premessi 17 u dawk segwenti.

    (323)  Bħal linji ferrovjarji u stazzjonijiet tal-ferrovija.

    (324)  Din l-osservazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni dwar jekk kwalunkwe vantaġġ mogħti lill-operatur tal-infrastruttura mill-Istat ikunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Pereżempju, jekk l-operat tal-infrastruttura jkun soġġett għal monopolju legali u jekk tiġi eskluża kompetizzjoni sabiex is-suq iħaddem l-infrastruttura, vantaġġ mogħti lill-operatur tal-infrastruttura mill-Istat ma jistax ifixkel il-kompetizzjoni u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Ara l-paragrafu 188 ta' dawn il-Linji Gwida u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat N 356/2002 – United Kingdom Network Rail, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2013 dwar SA.35948 – Ir-Repubblika Ċeka – Estensjoni tal-iskema ta' interoperabbiltà fit-trasport ferrovjarju. Kif spjegat fil-paragrafu 188, jekk is-sid jew operatur ikun attiv f'suq liberalizzat ieħor, sabiex jevita sussidji inkroċjati, għandu jżomm kontijiet separati, jalloka l-kostijiet u d-dħul b'mod xieraq u jiżgura li kwalunkwe finanzjament pubbliku ma jibbenefikax lil attivitajiet oħra.

    (325)  Bħal linji għal trammijiet jew ta' trasport pubbliku taħt l-art.

    (326)  Inklużi t-toroq għall-konnessjoni ta' art kummerċjalment sfruttabbli, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar SA.36147 - Għajnuna infrastrutturali allegata għal Propapier u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2016 dwar SA.36019 - Miżuri ta' infrastruttura tat-toroq fil-viċinanza ta' proġett ta' proprjetà immobbli – Uplace.

    (327)  Sitwazzjoni atipika fejn l-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża tkun, pereżempju, pont jew mina bejn żewġ Stati taż-ŻEE, li joffru servizz kważi sostitwibbli għas-servizz offrut minn operaturi ta' laneċ kummerċjali jew il-bini ta' toroq b'pedaġġ f'kompetizzjoni diretta ma' xulxin (pereżempju żewġ toroq b'pedaġġ li jkunu paralleli ma' xulxin, u b'hekk joffru servizzi pjuttost sostitwibbli).

    (328)  Netwerks tal-provvista tal-ilma u tal-ilma mormi jinkludu l-infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-ilma u għat-trasport tal-ilma mormi, bħall-pajpijiet rispettivi.

    (329)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar SA.38478 - L-Ungerija - Żvilupp tal-Port Pubbliku Nazzjonali Győr-Gönyű. B'kuntrast, vantaġġ għall-iżviluppatur/sid ta' infrastruttura ma jistax jiġi eskluż b'offerta u l-offerta timminimizza biss l-għajnuna mogħtija.

    (330)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar SA.36147, Għajnuna infrastrutturali allegata għal Propapier. Ara wkoll il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u għal-linji tal-ajru, adottati bid-Deċiżjoni Nru 216/14/COL, il-premessi 61 sa 64.

    (331)  Adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 4/94/COL tad-19 ta' Jannar 1994 (ĠU L 231, 3.9.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1).

    (332)  Adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 275/99/COL tas-17 ta' Novembru 1999 (ĠU L 137, 8.6.2000, p. 28 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 8.6.2000, p. 19).

    (333)  Adottati bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 149/99/COL tat-30 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 137, 8.6.2000, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 8.6.2000, p. 10).


    Top