This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2016P0013
Action brought on 26 September 2016 by the EFTA Surveillance Authority against Iceland (Case E-13/16)
Azzjoni mressqa fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Kawża E-13/16)
Azzjoni mressqa fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Kawża E-13/16)
ĠU C 467, 15.12.2016, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/26 |
Azzjoni mressqa fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(Kawża E-13/16)
(2016/C 467/13)
Fis-26 ta’ Settembru 2016 tressqet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Audur Ýr Steinarsdóttir u Øyvind Bø, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Att imsemmi fil-punt 17h tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fil-Komunità) billi ma tintroduċix ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt meħtieġ mill-Artikolu 3(1) tal-Att. |
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda milli tikkonforma, mhux aktar tard mis-16 ta’ Settembru 2014, b’opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fis-16 ta’ Lulju 2014 dwar in-nuqqas tal-Istat li jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Att imsemmi fil-punt 17h tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fil-Komunità) billi ma tintroduċix ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt meħtieġ mill-Artikolu 3(1) tal-Att. |