EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/482/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2021/C 482/02

PUB/2021/898

ĠU C 482, 30.11.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 482/02)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika ta’ San Marino

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-ħames mija u ħamsin anniversarju mit-twelid ta’ Albrecht Dürer.

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri lill-Madonna bil-Bambin Ġesù, dettall tal-pittura “Il-Madonna bit-Tarbija” minn Albrecht Dürer, miżmuma fil-Galleriji Uffizi (Firenze). Fix-xellug hemm l-iskrizzjoni “SAN MARINO” u l-marka taz-zekka “R”. Fin-naħa ta’ fuq tal-lemin hemm il-monogramma “AD” bl-inizjali ta’ Albrecht Dürer u fil-lemin hemm l-iskrizzjoni “DÜRER”. Fil-qiegħ hemm l-inizjali tad-disinjatur Valerio De Seta, “VdS”, u d-dati “1471-2021”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:54 000

Id-data tal-ħruġ: F’Awwissu 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top