Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/356/06

    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni2019/C 356/06

    ĠU C 356, 21.10.2019, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 356/6


    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    (2019/C 356/06)

    Image 1

    Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

    Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Kappella Sistina - Tmiem ir-restawr 1994–2019

    Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-Ġudizzju Universali fil-Kappella Sistina. Fuq ix-xellug, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “CITTÀ DEL VATICANO”. Fuq il-lemin, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjonijiet “CAPPELLA SISTINA – FINE DEI RESTAURI” kif ukoll “1994-2019”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm il-marka taz-zekka “R” u fuq in-naħa t’isfel hemm l-isem tal-artist “D. LONGO”.

    Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

    L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 91 000

    Data tal-ħruġ: 1 ta’ Ottubru 2019


    (1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

    (2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


    Top