Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/204/07

    Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)696)

    ĠU C 204, 28.6.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 204/7


    Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020

    (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)696)

    (2017/C 204/07)

    Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjoni, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi erba’ sejħiet għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-Programm ta’ Ħidma tal-2017 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.

    Qed jintlaqgħu l-proposti għal dawn l-erba’ sejħiet:

     

    CEF-TC-2017-3: Fatturazzjoni elettronika

     

    CEF-TC-2017-3: Traduzzjoni elettronika

     

    CEF-TC-2017-3: Ewropeana

     

    CEF-TC-2017-3: Dejta pubblika miftuħa

    Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula fl-ambitu ta’ dawn is-sejħiet huwa ta’ EUR 24 miljun.

    L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija it-28 ta’ Novembru 2017.

    Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

    https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2017-cef-telecom-calls-proposals


    Top