Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/096/05

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 96, 28.3.2017, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 96/4


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 96/05)

    1.

    Fis-17 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-fondi affiljati ma’ Investindustrial, permezz ta’ Global Chemicals SARL (“Investindustrial”, il-Lussemburgu), u l-fondi affiljati ma’ Black Diamond Capital Management L.L.C. (“Black Diamond”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-Polynt Group (“Polynt”, l-Italja) u tar-Reichhold Group (“Reichhold”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. L-istess konċentrazzjoni ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ottubru 2016, iżda sussegwentement irtirata fl-24 ta’ Novembru 2016.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   Polynt: L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kimiki ta’ speċjalità u kimiċi ta’ prestazzjoni. B’mod partikolari, Polynt hija attiva fil-produzzjoni tal-UPR, ta’ intermedji kimiċi (anidridi), komoditajiet relatati (plastifikanti), u speċjalitajiet (thermoset compounds);

    —   Reichhold: Il-manifattura u l-provvista ta’ reżini użati fil-komposti u l-kisi;

    —   Investindustrial: Kumpanija azzjonarjua għall-akkwist u l-ġestjoni ta’ parteċipazzjonijiet f’kumpaniji oħra;

    —   Black Diamond: Ditta ta’ konsulenza għall-investiment b’enfasi fuq erba’ oqsma ta’ investiment: (i) fondi f’diffikultajiet kontrollati/fondi ta’ ekwità privata; (ii) fondi hedge; (iii) fondi mezzana u obbligi ta’ self kollaterilizzat; u (iv) vetturi strutturati oħrajn.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8059 — Investindustrial/Black Diamond/Polynt/Reichhold, fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top