Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/347/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7777 — Solvay/Cytec) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 347, 20.10.2015, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/11


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7777 — Solvay/Cytec)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 347/07)

    1.

    Fit-13 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Solvay SA (“Solvay”, il-Belġju) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' Cytec Industries Inc. kollha kemm hi (“Cytec”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Solvay: riċerka, żvilupp, produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u bejgħ ta’ kimiċi u plastik, inklużi t-tħaffir fil-minjieri għall-kimiċi, globalment.

    —   għal Cytec: il-forniment ta’ kimiċi, materjali komposti u kolla għal firxa wiesgħa ta’ industriji, bħall-industrija aerospazjali, l-agrikoltura, id-difiża u l-industrija tal-minjieri, globalment.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza Każ M.7777 — Solvay/Cytec, f'dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top