EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/143/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 143, 30.4.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 143/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : is-750 anniversarju mit-twelid ta' Dante Alighieri

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn minn Annalisa Masini juri ritratt ta' Dante, meħud minn affresk ta' Botticelli. Fuq il-lemin tar-ritratt, l-iskrizzjoni “DANTE” fuq l-assi vertikali. Fuq il-lemin taċ-ċirku intern hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita, f’nofs ċirku, “SAN MARINO”. Bejn dawn iż-żewġ iskrizzjonijiet, hemm il-marka taz-zekka “R”; is-snin “1265” u “2015” u l-inizjali tal-artist “AM”. L-istil ta' ittri użat fl-identifikazzjoni tan-nazzjon u s-suġġett tal-munita kien ispirat bl-inqix tal-ewwel kopji tad-Divina Commedia (Il-Kummiedja Divina ta' Dante).

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : it-8 ta' April 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top