Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/086/03

    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    ĠU C 86, 13.3.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/3


    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    (2015/C 86/03)

    Image

    Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

    Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Lussemburgu

    Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : il-15-il anniversarju mill-inkoronament tal-Altezza Reali Tiegħu l-Gran Duka

    Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita turi x-xbihat tal-Altezza Reali Tiegħu l-Gran Duka Henri u l-Altezza Reali Tagħha l-Gran Dukessa, kif ukoll is-sena li fiha ħadu l-funzjonijiet tagħhom bħala Gran Duka u Gran Dukessa, jiġifieri s-sena “2000”, il-pajjiż ta' ħruġ “Il-Lussemburgu” u s-sena “2015”. Fil-parti inferjuri tad-disinn tidher l-iskrizzjoni “15e anniversaire de l’accession au trône de S.A.R. le Grand-Duc” (“il-15-il anniversarju mill-inkoronament tal-Altezza Reali Tiegħu l-Gran Duka”).

    Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

    L-għadd ta' muniti li għandhom jinħarġu : 1,4 miljun.

    Data ta’ ħruġ : Marzu 2015


    (1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

    (2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


    Top