Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/300/07

Sejħa għal-proposti – EACEA/21/12 – MEDIA 2007 – Appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej – l-Iskema “Selettiva” 2013

ĠU C 300, 5.10.2012, pp. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/5


SEJĦA GĦAL-PROPOSTI – EACEA/21/12

MEDIA 2007 – Appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej – l-Iskema “Selettiva” 2013

2012/C 300/07

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Din in-notifika għal Sejħa għall-Proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata skont din id-Deċiżjoni hija li tkun ta’ appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej.

L-għan tal-iskema “Selettiva” huwa li tinkoraġġixxi u tappoġġa d-distribuzzjoni transnazzjonali usa' ta' films Ewropej mhux nazzjonali reċenti billi tħeġġeġ lid-distributuri teatrali b'mod partikolari sabiex jinvestu fi promozzjoni u distribuzzjoni adegwata ta' films Ewropej mhux domestiċi.

L-iskema għandha wkoll l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn is-settur tal-produzzjoni u dak tad-distribuzzjoni biex b'hekk tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta' films Ewropej mhux nazzjonali.

2.   Applikanti eliġibbli

Din in-notifika hija mmirata lejn il-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-objettivi imsemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi taż-ŻEE

L-Isvizzera Il-Kroazja

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina (skont il-kondizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż fil-programm MEDIA)

3.   Attivitajiet eliġibbli

L-azzjoni li ġejja hija eliġibbli skont din is-Sejħa għall-Proposti:

Id-distribuzzjoni teatrali (Ċinema) ta’ feature film mhux nazzjonali. Il-film kien ġie prodott b’sehem kbir minn produttur/produtturi stabbilit/i f’pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm MEDIA u magħmul b’parteċipazzjoni sinifikanti minn professjonisti minn dawk il-pajjiżi. Il-film għandu jkun xogħol reċenti ta’ finzjoni, animazzjoni jew dokumentarju aktar minn 60 minuta twil u minn pajjiż differenti mill-pajjiż ta’ distribuzzjoni. Films b’baġit ta’ produzzjoni ta’ aktar minn EUR 15-il miljun mhumiex eliġibbli.

Sabiex il-film ikun eliġibbli l-ewwel jeddijiet miżmuma ma jkunux iridu ġew imwaqqfa qabel l-2010.

Modulu

Dati tal-proġett

Perjodu tal-eleġibilità tal-ispejjeż

Skadenza 1

(30.11.2012)

L-ewwel xandira teatrali tal-film fit-territorju għandha ssir mhux qabel t-30.11.2012 u mhux iżjed tard mit-30.5.2014

Mit-30.5.2012 sat-30.3.2015

Skadenza 2

(1.4.2013)

L-ewwel xandira teatrali tal-film fit-territorju għandha ssir mhux qabel l-1.4.2013 u mhux iżjed tard mill-1.10.2014

Mill-1.10.2012 sal-1.8.2015

Skadenza 3

(1.7.2013)

L-ewwel xandira teatrali tal-film fit-territorju għandha ssir mhux qabel l-1.7.2013 u mhux iżjed tard mill-1.1.2015

Mill-1.1.2013 sal-1.11.2015

4.   Kriterji tal-Għoti

Is-sostenn għandu jingħata għad-distribuzzjoni jiġifieri P&A (stampar u reklamar) għal films Ewropej reċenti mhux nazzjonali bil-baġit ta’ produzzjoni massimu ta' EUR 15–il miljun għal gruppi ta’ mill-inqas ħames distributuri fil-każ ta' films li għalihom il-baġit huwa taħt il-EUR 3 miljun u mill-anqas seba' distributuri fil-każ ta' films li għalihom il-baġit huwa bejn EUR 3 miljun u EUR 15–il miljun.

Il-kriterji tal-għotja ser jirriżultaw fl-għażla ta' dawk il-Gruppi bl-ogħla punteġġ b’kont meħud ta':-

in-numru ta’ distributuri eliġibbli,

l-ispiża tal-produzzjoni tal-film,

l-oriġini tal-film,

it-tip tal-film,

il-preżenza tal-aġent/produttur tal-bejgħ bħala koordinatur u ċ-ċittadinanza tiegħu/tagħha.

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa ta’ EUR 12 250 000, soġġett għad-disponibbiltà ta' fondi għas-sena finanzjarja 2013.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja ser tieħu l-forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija m’għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-għotja massima għandha tkun EUR 150 000 għal kull film għal kull pajjiż.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-iskadenzi biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma t-30 ta’ Novembru 2012, l-1 ta’ April 2013 u l-1 ta’ Lulju 2013.

L-applikazzjonijiet bil-Formoli elettroniċi għandhom jintbagħtu onlajn sal-iskadenza rilevanti qabel 12:00 CES/CEST (Nofsinhar, ħin ta’ Brussell)

Il-formoli tal-applikazzjoni uffiċjali għandhom jiġu użati u ffirmati mill-persuna li tkun intitolata tidħol f’impenji vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni applikanta.

Il-pakkett tal-applikazzjoni li jinkludi l-formoli tal-applikazzjoni u l-annessi, kif spjegat fil-linji gwida, għandu jindika b’mod ċar:

MEDIA 2007 — Distribution EACEA/21/12 — Selective cinema

u għandu jintbagħat sal-iskadenza rilevanti fl-indirizz li ġej:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA)

MEDIA Programme — P8

BOUR 3/66

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet mibgħuta bil-fax jew bl-email.

7.   Id-dettalji kollha

Il-linji gwida, flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni u l-formoli elettroniċi, jinstabu f’dan is-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/culture/media/programme/distrib/schemes/select/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq il-formoli forniti u għandu jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha mitluba.


Top