Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/166/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6590 – Santander Consumer UK/Hyundai Motor Company/Hyundai Capital UK Limited JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 166, 12.6.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 166/9


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6590 – Santander Consumer UK/Hyundai Motor Company/Hyundai Capital UK Limited JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 166/07

    1.

    Fit-30 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Santander Consumer UK PLC (“SCUK”, ir-Renju Unit) proprjetà tal-Grupp Santander u tal-Hyundai Motor Company (“HMC”, ir-Repubblika tal-Korea) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ Hyundai Capital UK Limited (“l-IK”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għall-SCUK: servizzi finanzjarji inkluż l-iffinanzjar bl-ingrossa u bl-imnut għax-xiri ta’ vetturi bil-mutur fir-Renju Unit,

    għall-HMC: il-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali żgħar, spare parts u aċċessorji għall-vetturi bil-mutur u l-provvista ta’ ffinanzjar bl-ingrossa u bl-imnut,

    fil-każ tal-IK: Iffinanzjar bl-imnut (għall-konsumaturi) u bl-ingrossa għax-xiri ta’ vetturi bil-mutur u servizzi ta’ senserija tal-assikurazzjoni fir-Renju Unit.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6590 – Santander Consumer UK/Hyundai Motor Company/Hyundai Capital UK Limited JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top