Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/070/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 70, 8.3.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 70/09

1.

Fid-29 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi AGRANA Beteiligungs-Aktiengesellschaft (“AGRANA”, l-Awstrija) u RWA Raiffeisen Ware Austria Aktiengesellschaft (“RWA”, l-Awstrija) jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“il-JV”, l-Awstrija) li se tgħaqqad is-sussidjarji rispettivi tagħhom AGRANA Juice and Ybbstaler.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal AGRANA: iz-zokkor, il-lamtu u l-frott,

għal RWA: il-prodotti agrikoli, it-tagħmir tekniku, l-enerġija, il-materjal tal-bini, il-bini u l-ġardinaġġ, is-servizzi,

għall-JV: il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ konċentrati tal-meraq tal-frott, mhux minn meraq tal-frott ikkonċentrat, purè tal-frott, aromi tal-frott, ħlewwa tal-frott, komposti tal-meraq u prodotti relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top