Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/315/03

    Sejħa għal proposti – EAC/01/10 – Programm Żgħażagħ f’Azzjoni 2007-2013

    ĠU C 315, 23.12.2009, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/3


    SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EAC/01/10

    Programm Żgħażagħ f’Azzjoni 2007-2013

    2009/C 315/03

    INTRODUZZJONI

    Din is-sejħa għal proposti hi bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006, li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ f’Azzjoni mill-perjodu 2007 sal-2013, li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ “Żgħażagħ f’Azzjoni”. Il-kundizzjonijiet iddettaljati ta’ din is-sejħa ta’ proposti jinstabu fil-Gwida tal-Programm tal-Programm Żgħażagħ f’Azzjoni (2007-2013) ippubblikata fil-websajt Europa (ara l-punt VIII). Il-Gwida tal-Programm tikkostitwixxi parti integrali ta’ din is-sejħa għal proposti.

    I.   Għanijiet u prijoritajiet

    L-għanijiet ġenerali ddikjarati fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ f’Azzjoni huma dawn li ġejjin:

    il-promozzjoni b’mod ġenerali ta’ ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ u taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom b’mod partikolari;

    l-iżvilupp tas-solidarjetà u l-promozzjoni tat-tolleranza fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari sabiex tiġi inkoraġġuta l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea;

    l-inkoraġġiment għal komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ f’pajjiżi differenti;

    il-kontribuzzjoni biex tiġi żviluppata l-kwalità ta’ sistemi ta’ appoġġ għall-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ;

    il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ.

    Dawn l-għanijiet ġenerali għandhom jiġu implimentati fuq il-livell ta’ proġett billi jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet permanenti li ġejjin:

    iċ-ċittadinanza Ewropea

    il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

    id-diversità kulturali

    l-inklużjoni ta’ żgħażagħ b’inqas opportunitajiet

    Barra mill-prijoritajiet permanenti msemmija hawn fuq, il-prijoritajiet annwali tal-2010 huma:

    Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

    Din il-prijorità hija maħsuba biex jiġu mħeġġa proġetti maħsuba biex jitrawwem l-għarfien taż-żgħażagħ dwar ir-responsabbiltà ta' kulħadd fil-ġlieda kontra l-faqar u l-emarġinazzjoni kif ukoll biex tinġieb 'il quddiem l-inklużjoni tal-gruppi li għandhom inqas opportunitajiet. Dan jikkonċerna b'mod partikolari proġetti maħsuba biex jistimulaw iż-żgħażagħ jirriflettu dwar il-prevenzjoni u l-konsegwenzi tal-faqar u kif wieħed jista' joħroġ minnu; proġetti li jirrigwardaw il-kwistjoni tal-emarġinazzjoni u forom differenti ta' diskriminazzjoni, bħal dawk ibbażati fuq is-sess, id-diżabbiltà jew għal raġunijiet etniċi, reliġjużi, lingwistiċi jew ta' migrazzjoni. F'dan il-kuntest, se tingħata attenzjoni partikolari lill-proġetti li jġibu 'l quddiem l-involviment attiv ta': a) żgħażagħ b'diżabbiltà, billi jitħeġġeġ l-iskambju bejn iż-żgħażagħ, għandhom jew ma għandhomx diżabbiltajiet, kif ukoll proġetti li jikkonċentraw fuq il-kwistjoni tad- diżabbiltà fis-soċjetà tagħna; b) żgħażagħ li ġejjin minn familji ta' emigranti jew minoranzi etniċi, reliġjużi jew lingwistiċi. F'dan il-kuntest, se jiġu mħeġġa proġetti li jinvolvu żgħażagħ Roma kull fejn huwa rilevanti.

    Il-qgħad fiż-zgħażagħ u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ mingħajr xogħol fis-soċjetà:

    Din il-prijorità hija maħsuba biex tinkoraġġixxi proġetti li jirrigwardaw il-kwistjoni tal-qgħad fiż-żgħażagħ u għandha l-għan li tħeġġeġ is-sehem attiv taż-żgħażagħ mingħajr xogħol fis-soċjetà.

    trawwim tal-għarfien u l-mobilizzazzjoni taż-żgħażagħ għal dawk li huma l-isfidi globali (bħall-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjonijiet, l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju).

    Din il-prijorità hija maħsuba biex tħeġġeġ proġetti li għandhom fil-mira t-trawwim tal-għarfien taż-żgħażagħ dwar is-sehem tagħhom bħala ċittadini attivi f'dinja globalizzata kif ukoll tas-sens tagħhom ta' solidarjetà globali u impenn fil-konfront tal-kwistjonijiet attwali.

    II.   Struttura tal-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni

    Sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Programm Żgħażagħ f’Azzjoni jipprevedi ħames azzjonijiet operattivi.

    Din is-sejħa għal proposta tikkonċerna s-sostenn għall-Azzjonijiet u Sottoazzjonijiet li ġejjin elenkati hawn taħt:

    Azzjoni 1 – Żgħażagħ għall-Ewropa

    Sottoazzjoni 1.1 – Skambji ta’ Żgħażagħ (li jdumu sa 15-il xahar): L-Iskambji taż-Żgħażagħ joffru opportunità għal gruppi ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti biex jiltaqgħu u jitgħallmu dwar il-kulturi ta’ xulxin. Il-gruppi jippjanaw flimkien l-Iskambju taż-Żgħażagħ tagħhom madwar tema ta’ interess reċiproku.

    Sottoazzjoni 1.2 – Inizjattivi għaż-Żgħażagħ (li jdumu minn 3 xhur sa 18-il xahar): L-Inizjattivi taż-Żgħażagħ isostnu proġetti ta’ gruppi mfassla fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Tappoġġja wkoll in-netwerking ta’ proġetti simili bejn pajjiżi differenti, sabiex jissaħħaħ l-aspett Ewropew tagħhom u titkabbar il-kooperazzjoni u l-iskambji tal-esperjenzi bejn iż-żgħażagħ.

    Sottoazzjoni 1.3 – Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija (li jdumu minn 3 xhur sa 18-il xahar): Il-Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija jsostnu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-komunità lokali, reġjonali jew nazzjonali tagħhom u fuq livell internazzjonali.

    Azzjoni 2 – Servizz ta’ Volontarjat Ewropew

    L-Azzjoni ssostni l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’forom varji ta’ attivitajiet ta’ volontarjat, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropew. Taħt din l-Azzjoni, iż-żgħażagħ jieħdu sehem individwalment jew fi gruppi, f’attivitajiet bla ħlas barra pajjiżhom, li ma għandhomx skop ta’ qligħ (li jdumu sa 24 xahar).

    Azzjoni 3 – Żgħażagħ fid-Dinja

    Sottoazzjoni 3.1 – Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea (li ddum sa 15-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni proġetti ma’ Pajjiżi Msieħba Ġirien, prinċipalment Proġetti ta’ Skambji ta’ Żgħażagħ u ta’ Netwerking fil-qasam taż-żgħażagħ.

    Azzjoni 4 – Sistemi ta’ Appoġġ għaż-Żgħażagħ

    Sottoazzjoni 4.3 – It-Taħriġ u n-Netwerking ta’ dawk attivi fix-xogħol u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ (li jdumu minn 3 xhur sa 18-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni b’mod partikolari kemm l-iskambju tal-esperjenzi, il-kompetenzi u l-prattiki tajba kif ukoll l-attivitajiet li jistgħu jwasslu għal proġetti ta’ kwalità li jdumu fit-tul, għal sħubija u netwerks.

    Azzjoni 5 – Sostenn għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

    Sottoazzjoni 5.1 – Laqgħat taż-żgħażagħ u ta’ dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ (li jdumu minn 3 xhur sa 9 xhur): din is-Sottoazzjoni tappoġġa l-kooperazzjoni, seminars u strutturi ta’ djalogu bejn iż-żgħażagħ, dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ.

    III.   Applikanti eliġibbli

    L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu minn:

    organizzazzonijiet volontarji u mhux governattivi

    entitajiet pubbliċi lokali u reġjonali

    gruppi informali ta’ żgħażagħ

    entitajiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ

    organizzazzjonijiet volontarji internazzjonali

    organizzazzjonijiet mhux volontarji li jorganizzaw avveniment fil-qasam taż-żgħażagħ, l-isport jew il-kultura.

    L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti legalment f’wieħed mill-Pajjiżi tal-Programm jew Imsieħba Ġirien fil-Balkani tal-Punent.

    Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta’ promoturi. L-eliġibilità ta’ promoturi applikanti hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.

    IV.   Pajjiżi eliġibbli

    Il-Programm miftuħ għall-pajjiżi li ġejjin:

    (a)

    l-Istati Membri tal-UE;

    (b)

    l-Istati tal-EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja);

    (c)

    il-pajjiżi kandidati li jgawdu minn strateġija ta’ qabel is-sħubija, skont il-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ġenerali ddefiniti fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi Komunitarji (it-Turkija);

    (d)

    il-pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet mal-Komunità rilevanti għall-qasam taż-żgħażagħ.

    Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta’ pajjiżi. L-eliġibilità tal-pajjiżi hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.

    V.   Kriterji għall-għoti

    (i)

    Sottoazzjonijiet 1.1, 1.2, 3.1, 4.3 u l-Azzjoni 2:

    ir-rilevanza għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm (30 %)

    il-kwalità tal-proġett u l-metodi proposti (50 %)

    il-profil tal-parteċipanti u tal-promoturi (20 %)

    (ii)

    Sottoazzjoni 1.3

    ir-rilevanza għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm (30 %)

    il-kwalità tal-kunċett tematiku (20 %)

    il-kwalità tal-proġett u l-metodi proposti (30 %)

    il-profil u l-għadd ta’ parteċipanti u ta’ promoturi (20 %)

    (iii)

    Sottoazzjoni 5.1

    ir-rilevanza għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm (20 %)

    ir-rilevanza għall-għanijiet tal-politika taż-żgħażagħ fl-UE (20 %)

    il-kwalità tal-proġett u l-metodi proposti (40 %)

    il-profil u l-għadd ta’ parteċipanti u ta’ promoturi (20 %)

    VI.   Baġit u Tul ta’ Żmien

    Il-Programm għandu baġit totali ta’ EUR 885 miljun għall-perjodu 2007-2013. Il-baġit annwali huwa soġġett għal deċiżjoni mill-awtoritajiet baġitarji.

    Baġit previst għall-2010 għall-Azzjonijiet u s-Sottoazzjonijiet li ġejjin:

    Sottoazzjoni 1.1

    Skambji taż-Żgħażagħ

    28 826 417

    Sottoazzjoni 1.2

    Inizjattivi taż-Żgħażagħ

    10 271 681

    Sottoazzjoni 1.3

    Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija

    423 262

    Azzjoni 2

    Servizz Volontarju Ewropew

    43 055 567

    Sottoazzjoni 3.1

    Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea

    8 206 160

    Sottoazzjoni 4.3

    Taħriġ u n-netwerking ta’ dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ

    14 029 397

    Sottoazzjoni 5.1

    Laqgħat ta’ żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ

    507 356

    VII.   Dati finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

    L-applikazzjoni għandha tintbagħat fil-limitu taż-żmien li jikkorrispondi mad-data ta’ bidu tal-proġett. Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Nazzjoni hemm ħames limiti ta’ żmien fis-sena għall-applikazzjoni.

    Proġetti li jibdew bejn

    Limitu taż-Żmien tal-applikazzjoni

    L-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Settembru

    L-1 ta’ Frar

    Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Novembru

    L-1 ta’ April

    Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Jannar

    L-1 ta’ Ġunju

    Mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ April

    L-1 ta’ Settembru

    Mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Lulju

    L-1 ta’ Novembru

    Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva hemm tliet limiti ta’ żmien fis-sena għall-applikazzjoni.

    Proġetti li jibdew bejn

    Limitu taż-Żmien tal-applikazzjoni

    L-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru

    L-1 ta’ Frar

    Mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ April

    L-1 ta’ Ġunju

    Mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Lulju

    L-1 ta’ Settembru

    VIII.   Aktar Informazzjoni

    Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fil-Gwida għall-Programm Żgħażagħ f’Azzjoni fil-websajts li ġejjin:

    http://ec.europa.eu/youth

    http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm


    (1)  ĠU L 327, 24.11.2006 p. 30.


    Top