This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/236/05
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.4807 — PSA/IPH/JV) Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4807 — PSA/IPH/JV) Test b'relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4807 — PSA/IPH/JV) Test b'relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 236, 9.10.2007, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 236/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4807 — PSA/IPH/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 236/05)
|
1. |
Fis-27 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PSA Europe Pte Ltd, affiljata ta' PSA International Pte Ltd (flimkien “PSA”, Singapor) li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Ministeru tal-Finanzi Singapor permezz ta' kumpanija holding, Temasek Holdings Pte Ltd (“Temasek”, Singapor) u l-impriża IPH (Jersey) Limited, kumpanija ġdida, propjetà tal-fondi affiljati ta' Global Infrastructure Partners — A1, L.P., Global Infrastructure Partners — B, L.P. u Global Infrastructure Partners — C, L.P., (flimkien “GIP”) li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata b'mod konġunt mill-General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti), Credit Suisse Group (“CSG”, l-Iżvizzera) u Global Infrastructure Management Participation LLC (“GIMP”, l-Istati Uniti), jakkwistaw, fi ħdan l-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, UK). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4807 — PSA/IPH/JV, fl-indirizz li ġej:
|