Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/199/49

    Kawża T-47/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Lulju 2007 — Sison vs Il-Kunsill ( Politika barranija u ta' sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta' fondi — Kompetenza tal-Komunità — Rikors għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Motivazzjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Rikors għal kumpens )

    ĠU C 199, 25.8.2007, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 199/27


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 2007 — Sison vs Il-Kunsill

    (Kawża T-47/03) (1)

    (“Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Kompetenza tal-Komunità - Rikors għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Rikors għal kumpens’)

    (2007/C 199/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Jose Maria Sison (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: J. Fermon, A. Comte, H. Schultz, D. Gurses u T. Olsson, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u M. Bishop, aġenti)

    Intervenjenti in sostenn tar-rikorrent: Negotiating Panel of the National Democratic Front of the Philippines (Utrecht); Luis, G. Jalandoni (Utrecht); Fidel V. Agcaoili (Utrecht); Maria Consuelo K. Ledesma (Utrecht) (rappreżentant: B. Tomlow, avukat)

    Intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentant: H.. Sevenster, aġent) u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment R. Caudwell, imbagħad C. Gibbs, aġenti, assistiti minn S. Moore, barrister)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/974/KE, tat-12 ta' Diċembru 2002, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/848/KE (ĠU L 337, p. 85), u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379/KE, tad-29 ta' Mejju 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/930/KE, hija annullata safejn tikkonċerna lir-rikorrent.

    2)

    It-talba għal kumpens hija miċħuda.

    3)

    Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tar-rikorrent, inklużi dawk relatati mal-proċedura sommarja, kif ukoll l-ispejjeż tan-Negotiating Panel of the National Democratic Front of the Philippines, ta' Luis G. Jalandoni, ta' Fidel V. Agcaoili u ta' Maria Consuelo K. Ledesma.

    4)

    Ir-Renju ta' l-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 101, 26.4.2003.


    Top