Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0603

    Kawża T-603/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Agus vs EUIPO – Alpen Food Group (ROYAL MILK)

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/24


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Agus vs EUIPO – Alpen Food Group (ROYAL MILK)

    (Kawża T-603/22)

    (2022/C 441/33)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Agus sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: B. Wojtkowska, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alpen Food Group BV (Weesp, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ROYAL MILK” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 321 735

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 2056/2021-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top