Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0403

    Kawża T-403/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – DZ Bank vs SRB

    ĠU C 380, 3.10.2022, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/14


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – DZ Bank vs SRB

    (Kawża T-403/22)

    (2022/C 380/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: DZ Bank AG Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank, Frankfurt am Main (Frankfurt am Main, il-Germanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)

    Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

    Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,

    tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-396/22, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.


    Top