Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0091

    Kawża T-91/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 34–35 (GA)

    4.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/42


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

    (Kawża T-91/22)

    (2022/C 148/55)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Eric Ruhorimbere (Mbuji-Mayi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (1), sa fejn iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 8 tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (2), sa fejn iżomm lir-rikorrent fin-Nru 8 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-90/22, Kande Mupompa vs Il-Kunsill.


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 75).

    (2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 3).


    Top