Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0447

    Kawża C-447/22 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 mir-Repubblika tas-Slovenja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-392/20, Petra Flašker vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/47


    Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 mir-Repubblika tas-Slovenja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-392/20, Petra Flašker vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-447/22 P)

    (2022/C 359/55)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Appellant: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: B. Jovin Hrastnik)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Petra Flašker, il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla għal kollox is-sentenza tal-Qorti Ġenerali,

    tiċħad ir-rikors, u

    tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza tbati l-ispejjeż kollha tal-proċedura.

    Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla għal kollox is-sentenza tal-Qorti Ġenerali u

    tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    1.

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 108(2) u (3) TFUE u l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), iddefinixxiet b’mod ħażin il-firxa tal-obbligi li jaqgħu fuq il-Kummissjoni waqt il-fażi tal-eżami preliminari tal-miżura nnotifikata u evalwat b’mod ħażin l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li l-Kummissjoni ffaċċjat fl-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, jiġifieri l-attivi taħt il-ġestjoni li Lekarna Ljubljana p.o. u Lekarna Ljubljana akkwistaw wara l-1979.

    2.

    Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod ħażin il-liġi billi klassifikat b’mod żbaljat fil-liġi l-fatti u billi kkonkludiet b’mod żbaljat li, fir-rigward tal-attivi li ngħataw taħt ġestjoni lil Lekarna Ljubljana p.o. fl-1979 u li ġew ittrasferiti lil Lekarna Ljubljana fl-1997, il-Kummissjoni kienet qiegħda taffaċċja diffikultajiet serji u għalhekk kellha tibda f’din il-kawża il-proċedura ta’ eżami prevista mill-Artikolu 108(2) TFUE.

    3.

    Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod ħażin il-liġi billi ma pprovdietx raġunijiet suffiċjenti għas-sentenza.

    4.

    Il-Qorti Ġenerali kisret il-proċedura billi ħadet inkunsiderazzjoni, minn naħa, l-ilmenti ġenerali tal-rikorrenti, iżda billi min-naħa l-oħra ma ħaditx inkunsiderazzjoni tal-indikazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-risposta tagħha. Billi għamlet dan, id-dritt tal-Kummissjoni għal rikors effettiv u għal qorti imparzjali ġie miksur, u dan affettwa fl-istess ħin l-interessi tal-appellanti.


    (1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


    Top