Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0041

    Kawża C-41/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2022 – XXX vs Helvetia schweizerische Lebensversicherungs-AG

    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 17–18 (GA)

    16.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2022 – XXX vs Helvetia schweizerische Lebensversicherungs-AG

    (Kawża C-41/22)

    (2022/C 198/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Erfurt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: XXX

    Konvenut: Helvetia schweizerische Lebensversicherungs-AG

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u dwar l-iffaċilitar tal-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (1), l-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (2) u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/83/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (3), moqrija, skont il-każ, flimkien mal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni jew ġurisprudenza nazzjonali li tipprovdi li d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, wara li jkun eżerċita legalment id-dritt ta’ rtirar tiegħu, jiġi impost l-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova għall-finijiet tal-kalkolu tal-vantaġġi misluta mill-kumpannija tal-assigurazzjoni nnifisha? Fil-każ fejn tali impożizzjoni tal-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova tkun ammissibbli, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt ta’ effettività, jeżiġi li d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jibbenefika, bħala korrispettiv, mid-drittijiet għall-informazzjoni kontra l-assiguratur jew faċilitajiet oħra li jippermettulu jinvoka d-drittijiet tiegħu?

    2)

    Assiguratur li ma pprovda ebda informazzjoni lid-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jew li pprovda biss informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ rtirar tiegħu, huwa prekluż milli jinvoka dekadenza, abbuż ta’ dritt jew skadenza tat-terminu fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw minn tali sitwazzjoni għad-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, bħal b’mod partikolari d-dritt ta’ rtirar?

    3)

    Assiguratur li ma ttrażmetta ebda informazzjoni lid-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jew biss informazzjoni inkompleta jew żbaljata dwar il-konsumatur huwa prekluż milli jinvoka dekadenza, abbuż ta’ dritt jew skadenza tat-terminu fir-rigward ta’ drittijiet li jirriżultaw minn tali sitwazzjoni għad-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, bħal b’mod partikolari d-dritt ta’ rtirar?


    (1)  ĠU 1990, L 330, p. 50

    (2)  ĠU 1992, L 360, p. 1.

    (3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3


    Top