This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0639
Case T-639/21: Action brought on 4 October 2021 — CB v EUIPO — China Construction Bank (CCB)
Kawża T-639/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)
Kawża T-639/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)
ĠU C 481, 29.11.2021, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/38 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)
(Kawża T-639/21)
(2021/C 481/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Groupement des cartes bancaires (CB) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Herissay-Ducamp, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: China Construction Bank Corp. (Beijing, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “CCB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 359 609
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1305/2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 13 359 609; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |