This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0253
Case T-253/21: Action brought on 11 May 2021 — Aquino v Parliament
Kawża T-253/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Aquino vs Il-Parlament
Kawża T-253/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Aquino vs Il-Parlament
ĠU C 252, 28.6.2021, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/31 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Aquino vs Il-Parlament
(Kawża T-253/21)
(2021/C 252/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Roberto Aquino (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli u fondat; |
għaldaqstant,
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2020 li permezz tagħha d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Persunal annulla l-elezzjoni tal-President tal-Kumitat tal-Persunal u ddeċieda li jerġa’ jipproċedi bl-imsemmija elezzjoni; |
— |
jannulla l-laqgħa kostituttiva tal-14 ta’ Settembru 2020 u l-elezzjonijiet li seħħew fiha u, b’mod partikolari, l-elezzjoni tal-President tal-Kumitat tal-Persunal; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fis-6 ta’ Ottubru 2020; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens tad-dannu morali evalwat ex aequo et bono għal EUR 2 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenut tad-dmir tiegħu li jiżgura li l-uffiċjali tiegħu u l-Membri tiegħu għandhom il-possibbiltà li jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom b’libertà sħiħa u b’osservanza ta’ regoli stabbiliti. Ir-rikorrent jinvoka wkoll il-ksur tal-Artikolu 4 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kumitat tal-Persunal u tad-dmir ta’ diliġenza. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |