Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0467

    Kawża T-467/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – DBM Videovertrieb vs EUIPO – Nube (Lío) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Lío – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – DBM Videovertrieb vs EUIPO – Nube (Lío)

    (Kawża T-467/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Lío - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2022/C 472/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: DBM Videovertrieb GmbH (Wesel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Fusbahn u D. Dawirs, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u E. Markakis, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nube, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentanti: J. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1220/2020-5).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    DBM Videovertrieb GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 382, 20.9.2021.


    Top